25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/61


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/990

tad-19 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 27.1. tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Marzu 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank (BĊE/2015/14) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Member Istati li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank skada wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015.

(3)

Id-Deutsche Bundesbank għażel lil KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2015 sal-2020.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji mill-2015 sal-2020.

(5)

B'segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tad-Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji mill-2015 sal-2020.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  ĠU C 149, 6.5.2015, p. 1

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).