23.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 226/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 798/2008

tat-8 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 t’Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’, tajr u bajd tat-tfaqqis (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(3) l-Artikolu 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikoli 26 u 27a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 18 tagħhom,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 t’April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (3), u b’mod partikolari fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(1), tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma għall-konsum uman (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm fl-ikel (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (8), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 90/539/KEE tistipula l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw l-importazzjonijiet fil-Komunità minn pajjiżi terzi tat-tjur u l-bajd tat-tfaqqis. Din tipprovdi li t-tjur u l-bajd għat-tfaqqis iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fiha u joriġinaw f’pajjiż terz jew parti minnu inkluża f’lista msawra skond dik id-Direttiva.

(2)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistipula regoli li jirregolaw l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali u prodotti miksuba minnhom maħsuba għall-konsum uman. Din tipprovdi li dawk il-prodotti jridu jiġu impurtati biss fil-Komunità jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ dawk il-prodotti fil-Komunità jew jekk joffru garanziji ekwivalenti dwar is-saħħa ta’ l-annimali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE tat-28 t’Awissu 2006 li tistipula lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu fil-Komunità ta’ tjur, bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata, laħam tat-tjur, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat mingħajr patoġeni u l-kundizzjonijiet veterinarji ta’ ċertifikazzjoni applikabbli (9) tagħti lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom il-prodotti konċernati jistgħu jiġu impurtati, u jsir tranżitu tagħhom, fil-Komunità u tistipula l-kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE tat-12 ta’ Mejju 1993 li tistipula l-kriterji biex jiġu klassifikati pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle b’rabta ma’ l-importazzjonijiet ta’ tjur ħajjin u bajd għat-tfaqqis (10) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/438/KE tas-7 ta’ Ġunju 1994 li tistipula l-kriterji biex jiġu klassifikati pajjiżi terzi u partijiet minnhom fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle b’rabta ma’ l-importazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur frisk (11) li tistabbilixxi l-kriterji biex jiġu klassifikati pajjiżi terzi fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle b’rabta ma’ l-importazzjonijiet ta’ tjur ħajjin, bajd għat-tfaqqis u laħam tat-tjur.

(5)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur reċentement ġiet aġġornata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (12), billi qieset it-tagħrif u l-iżviluppi xjentifiċi l-aktar riċenti dwar l-epidemjoloġija ta’ l-influwenza tat-tjur fil-Komunità u mad-dinja kollha. L-iskop tal-miżuri ta’ kontroll li jridu jiġu applikati f’każ li tfaqqa’ xi marda ġie estiż minn influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) biex jitratta anki tfaqqigħ ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAI), u biex jintroduċi sorveljanza obbligatorja attiva għall-influwenza tat-tjur u użu aktar wiesa’ ta’ tilqim kontra din il-marda.

(6)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom għalhekk jilħqu l-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità u li huma konformi mar-rekwiżiti riveduti għall-kummerċ internazzjonali għall-kummerċ internazzjonali ta’ tjur u prodotti ta’ tjur stipulati mill-istandards tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta’ l-annimali (OIE) (13) u l-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri (14) ta’ l-OIE.

(7)

L-Arġentina u l-Iżrael ressqu l-programmi tagħhom ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur quddiem il-Kummissjoni biex jiġu evalwati. Il-Kummissjoni eżaminat dawn il-programmi u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti u għalhekk għandha tiġi indikata evalwazzjoni pożittiva ta’ dawn il-programmi fil-kolonna 7 tal-parti 1 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(8)

L-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 90/539/KEE jelenka ċerti kwistjonijiet li jridu jitqiesu meta jiġi deċiż jekk pajjiż terz jew parti minnu għandux jew m’għandux jiddaħħal fil-lista ta’ pajjiż terzi li minnhom it-tjur u l-bajd għat-tfaqqis jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità, bħall-istat tas-saħħa tat-tjur, ir-regolarità u l-għaġla li biha tiġi mogħtija l-informazzjoni minn xi pajjiż terz li għandha x’taqsam ma’ l-eżistenza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali li jittieħed, inkluż l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle u r-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard ta’ l-annimali fil-pajjiż terz konċernat.

(9)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/99/KE jipprovdi li meta jkunu qed jiġu kompilati l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni ta’ pajjiżi terzi tagħhom li minnhom jitħallew jiġu impurtati fil-Komunità prodotti speċifikati li ġejjin mill-annimali, għandhom jitqiesu b’mod partikolari ċerti kwistjonijiet, bħall-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali, ir-regolarità, il-ħeffa u l-preċiżjoni li biha l-pajjiż terz jagħti informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ċertu mard infettiv jew li jittieħed fit-territorju tiegħu, b’mod partikolari l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle u l-qagħda ġenerali tas-saħħa fil-pajjiż terz konċernat li tista’ tkun ta’ riskju għas-saħħa pubblika jew dik ta’ l-annimali fil-Komunità.

(10)

Fl-interess ta’ saħħet l-annimali, dan ir-Regolament għandu jipprovdi li l-prodotti jiġu impurtati biss fil-Komunità minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li għandhom programmi ta’ sorveljanza u pjanijiet għat-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur, fejn dak it-tilqim isir.

(11)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, ammissjoni jew preservazzjoni fil-listi ta' pajjiżi terzi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità li minnha l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti tat-tjur koperti b'dak ir-Regolament hija soġġetta għal preżentazzjoni lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta' programm ekwivalenti għal programmi nazzjonali ta' kontroll għas-Salmonella li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, u l-approvazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni. Valutazzjoni pożittiva ta' dawn il-programmi għandha tiġi indikata fil-parti 1 ta' l-Anness I għal dan ir-Regolament.

(12)

Il-Komunità u ċerti pajjiżi terzi jistgħu jippermettu l-kummerċ ta’ tjur u prodotti tat-tjur li ġejjin minn kumpartimenti approvati u għalhekk il-prinċipju ta’ kompartamentalizzazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ tjur u prodotti tat-tjur għandu jiġi stipulat aktar fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-prinċipju ta’ kompartamentalizzazzjoni ġie stipulat riċentement mill-OIE sabiex jiffaċilita l-kummerċ dinji ta’ tjur u prodotti tat-tjur u għalhekk għandu jiddaħħal fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(13)

Il-leġiżlazzjoni Komunitarja preżenti ma tipprovdix għal ċertifikati għall-imporazzjoni fil-Komunità ta’ laħam ikkapuljat u laħam separat bil-magni ta’ tjur, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, għal ċerti raġunijiet ta’ saħħa, b’mod partikolari it-traċċabilità ta’ laħam użat għall-produzzjoni tiegħu. B’dan il-mod, iċ-ċertifikati veterinarji mudell li jkopru dawn il-prodotti għandhom ikunu stipulati f’dan ir-Regolament wara li jsiru aktar investigazzjonijiet xjentifiċi.

(14)

Sabiex tingħata aktar flessibbiltà f’ċerti sitwazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti għal finijiet ta’ ċertifikati veterinarji, u abbażi ta’ diversi talbiet minn pajjiżi terzi li jesportaw flieles ta’ ġurnata ta’ tjur u għasafar li ma jtirux lejn il-Komunità, dan ir-Regolament għandu jipprovdi li dawk il-prodotti għandhom jiġu eżaminati meta tintbagħat il-kunsinna minflok meta jinħareġ iċ-ċertifikat veterinarju.

(15)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil fil-kummerċ, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li ntgħamlu qabel ma ddaħħlu r-restrizzjonijiet fuq saħħet l-annimali, kif stipulat fil-Parti 1 ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu jitħallew għal 90 ġurnata wara l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat.

(16)

Għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu mill-Komunità ta’ kunsinni lejn u mir-Russja minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad li taffettwa biss il-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja.

(17)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 t’Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament Waħdieni tas-CMO) (15) jistipulaw regoli tas-saħħa Komunitarja ġenerali applikabbli għall-importazzjoni, u t-tranżitu mill-Komunità tal-prodotti koperti bir-Regolament.

(18)

Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ annimali u prodotti ta’ l-annimali (16) tistipula l-istandards dwar iċ-ċertifikazzjoni li huma meħtieġa biex jassiguraw ċertifikazzjoni valida u biex jipprevjenu l-frodi. Għalhekk, jixraq li jkun assigurat f’dan ir-Regolament li r-regoli u l-prinċipji applikati minn uffiċjali li jiċċertifikaw ta’ pajjiż terz jagħtu garanziji li huma ekwivalenti għal dawk stipulati f’dik id-Direttiva u li ċ-ċertifikati veterinarji mudell stipulati f’dan ir-Regolament jirriflettu biss dawk il-fatti kif jistgħu jiġu ċċertifikati meta jinħareġ iċ-ċertifikat.

(19)

Fl-interess taċ-ċarezza u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjonijiet 93/342/KEE, 94/438/KE u 2006/696/KE għandhom jitħassru u jiġu mibdula b’dan ir-Regolament.

(20)

Jixraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti veterinarji applikabbli stipulati f’dan ir-Regolament.

(21)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistipula r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet u t-tranżitu, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, fil-Komunità u minnha tal-prodotti li ġejjin (“il-prodotti”):

(a)

tjur, bajd tat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata u bajd mingħajr patoġeni speċifikati;

(b)

laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni, inkluż l-għasafar li ma jtirux u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd.

Jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għat-tjur għall-eżebizzjonijiet, wirjiet jew kompetizzjonijiet.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi stipulati fil-ftehim Komunitarju ma’ pajjiżi terzi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“tjur” tfisser tajr, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, perniċi u għasafar li ma jtirux (ratitae), imkabbra jew miżmuma fl-għeluq għat-tgħammir, il-produzzjoni ta’ laħam jew bajd għall-konsum, jew biex jerġgħu jimtlew il-fornituri ta’ kaċċa selvaġġa;

(2)

“bajd għat-tfaqqis” tfisser bajd għall-inkubazzjoni, li jbidu t-tjur;

(3)

“flieles ta’ ġurnata” tfisser it-tjur kollha li għandhom inqas minn 72 siegħa, li għadhom ma ġewx mgħallfa u papri muscovy (Cairina moschata) jew ir-razez tagħhom, ta’ inqas minn 72 siegħa sew jekk ġew mgħallfa sew jekk le;

(4)

“tjur tat-tgħammir” tfisser tjur ta’ 72 siegħa jew aktar, maħsuba għall-produzzjoni ta’ bajd għat-tfaqqis;

(5)

“tjur produttivi” tfisser tjur ta’ 72 siegħa jew aktar, imkabbra għal:

(a)

il-produzzjoni ta’ laħam u/jew bajd għall-konsum; jew

(b)

il-mili mill-ġdid ta’ fornituri ta’ kaċċa;

(6)

“bajd mingħajr patoġenu speċifikat” tfisser bajd għat-tfaqqis li hu mnissel minn “qatgħat tat-tiġieġ li m’għandhomx patoġeni speċifikati”, kif deskritt fil-Pharmacopoeia Ewropea (17), u li huma maħsuba biss għall-użu dijanjostiku, ta’ riċerka jew farmaċewtiku;

(7)

“laħam” tfisser partijiet li jittieklu ta’ l-annimali li ġejjin:

(a)

tjur, li, meta jkunu marbuta ma’ laħam, tfisser għasafar imkabbra f’razzett, inkluż għasafar li huma mkabbra f’razzett bħala annimali domestiċi mingħajr ma jitqiesu bħala tali, minbarra l-għasafar li ma jtirux;

(b)

għasafar tal-kaċċa selvaġġi li jiġu kkaċċjati għall-konsum uman;

(c)

għasafar li ma jtirux;

(8)

“laħam separat b’mod mekkaniku” tfisser il-prodott miksub billi jitneħħa l-laħam mill-għadam li fih il-laħam wara li jkun tneħħa l-għadam jew mill-karkassi tat-tjur, permezz ta’ mezzi mekkaniċi li jwasslu għal telf jew modifikazzjoni ta’ l-istruttura tal-fibri tal-muskoli;

(9)

“laħam ikkapuljat” tfisser laħam li tneħħielu l-għadam li ġie ikkapuljat f’biċċiet żgħar u li fih inqas minn 1 % melħ;

(10)

“żona” tfisser parti definita sew ta’ pajjiż terz li fiha subpopolazzjoni ta’ annimali bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta’ xi marda speċifika li għaliha l-miżuri ta’ sorveljanza, kontroll u bijo-sigurtà meħtieġa ġew applikati għall-fini ta’ importazzjonijiet skond dan ir-Regolament;

(11)

“kumpartiment” tfisser waħda jew aktar mill-istabbilimenti tat-tjur f’pajjiż terz taħt sistema ta’ tmexxija tal-bijosigurtà komuni li fiha subpopolazzjoni tat-tjur bi status tas-saħħa distint fir-rigward ta’ xi marda jew mard speċifiku li għaliha ġew applikati il-miżuri ta’ sorveljanza, kontroll u bijosigurtà meħtieġa għall-fini ta’ importazzjonijiet skond dan ir-Regolament;

(12)

“stabbiliment” tfisser xi faċilità jew parti minn xi faċilità li tokkupa sit wieħed u hi ddedikata għal waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

(a)

stabbiliment tat-tgħammir ta’ razza pura: stabbiliment li jipproduċi bajd għat-tfaqqis għall-produzzjoni ta’ tjur tat-tgħammir;

(b)

stabbiliment tat-tgħammir: stabbiliment li jipproduċi bajd għat-tfaqqis għall-produzzjoni ta’ tjur produttivi;

(c)

stabbiliment tat-tkabbir jew:

(i)

stabbiliment tat-tgħammir tat-tjur għat-tkabbir li jkabbar tjur tat-tgħammir qabel il-fażi riproduttiva; jew

(ii)

stabbiliment produttiv tat-tkabbir tat-tjur li jkabbar tjur produttivi li jbidu l-bajd qabel il-fażi meta jbidu;

(d)

żamma ta’ tjur produttivi oħra;

(13)

hatchery” tfisser stabbiliment li jinkuba u jfaqqas il-bajd u jissupplixxi flieles ta’ ġurnata;

(14)

“qatgħa” tfisser it-tjur kollha l-istess status tas-saħħa miżmuma fl-istess faċilitajiet jew fl-istess għeluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; fir-rigward ta’ tjur miżmuma ġewwa, din id-definizzjoni għandha tinkludi l-għasafar kollha li jgħixu fl-istess spazju ta’ l-ajru;

(15)

“influwenza tat-tjur” tfisser infezzjoni ta’ tjur ikkawżata minn xi vajrus A ta’ l-influwenza:

(a)

tas-subtipi H5 jew H7;

(b)

b’indiċi tal-patoġeniċità fil-vini (IVPI) f’tiġieġ ta’ sitt ġimgħat akbar minn 1,2; jew

(c)

li tikkawża talanqas 75 % mortalità fit-tiġieġ minn 4- sa 8-ġimgħat infettati fil-vini;

(16)

“influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja” (HPAI) tfisser infezzjoni ta’ tjur ikkawżata minn:

(a)

vajrusis ta’ l-influwenza tat-tjur tas-subtipi H5 jew H7 b’sekwenzi ġenomi li jikkodifikaw għal diversi amino aċidi bażiċi fis-sit mifrud tal-molekulu tal-haemagglutinin simili għal dak osservat għal vajrusis oħra HPAI, li jindikaw li l-molekulu haemagglutinin jistgħu jiġu mifruda permezz ta’ protease ospitanti preżenti;

(b)

influwenza tat-tjur kif definita fil-punt 15(b) u (c);

(17)

“influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa” (LPAI) tfisser infezzjoni tat-tjur ikkawżata minn vajrusis ta’ l-influwenza tat-tjur tas-subtipi H5 jew H7 minbarra HPAI;

(18)

“Il-marda ta’ Newcastle” tfisser infezzjoni tat-tjur:

(a)

ikkawżata minn xi razza tat-tjur tal-paramiksovajrus 1 b’indiċi intraċerebrali tal-patoġeniċità (ICPI) fi flieles ta’ ġurnata akbar minn 0,7; jew

(b)

diversi aċidi amino bażiċi ntwerew fil-vajrus (jew direttament jew permezz ta’ tnaqqis) fis-C-terminus tal-proteina F2 u l-phenylalanine fir-residwu 117, li huwa l-N-terminus tal-proteina F1; it-terminu “diversi amino aċidi bażiċi” jirreferi għal talanqas tliet residwi ta’ l-arginine jew tal-lysine bejn ir-residwi 113 u 116; jekk ma jurux ix-xejra karatteristika tar-residwi amino aċidi kif deskritt f’dan il-punt jirrikjedi li ssir karatterizzazzjoni tal-vajrus iżolat permezz ta’ test ICPI; f’din id-definizzjoni, ir-residwi ta’ l-amino aċidi huma numerati mill-N-terminus tas-sekwenza ta’ l-amino aċidi mnaqqsa mis-sekwenza nukleotida tal-ġene F0, 113-116 jikkorrispondu għar-residwi -4 sa -1 mis-sit tal-firda;

(19)

“veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju maħtur mill-awtorità kompetenti;

(20)

“differenzjat infettat mill-istrateġija ta’ annimal imlaqqam (DIVA)” tfisser strateġija ta’ tilqim li tippermetti li ssir differenzjazzjoni bejn l-annimali mlaqqma/infettati u l-annimali mlaqqma/mhux infettati permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ test dijanjostiku biex isib l-antikorpi kontra l-vajrus proprja u l-użu ta’ għasafar sentinelli mhux imlaqqma.

KAPITOLU II

KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET U T-TRANŻITU

Artikolu 3

Listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti ta’ l-oriġini li minnhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità u jgħaddu minnha bi tranżitu

Il-prodotti għandhom jiġu impurtati biss fil-Komunità u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I.

Artikolu 4

Ċertifikazzjoni veterinarja

1.   Il-prodotti impurtati fil-Komunità għandu jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju, kif imsemmi fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I, għall-prodott konċernat, mimli skond in-noti u ċ-ċertifikati veterinarji mudell mogħtija fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness (“iċ-ċertifikat”).

2.   Dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, kif mogħtija fl-Anness II, għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet ta’ tjur u flieles ta’ ġurnata, meta l-ġarr ta’ dawk il-prodotti jinkludi t-trasport bil-vapur, anki għal parti mill-vjaġġ.

3.   Tjur, bajt ta' tfaqqis, u flieles ta' ġurnata fi tranżitu minn ġewwa l-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati bi:

(a)

ċertifikat veterinarju kif imsemmi fil-paragrafu 1 li għandu jkollu l-kliem “għal tranżitu minn ġewwa l-KE”, u

(b)

ċertifikat mitlub mill-pajjiż terz ta' destinazzjoni.

4.   bajd speċifikat ħieles mill-patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam mekkanikament isseparat ta' tjur, għasafar li ma jtirux u tajr selvaġġ tal-priża, bajd u prodotti tal-bajd fi tranżitu minn ġewwa l-Komunità għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat imfassal skond il-mudell taċ-ċertifikat stipulat fl-Anness XI u li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati hemmhekk.

5.   Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-tranżitu jista' jinkludi l-ħażna skond l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 97/70/KE.

6.   Iċ-ċertifikazzjoni elettronika u sistemi oħra li dwarhom hemm ftehim armonizzati fil-livell Komunitarju jistgħu jintużaw.

Artikolu 5

Kundizzjoniijiet għall-importazzjonijiet u t-tranżitu

1.   Prodotti impurtati fil-Komunità u li jgħaddu minnha għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 u 7 u fil-Kapitolu III.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal kunsinni waħdiena ta’ inqas minn 20 unità ta’ tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux, il-bajd għat-tfaqqis jew il-flieles b'età ta' jum tagħhom. Minkejja dan, dawk il-kunsinni waħdiena jistgħu jiġu impurtati biss minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti tagħhom li huma approvati għal dawk l-importazzjonijiet u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment huwa mniżżel fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I u l-kolonna 4 ta’ dik it-tabella tistipula ċertifikat veterinarju mudell għall-prodott ikkonċernat;

(b)

mhumiex koperti b’sospensjoni ta’ l-importazzjoni għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali;

(c)

il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jinkludu r-rekwiżit għal iżolament jew kwarantina wara l-importazzjoni.

3.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:

(a)

il-garanziji addizzjonali, kif speċifikati fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I;

(b)

il-kundizzjonijiet speċifiċi mogħtija fil-kolonna 6, u fejn jixraq, id-dati ta’ l-għeluq mogħtija fil-kolonna 6A u d-dati tal-ftuħ mogħtija fil-kolonna 6B, tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I;

(c)

il-garanziji addizzjonali dwar is-saħħa ta’ l-annimali, fejn ikunu mitluba mill-Istat Membru ta’ destinazzjoni u msemmija fiċ-ċertifikat;

(d)

ir-restrizzjonijiet marbuta ma’ l-approvazzjoni ta’ programm ta’ kontroll tas-Salmonella, għandhom japplikaw biss meta jkun indikat fil-kolonna xierqa tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I.

Artikolu 6

Eżaminar, teħid ta’ kampjuni u proċeduri ta’ l-ittestjar

Fejn l-eżaminar, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar għall-influwenza tat-tjur, il-Mycoplasma, il-marda ta’ Newcastle, is-Salmonella, u patoġeni oħra importanti għas-saħħa ta’ annimali jew is-saħħa pubblika huma meħtieġa għall-importazzjonijiet ta’ prodotti fil-Komunità skond dawk iċ-ċertifikati, dawk il-prodotti għandhom jiġu impurtati biss fil-Komunità fejn dawk l-eżamijiet, teħid ta’ kampjuni u ttestjar saru mill-awtorita kompetenti tal-pajjiż terz konċernat jew fejn jixraq mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ destinazzjoni skond l-Anness III.

Artikolu 7

Rekwiżiti dwar ir-rappurtaġġ ta’ mard

Il-prodotti għandhom jiġu impurtati biss fil-Komunità minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti, fejn il-pajjiż terz konċernat:

(a)

jgħarraf lill-Kummissjoni bil-qagħda tal-marda fi żmien 24 siegħa mindu jkun hemm konferma ta’ kull tfaqqigħ inizjali tal-marda ta’ l-HPAI jew il-marda ta’ Newcastle;

(b)

jissottometti iżolati tal-vajrus mit-tfaqqigħ inizjali ta’ dak il-mard, mingħajr dewmien bla bżonn lil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju għall-influwenza tat-jur u l-marda ta’ Newcastle (18); minkejja dan, dawk l-iżolati tal-vajrus m’għandhomx ikunu meħtieġa għall-importazzjonijiet ta’ bajd, prodotti tal-bajd u bajd speċifikat mingħajr patoġeni minn pajjiżi terzi, żoni jew kumpartimenti li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti fil-Komunità;

(c)

jissottometti lill-Kummissjoni aġġornamenti regolari dwar il-qagħda tal-marda.

KAPITOLU III

STATUS TAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI TA’ PAJJIŻI TERZI, TERRITORJI, ŻONI JEW KUMPARTIMENTI TA’ L-ORIĠINI FIR-RIGWARD TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR U L-MARDA TA’ NEWCASTLE

Artikolu 8

L-influwenza tat-tjur ħielsa mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li minnu jiġu impurtati prodotti fil-Komunità għandu jitqies ħieles mill-influwenza tat-tjur fejn:

(a)

l-influwenza tat-tjur ma kinitx tinsab fil-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar li jippreċedu ċ-ċertifikazzjoni mill-veterinarju uffiċjali;

(b)

programm ta’ sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur, skond l-Artikolu 10 sar matul perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur qabel iċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu fejn hu meħtieġ fiċ-ċertifikat.

2.   Meta tfaqqa’ l-influwenza tat-tjur f’xi pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li qabel ma kellux dik il-marda, kif imsemmija fil-paragrafu 1, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għandu jerġa’ jitqies ħieles mill-influwenza tat-tjur dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ HPAI, ġiet implimentata politika eliminatorja biex tikkontrolla l-marda;

(b)

fil-każ ta’ LPAI, jew ġiet implimentata politika eliminatorja jew it-tjur inqatlu biex tiġi kkontrollata l-marda;

(c)

sar tindif u diżinfettar biżżejjed fl-istabbilimenti li qabel kienu infettati;

(d)

is-sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur saret skond il-Parti II ta’ l-Anness IV matul perjodu ta’ tliet xhur wara li tlesta t-tindif u d-diżinfettar imsemmi fil-punt (c) ta’ dan il-paragrafu b’riżultati negattivi.

Artikolu 9

Pajjiżi terzi, territorji, żoni u kumpartimenti ħielsa mill-HPAI

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li minnu jiġu impurtati l-prodotti fil-Komunità għandhom jitqiesu li m’għandhomx HPAI fejn dik il-marda ma kinitx tinsab fil-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-veterinarju uffiċjali.

2.   Meta tfaqqa’ HPAI f’xi pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li qabel ma kellux dik il-marda kif imsemmija fil-paragrafu 1, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għandu jerġa’ jitqies ħieles mill-HPAI, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ġiet implimentata politika eliminatorja biex tikkontrolla l-marda, inkluż tindif u diżinfettar biżżejjed sar fuq l-istabbilimenti kollha li qabel kienu infettati;

(b)

is-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur saret skond il-Parti II ta’ l-Anness IV matul perjodu ta’ tliet xhur qabel it-tkomplija ta’ politika eliminatorja u t-tindif u d-diżinfettar imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 10

Programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur

Fejn ikun meħtieġ programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fiċ-ċertifikat, il-prodotti għandhom jiġu impurtati biss fil-Komunità minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti fejn:

(a)

il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment kellu fis-seħħ għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur, li hu indikat fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I, u dak il-programm jilħaq ir-rekwiżiti:

(i)

mogħtija fil-Parti I ta’ l-Anness IV; jew

(ii)

tal-Kodiċi tas-Saħħa ta’ l-Annimali Terrestri ta’ l-OIE (19);

(b)

il-pajjiż terz jgħarraf lill-Kummissjoni b’kull bidla fil-programm tiegħu ta’ sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur.

Artikolu 11

Tilqim kontra l-influwenza tat-tjur

Fejn isir tilqim kontra l-influwenza tat-tjur f’pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti, it-tjur jew prodotti oħra mnissla minn tjur imlaqqma għandhom jiġu impurtati biss fil-Komunità, fejn:

(a)

il-pajjiż terz jagħmel it-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur skond pjan ta’ tilqim indikat fil-kolonna 8 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ l-Anness I, u dak il-pjan jilħaq ir-rekwiżiti mogħtija fl-Anness V;

(b)

il-pajjiż terz jgħarraf lill-Kummissjoni b’kull bidla fil-pjan tiegħu ta’ tilqim għall-influwenza tat-tjur.

Artikolu 12

Pajjiżi terzi, territorji, żoni u kumpartimenti ħielsa mill-marda ta’ Newcastle

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li minnu jiġu impurtati l-prodotti fil-Komunità għandu jitqies ħieles mill-marda ta’ Newcastle jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkun faqqgħet l-ebda marda ta’ Newcastle fit-tjur fil-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel iċ-ċertifikazzjoni mill-veterinarju uffiċjali;

(b)

l-ebda tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’ vaċċini li ma jikkonformawx mal-kriterji dwar il-vaċċini rikonoxxuti tal-marda ta’ Newcastle mogħtija fl-Anness VI ma saru għal talanqas il-perjodu msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

2.   Meta tfaqqa’ l-marda ta’ Newcastle f’xi pajjiż terz, żona jew kumpartiment li qabel ma kellux dik il-marda, kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għandu jerġa’ jitqies ħieles minn dik il-marda dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ġiet implimentata politika eliminatorja biex tikkontrolla l-marda;

(b)

sar tindifi u diżinfettar biżżejjed fuq l-istabbilimenti li kienu infettati qabel;

(c)

matul perjodu ta’ mill-anqas tliet xhur wara li ntemmet il-politika eliminatorja u t-tindif u d-diżinfettar imsemmi fil-punti (a) u (b):

(i)

l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tista’ turi li m’hemmx dik il-marda fil-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment permezz ta’ investigazzjonijiet intensivi inkluż l-ittestjar fil-laboratorju marbut ma’ dak it-tfaqqigħ tal-marda;

(ii)

ma sar l-ebda tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle permezz ta’ vaċċini li ma jikkonformawx mal-kriterji għall-vaċċini rikonoxxuti tal-marda ta’ Newcastle mogħtija fl-Anness VI.

Artikolu 13

Derogi li jikkonċernaw l-użu ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ Newcastle

1.   Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a), u b’deroga mill-Artikolu 12(1)(b) u l-Artikolu 12(2)(c)(ii), pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment għandu jitqies ħieles mill-marda ta’ Newcastle meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jippermettu l-użu ta’ vaċċini li ma jikkonformawx mal-kriterji ġenerali mogħtija fil-Parti I ta’ l-Anness VI, iżda mhux mal-kriterji speċifiċi mogħtija fil-Parti II ta’ dak l-Anness;

(b)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa mogħtija fil-Parti I ta’ l-Anness VII.

2.   Għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b), u b’deroga mill-Artikolu 12(1)(b) u l-Artikolu 12(2)(c)(ii), pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li minnu huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur fil-Komunità, għandhom jitqiesu ħielsa mill-marda ta’ Newcastle fejn ikun hemm konformità mar-rekwiżiti addizzjonali tas-saħħa stipulati fil-Parti II ta’ l-Anness VII.

KAPITOLU IV

KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET

Artikolu 14

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta’ tjur, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ ġurnata

1.   Minbarra l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu II u III, il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw fuq l-importazzjonijiet ta’:

(a)

tjur tat-tgħammir u produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ ġurnata minbarra dak ta’ l-għasafar li ma jtirux, ir-rekwiżiti mogħtija fl-Anness VIII;

(b)

l-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u l-produzzjoni, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ ġurnata tagħhom, ir-rekwiżiti mogħtija fl-Anness IX.

2.   Il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għall-kunsinni waħdiena ta’ inqas minn 20 unita ta’ tjur minbarra, l-għasafar li ma jtirux, bajd għat-tfaqqis jew flieles ta’ ġurnata tagħhom.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta’ bajd speċifikat bla patoġeni

Minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 6, il-bajd speċifikat bla patoġeni impurtat fil-Komunità għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandu jkun immarkat b’timbru li jkollu l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti ta’ l-oriġini;

(b)

kull pakkett ta’ bajd speċifikat bla patoġeni jrid ikollu biss bajd mill-istess pajjiż terz ta’ l-oriġini, stabbiliment u konsenjatur, u jrid ikollu fuqu talanqas dawn id-dettalji li ġejjin:

(i)

l-informazzjoni indikata fuq il-bajd kif stipulat fil-punt (a);

(ii)

indikazzjoni li tidher u tinqara sew li l-kunsinna fiha bajd speċifikat bla patoġeni;

(iii)

isem il-konsenjatur jew l-isem u l-indirizz tan-negozju.

(c)

bajd speċifikat bla patoġeni impurtat fil-Komunità jrid jinġarr direttament lejn id-destinazzjoni finali wara li jkunu ntemmu b’suċċess il-kontrolli fuq l-importazzjonijiet.

Artikolu 16

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-ġarr ta’ tjur u flieles ta’ ġurnata

It-tjur u l-flieles ta’ ġurnata impurtati fil-Komunità m’għandhomx:

(a)

jitgħabbew fuq mezz ta’ trasport li jġorr tjur oħra u flieles ta’ ġurnata bi status tas-saħħa ibaxx;

(b)

waqt il-ġarr lejn il-Komunità, m’għandhomx jiġu mgħoddija jew jinħattu f’pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li minnhom l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dawk it-tjur u tal-flieles ta’ ġurnata mhumiex awtorizzati.

Artikolu 17

Kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjonijiet ta’ laħam ta’ għasafar li ma jtirux

Il-laħam biss imnissel mill-għasafar li ma jtirux li għadda mill-miżuri protettivi b’rabta mad-deni li jġib l-emorraġija Crimean-Congo, stipulat fil-Parti II ta’ l-Anness X, jista’ jiġi impurtat fil-Komunità.

KAPITOLU V

KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TRANŻITU

Artikolu 18

Deroga għat-tranżitu mil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(4), it-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija għandu jkun awtorizzat bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Latvija, il-Litwanja u l-Polonja mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE (20), ta’ kunsinni ta’ laħam, ikkapuljat u laħam tat-tjur separat bil-magni inkluż l-għasafar li ma jtirux u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bla patoġeni li ġej minn u intiż għar-Russja, direttament jew indirettament minn xi pajjiż terz ieħor, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kunsinna tiġi ssiġillata b’numru tas-serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera;

(b)

id-dokumenti li jkun hemm mal-kunsinna, kif stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE, jiġu ttimbrati bil-kliem “Għat-tranżitu biss lejn ir-Russja mill-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fuq il-post ta’ spezzjoni tad-dħul fuq il-fruntieri;

(c)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-proċedura stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-kunsinna tiġi ċertifikata bħala tajba għall-ġarr fid-dokument komuni ta’ dħul veterinarju maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fil-post tad-dħul ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera.

2.   Il-kunsinni, kif hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, m’għandhomx jinħattu jew jinħażnu, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità.

3.   Għandu jsir awditjar regolari mill-awtorita kompetenti biex ikun assigurat li n-numru ta’ kunsinni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u n-numru ta’ kwantitajiet korrispondenti ta’ prodotti li jitilqu mill-Komunità jikkorrispondu man-numru u l-kwantitajiet li jidħlu fil-Komunità.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 19

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 93/342/KEE, 94/438/KE u 2006/696/KE huma revokati.

Referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella korrelattiva fl-Anness XII.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Il-prodotti li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati veterinarji rilevanti skond id-Deċiżjonijiet 93/342/KEE, 94/438/KE u 2006/696/KE jistgħu jiġu impurtati jew jinġarru mill-Komunità sal-15 ta’ Frar 2009.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-01/01/2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(3)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(4)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.

(5)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(6)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1237/2007 (ĠU L 280, 24.10.2007, p. 5).

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006. (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(9)  ĠU L 295, 25.10.2006, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1237/2007.

(10)  ĠU L 137, 8.6.1993, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/696/KE.

(11)  ĠU L 181, 15.7.1994, p. 35; verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 187, 26.5.2004, p. 8.

(12)  ĠU L 270 M, 29.9.2006, p. 5.

(13)  http://www.oie.int/eng/normes/meode/en_sommaire.htm (l-aħħar edizzjoni).

(14)  http://www.oie.int/eng/normes/en_mmanual.htm?e1d10 (l-aħħar edizzjoni).

(15)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(16)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(17)  http://www.edqm.eu (l-aħħar edizzjoni).

(18)  Aġenzija tal-Laboratorji Veterinarji, New Haw, Weybridge, Surrey KT 153NB, United Kingdom.

(19)  http://www.oie.int/eng/normes/meode/en_sommaire.htm

(20)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.


ANNESS I

TJUR, BAJD GĦAT-TFAQQIS, FLIELES TA’ ĠURNATA, BAJD SPEĊIFIKAT BLA PATOĠENI, LAĦAM, LAĦAM IKKAPULJAT, LAĦAM SEPARAT BIL-MAGNI, BAJD U PRODOTTI TAL-BAJD

PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi ta’ pajjiż terz, territortorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni ta’ pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta’ sorveljanza ta’ l-influwemza tat-tjur

Status tal-vaċċin ta’ l-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta’ l-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6A

6B

7

8

9

AL — L-Albanija

AL-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

AR — L-Arġentina

AR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

A

 

 

POU, RAT, EP, E

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

AU — L-Awstralja

AU-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

P1

EP, E

 

 

 

 

 

 

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

POU

VI

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

BR — Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BR-1

L-Istati ta’:

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT, BPR, DOR, HER, SRA

 

 

 

 

 

 

P1

BR-2

L-Istati ta’:

Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

 

 

 

 

BR-3

Distrito Federal u l-Istati ta’:

Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

VIII

 

 

 

 

 

EP, E, POU

 

 

 

 

 

 

BW — Botswana

BW-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

CA — Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

IV

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

CH — L-Iżvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (3)

 

 

 

 

 

 

 

CL — Iċ-Ċili

CL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

P1

EP, E,

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

 

 

 

 

 

CN — Ċina (Ir-Repubblika tan-Nies ta’)

CN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

CN-1

Il-Provinċja ta’Shandong

POU, E

VI

P2

6.2.2004

 

 

 

GL — Greenland

GL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, WGM

 

 

 

 

 

 

 

HK — Hong Kong

HK-0

It-territorju kollu tar-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong

EP

 

 

 

 

 

 

 

HR — Il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

P1

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

 

 

 

 

IL — L-Iżrael

IL-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

A

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP

IV

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

EP, E POU, RAT

 

 

 

 

 

 

IN — L-Indja

IN-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

IS — L-Iżlanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

KR — Il-Korea (Rep)

KR-0

Il-pajjiż kollu

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

ME — Montenegro

ME-O

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MG — Madagascar

MG-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, WGM

 

 

 

 

 

 

 

MY — Il-Malażja

MY-0

 

 

 

 

 

 

 

MY-1

Il-Peninsula tal-Punent

EP

 

 

 

 

 

 

 

E

 

P2

6/2/2004

 

 

 

 

MK — Ir-Repubblika eks Jugoslava tal-Maċedonja (4)

MK-0 (4)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

MX — Il-Messiku

MX-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP

 

 

 

 

 

 

 

NA — In-Namibja

NA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT, EP, E

VII

 

 

 

 

 

 

NC — New Caledonia

NC-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

NZ — New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

P1

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

PM — St Pierre u Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

RS — Is-Serbja (5)

XS-0 (5)

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

RU — Il-Federazzjoni Russa

RU-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

SG — Singapore

SG-0

Il-pajjiż kollu

EP

 

 

 

 

 

 

 

TH — It-Tajlandja

TH-0

Il-pajjiż kollu

SPF, EP

 

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

P2

23/01/2004

 

 

 

 

E, POU, RAT

 

P2

23/01/2004

 

 

 

 

TN — It-Tuneżija

TN-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

DOR, BPR, BPP, HER

IV

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

TR — It-Turkija

TR-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

E, EP

 

 

 

 

 

 

 

US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

IV

 

 

 

 

 

 

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

EP, E, POU, RAT

 

 

 

 

 

 

 

UY — Uruguay

UY-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E, RAT

 

 

 

 

 

 

 

ZA — L-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

BPR

I

 

 

 

 

 

 

DOR

II

 

 

 

 

 

 

HER

III

 

 

 

 

 

 

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

ZW — Iż-Żimbabwe

ZW-0

Il-pajjiż kollu

RAT

VII

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

PARTI 2

Ċertifikati veterinarji mudell

Mudell(i):

“BPP”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għat-tjur tat-tgħammir jew produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux

“BPR”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-għasafar li ma jtirux tat-tgħammir jew produttivi

“DOC”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-flieles ta’ ġurnata minbarra ta’ l-għasafar li ma jtirux

“DOR”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-flieles ta’ ġurnata ta’ l-għasafar li ma jtirux

“HEP”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd għat-tfaqqis ta’ tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux

“HER”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd għat-tfaqqis ta’ l-għasafar li ma jtirux

“SPF”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd speċifikat mingħajr patoġeni

“SRP”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għat-tjur tal-qatla u għat-tjur biex jerġgħu jimtlew il-fornituri ta’ għasafar tal-kaċċa minbarra ta’ l-għasafar li ma jtirux

“SRA”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-għasafar li ma jtirux tal-qatla

“POU”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tat-tjur

“POU-MI/MSM”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ikkapuljat u l-laħam tat-tjur separat bil-magni

“RAT”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imkabbra għall-konsum uman

“RAT-MI/MSM”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ikkapuljat u laħam separat bil-magni ta’ għasafar li ma jtirux imkabbra għall-konsum uman

“WGM”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ għasafar tal-kaċċa selvaġġi

“WGM-MI/MSM”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ikkapuljat ta’ l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi u separat bil-magni

“E”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd

“EP”

:

Ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd

Garanzi addizzjonali (AG):

“I”

:

Garanziji għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u produttivi li ġejjin minn pajjiż terz, territorju, jew żona li mhuwiex ħieles/ħielsa mill-marda ta’ Newcastle, ċertifikat skond il-mudell BPR

“II”

:

Garanziji għall-flieles ta’ ġurnata ta’ l-għasafar li ma jtirux li ġejjin minn pajjiż terz, territorju, jew żona li mhuwiex ħieles/ħielsa mill-marda ta’ Newcastle, ċertifikati skond il-mudell DOR

“III”

:

Garanziji għall-bajd għat-tfaqqis ta’ l-għasafar li ma jtirux li ġejjin minn xi pajjiż terz, territorju, żona territorju, jew żona li mhuwiex ħieles/ħielsa mill-marda ta’ Newcastle ċertifikati skond il-mudell HER

“IV”

:

Garanziji rilevanti għat-tjur tat-tgħammir ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata ta’ Gallus gallus initiżi għal finijiet ta’ tgħammir u bajd għat-tfaqqis ta’ Gallus gallus skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-UE dwar il-kontroll tas- Salmonella, ingħataw u għandhom jiġu ċertifikati skond il-mudell BPP, DOC u HEP rispettivament

“V”

:

Garanziji għall-għasafar li ma jtirux tal-qatla li ġejjin minn pajjiż terz, territorju, territorju, jew żona li mhuwiex ħieles/ħielsa mill-marda ta’ Newcastle, ċertifikat skond il-mudell SRA

“VI”

:

garanziji addizzjonali li jkopru l-laħam tat-tjur ċertifikati skond il-mudell POU

“VII”

:

garanziji addizzjonali li jkopru l-laħam ta’ l-għasafar li ma jtirux imkabbra fir-razzett biex jiġu kkonsmati min-nies ċertifikati skond il-mudell RAT

“VIII”

:

garanziji addizzjonali għal-laħam tat-tjur tal-kaċċa selvaġġi ċertifikati skond il-mudell WGM

Programm ta’ kontroll tas-Salmonella:

“P1”

:

Projbizzjoni fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ tjur tat-tgħammir ta’ Gallus gallus, flieles ta’ ġurnata ta’ Gallus gallus intiżi għall-finijiet ta’ tgħammir u bajd għat-tfaqqis ta’ Gallus gallus minħabba li ma ġiex sottomess programm għall-kontroll tas-Salmonella skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 lill-Kummissjoni jew ġie approvat minnha.

Kundizzjonijiet speċifiċi:

“P2”

:

Projbizzjoni fuq l-importazzjoni fil-Komunità jew it-tranżitu minnha minħabba restrizzjonijiet marbuta ma’ xi tfaqqigħa ta’ HPAI

“P3”

:

Projbizzjoni fuq l-importazzjoni fil-Komunità jew it-tranżitu minnha minħabba restrizzjonijiet marbuta ma’ xi tfaqqigħa ta’ ND

Programm ta’ sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur u pjan ta’ tilqim kontra l-influwenza tat-tjur:

“A”

:

Pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li jagħmel programm ta’ sorveljanza dwar l-influwenza tat-tjur skond ir-Regolament (KE) Nru 796/2008

“B”

:

Pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li jagħmel it-tilqim kontra l-influwenza tat-tjur skond ir-Regolament (KE) Nru 798/2008

Noti

Noti ġenerali:

(a)

Ċertifikati veterinarji bbażati fuq il-mudelli fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness u skond il-format tal-mudell li jikkorrispondi mal-prodott konċernat għandhom jinħarġu mill-pajjiż, territorju, żona jew kumpartiment esportatur. Huma għandu jkun fihom, skond l-ordni li tidher fil-mudell, iċ-ċertifikati li huma meħtieġa għal kull pajjiż terz u, fejn japplika, dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali meħtieġa għall-pajjiż, territorju, żona jew kumpartiment esportatur.

Fejn ikunu hemm bżonn ta’ aktar garanziji mill-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni għall-prodott konċernat, dawn għandhom jitniżżlu fuq l-oriġinal taċ-ċertifikat veterinarju.

(b)

Irid jiġi preżentat ċertifikat separat, wieħed għal kull kunsinna tal-prodott konċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn xi territorju li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness u li ġie trasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, vann, ajruplan jew vapur.

(c)

L-oriġinal taċ-ċertifikati għandu jkun magħmul minn paġna waħda stampata miż-żewġ naħat jew, fejn tkun meħtieġa aktar kitba, b’tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw wieħed sħiħ u ma jistgħux jiġu separati.

(d)

Iċ-ċertifikat għandu jissawwar b’talanqas lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE fejn issir l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u b’lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni. Minkejja dan, dawk l-Istati Membri jistgħu jħallu lingwa oħra Komunitarja minflok tagħhom, flimkien ma’, jekk hemm bżonn, traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Fejn ikun hemm paġni addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikat għall-finijiet li jiġu identifikati l-oġġetti li hemm fil-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jidher fuq kull paġna.

(f)

Meta ċ-ċertifikat, inkluż kull paġna addizzjonali kif stipulat f’ (e), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun enumerata “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta’ paġni)–” fil-qiegħ u għandu jkollha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorita kompetenti fin-naħa ta’ fuq.

(g)

L-oriġinal taċ-ċertifikat irid jimtela u jiġi ffirmat minn xi veterinarju uffiċjali mhux qabel 24 siegħa mindu tiġi mgħobbija l-kunsinna għall-importazzjonijiet lejn il-Komunita, sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur għandhom jassiguraw li l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE jiġu segwiti.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta’ l-istampar. L-istess regola għandha tapplika għat-timbri barra dawk li huma imbuzzati ‘l barra jew watermarks.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat ird ikun mal-kunsinna safejn jikkonċerna l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-UE.

Noti addizzjonali għat-tjur u l-flieles ta’ ġurnata:

(i)

Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ, sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor.

Fil-każ ta’ trasport bil-vapur, il-perjodu ta’ validita għandu jiġi estiż biż-żmien meħud għall-vjaġġ. Għal dak il-għan, l-oriġinal ta’ xi dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, magħmul skond l-Anness II, għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat veterinarju.

(j)

It-tjur u l-flieles ta’ ġurnata m’għandhomx jinġarru ma’ tjur u flieles ta’ ġurnata oħra li jew mhumiex intiżi għall-Komunità Ewropea jew huma ta’ status tas-saħħa iktar baxx.

(k)

It-tjur u l-flieles ta’ ġurnata m’għandhomx waqt il-ġarr lejn il-Komunità jiġu mċaqalqa minn jew jinħattu f’xi pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li minnu l-importazzjonijiet ta’ dawk it-tjur u flieles ta’ ġurnata mhumiex awtorizzati fil-Komunità.

Ċertifikat veterinarju mudell għat-tjur tat-tgħammir jew tjur produttivi barra mill-għasafar li ma jtirux (BPP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-għasafar tat-tgħammir jew produttivi (BPR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-flieles ta’ ġurnata minbarra dawk ta’ l-għasafar li ma jtirux (DOC)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-flieles ta’ ġurnata ta’ l-għasafar li ma jtirux (DOR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd tat-tfaqqis ta’ tjur minbarra l-għasafar li ma jtirux (HEP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd tat-tfaqqis ta’ għasafar li ma jtirux (HER)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd speċifikat bla patoġeni (SPF)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għat-tjur tal-qatla u għat-tjur biex jerġgħu jimtlew il-fornituri ta’ għasafar tal-kaċċa minbarra l-għasafar li ma jtirux (SRP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-għasafar li ma jtirux tal-qatla (SRA)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam tat-tjur (POU)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ikkapuljat u l-laħam tat-tjur separat bil-magni (POU-MI/MSM)

(Għadu mhux stabbilit)

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ għasafar li ma jtirux imkabbra fl-irziezet għall-konsum uman (RAT)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ikkapuljat u laħam separat bil-magni ta’ għasafar li ma jtirux għall-konsum uman (RAT-MI/MSM)

(Għadu mhux stabbilit)

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ta’ għasafar tal-kaċċa selvaġġi (WGM)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għal-laħam ikkapuljat ta’ l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi u laħam separat bil-magni (WGM-MI/MSM)

(Għadu mhux stabbilit)

Ċertifikat veterinarju mudell għall-bajd (E)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Ċertifikat veterinarju mudell għall-prodotti tal-bajd (EP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Prodotti, inkluż dawk li jinġarru fuq l-ibħra mqallba, magħmula qabel din id-data jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità waqt perjodu ta’ 90 jum minn din id-data.

(2)  Il-prodotti biss magħmula wara din id-data jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità.

(3)  Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132 kif emendata l-aħħar).

(4)  Ir-Repubblika eks Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju bl-ebda mod ma jippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż li għandha tinqabel wara li jintemmu n-negozjati li qed iseħħu bħalissa dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Li ma jinkludux il-Kosovo, kif definit mir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.


ANNESS II

(kif hemm referenz għalih fl-Artikolu 4)

(Biex jimtela u jiġi mehmuż maċ-ċertifikat veterinarju fejn il-ġarr ta’ tjur u flieles ta’ ġurnata lejn il-fruntiera tal-Komunità Ewropea jinkludi it-trasport bil-vapur, anki għal parti mill-vjaġġ.)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

ATTI KOMUNITARJI, STANDARDS U PROĊEDURI INTERNAZZJONALI GĦALL-EŻAMINAR, TEĦID TA’ KAMPJUNI U TTESTJAR KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6

I.   Qabel l-importazzjoni fil-Komunità

Metodi għall-istandardizzazzjoni ta’ materjal u proċeduri għall-eżaminar, it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar għal:

(1)

Influwenza tat-tjur

Manwal dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE (1); jew

Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-annimali (OIE) (2).

(2)

Marda ta’ Newcastle

Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE (3); jew

Manwal ta’ Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali għall-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta’ l-annimali (OIE);

Fejn japplika l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/539/KEE, il-metodi kampjunarji u ta’ l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-metodi deskritti fl-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/340/KEE (4).

(3)

Salmonella pullorum u Salmonella gallinarum

Il-Kapitolu III ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE; jew

Manwal tat-Testijiet u Vaċċini Dijanjostiċi għall-Annimali Terretri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta’ l-annimali (OIE).

(4)

Salmonella arizonae

Eżami seroloġiku: 60 għasfur iridu jittieħdu l-kampjuni tagħhom fil-ħin li jbidu bil-metodi deskritti fil-Manwal ta’ Testijiet u Vaċċini Dijanjostiċi għall-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta’ l-annimali (OIE).

(5)

Mycoplasma gallisepticum

Il-Kapitolu III ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/539/EEC; jew

Il-Manwal tat-Testijiet u l-Vaċċini Dijanjostiċi għall-Annimali Terrestri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta’ l-annimali (OIE).

(6)

Mycoplasma meleagridis

Il-Kapitolu III ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE.

(7)

Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika

Il-metodu ta’ skoperta rakkomandat mil-laboratorju ta’ referenza Komunitarju (CRL) għas-Salmonella f'Bilthoven, in-Netherlands, jew għandu jintuża' metodu ekwivalenti. Dak il-metodu hu deskritt fil-verżjoni preżenti ta’ l-abbozz Anness D ta’ ISO 6579 (2002): 'Skoperta tas-Salmonella spp. Fil-ħmieġ ta’ l-annimali u f’kampjuni ta’ l-ewwel stadju ta’ produzzjoni'. F’dak il-metodu ta’ skoperta, strument semi-solidu (strument modifikat semi-solidu Rappaport-Vassiladis, MSRV) jintuża bħala l-unika strument selettiv ta’ arrikkiment.

It-teħid ta’ serotipi għandu jsir skond l-iskema Kaufmann-White jew metodu ekwivalenti.

II.   Wara l-importazzjoni fil-Komunità

Proċeduri kampjunarji u ta’ l-ittestjar għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle:

Matul il-perjodu msemmi fil-punt II.1 ta’ l-Anness VIII, il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu kampjuni mit-tjur impurtati għall-eżami viroloġiku, biex jiġu ttestjati kif ġej:

Bejn is-seba’ u l-ħmistax-il ġurnata wara li jibda l-perjodu ta’ iżolament, irid jittieħed tajjar bil-ħmieġ mill-għasafar kollha fejn il-kunsinna fiha inqas minn 60 għasfur, u minn talanqas 60 għasfur fejn il-kunsinni fihom aktar minn 60 għasfur;

L-ittestjar ta’ kampjuni jrid isir f’laboratorju uffiċjali maħtur mill-awtorita kompetenti, bl-użu ta’ proċeduri dijanjostiċi għal:

(i)

l-influwenza tat-tjur kif stipulata fil-manwal dijanjostiku tad-Deċiżjoni 2006/437/KE;

(ii)

il-marda ta’ Newcastle kif stipulat fl-Anness III tad-Direttiva 92/66/KEE.

III.   Rekwiżiti ġenerali

Il-kampjuni jistgħu jiġu mqiegħda flimkien, soġġetti għal massimu ta’ ħames snin mill-għasafar individwali f’kull grupp.

L-iżolati tal-vajrus iridu jintbagħtu minnufih lil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali.


(1)  ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1.

(2)  http://www.oie.int/eng/normes/mmanual/A_summry.htm

(3)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 188, 8.7.1992, p. 34.


ANNESS IV

(kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)(d), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 10)

REKWIŻITI GĦAL PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR U INFORMAZZJONI LI TRID TINGĦATA (1)

I.   Rekwiżiti għas-sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur imwettqa f’pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti kif imsemmija fl-Artikolu 10.

A.   sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur:

(1)

Deskrizzjoni ta’ l-għanijiet

(2)

Pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment (żomm kif jixraq):

(3)

Tip ta’ sorveljanza:

Sorveljanza seroloġika

Sorveljanza viroloġika

Subtipi immirati ta’ l-influwenza tat-tjur

(4)

Kriterji kampjunarji:

Speċi immirati (per eżempju, dundjani, tiġieġ, perniċi)

Kategoriji immirati (per eżempju, min irabbi l-bhejjem, min ibid)

Sistemi agrikoli immirati (per eżempju, stabbilimenti kummerċjali, qatgħat fil-btieħi)

(5)

Bażi statistika għal numru ta’ stabbilimenti kampjunati:

Numru ta’ stabbilimenti fiż-żona

Numru ta’ stabbilimenti għal kull kategorija

Numru ta’ stabbilimenti li jridu jiġu kampjunati għal kull kategorija ta’ tjur

(6)

Frekwenza kampjunarja

(7)

Numru ta’ kampjuni meħuda għal kull stabbiliment/barrakka

(8)

Perjodu taż-żmien għat-teħid ta’ kampjuni

(9)

Tip ta’ kampjuni meħuda (tessut, ħmieġ, tajjar mill-ħmieġ/orofarinġeali/traċeali)

(10)

Testijiet tal-laboratorju użati (per eżempju, AGID, PCR, HI, Iżolament tal-vajrus.)

(11)

Indikazzjoni tal-laboratorji li jwettqu l-ittestjar fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali (żomm kif jixraq)

Indikazzjoni tal-laboratorju ta’ referenza li jwettaq l-ittestjar konfermatorju (laboratorju ta’ referenza nazzjonali għall-influwenza tat-tjur, OIE jew laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-influwenza tat-tjur)

(12)

Sistema/protokoll ta’ rappurtaġġ użati għar-riżultati ta’ sorveljanza dwar l-influwenza tat-tjur (inkluż ir-riżultati fejn dawn jeżistu)

(13)

Investigazzjonijiet li jsiru wara tar-riżultati pożittivi għas-subtipi H5 u H7.

B.   fejn ikun hemm informazzjoni dwar is-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fl-għasafar selvaġġi biex jiġu evalwati l-fatturi ta’ riskju għall-introduzzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur fit-tjur:

(1)

Tip ta’ sorveljanza:

Sorveljanza seroloġika

Sorveljanza viroloġika

Subtipi immirati ta’ l-influwenza tat-tjur

(2)

Kriterji kampjunarji

(3)

Immirar ta’ speċi ta’ għasafar selvaġġi (indika l-ismijiet ta’ l-ispeċi bil-Latin)

(4)

Immirar ta’ oqsma magħżula

(5)

Informazzjoni msemmija fil-punt 6 u l-punti 8 sa 12 tal-Parti I.A.

II.   Sorveljanza ta’ l-influwenza tat-tjur li trid issir wara li tkun faqqgħet dik il-marda f’xi pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment li qabel ma kellux dik il-marda, kif imsemmi fl-Artikoli 8(2)(d) u 9(2)(b)

Is-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur trid tipprovdi talanqas il-kunfidenza permezz ta’ kampjun rappreżentattiv bl-addoċċ tal-popolazzjonijiet li huma f’riskju biex juru n-nuqqas ta’ infezzjoni billi jqisu ċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi speċifiċi marbuta mat-tfaqqigħ konċernat.


(1)  Jekk jogħġbok agħti informazzjoni dettaljata kemm hemm bżonn sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni kif imiss tal-programm.


ANNESS V

(kif imsemmi fl-Artikolu 11(a))

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI SOTTOMESSA MINN XI PAJJIŻ TERZ LI JLAQQAM KONTRA L-INFLUWENZA TAT-TJUR (1)

I.   Rekwiżiti għall-pjanijiet ta’ tilqim magħmula f’pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment kif imsemmi fl-Artikolu 11

(1)

Pajjiż, territorju, żona jew kumpartiment (żomm kif jixraq)

(2)

Storja tal-marda (tfaqqigħ li kien hemm qabel fit-tjur jew każijiet fl-għasafar selvaġġi ta’ HPAI/LPAI)

(3)

Deskrizzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tat-tilqim

(4)

Valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq:

Tfaqqigħ ta’ l-influwenza tat-tjur f’dak il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment (żomm kif jixraq)

Tfaqqigħ ta’ l-influwenza tat-tjur f’pajjiż viċin

Fatturi oħra tar-riskju bħal ċerti oqsma, tip ta’ kura tat-tjur jew kategoriji ta’ tjur jew għasafar oħra maqbuda

(5)

Żona ġeografika fejn isir it-tilqim

(6)

Numru ta’ stabbilimenti fiż-żona tat-tilqim

(7)

Numru ta’ stabbilimenti fejn isir it-tilqim, jekk differenti min-numru fil-punt 6

(8)

Speċi u kategoriji ta’ tjur jew għasafar oħra maqbuda fit-territorju tat-tilqim, żona jew kumpartiment

(9)

Numru ta’ tjur approssimattiv jew tjur oħra maqbuda fl-istabbilimenti msemmija fil-punt 7

(10)

Sommarju tal-karatteristiċi tat-tilqim

(11)

Awtorizzazzjoni, tqandil, fabbrikazzjoni, ħżin, fornitura, distribuzzjoni u bejgħ tat-tilqim ta’ l-influwenza tat-tjur fit-territorju nazzjonali

(12)

Implimentazzjoni ta’ strateġija tad-DIVA

(13)

Tul taż-żmien maħsub għall-kampanja ta’ tilqim

(14)

Dispożizzjonijiet u restrizzjonijiet dwar iċ-ċaqliq ta’ tjur imlaqqma u prodotti tat-tjur li ġejjin minn tjur imlaqqma jew għasafar oħra maqbuda mlaqqma

(15)

Testijiet kliniċi u fil-laboratorju li saru fl-istabbilimenti mlaqqma u/jew li jinsabu fiż-żona tat-tilqim (eż. ittestjar ta’ l-effikaċja u ta’ qabel iċ-ċaqliq eċċ.)

(16)

Mezzi li bihom jinżammu r-rekords (eż. għat-tagħrif dettaljat imsemmi fil-punt 15) u jiġu reġistrati l-istabbilimenti fejn sar it-tilqim.

II.   Sorveljanza għal pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur kif imsemmija fl-Artikolu 11

Fejn it-tilqim isir f’pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment l-istabbilimenti kummerċjali kollha li jiġu mlaqqma kontra l-influwenza tat-tjur iridu jgħaddu mill-ittestjar tal-laboratorju u l-informazzjoni li ġejja, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fil-Parti I.A ta’ l-Anness IV, għandha tiġi sottomessa:

(1)

Numru ta’ stabbilimenti mlaqqma fiż-żona għal kull kategorija

(2)

Numru ta’ stabbilimenti mlaqqma li jridu jittieħdu kampjuni tagħhom għal kull kategorija ta’ tjur

(3)

Użu ta’ għasafar sentinelli (indika l-ispeċi u n-numru ta’ għasafar sentinelli użati għal kull barrakka)

(4)

Numru ta’ kampjuni meħuda għal kull stabbiliment u/jew barrakka

(5)

Data dwar l-effikaċja tal-vaċċin.


(1)  Jekk jogħġbok agħti informazzjoni dettaljata kemm hemm bżonn sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni kif imiss tal-programm.


ANNESS VI

(kif imsemmi fl-Artikolu 12(1)(b) u (2)(c)(ii) u l-Artikolu 13(1)(a))

KRITERJI GĦAL VAĊĊINI RIKONUXXUTI TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE

I.   Kriterji ġenerali

(1)

Il-vaċċini jridu jiġu reġistrati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat qabel ma jitħallew jitqassmu u jintużaw. Għal dik ir-reġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridu jserrħu fuq fajl komplut bid-data dwar l-effikaċja u li ma tagħmilx ħsara, għal vaċċini impurtati l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jserrħu fuq data ċċekkjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż fejn isir il-vaċċin, dejjem jekk dawn l-ispezzjonijiet saru b’konformità ma’ standards aċċettati internazzjonalment.

(2)

Barra minn dan, l-importazzjonijiet jew il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-vaċċini jridu jiġu kkontrollati mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz konċernat.

(3)

Qabel ma titħalla ssir id-distribuzzjoni, kull kunsinna ta’ vaċċini trid tiġi ttestjata li ma tagħmilx ħsara, speċjalment rigward l-attenwazzjoni jew l-inattivazzjoni u n-nuqqas ta’ aġenti kontaminati mhux mixtieqa, u dwar l-effikaċja għan-nom ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

II.   Kriterji speċifiċi

(1)

Vaċċini ħajja tal-marda ta’ Newcastle għandhom jiġu ppreparati minn razza ta’ vajrus tal-marda ta’ Newcastle li għaliha ż-żerriegħa ewlenija ġiet ittestjata u ntwera li għandha indiċi tal-patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) ta’ jew:

(i)

inqas minn 0,4, jekk mhux inqas minn 107 EID50 jiġu amministrati fuq kull għasfur fit-test ta’ l-ICPI;

(ii)

inqas minn 0,5, jekk mhux inqas minn 108 EID50 jiġu amministrati fuq kull għasfur fit-test ta’ l-ICPI.

(2)

Il-vaċċini mhux attivati tal-marda ta’ Newcastle għandhom jiġu ppreparati minn razza tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle b’indiċi tal-patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) fi flieles ta’ ġurnata ta’ inqas minn 0,7, jekk mhux inqas minn 108 EID50 jiġu amministrati fuq kull għasfur fit-test ta’ l-ICPI.


ANNESS VII

(kif imsemmi fl-Artikolu 13)

REKWIŻITI OĦRA TAS-SAĦĦA

I.   għat-tjur, flieles ta’ ġurnata u bajd għat-tfaqqis li ġejjin minn xi pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment fejn it-tilqim użat kontra l-marda ta’ newcastle ma jilħaqx il-kriterji ta’ l-anness vi

(1)

Fejn il-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ma jipprojbixxix l-użu ta’ tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle li ma jilħqux il-kriterji speċifiċi mogħtija fl-Anness VI ir-rekwiżiti tas-saħħa addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal:

(a)

tjur, inkluż il-flieles ta’ ġurnata ma jridux ikunu tlaqqmu b’dawk il-vaċċini għal talanqas 12-il xahar qabel id-data ta’ l-importazzjoni fil-Komunità;

(b)

il-qatgħa jew qatgħat iridu jkunu għaddew minn test ta’ iżolament tal-vajrus għall-marda ta’ Newcastle mhux qabel ma jgħaddu ġimagħtejn qabel id-data ta’ importazzjoni fil-Komunità jew, fil-każ tal-bajd għat-tfaqqis, mhux aktar kmieni minn ġimagħtejn qabel id-data tal-ġbir tal-bajd:

(i)

saru f’laboratorju uffiċjali;

(ii)

fuq kampjun bl-addoċċ ta’ tajjar bil-ħmieġ minn talanqas 60 għasfur f’kull qatgħa;

(iii)

li fihom instabu paramiksovajrusis avjarji b’Indiċi tal-Patoġeniċità Intraċerebrali ta’ aktar minn 0,4.

(c)

it-tjur iridu jinżammu f’iżolament taħt sorveljanza uffiċjali fl-istabbiliment ta’ l-oriġini matul il-perjodu ta’ ġimagħtejn imsemmi f’(b);

(d)

it-tjur ma jridx ikun kellhom kuntatt ma’ tjur li ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati f’(a) u (b) matul perjodu ta’ 60 ġurnata qabel id-data ta’ l-importazzjoni fil-Komunità jew, fil-każ tal-bajd għat-tfaqqis, matul perjodu ta’ 60 ġurnata qabel il-ġbir tal-bajd.

(2)

Fejn il-flieles ta’ ġurnata jiġu impurtati minn xi pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment kif imsemmi fil-punt 1, il-flieles ta’ ġurnata u l-bajd għat-tfaqqis li minnhom huma mnissla l-flieles ta’ ġurnata ma jridx ikun kellhom kuntatt fil-post fejn faqqsu jew matul il-ġarr ma’ tjur jew bajd tat-tfaqqis li ma jilħqux ir-rekwiżiti mogħtija fil-punt 1(a) sa (d).

II.   Għal-laħam tat-tjur

Il-laħam tat-tjur irid jiġi mit-tjur tal-qatla li:

(a)

ma tlaqqmux b’vaċċini magħmula minn żerriegħa ewlenija tal-vajrus tal-marda ta’ Newcastle li juru patoġeniċita ogħla mir-razez lentoġeniċi tal-vajrus fi żmien 30 ġurnata qabel il-qatla;

(b)

għaddew minn test ta’ iżolament tal-vajrus għall-marda ta’ Newcastle, magħmul f’laboratorju uffiċjali fil-ħin tal-qatla fuq kampjun bl-addoċċ ta’ tajjar bil-ħmieġ minn talanqas 60 għasfur f’kull qatgħa konċernata u li fih l-ebda paramiksovajrusis avjarji b’Indiċi tal-Patoġeniċità Intraċerebrali (ICPI) ta’ aktar minn 0,4;

(c)

ma ġewx f’kuntatt fi 30 ġurnata qabel id-data tal-qatla ma’ tjur li ma jilħqux il-kundizzjonijiet stipulati f’(a) u (b).


ANNESS VIII

(kif imsemmi fl-Artikolu 14(1)(a))

TJUR TAT-TGĦAMMIR U PRODUTTIVI MINBARRA L-GĦASAFAR LI MA JTIRUX, BAJD GĦAT-TFAQQIS U FLIELES TA’ ĠURNATA MINBARRA DAWK TA’ L-GĦASAFAR LI MA JTIRUX

I.   Rekwiżiti applikabbli qabel l-importazzjoni

(1)

Tjur tat-tgħammir u tjur produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ ġurnata minbarra dawk ta’ għasafar li ma jtirux għall-importazzjoni fil-Komunità għandhom jiġu biss minn stabbilimenti li ġew approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz konċernat skond il-kundizzjonijiet li huma talanqas stretti daqs dawk stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE u fejn dik l-approvazzjoni ma ġietx sospiża jew irtirata.

(2)

Fejn it-tjur tat-tgħammir u t-tjur produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux, bajd għat-tfaqqis u flieles ta’ ġurnata minbarra l-għasafar li ma jtirux u/jew qatgħat ta’ l-oriġini jridu jgħaddu mill-ittestjar biex jilħqu r-rekwiżiti taċ-ċertifikati veterinarji rilevanti stipulati fir-Regolament, teħid ta’ kampjuni għat-testjar u l-ittestjar innifsu jrid isir skond l-Anness III.

(3)

Il-bajd għat-tfaqqis għall-importazzjoni fil-Komunità għandu jkollu fuqu l-isem tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini u l-kelma “tfaqqis” li tkun ogħla minn 3mm b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

(4)

Kull pakkett ta’ bajd għat-tfaqqis kif imsemmi fil-punt 3 għandu jkun fih biss bajd ta’ speċi, kategorija u tip wieħed ta’ tjur mill-istess pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ta’ l-oriġini u konsenjatur, u għandu jkollu fuqu talanqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni indikata fuq il-bajd kif hemm provdut fil-punt 3;

(b)

l-ispeċi ta’ tjur li minnhom ġej il-bajd;

(c)

isem il-konsenjatur jew l-isem u l-indirizz tan-negozju.

(5)

Kull kaxxa ta’ flieles ta’ ġurnata impurtati għandu jkun fiha speċi waħda, kategorija waħda u tip wieħed ta’ tjur mill-istess pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ta’ oriġini, post tat-tfaqqis u konsenjatur u għandu jkollha fuqha talanqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-isem tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ta’ l-oriġini;

(b)

l-ispeċi ta’ tjur li għalihom jappartjenu l-flieles ta’ ġurnata;

(c)

in-numru li jiddistingwi tal-post tat-tfaqqis;

(d)

isem il-konsenjatur jew l-isem u l-indirizz tan-negozju.

II.   Rekwiżiti applikabbli wara l-importazzjonijiet

(1)

Tjur impurtati u tjur produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux u l-flieles ta’ ġurnata minbarra dawk ta’ l-għasafar li ma jtirux għandhom jinżammu fl-istabbiliment(i) tad-destinazzjoni mid-data tal-wasla tagħhom:

(a)

għal perjodu ta’ mill-anqas sitt ġimgħat; jew

(b)

fejn l-għasafar jinqatlu qabel ma jiskadi l-perjodu msemmi f’(a), sad-data tal-qatla.

Minkejja dan, il-perjodu stipulat f’(a) jista’ jiġi mnaqqas għal tliet ġimgħat, dejjem jekk it-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar skond l-Anness III sar b’riżultati favorevoli.

(2)

It-tjur tat-tgħammir u t-tjur produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux li tfaqqsu minn bajd tat-tfaqqis impurtat għandhom jinżammu għal talanqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis jew fl-istabbiliment(i) li fih intbagħtu t-tjur wara li faqqsu.

Fejn il-flieles ta’ ġurnata ma jitkabbrux fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tfaqqis, huma għandhom jinġarru direttament lejn id-destinazzjoni finali (kif speċifikat fil-punti 1.10 u 1.11 taċ-ċertifikat tas-saħħa, Mudell 2 fl-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE) u li nżammu hemm għal talanqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis.

(3)

Matul il-perjodi rilevanti, kif imsemmija fil-punti 1 u 2, tjur tat-tgħammir u produttivi impurtati kif ukoll flieles ta’ ġurnata u tjur tat-tgħammir tjur tat-tgħammir u produttivi minbarra l-għasafar li ma jtirux li tfaqqsu minn bajd tat-tfaqqis impurtat għandhom jinżammu f’iżolament fid-djar tat-tjur fejn m’hemmx qatgħat oħra.

Minkejja dan, huma jistgħu jiġu introdotti fi djar tat-tjur fejn diġa’ hemm tjur tat-tgħammir u produttivi u l-flieles ta’ ġurnata.

F’dak il-każ, il-perjodi rilevanti msemmija fil-punti 1 u 2 għandhom jibdew mid-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-aħħar għasfur impurtat u l-ebda tjur preżenti m’għandhom jitmexxew mid-djar tat-tjur qabel ma jintemmu dawk il-perjodi.

(4)

Il-bajd għat-tfaqqis impurtat għandu jitfaqqas f’inkubaturi u postijiet tat-tfaqqis separati.

Minkejja dan, bajd għat-tfaqqis impurtat jista’ jiġi mdaħħal f’inkubaturi u postijiet tat-tfaqqis fejn m’hemmx diġa bajd ieħor tat-tfaqqis.

F’dak il-każ, il-perjodi msemmija fil-punti 1 u 2 għandhom jibdew mid-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-aħħar bajd tat-tfaqqis impurtata.

(5)

Mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-perjodi rilevanti kif stipulat fil-punt 1 jew 2, it-tjur tat-tgħammir u produttivi impurtati kif ukoll il-flieles ta’ ġurnata għandhom jgħaddu minn eżami kliniku li jsir mill-veterinarju uffiċjali u, fejn hemm bżonn, għandhom jittieħdu kampjuni biex jissorveljaw l-istat ta’ saħħithom.


ANNESS IX

(kif imsemmija fl-Artikolu 14(1)(b))

GĦASAFAR LI MA JTIRUX GĦAT-TGĦAMMIR U L-PRODUZZJONI, BAJD TAT-TFAQQIS U FLIELES TA’ ĠURNATA TAGĦHOM

I.   Rekwiżiti applikabbli qabel l-importazzjoni

(1)

L-għasafar li ma jtirux impurtati għat-tgħammir u l-produzzjoni (“għasafar li ma jtirux”) għandhom jiġu identifikati permezz ta’ tabella ma’ l-għonq u/jew mikroċipep li jkollhom fuqhom il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini. Dawk il-mikroċipep iridu jikkonformaw ma’ l-istandards ISO.

(2)

Il-bajd tat-tfaqqis impurtat ta’ l-għasafar li ma jtirux għandu jkun immarkat b’timbru li jindika l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini.

(3)

Kull pakkett ta’ bajd tat-tfaqqis kif imsemmi fil-punt 2 għandu jkun fih biss bajd ta’ l-għasafar li ma jtirux mill-istess pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ta’ l-oriġini u konsenjatur, u għandu jkollu fuqu talanqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni indikata fuq il-bajd kif stipulat fil-punt 2;

(b)

indikazzjoni li tidher u tinqara sew li turi li l-kunsinna fih bajd tat-tfaqqis ta’ għasafar li ma jtirux;

(c)

isem il-konsenjatur jew l-isem u l-indirizz tan-negozju tiegħu.

(4)

Kull kaxxa ta’ flieles ta’ ġurnata impurtati ta’ għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u l-produzzjoni għandu jkun fih biss għasafar li ma jtirux mill-istess pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ta’ l-oriġini, stabbiliment u konsenjatur, u għandu jkollha fuqha talanqas id-dettalji li ġejjin:

(a)

il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini u n-numru ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini;

(b)

indikazzjoni li tidher u tinqara sew li l-kunsinna fiha flieles ta’ ġurnata ta’ għasafar li ma jtirux;

(c)

isem il-konsenjatur jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tiegħu.

II.   Rekwiżiti applikabbli wara l-importazzjoni

(1)

Wara li jkunu saru l-kontrolli fuq l-importazzjoni skond id-Direttiva 91/496/KEE, il-kunsinni ta’ għasafar li ma jtirux u bajd tat-tfaqqis tagħhom għandhom jinġarru direttament lejn id-destinazzjoni finali.

(2)

L-għasafar li ma jtirux impurtati u l-flieles ta’ ġurnata tagħhom għandhom jinżammu fl-istabbiliment(i) tad-destinazzjoni mid-data tal-wasla tagħhom:

(a)

għal perjodu ta’ mill-anqas sitt ġimgħat; jew

(b)

fejn l-għasafar jinqatlu qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi f’(a), sad-data tal-qatla.

(3)

L-għasafar li ma jtirux li tfaqqsu minn bajd tat-tfaqqis impurtat għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-anqas tliet ġimgħat mid-data tat-tfaqqis f’post tat-tfaqqis jew fl-istabbiliment(i) li fih intbagħtu wara li faqqsu.

(4)

Matul il-perjodi rilevanti kif imsemmija fil-punti 2 u 3, għasafar li ma jtirux impurtati u għasafar li ma jtirux li tfaqqsu minn bajd tat-tfaqqis impurtat għandhom jinżammu f’iżolament fi djar tat-tjur fejn ma kienx hemm diġà għasafar li ma jtirux jew tjur oħra.

Minkejja dan, huma jistgħu jiddaħħlu fi djar tat-tjur fejn ma kienx hemm diġà għasafar oħra li ma jtirux jew tjur oħra. F’dak il-każ, il-perjodi msemmija fil-punti 2 u 3 għandhom jibdew mid-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-aħħar għasfur li ma jtirx impurtat u l-ebda għasafar li ma jtirux jew tjur preżenti m’għandhom jitmexxew mid-dar tat-tjur qabel ma jintemmu dawk il-perjodi.

(5)

Bajd tat-tfaqqis impurtat għandu jitfaqqas f’inkubaturi u postijiet tat-tfaqqis separati.

Minkejja dan, bajd tat-tfaqqis impurtat jista’ jiddaħħal f’inkubaturi u postijiet tat-tfaqqis fejn hemm diġa bajd ieħor tat-tfaqqis. F’dak il-każ, il-perjodi msemmija f’punti 2 u 3 għandhom jibdew mid-data ta’ l-introduzzjoni ta’ l-aħħar bajda tat-tfaqqis impurtata u l-miżuri kif stipulati f’dawk il-punti għandhom japplikaw.

(6)

Mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-perjodi rilevanti kif imsemmija fil-punt 2 jew 3, l-għasafar li ma jtirux impurtati u l-flieles ta’ ġurnata tagħhom għandhom jgħaddu minn eżami kliniku li jsir minn veterinarju uffiċjali u, fejn hemm bżonn, għandhom jittieħdu kampjuni biex jissorveljaw l-istat ta’ saħħithom.

III.   Rekwiżiti għall-għasafar li ma jtirux għat-tgħammir u l-produzzjoni u l-flieles ta’ ġurnata tagħhom mill-Ażja u l-Afrika applikabbli ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità

Il-miżuri protettivi għad-deni Crimean-Congo li jġib l-emorraġija mogħtija fil-Parti I ta’ l-Anness X għandhom japplikaw għall-għasafar li ma jtirux tat-tgħammir u l-produzzjoni u l-flieles ta’ ġurnata tagħhom li ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti fl-Ażja u l-Afrika.

L-għasafar kollha li ma jtirux li ttestjaw pożittiv fit-test kompettiv ELISA għall-antikorpi għad-deni Crimean Congo li jġib l-emorraġija kif hemm stipulat fih għandhom jinqerdu.

L-għasafar kollha ta’ l-istess kunsinna għandhom jiġu ttestjati mill-ġdid permezz tat-test kompetittiv ELISA 21 ġurnata wara d-data tat-teħid ta’ kampjuni oriġinali. Fejn xi għasfur jittestja pożittiv l-għasafar kollha fl-istess kunsinna għandhom jinqerdu.

IV.   Rekwiżiti għall-għasafar li ma jtirux tat-tgħammir u l-produzzjoni minn pajjiż terz, żona jew kumpartiment meqjus li hu infettat bil-marda ta’ Newcastle

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-għasafar li ma jtirux u l-bajd tat-tfaqqis tagħhom li ġejjin minn pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment meqjus li hu infettat bil-marda ta’ Newcastle u għall-flieles ta’ ġurnata li tfaqqsu minn dak il-bajd:

(a)

qabel id-data li fiha jibda l-perjodu ta’ iżolament, l-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja l-faċilitajiet ta’ iżolament kif imsemmija fil-punt 4 tal-Parti II ta’ dan l-Anness biex tivverifika jekk humiex sodisfaċenti;

(b)

matul il-perjodi rilevanti kif imsemmija fil-punti 2 u 3 tal-Parti II ta’ dan l-Anness għandu jsir test ta’ l-iżolament tal-vajrus għall-marda ta’ Newcastle fuq tajjar bil-ħmieġ jew kampjun bil-ħmieġ minn kull għasfur li ma jtirx;

(c)

fejn l-għasafar li ma jtirux iridu jintbagħtu lejn xi Stat Membru, li l-istatus tiegħu ġie stabbilit skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE, għandu jsir test seroloġiku fuq kull għasfur li ma jtirx, minbarra t-test ta’ iżolament tal-vajrus stipulat fil-punt (b) ta’ din il-Parti;

(d)

ir-riżultati negattivi tat-testijiet stipulati fil-punti (b) u (c) għandhom ikunu disponibbli qabel ma xi għasfur jinħeles mill-iżolament.


ANNESS X

(kif imsemmi fl-Artikolu 17)

MIŻURI PROTETTIVI MARBUTA MAD-DENI CRIMEAN-CONGO LI JĠIB L-EMORRAĠIJA

I.   Għall-għasafar li ma jtirux

L-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-għasafar li ma jtirux jiġu iżolati f’ambjenti mingħajr ġrieden, li ma fihomx qurdien għal talanqas 21 ġurnata qabel id-data ta’ l-importazzjoni fil-Komunità.

Qabel ma jitmexxew f’ambjenti mingħajr qurdien, l-għasafar li ma jtirux għandhom jiġu trattati biex ikun assigurat li l-ektoparassiti fuqhom jinqerdu. Wara 14-il ġurnata f’ambjenti mingħajr qurdien, l-għasafar li ma jtirux għandhom jgħaddu mit-test kompetittiv ELISA għall-antikorpi tad-deni Crimean-Congo li jġib l-emorraġija. Kull annimal li jitqiegħed f’iżolament irid jittestja negattiv għat-test. Meta l-għasafar li ma jtirux jaslu fil-Komunità, it-trattament għall-ektoparassiti u t-test seroloġiku għandhom jiġu mtennija.

II.   Għall-għasafar li ma jtirux li minnhom hu jittieħed il-laħam għall-importazzjoni

L-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-għasafar li ma jtirux jiġu iżolati f’ambjenti mingħajr ġrieden, li ma fihomx qurdien għal talanqas 14-il ġurnata qabel id-data tal-qatla.

Qabel ma jitmexxew f’ambjenti mingħajr qurdien, l-għasafar li ma jtirux għandhom jew jiġu eżaminati biex ikun verifikat li m’għandhomx qurdien jew jiġu trattati biex ikun assigurat li l-qurdien kollu fuqhom inqered. It-trattament użat irid jiġi speċifikat fuq iċ-ċertifikat ta’ l-importazzjoni. Kull trattament użat m’għandux iwassal għal xi residwi li jinħassu fil-laħam ta’ l-għasafar li ma jtirux.

Kull lott ta’ għasafar li ma jtirux għandu jiġi eżaminat għall-qurdien qabel il-qatla. Jekk jinstab xi qurdien, il-lott kollu għandu jerġa’ jitqiegħed fl-iżolament ta’ qabel il-qatla.


ANNESS XI

(kif imsemmi fl-Artikolu 18(2)

Ċertifikat veterinarju mudell għall-ġarr/ħżin ta’ bajd speċifikat bla patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam separat bil-magni ta’ tjur, għasafar li ma jtirux u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS XII

(kif imsemmi fl-Artikolu 20)

TABELLA KORRELATTIVA

Dan ir-Regolament

Deċiżjoni 2006/696/KE

Deċiżjoni 94/438/KE

Deċiżjoni 93/342/KEE

Artikolu 1(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1 l-ewwel subparagrafu

 

 

Artikolu 1(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 5

 

 

Artikolu 1(2)

Artikolu 1 it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 1(3)

Anness I u II (parti1)

 

 

Artikolu 2 (1-5)

Artikolu 2 (a-e)

 

 

Artikolu 2 (6)

Artikolu 2 (m)

 

 

Artikolu 2 (7)

Artikolu 2 (j)

 

 

Artikolu 2 (8)

Artikolu 2 (k)

 

 

Artikolu 2 (9)

Artikolu 2 (l)

 

 

Artikolu 2 (10)

 

 

 

Artikolu 2 (11)

 

 

 

Artikolu 2 (12) (a-c)

Artikolu 2 (g)

 

 

Artikolu 2 (12) (d)

 

 

 

Artikolu 2 (13)

Artikolu 2 (h)

 

 

Artikolu 2 (14)

Artikolu 2 (f)

 

 

Artikolu 2 (15)

 

 

 

Artikolu 2 (16)

 

 

 

Artikolu 2 (17)

 

 

 

Artikolu 2 (18)

 

 

 

Artikolu 2 (19)

 

 

 

Artikolu 2 (20)

 

 

 

Artikolu 3

Artikolu 5

 

 

Artikolu 4 l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5 u 3

 

 

Artikolu 4 it-tieni subparagrafu

Anness I parti 3

 

 

Artikolu 4 it-tielet subparagrafu

Artikolu 3 it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 5

Artikolu 4

 

 

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 7 (a)

 

 

Artikolu 2 (h)

Artikolu 7 (b)

 

 

Artikolu 2 (g)

Artikolu 7 (c)

 

 

Artikolu 2 (i)

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 10

 

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 4 (1) (2)

Artikolu 4 (1) (2)

Artikolu 13

 

Artikolu 4 (3)

Artikolu 4 (4)

Artikolu 14 (1) (a)

Artikolu 9

 

 

Artikolu 14 (1) (b)

Artikolu 11

 

 

Artikolu 14 (2)

 

 

 

Artikolu 15

Artikolu 18

 

 

Artikolu 16

Artikolu 8

 

 

Artikolu 17

Artikolu 16 (2)

 

 

Artikolu 18 (1)

 

 

 

Artikolu 18 (2)

Artikolu 19 (b)

 

 

Artikolu 18 (3)

Artikolu 19

 

 

Artikolu 19

Artikolu 20

 

 

Artikolu 20

 

 

 

Artikolu 21

 

 

 

Artikolu 22

 

 

 

Anness I

Anness I u II

 

 

Anness II

Anness I parti 3

 

 

Anness III (I) (1-6)

Anness I parti 4 (A)

 

 

Anness III (I) (7)

 

 

 

Anness III (II), (III)

Anness I parti 4 (B)

 

 

Anness IV

 

 

 

Anness V

 

 

 

Anness VI

 

 

Anness B

Anness VII (I)

Artikolu 7

 

 

Anness VII (II)

 

Anness

 

Anness VIII (I)

Artikolu 9

 

 

Anness VIII (II)

Artikolu 10

 

 

Anness IX (I)

Artikolu 11

 

 

Anness IX (II)

Artikolu 12

 

 

Anness IX (III)

Artikolu 13

 

 

Anness IX (IV)

Artikolu 14

 

 

Anness X

Anness V

 

 

Anness XI

Anness IV

 

 

Anness XII