28.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/659

tas-27 ta' April 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill iddeċieda li jżid entità waħda fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom l-iffrizar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi għandu japplika u, li jħassar entità waħda minn dik il-lista. Il-Kunsill emenda wkoll l-entrati għal sitt persuni fil-lista. Għaldaqstant, l-Anness V għandu jiġi aġġornat.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni segwenti elenkati fl-intestatura “C. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” huma sostitwiti kif ġej:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjonijiet tar-Raġunijiet

“4.

KIM Il-Su

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

KANG Song-Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

L-ex rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, ikompli jaġixxi f'isem KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6.

CHOE Chun-Sik

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport Nru.745132109

Validu sat-12.2.2020

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

SIN Kyu-Nam

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport Nru.PO472132950

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjonital-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang u eks rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

PAK Chun-San

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

Passaport Nru.PS472220097

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang sa mill-inqas Diċembru 2015 u eks kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

9.

SO Tong Myong

Data tat-twelid: 10.9.1956

Ex-President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), li jaġixxi f'isem KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.”

(2)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)”:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha (magħrufa wkoll bħala l-Korea Foreign Insurance Company)

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath, London SE3 0LW

Korea National Insurance Corporation (KNIC), hi kumpanija proprjetà tal-Istat u kkontrollata mill-Istat, qed tiġġenera dħul ta' kambju barrani sostanzjali li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva tar-RDPK.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang huma marbuta mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata.”

(3)

L-entrata segwenti titħassar fl-intestatura “D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)”:

 

Isem (u alternattivi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

“7.

Korea National Insurance Company (KNIC) GmbH (magħrufa wkoll bħala Korea Foreign Insurance Company)

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg

KNIC GmbH, bħala sussidjarja kkontrollata mill-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang (indirizz: Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK), li hi entità tal-gvern, qed tiġġenera dħul sostanzjali f'munita barranija li jintuża biex jiġi appoġġat ir-reġim fil-Korea ta' Fuq. Dawn ir-riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma marbuta mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li huwa entità nominata.”