26.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Frar 2011

li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta' dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1081)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/130/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-fornituri tas-servizzi li s-servizzi tagħhom jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2006/123/KE għandhom jkunu kapaċi jtemmu, permezz tal-Punti ta' Kuntatt Waħdieni u permezz ta' mezzi elettroniċi, il-proċeduri u l-formalitajiet meħtieġa għall-aċċess għal u l-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħhom. Fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2006/123/KE, xorta jista' jkun hemm każijiet fejn il-fornituri tas-servizzi jkollhom jissottmettu dokumenti oriġinali, kopji awtentikati jew traduzzjonijiet awtentikati meta jtemmu dawn il-proċeduri u formalitajiet. F'dawk il-każijiet, il-fornituri tas-servizzi jistgħu jkunu meħtieġa li jissottmettu dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti.

(2)

L-użu transkonfinali ta' firem elettroniċi avvanzati sostnuti minn ċertifikat ikkwalifikat huwa ffaċilitat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' proċeduri b'mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta' kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (2) li, inter alia, timponi obbligu fuq l-Istati Membri sabiex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju qabel ma jeħtieġu dawn il-firem elettroniċi mill-fornituri tas-servizzi u tistabbilixxi regoli għall-aċċettazzjoni mill-Istati Membri ta' firem elettroniċi avvanzati bbażati fuq ċertifikati kwalifikati, maħluqa kemm bl-użu ta' tagħmir għall-ħolqien tal-firem siguri kif ukoll mingħajru. Madankollu, id-Deċiżjoni 2009/767/KE ma tittrattax il-formati ta' firem elettroniċi f'dokumenti maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, li jeħtieġ li jiġu sottomessi mill-fornituri tas-servizz meta jtemmu l-proċeduri u l-formalitajiet rilevanti.

(3)

Minħabba li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri attwalment jużaw formati differenti ta' firem elettroniċi avvanzati sabiex jiffirmaw id-dokumenti tagħhom elettronikament, l-Istati Membru riċevituri li jkollhom jipproċessaw dawn id-dokumenti jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet tekniċi minħabba l-varjetà ta' formati ta' firem użati. Sabiex jippermettu lill-fornituri tas-servizzi jtemmu l-proċeduri tagħhom u l-formalitajiet bejn il-fruntieri permezz ta' mezzi elettroniċi, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li mill-inqas numru ta' formati ta' firem elettroniċi avvanzati jkunu jistgħu jiġu appoġġjati teknikament mill-Istati Membri meta jirċievu d-dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra. Id-definizzjoni ta' għadd ta' formati ta' firem elettroniċi avvanzati li jeħtieġ li jkunu appoġġjati teknikament mill-Istat Membru riċevituri tippermetti awtomizzazzjoni akbar u ttejjeb l-interoperabbiltà transfruntiera tal-proċeduri elettroniċi.

(4)

L-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jużaw formati ta' firem elettroniċi li huma differenti minn dawk sostnuti b'mod komuni, jistgħu jkunu implimentaw metodi ta' validazzjoni li jippermettu li l-firem tagħhom li jiġu vverifikati wkoll bejn il-fruntieri. Meta dan ikun il-każ u sabiex l-Istati Membri riċevituri jkunu jistgħu jiddependu fuq dawn l-għodod ta' validazzjoni, huwa meħtieġ li l-informazzjoni dwar dawn l-għodod tkun disponibbli b'mod aċċessibbli faċilment sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx inkluża direttament fid-dokumenti elettroniċi, fil-firem elettroniċi jew fil-mezzi portabbli tad-dokumenti elettroniċi.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma taffettwax id-determinazzjoni mill-Istati Membri ta' x'jikkostitwixxi dokument oriġinali, kopja awtentikata jew traduzzjoni awtentikata. L-għan tagħha huwa limitat biex tiffaċilita l-verifika ta' firem elettroniċi jekk dawn ikunu użati fid-dokumenti oriġinali, kopji awtentikati jew traduzzjonijiet awtentikati li l-fornituri tas-servizzi jistgħu jeħtieġu li jissottomettu permezz tal-Punti ta' Kuntatt Waħdieni.

(6)

Sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati jimplimentaw l-għodod tekniċi meħtieġa, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Awwissu 2011.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tad-Direttiva tas-Servizzi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Format ta' referenza għall-firem elettroniċi

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-mezzi tekniċi meħtieġa li jippermettulhom jipproċessaw id-dokumenti ffirmati elettronikament li l-fornituri tas-servizzi jissottomettu fil-kuntest ta' kif jitlestew il-proċeduri u l-formalitajiet permezz tal-Punti ta' Kuntatt Waħdieni kif stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/123/KE, u li huma ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra b'firma elettronika avvanzata tal-XML jew CMS jew PDF fil-format BES jew EPES, li tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness.

2.   L-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiffirmaw id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 li jużaw formati oħra ta' firem elettroniċi minn dawk imsemmija fl-istess paragrafu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rigward possibbiltajiet eżistenti ta' validazzjoni li jippermettu lil Stati Membri oħra jivvalidaw il-firem elettroniċi irċevuti onlajn, mingħajr ħlas u b'mod li jinftiehem minn kelliema mhux nattivi sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx diġà inkluża fid-dokument, fil-firma elettronika jew fit-trasportatur tad-dokument elettroniku. Il-Kummissjoni sejra tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 2

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2011.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Michel BARNIER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36.


ANNESS

Speċifikazzjonijiet sabiex firma elettronika avvanzata XML, CMS jew PDF tkun sostnuta teknikament mill-istat membru riċevitur

Fil-parti tad-dokument li ġejja, il-kliem kjavi ‘IRID’ (MUST), ‘MA JRIDX’ (MUST NOT), ‘MEĦTIEĠ’ (REQUIRED), ‘GĦANDU’ (SHALL), ‘MA GĦANDUX’ (SHALL NOT), ‘IMISSU’ (SHOULD), ‘MA JMISSUX’ (SHOULD NOT), ‘RAKKOMANDAT’ (RECOMMENDED), ‘JISTA’‘(MAY)’, u ‘FAKULTATTIV’ (OPTIONAL) għandhom jiġu interpretati kif deskritt fl-RFC 2119 (1).

TAQSIMA 1 –   XAdES-BES/EPES:

Il-firma hija konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-firem W3C XML (2)

Il-firma TRID tkun forma ta’ firma ta’ mill-inqas XAdES-BES (jew EPES) kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet ETSI TS 101903 XAdES (3) u tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali kollha li ġejjin:

 

Id-ds:CanonicalizationMethod li jispeċifika l-algoritmu tal-kanonikalizzazzjoni applikat għall-element SignedInfo qabel ma jitwettqu l-kalkoli tal-firma jidentifika wieħed mill-algoritmi li ġejjin biss:

Canonical XML 1.0 (iħalli barra l-kummenti)

:

http://www.w3.org/TR/2001/REC-xml-c14n-20010315

Canonical XML 1.1 (iħalli barra l-kummenti)

:

http://www.w3.org/2006/12/xml-c14n11

Canonicalization XML esklussiv 1.0 (iħalli barra l-kummenti)

:

http://www.w3.org/2001/10/xml-exc-c14n#

 

Algoritmi oħra jew verżjonijet ‘Bil-kummenti’ ta’ dawk elenkati hawn fuq MA JMISSHOMX jintużaw għall-ħolqien tal-firem iżda JMISSHOM ikunu sostnuti għal interoperabbiltà residwa għall-verifika tal-firem.

 

MD5 (RFC 1321) MA JRIDX jintuża bħala algoritmu diġeritur. Il-firmatarji jiġu referuti għal-liġijiet nazzjonali applikabbli, u għall-finijiet ta’ linji gwida għall-ETSI TS 102176 (4) u għar-rapport ENCRYPT2 D.SPA.x (5) għal rakkomandazzjonijiet ulterjuri dwar algoritmi u parametri eliġibbli għall-firem elettroniċi.

L-użu ta’ trasformazzjonijiet (transforms) huwa limitat għal dawk elenkati hawn taħt:

 

Trasformazzjonijiet tal-kanonikalizzazzjoni: ara l-ispeċifikazzjonijiet relatati ta’ hawn fuq;

 

Kodifikar Base64 (http://www.w3.org/2000/09/xmldsig#base64);

 

Filtrazzjoni:

XPath (http://www.w3.org/TR/1999/REC-xpath-19991116): għal raġunijiet ta’ kumpatibbiltà u konformità mal-XMLDSig

XPath Filter 2.0 (http://www.w3.org/2002/06/xmldsig-filter2): bħala suċċessur għal XPath minħabba kwistjonijiet relatati mar-rendiment

 

Enveloped signature transform: (http://www.w3.org/2000/09/xmldsig#enveloped-signature).

 

XSLT (style sheet) transform.

Id-ds:KeyInfo element IRID jinkludi ċ-ċertifikat diġitali X.509 v3 tal-firmatarju (jiġifieri l-valur tiegħu u mhux biss referenza għalih);

Il-proprjetà tal-firma ffirmata bis-‘SigningCertificate’ TRID tinkludi il-valur diġeritur (CertDigest) u l-IssuerSerial taċ-ċertifikat tal-firmatarju maħżun fid-ds:KeyInfo u l-URI fakultattiv fil-qasam tas-‘SigningCertificate’ MA JRIDX jintuża;

Il-proprjetà tal-firma ffirmata permezz tas-SigningTime hija preżenti u tinkludi l-UTC espress bħala xsd:dateTime (http://www.w3.org/TR/xmlschema-2/# dateTime);

L-element DataObjectFormat IRID jkun preżenti u jkun fih sottoelement MimeType;

F’każ li l-firem użati mill-Istati Membri jkunu bbażati fuq ċertifikat awtentikat, l-oġġetti PKI (sensiliet ta’ ċertifikati, dejta ta’ revoka, timbrar tal-ħin (time-stamps)) li jkunu inklużi fil-firem huma verifikabbli permezz tal-Lista ta’ Fiduċja, skont id-Deċiżjoni 2009/767/KE, tal-Istat Membru li jkun qed jissorvelja jew jakkredita s-CSP li ħareġ iċ-ċertifikat tal-firmatarju.

It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjonijiet li firma XAdES-BES/EPES trid tikkonforma magħhom sabiex tkun teknikament sostnuta mill-Istat Membru riċevitur.

Tabella 1

Image

TAQSIMA 2 –   CAdES-BES/EPES:

Il-firma hija konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Firem Cryptographic Message Syntax (CMS) (6)

Il-firma tuża attributi tal-firem ta’ CAdES-BES (jew -EPES) kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet ETSI TS 101733 CAdES (7) u tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali kif indikat fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt.

L-attribwiti kollha tal-CAdES li huma inklużi fil-kalkolu tat-timbrar tal-ħin tal-arikvjar (archive timestamp hash caluculation) (ETSI TS 101733 V1.8.1 Anness K) IRID ikunu bil-kodifikazzjoni DER u kwalunkwe oħrajn jisgħtu jkunu bil-BER sabiex jissimplifikaw l-ipproċessar b’perkors wieħed tal-CAdES.

MD5 (RFC 1321) MA JRIDX jintuża bħala algoritmu diġeritur. Il-firmatarji jiġu riferuti għal-liġijiet nazzjonali applikabbli, u għall-finijiet ta’ linji gwida għall-ETSI TS 102176 (8) u għar-rapport ENCRYPT2 D.SPA.x (9) għal rakkomandazzjonijiet ulterjuri dwar algoritmi u l-parametri eliġibbli għall-firem elettroniċi.

L-attributi ffirmati JRIDU jinkludu referenza għaċ-ċertifikat diġitali X.509 v3 tal-firmatarju (RFC 5035) u l-qasam SignedData.certificates IRID jinkludi l-valur tiegħu;

L-attribut iffirmat SigningTime IRID ikun preżenti u IRID jinkludi l-UTC espress bħala http://tools.ietf.org/html/rfc5652#section-11.3;

L-attribwut iffirmat ContentType IRID ikun preżenti u jinkludi id-data (http://tools.ietf.org/html/rfc5652#section-4) fejn it-tip tal-kontenut tad-dejta huwa maħsub li jirreferi għal sensiliet ta’ ottetti arbitrarji, bħal test UTF-8 jew kontenitur ZIP b’sottoelement Mimetype;

F’każ li l-firem użati mill-Istati Membri jkunu bbażati fuq ċertifikat kwalifikat, l-oġġetti PKI (sensiliet ta’ ċertifikati, dejta ta’ revoka, timbrar tal-ħin) li huma inklużi fil-firem ikunu verifikabbli permezz tal-Lista ta’ Fiduċja, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE, tal-Istat Membru li jkun qed jissorvelja jew jakkredita s-CSP li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-firmatarju.

Tabella 2

Image

TAQSIMA 3 –   PAdES-PART 3 (BES/EPES):

Il-firma TRID tuża signature extension PAdES-BES (jew -EPES) kif speċifikat fl-ispeċifikazzjonijiet ETSI TS 102778 PAdES-Part3 (10) u tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

MD5 (RFC 1321) MA JRIDX jintuża bħala algoritmu diġeritur. Il-firmatarji jiġu rriferuti għal-liġijiet nazzjonali applikabbli, u għall-finijiet ta’ linji gwida, għall-ETSI TS 102176 (11) u għar-rapport ENCRYPT2 D.SPA.x (12) għal rakkomandazzjonijiet ulterjuri dwar algoritmi u parametri eliġibbli għall-firem elettroniċi.

L-attributi ffirmati JRIDU jinkludu referenza għaċ-ċertifikat diġitali X.509 v3 tal-firmatarju (RFC 5035) u l-qasam tas-SignedData.certificates IRID jinkludi l-valur tiegħu;

Il-ħin tal-iffirmar huwa indikat permezz tal-valur tal-entratura M fid-dizzjunarju tal-firem;

F’każ li l-firem użati mill-Istati Membri jkunu bbażati fuq ċertifikat ikkwalifikat, l-oġġetti PKI (sensiliet ta’ ċertifikati, dejta ta’ revoka, timbrar tal-ħin) li jkunu inklużi fil-firem huma verifikabbli permezz tal-Lista ta’ Fiduċja, skont id-Deċiżjoni 2009/767/KE, tal-Istat Membru li jkun qed jissorvelja jew jakkredita s-CSP li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-firmatarju.


(1)  IETF RFC 2119: “Key words for use in RFCs to indicate Requirements Levels”.

(2)  W3C, XML Signature Syntax and Processing, (Version 1.1), http://www.w3.org/TR/xmldsig-core1/.

W3C, XML Signature Syntax and Processing, (Second Edition), http://www.w3.org/TR/xmldsig-core/

W3C, XML Signature Best Practices, http://www.w3.org/TR/xmldsig-bestpractices/.

(3)  ETSI TS 101 903 v1.4.1: XML Advanced Electronic Signatures (XAdES).

(4)  ETSI TS 102176: Electronic Signatures and Infrastructures (ESI); Algorithms and Parameters for Secure Electronic Signatures; Part 1: Hash functions and asymmetric algorithms; Part 2: “Secure channel protocols and algorithms for signature creation device”.

(5)  L-iktar verżjoni riċenti hija D.SPA.13 ECRYPT2 Yearly Report on Algorithms and Key sizes (2009-2010), tat-30 ta’ Marzu 2010 (http://www.ecrypt.eu.org/documents/D.SPA.13.pdf).

(6)  IETF, RFC 5652, Cryptographic Message Syntax (CMS), http://tools.ietf.org/html/rfc5652.

IETF, RFC 5035, Enhanced Security Services (ESS) Update: Adding CertID Algorithm Agility, http://tools.ietf.org/html/rfc5035.

IETF, RFC 3161, Internet X.509 Public Key Infrastructure Time-Stamp Protocol (TSP), http://tools.ietf.org/html/rfc3161.

(7)  ETSI TS 101 733 v.1.8.1: CMS Advanced Electronic Signatures (CAdES).

(8)  ETSI TS 102 176: Electronic Signatures and Infrastructures (ESI); Algorithms and Parameters for Secure Electronic Signatures; Parti 1: Hash functions and asymmetric algorithms; Parti 2: “Secure channel protocols and algorithms for signature creation devices”.

(9)  L-iktar verżjoni riċenti hija D.SPA.13 ECRYPT2 Yearly Report on Algorithms and Key sizes (2009-2010), tat-30 ta’ Marzu 2010 (http://www.ecrypt.eu.org/documents/D.SPA.13.pdf).

(10)  ETSI TS 102 778-3 v1.2.1: PDF Advanced Electronic Signatures (PAdES), PAdES Enhanced – PAdES-Basic Electronic Signatures and PAdES-Explicit Policy Electronic Signatures Profiles.

(11)  ETSI TS 102 176: Electronic Signatures and Infrastructures (ESI); Algorithms and Parameters for Secure Electronic Signatures; Part 1: Hash functions and asymmetric algorithms; Part 2: “Secure channel protocols and algorithms for signature creation devices”.

(12)  L-iktar verżjoni riċenti hija D.SPA.13 ECRYPT2 Yearly Report on Algorithms and Key sizes (2009-2010), tat-30 ta’ Marzu 2010 (http://www.ecrypt.eu.org/documents/D.SPA.13.pdf).