13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

138


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2005/146/PESK

tal-21 ta’ Frar 2005

li testendi l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Frar 2004 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe għal perijodu ta' 12-il xahar mill-21 ta' Frar 2004.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi mġedda għal perijodu ieħor ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi estiża sa l-20 ta' Frar 2006. Hija se tiġi eżaminata mill-ġdid fid-dawl ta' l-elezzjonijiet leġislattivi li se jseħħu fiż-Żimbabwe f'Marzu 2005.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta’ Frar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.