24.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/490

tat-23 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta' Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b'mod partikolari l-ħames paragrafu tal-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) jikkonsisti f'kontribuzzjoni mingħand l-Unjoni u f'miżati li jħallsu l-impriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta' dawn il-miżati.

(2)

Dawn il-miżati għandhom jiġu aġġornati b'referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2014. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), kienet – 0,1 % fl-2014.

(3)

Għas-sempliċità, il-livelli aġġustati tal-miżati għandhom jitniżżlu skont l-eqreb EUR 100.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta' April 2015.

(6)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95, l-aġġornament għandu jsir b'effett mill-1 ta' April 2015. Għaldaqstant jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn dik id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, “EUR 278 500” jinbidel bi “EUR 278 200”.

(ii)

il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 108 100” jinbidel bi “EUR 108 000”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 180 000” jinbidel bi “EUR 179 800”.

(iii)

il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 600” jinbidel bi “EUR 83 500”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 700” jinbidel bi “EUR 20 900 sa EUR 62 600”.

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 600” jinbidel bi “EUR 83 500”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 700” jinbidel bi “EUR 20 900 sa EUR 62 600”.

(c)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 99 900” jinbidel bi “EUR 99 800”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 24 900 sa EUR 74 900” jinbidel bi “EUR 24 900 sa EUR 74 800”.

(2)

fl-Artikolu 4, “EUR 69 400” tinbidel bi “EUR 69 300”.

(3)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 139 400” jinbidel bi “EUR 139 300”,

(ii)

fir-raba' sottoparagrafu, “EUR 69 400” jinbidel bi “EUR 69 300”.

(b)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 69 400” jinbidel bi “EUR 69 300”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 117 700” jinbidel bi “EUR 117 600”.

(4)

fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7, “EUR 69 400” jinbidel bi “EUR 69 300”.

(5)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 83 600” jinbidel bi “EUR 83 500”,

(ii)

fir-raba' subparagrafu, “EUR 20 900 sa EUR 62 700” jinbidel bi “EUR 20 900 sa EUR 62 600”.

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 278 500” jinbidel bi “EUR 278 200”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 139 400” jinbidel bi “EUR 139 300”,

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 240 000” jinbidel bi “EUR 3 000 sa EUR 239 800”,

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 120 200” jinbidel bi “EUR 3 000 sa EUR 120 100”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta' April 2015.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' April 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).