17.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1089/2014

tas-16 ta' Ottubru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikoli 10c(2), 136 u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

B'konformità mal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-31 ta' Diċembru 2013, Franza, il-Latvja u r-Renju Unit kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji bejn l-2014 u l-2019 għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-limiti nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 (6).

(3)

Bi qbil mal-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kroazja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu għal pagamenti diretti ċertu perċentwal mill-ammont allokat għall-appoġġ ta' miżuri fi ħdan l-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014.

(4)

Bi qbil mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (7), se jiġu aġġustati skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, is-sottolimitu massimu għall-infiq b'rabta mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennwali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin tal-baġit 2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikoli 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huma stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.”

(2)

L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jemenda l- Annessi VIII u VIIIc tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II, III u VI tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


ANNESS

“ANNESS

(EUR miljun — prezzijiet attwali)

Sena baġitarja

L-ammonti disponibbli għall-FAEŻR

L-ammonti ttrasferiti mill-FAEŻR

Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 66, tar-Regolament Nru 1307/2013

L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013

2014

296,3

51,6

 

4,0

 

 

43 778,1

2015

 

 

51,600

4,000

621,999

499,384

44 189,785

2016

 

 

 

4,000

648,733

498,894

44 474,161

2017

 

 

 

4,000

650,434

498,389

44 706,955

2018

 

 

 

4,000

652,110

497,873

44 730,763

2019

 

 

 

4,000

654,405

497,320

44 754,915

2020

 

 

 

4,000

656,699

496,647

44 776,948 ”