30.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/26


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Diċembru 2005

dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini

(2005/938/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Komunità hija kompetenti biex tadotta miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ riżorsi tal-baħar u biex tidħol fi ftehim ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(2)

I-Komunità hija parti kontraenti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li teżiġi li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkoperaw biex jikkonservaw u jimmaniġġjaw ir-riżorsi ħajjin tal-baħar.

(3)

Il-Komunità hija parti kontraenti tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta’ l-10 ta’ Diċembru 1982 li għandhom x’jaqsmu mal-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Ħażniet ta’ Ħut Straddling u Ħażniet ta’ Ħut Migratorju.

(4)

Fi Frar 1998, il-35 laqgħa Intergovernattiva dwar il-konservazzjoni tat-tonn u d-delfini fl-Oċejan Paċifiku tal-Lvant adottat il-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini (minn hawn ‘il quddiem msejjaħ “il-Ftehim”). Il-Ftehim ġie ffirmat f’Washington fil-21 ta’ Mejju 1998 u daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 1999.

(5)

Bħalissa hemm 15-il parti kontraenti għall-Ftehim, li huma l-Bolivja, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, l-El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Peru, Spanja, l-Istati Uniti, il-Vanwatu u l-Veneżwela.

(6)

L-objettivi tal-Ftehim jinkludu t-tnaqqis progressiv ta’ mwiet inċidentali tad-delfini fl-industrija tas-sajd bix-xibka għat-tonn fl-Oċejan Paċifiku tal-Lvant li jwassal għal livell viċin iż-żero, billi jiġu ffissati limiti annwali u jsir tkabbir sostenibbli għat-tul tal-provvisti tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim;

(7)

Il-Komunità tirrikonoxxi l-importanza tal-Ftehim fil-protezzjoni tas-sajd sostenibbli bħala mezz li jiggarantixxi l-konservazzjoni ekoloġika ta’ speċi oħrajn, partikolarment id-delfini.

(8)

Sajjieda fil-Komunità jistadu għal provvisti ta’ tonn fiż-Żona tal-Ftehim u huwa fl-interess tal-Komunità li jkollha funzjoni effettiva fl-implimentazzjoni tal-Ftehim;

(9)

Il-Komunità ffirmat (2) il-Ftehim, u ddeċidiet li tapplikah b’mod proviżorju (3) sakemm jitwettqu l-proċeduri għall-adeżjoni uffiċjali tagħha għall-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC).

(10)

Skond l-Artikolu XIV tal-Ftehim l-IATTC għandu jkollha funzjoni integrali biex tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ħafna miżuri ta’ implimentazzjoni se jkunu adottati fil-parametri ta’ l-IATTC;

(11)

Fl-istess ħin, ir-Renju ta’ Spanja kien awtorizzat li jiffirma l-Konvenzjoni li stabbiliet l-IATTC bażi temporanja (4).

(12)

Ir-Renju ta’ Spanja ffirma l-IATTC f’Ġunju 2003.

(13)

L-adeżjoni uffiċjali tal-Komunità ma’ l-IATTC se ssir hekk kif tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni għat-tisħiħ ta’ l-IATTC stabbilita mill-Konvenzjoni ta’ l-1949 bejn l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Repubblika tal-Kosta Rika (il-Konvenzjoni ta’ Antigwa), li tagħha l-Komunità hija firmatarja (5).

(14)

Sakemm tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Antigwa, il-parteċipazzjoni effettiva tal-Komunità fix-xogħol ta’ l-IATTC u konsegwentement, fl-attivitajiet u l-miżuri kollha deċiżi skond il-Ftehim, huwa żgurat permezz tas-Sħubija tar-Renju ta’ Spanja fl-IATTC f’isem il-Komunità.

(15)

Konsegwentement, il-Komunità issa qiegħda f’pożizzjoni li tapprova l-Ftehim u tassumi kompletament id-doveri u r-responsabbiltajiet tagħha skond kemm il-Ftehim kif ukoll il-Konvenzjoni li stabbiliet l-IATTC.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar lil dik/dawk il-persuna/i li għandhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrumenti ta’ approvazzjoni mal-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika bħala Depożitarju tal-Ftehim skond l-Artikolu XXXII tiegħu.

Magħmul fi Brussel, nhar it-8 ta’ Diċembru, 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HUTTON


(1)  Opinjoni tad-9 ta’ Ġunju 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 132, tas-27.5.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 147, tat-12.6.1999, p. 23.

(4)  ĠU L 155, tat-22.6.1999 p. 37.

(5)  ĠU L 15, tad-19.1. 2005, p. 9.


ANNESS I

ŻONA TA’ FTEHIM

Iż-Żona ta’ Ftehim hija magħmula miż-żona ta’ l-Oċejan Paċifiku fil-limiti tal-linji tal-kosta ta’ l-Amerika ta’ Fuq, dik Ċentrali u ta’ Isfel, u bil-linji ta’ dawn li ġejjin:

(a)

L-40oN parallel mill-kosta ta’ l-Amerika ta’ Fuq għall-intersezzjoni tiegħu mal-150oW meridjan;

(b)

Il-150oW meridjan għall-intersezzjoni tiegħu ma’ l-40oS parallel;

(ċ)

U l-40oS parallel ma’ l-intersezzjoni tiegħu mal-kosta ta’ l-Amerika ta’ Isfel.


ANNESS II

PROGRAMM TA’ OSSERVATUR ABBORD

1.

Il-Partijiet għandhom iżommu Programm ta’ Osservatur Abbord skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness. Bħala komponent ta’ dan il-Programm, kull Parti tista’ wkoll iżżomm il-programm nazzjonali ta’ osservatur tagħha stess, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

2.

Kull Parti għandha titlob il-bastimenti tagħha li għandhom kapaċità li jġorru iktar minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira) u li joperaw fiż-Żona tal-Ftehim, biex iġorru osservatur waqt kull vjaġġ tas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim. Mill-inqas 50 fil-mija ta’ l-osservaturi fuq il-bastimenti ta’ kull Parti għandhom ikunu osservaturi ta’ l-IATTC; il-kumplament jistgħu jkunu mill-programm nazzjonali ta’ osservatur tal-Parti, ibbażati fuq kriterja mniżżla f’dan l-Anness kif ukoll kull kriterja oħra stabbilita mil-Laqgħa tal-Partijiet.

3.

L-osservaturi kollha għandhom:

(a)

ikunu spiċċaw it-taħriġ tekniku meħtieġ mil-linji ta’ gwida stabbiliti mill-Partijiet;

(b)

ikunu nazzjonali ta’ waħda mill-Partijiet jew membri ta’ l-istaff xjentifiku ta’ l- IATTC;

(ċ)

ikunu kapaċi jagħmlu d-dmirijiet imniżżla fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Anness, u

(d)

ikunu inklużi f’lista ta’ osservaturi miżmuma mill-IATTC jew, jekk parti minn programm nazzjonali ta’ osservatur, mill-Parti li jżomm dan il-programm.

4.

Id-dmirijiet ta’ l-osservaturi għandhom ikunu, fost oħrajn:

(a)

li jiġbru informazzjoni rilevanti fuq l-operat tas-sajd tal-bastiment li l-osservatur ikun assenjat miegħu kif hu neċessarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim;

(b)

li jagħmlu li jkunu disponibbli għall-kaptan tal-bastiment li l-osservatur ikun assenjat miegħu l-miżuri kollha stabbiliti mill-Partijiet skond dan il-Ftehim;

(ċ)

Li jagħmlu li jkun disponibbli għall-kaptan tal-bastiment li l-osservatur ikun assenjat miegħu ir-rekord ta’ mwiet tad-delfini ta’ dak il-bastiment;

(d)

li jippreparaw rapporti dwar informazzjoni miġbura skond dan il-paragrafu, u jipprovdu lill-kaptan tal-bastiment bl-opportunità li jinkludi f’dawn ir-rapporti kull informazzjoni li l-kaptan jista’ jqis rilevanti;

(e)

li jipprovdu dawn ir-rapporti lid-Direttur jew lill-programm nazzjonali rilevanti, biex jintużaw skond l-Anness VII, paragrafu 1, ta’ dan il-Ftehim; u

(f)

li jagħmlu funzjonijiet oħra kif maqbul mill-Partijiet.

5.

L-osservaturi għandhom:

(a)

minbarra safejn huwa meħtieġ taħt il-paragrafi 4(d) u 4(e) ta’ dan l-Anness, jitrattaw bħala konfidenzjali kull informazzjoni dwar l-operat tas-sajd tal-bastimenti u tal-proprjetarji tal-bastimenti, u jaċċettaw dawn il-kondizzjonijiet bil-miktub bħala kondizzjoni ta’ ħatra bħala osservatur;

(b)

joqogħdu għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti li teżerċita ġurisdizzjoni fuq il-bastiment li miegħu huwa assenjat l-osservatur, sakemm dawn il-kondizzjonijiet ma jkunux inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness;

(ċ)

ma joħorġux u lanqas japprovaw ċertifikati jew dokumenti oħra konnessi ma’ l-operat tas-sajd tal-bastiment, jekk ma jkunux approvati mill-Partiti; u

(d)

jirrispettaw lill-ġerarkija u r-regoli ġenerali ta’ mġiba li japplikaw għall-impjegati kollha tal-bastiment, sakemm dawn ir-regoli ma jfixklux id-dmirijiet ta’ l-osservaturi deskritti f’dan l-Anness u ma’ l-obligazzjonijiet ta’ l-impjegati tal-bastiment imniżżla fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Anness.

6.

Ir-responsabbiltajiet tal-Partijiet u tal-kaptani tal-bastimenti dwar osservaturi għandhom jinkludu dan li ġej, fost oħrajn:

(a)

Osservaturi għandhom jingħataw aċċess għall-impjegati tal-bastiment u għat-tagħmir u apparat speċifikat fl-Anness VIII;

(b)

Meta mitluba, osservaturi għandhom jingħataw aċċess ukoll għall-apparat imniżżel hawn, jekk ikun preżenti fuq il-bastiment li jkunu assenjati miegħu, biex jiġu ffaċilitati d-dmirijiet tagħhom mniżżla fil-paragrafu 4:

(i)

apparat tan-navigazzjoni bis-satellita;

(ii)

skrins li juru r-radar meta jkun qed jintuża;

(iii)

binokli qawwija inklużi waqt il-ġiri u t-tidwir għad-delfini biex jiffaċilitaw identifikazzjoni, jekk ma jkunux qed jiġu wżati mill-impjegati tal-bastiment; u

(iv)

mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni;

(ċ)

Osservaturi għandu jkollhom aċċess għall-gverta tal-bastiment waqt il-ġbir tax-xbieki u l-ħut u għal kull kampjun, ħaj jew mejjet, li jittella’ abbord il-bastiment waqt it-tidwir biex jinġabru kampjuni bioloġiċi skond il-Programm ta’ Osservatur Abbord jew kif meħtieġ mod ieħor minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti bħala parti minn programm nazzjonali ta’ osservatur;

(d)

Osservaturi għandhom jiġu pprovduti b’akkomodazzjoni, inklużi alloġġ, ikel, u faċilitajiet sanitarji adegwati daqs dawk ta’ l-ekwipaġġ;

(e)

Osservaturi għandhom jiġu pprovduti bi spazju adegwat fuq il-briġġ jew post għat-tmunier għal xogħol klerikali, kif ukoll spazju adegwat fuq il-gverta biex jinqdew id-dmirijiet ta’ osservatur; u

(f)

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li kaptani, ekwipaġġ u proprjetarji tal-bastimenti ma jfixklux, jintimidawx, jindaħlu, jinfluwenzaw, jixtru, jew jippruvaw jixtru osservatur fil-qadi ta’ dmiru.

7.

Il-Partijiet għandhom:

(a)

jiżguraw li kull osservatur mill-programmi nazzjonali rispettivi tagħhom jiġbor informazzjoni bl-istess mod li hu meħtieġ għal osservaturi ta’ l-IATTC; u

(b)

jipprovdu lid-Diretturi b’kopji tad-data kollha mhux analizzata miġbura minn osservaturi mill-programmi nazzjonali rispettivi tagħhom fil-ħin opportun wara l-konklużjoni tal-vjaġġ li matulu ġiet miġbura d-data, flimkien ma’ sommarji u rapporti mqabbla ma’ dawk provduti minn osservaturi ta’ l-IATTC.

8.

F’ħin opportun wara kull vjaġġ osservat minn osservatur ta’ l-IATTC, id-Direttur, b’mod konsistenti ma’ kull kondizzjoni applikabli ta’ konfidenzjalità, huwa mitlub li jipprovdi lill-Parti li l-bastiment stad fil-ġurisdizzjoni tagħha, kopji tad-data mhux analizzata, sommarji, u rapporti kollha relatati mal-vjaġġ.

9.

Minkejja dispożizzjonijiet oħra ta’ dan l-Anness, jekk id-Direttur jiddeċiedi li t-tqegħid ta’ osservatur mill-Programm ta’ Osservatur Abbord mhux prattiku, bastiment suġġett għall-ġurisdizzjoni ta’ Parti li tistad fiż-Żona tal-Ftehim mingħajr ma jaqbad delfini jista’ juża osservatur imħarreġ minn programm internazzjonali ieħor, sakemm dan il-programm huwa approvat mill-Partijiet, biex jiġbor informazzjoni rilevanti għall-Programm ta’ Osservatur Abbord, u biex jikkonferma mad-Direttur li dak il-bastiment ma jaqbadx delfini.

10.

L-ebda osservatur m’għandu jiġi assenjat ma’ bastiment b’DML sakemm il-kaptan tas-sajd tal-bastiment mhuwiex fuq il-lista ta’ kaptani kwalifikati miżmuma skond l-Anness VII, paragrafu 1(e).

11.

Osservaturi mill-Programm ta’ Osservaturi Abbord jistgħu jiġu assenjati ma’ bastimenti ta’ dawk mhux Partiti fid-diskrezzjoni tad-Direttur, sakemm il-bastiment u l-kaptan tal-bastiment jikkonformaw ruħhom mal-kondizzjonijiet kollha ta’ dan l- Anness, u l-kondizzjonijiet l-oħra kollha applikabbli ta’ dan il-Ftehim. Id-Direttur huwa mitlub jinforma lill-Partijiet dwar dawn l-assenjazzjonijiet fil-ħin opportun.

12.

Ħlasijiet

(a)

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ ħlasijiet annwali mill-bastimenti biex ikopru l-prezzijiet tal-Programm ta’ Oservaturi Abbord. Il-ħlasijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-kapaċità ta’ ġarr ta’ kull bastiment jew kriterji oħra speċifikati mill-Partijiet.

(b)

Meta Parti tippreżenta lid-Direttur il-lista ta’ bastimenti taħt l-Anness IV għal dan il-Ftehim, hija għandha wkoll tippreżenta pagament, f’dollari Amerikani, għall-ħlasijiet stabbiliti taħt paragrafu 11(a) ta’ dan l-Anness, filwaqt li tispeċifika liema bastimenti jkopru l-pagament.

(ċ)

L-ebda osservatur m’għandu jiġi assenjat ma’ bastiment li ma jħallasx il-pagamenti kif mitlub fil-paragrafu 11(b) ta’ dan l-Anness.

13.

Data ta’ l-Osservatur

(a)

Id-Data ta’ l-osservatur għandha tkun il-bażi biex jiġi determinat jekk:

(i)

bastiment laħaqx jew eċċediex id-DML tiegħu;

(ii)

Parti laħqitx jew eċċedditx id-DML nazzjonali tagħha; jew

(iii)

il-flotta laħqitx jew eċċeditx in-numru stabbilit ta’ mwiet tad-delfini għal kull provvista, kull sena.

(b)

Kull Parti li tixtieq toġġezzjona għad-data ta’ l-osservatur għandha tipprovdi lill-IRP ir-raġunijiet u l-evidenza biex isaħħu dawn l-oġġezzjonijiet;

(ċ)

L-IRP jirrevedi l-evidenza provduta minn Parti u jipprovdi rakkomandazzjoni lil-Laqgħa tal-Partijiet għal konsiderazzjoni tagħhom;

(d)

Il-Partijiet jirrevedu l-evidenza u r-rakkomandazzjoni ta’ l-IRP u jieħdu deċiżjoni dwar il-merti ta’ l-oġġezzjoni u jekk id-data ta’ l-osservatur għandhiex tiġi modifikata.


ANNESS III

LIVELLI TA’ MWIET TA’ DELFINI KULL PROVVISTA, KULL SENA

1.

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu, f’laqgħa msejħa skond l-Artikolu VIII ta’ dan il-Ftehim, livell ta’ mwiet ta’ delfini kull provvista, kull sena għal kull provvista ta’ delfini, deċiża mil-Laqgħa tal-Partijiet, u bbażata fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, ta’ bejn 0,2 fil-mija u 0,1 fil-mija ta’ l-Istima Minima ta’ Abbondanza (Nmin) kif ikkalkulata mis-Servizz Nazzjonali Amerikan ta’ l-Industrija tas-Sajd mill-Baħar jew standard ta’ kalkolu ekwivalenti kif jista’ jkun żviluppat jew rrakkomandat mill-Bord Xjentifiku Konsultattiv iżda taħt l-ebda ċirkostanza m’għandu n-numru totali ta’ mwiet inċidentali ta’ delfini fis-sena jaqbeż il-ħamest elef, konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Fis-sena 2001 u wara, il-livell kull provvista, kull sena għandu jkun ta’ 0,1 fil-mija ta’ Nmin.

2.

Il-Partijiet għandhom imexxu fl-1998, jew kmieni wara kemm jista’ jkun, analiżi u valutazzjoni xjentifiċi ta’ progress lejn l-objettiv tas-sena 2001, u jikkonsidraw rakkomandazzjonijiet skond kif xieraq. Sas-sena 2001, fil-każ li n-numru ta’ mwiet annwali ta’ 0,2 fil-mija ta’ Nmin jeċċedi f’xi provvista ta’ delfini, is-settijiet kollha f’dik il-provvista u f’kull qabda mħallta ta’ ħut li jkollha membri ta’ dik il-provvista għandha tieqaf għal dik is-sena. Mill-bidu tas-sena 2001, fil-każ li n-numru ta’ mwiet annwali ta’ 0,1 fil-mija ta’ Nmin jeċċedi f’xi provvista tad-delfini, is-settijiet kollha f’dik il-provvista u f’kull qabda mħallta ta’ ħut li jkollha membri ta’ dik il-provvista għandha tieqaf għal dik is-sena. Fil-każ li n-numru ta’ mwiet annwali ta’ 0,1 fil-mija ta’ Nmin jeċċedi kemm għal provvisti ta’ spinner tal-lvant u kemm għal provvisti ta’ delfini ttikkjati tal-grigal, il-Partijiet għandhom imexxu analiżi u valutazzjoni xjentifiċi u jikkonsidraw iktar rakkomandazzjonijiet.

3.

Għal għanjiet ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jużaw l-istima kurrenti ta’ abbondanza assoluta għall-provvisti ta’ delfini ta’ l-Oċejan Paċifiku tal-lvant ippreżentata minn Wade u Gerrodette lill-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kaċċa għal Balieni fl-1992, ibbażata fuq data tal-bastiment ta’ riċerka tas-Servizz Nazzjonali Amerikan ta’ l-Industrija tas-Sajd mill-Baħar għall-perjodu 1986-1990, sakemm il-Partijiet jaqblu dwar sett ta’ figuri aġġornati. Dawn l-aġġornamenti jistgħu jirriżultaw mill-analiżi ta’ data minn tbaħħir ta’ riċerka fil-futur u indiċi ta’ abbondanza u data xjentifika rilevanti oħra mill-Partijiet, l-IATTC u organizzazzjonijiet xjentifiċi oħra.

4.

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu sistema, ibbażata fuq rapportaġġ reali minn osservaturi, biex jiżguraw implimentazzjoni u osservanza effettivi ta’ livelli ta’ mwiet tad-delfini kull provvista, kull sena.

5.

Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu sistema għall-allokazzjoni tal-livell ta’ mwiet tad-delfini kull provvista kull sena għal kull provvista għas-sena ta’ wara u s-snin l-oħra. Din is-sistema għandha tipprovdi għad-distribuzzjoni tal-limiti ta’ mwiet f’Paragrafu 1 ta’ dan l-Anness fost bastimenti tal-Partijiet li huma eliġibbli għal-Limiti ta’ Mwiet tad-Delfini, skond l-Anness IV. Meta jistabbilixxu din is-sistema, il-Partijiet għandhom jikkonsidraw l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli dwar id-distribuzzjoni u l-abbondanza tal-provvisti in kwestjoni, u affarijiet oħra li jitbiddlu li l-Laqgħa tal-Partijiet għandha tiddefinixxi f’data iktar tard.


ANNESS IV

LIMITI TA’ MWIET TAD-DELFINI (DMLs)

I.   ASSENJAZZJONI TAD-DMLs

1.

(a)

Kull Parti għandha tipprovdi lill-Partijiet l-oħra, permezz tad-Direttur, qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, lista ta’ bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha li jġorru kapaċità ikbar minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira) li jkunu talbu DML għal sena sħiħa għas-sena ta’ wara, u jindikaw il-bastimenti l-oħra li għandhom mnejn ikunu joperaw fiż-Żona tal-Ftehim is-sena ta’ wara.

(b)

Kull Parti għandha tipprovdi lill-Partijiet l-oħra, permess tad-Direttur, qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena, lista ta’ bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha li jġorru kapaċità ikbar minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira) li jkunu talbu DML għat-tieni semester għall-istess sena.

2.

L-IRP għandu, sa l-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, jew iktar tard jekk maqbul mill-IRP, jipprovdi lill-Partijiet lista ta’ bastimenti applikanti kwalifikati eliġibbli li jirċievu DML għal sena sħiħa għas-sena ta’ wara. Għal DMLs għat-tieni semester, l-IRP għandu, sa l-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, jew iktar tard jekk maqbul mill-IRP, jipprovdi lill-Partijiet lista ta’ bastimenti applikanti kwalifikati eliġibbli li jirċievu DML għat-tieni sememster għal dik l-istess sena..

3.

Għal għanijiet ta’ dan il-Ftehim, bastiment għandu jiġi kkunsidrat kwalifikat jekk:

(a)

ikun ġie ċċertifikat mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti li jkollu fil-pussess tiegħu t-tagħmir u l-apparat ta’ sigurtà għad-delfini mitlub f’Anness VIII;

(b)

il-kaptan u l-ekwipaġġ tiegħu jkunu rċevew taħriġ approvat fit-teknika ta’ kif jinħelsu u jkunu salvati delfini mqabbla ma’ livelli stabbiliti mil-Laqgħa tal- Partijiet;

(ċ)

fil-qies ikun b’kapaċità li jġorr iżjed minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira);

(d)

ikollu kaptan ikkunsidrat/a kwalifikat/a minħabba r-rekord tiegħu/tagħha fil-passat; u

(e)

il-bastiment mhuwiex ikkunsidrat skwalifikat taħt Sezzjoni II ta’ dan l-Anness.

4.

Bastiment m’għandux ikun ikkunsidrat kwalifikat taħt paragrafu 2 jekk, fid-data tat-talba skond paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, il-bastiment ikun qed jopera fil-ġurisdizzjoni ta’ Parti li l-liġijiet u r-regolamenti tagħha ma jħallux bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha jistadu għat-tonn f’assoċjazzjoni ma’ delfini; lanqas ma jiġu assenjati DMLs lil xi Parti biex tipprovdi permessi għas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim lil bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat ieħor li l-liġijiet u regolamenti applikabbli jipprojbixxu bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha milli jistadu għat-tonn f’assoċjazzjoni ma’ delfini.

5.

98 fil-mija, jew xi porzjon mhux riżervat ieħor kif jistgħu jiddeterminaw il-Partijiet, tal-limitu totali ta’ mwiet ta’ delfini għall-industrija tas-sajd (ħamest elef, jew xi limitu ieħor iktar baxx kif jistgħu jiddeterminaw il-Partijiet) għandhom jintużaw biex jikkalkulaw il-medja ta’ DML ta’ bastiment individwali (ADML) u jinqasam fost il- Partijiet għas-sena ta’ wara, kif imniżżel fil-paragrafu 5 ta’ din is-Sezzjoni.

6.

L-ADML għandu jiġi kkalkulat billi jiddividu l-porzjon mhux riżervat tad-DML totali għall-industrija tas-sajd stabbilit taħt paragrafu 4 bin-numru totali ta’ bastimenti kwalifikati li jitolbu DMLs għas-sena kollha. Id-distribuzzjoni ta’ DMLs fost il-Partijiet għandha tiġi determinata billi jimmultiplikaw l-ADML bin-numru ta’ bastimenti kwalifikati li jitolbu DMLs għas-sena kollha u li joperaw fil-ġurisdizzjoni ta’ kull Parti.

7.

It-tnejn fil-mija li jibqa’, jew kull porzjon ieħor kif il-Partijiet jistgħu jiddeterminaw, tad-DML totali għall-industrija tas-sajd għandhom jinżammu bħala Allokazzjoni Riżervata ta’ DML separata (RDA), biex tiġi immaniġġjata fid-diskrezzjoni tad-Direttur. Kull Parti tista’ titlob li d-Direttur jassenja DMLs minn din l-RDA lil bastimenti li jistadu fil-ġurisdizzjoni tagħha li mhux soltu jistadu għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim iżda li jistgħu, minn żmien għal żmien, jixtiequ jipparteċipaw fl-industrija tas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim fuq bażi limitata, sakemm dawn il-bastimenti u l-kaptani u l-ekwipaġġi tagħhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ operat u taħriġ imniżżla fl-Anness VIII ta’ dan il-Ftehim u li l-kondizzjonijiet imniżżla f’paragrafi 2 u 3 ta’ din is-Sezzjoni jiġu sodisfatti. Kull mewt aċċidentali kkawżata minn bastimenti li joperaw fiż-Żona tal-Ftehim fil-ġurisdizzjoni ta’ waħda mill-Partijiet li ma talbux DMLs għall-flotta tagħhom għandha tiġi mnaqqsa wkoll minn din l-RDA.

8.

L-ebda DML m’għandu jiġi assenjat lil bastiment sakemm, fl-aħħar sena li kellu DML qabel is-sena meta jkun qed japplika għal DML, mill-inqas 5 fil-mija tan-numru totali tas-settijiet magħmula mill-bastiment kienu fuq id-delfini, u l-qabda medja ta’ tonn tal-pinen sofor fis-settijiet tiegħu fuq id-delfini kienet mill-inqas tliet tunnellati metriċi kull sett. Inkella, il-bastiment ma jistax jirċievi DML fis-sena ta’ wara, sakemm ma jkun hemm raġunijiet ta’ force majeure, kif hu maqbul skond l-Anness IV ta’ dan il-Ftehim, li mpedixxewh milli josserva dawn il-kondizzjonijiet. Bastiment li japplika għal DML għall-ewwel darba m’għandux jiġi suġġett għal din il-kondizzjoni.

9.

L-ebda DML m’għandu jiġi assenjat lil bastiment li l-Partijiet iddeterminaw li kellu serje ta’ vjolazzjonijiet, kif konfermat minn azzjonijiet ta’ infurzar meħuda kontra l-bastiment mill-Parti li jopera fil-ġurisdizzjoni tagħha, li jnaqqas l-effikaċja tal-Programm Internazzjonali ta’ Konservazzjoni tad-Delfini.

10.

Il-Partijiet individwali b’bastimenti kwalifikati li se jistadu għat-tonn f’assoċjazzjoni ma’ delfini għandhom jimmaniġġjaw id-DMLs tagħhom b’mod responsabbli, bil-kondizzjoni li l-ebda bastiment individwali ma jirċievi DML totali annwali iżjed mid-DML stabbilit għall-1997 mill-IRP, u rrapportat fil-Minuti ta’ l-14-il Laqgħa ta’ l-IRP, li saret fid-19-20 ta’ Frar 1997, skond il-Ftehim La Jolla. L-ebda Parti m’għandha talloka lit-total tal-bastimenti kwalifikati tagħha numru ikbar ta’ DMLs minn dawk li l-istess Parti ġiet allokata taħt Sezzjonijiet I u III ta’ dan l-Anness. L-ebda assenjazzjoni inizjali ta’ DMLs ma tista’ tirriżulta f’bastiment li jirċievi DML iżjed mill-ADML sakemm l-eżekuzzjoni tiegħu li jnaqqas l-imwiet tad-delfini, kif imkejjel mill-IRP bbażat fuq id-data tas-sentejn ta’ qabel, ma tkunx aħjar mill-eżekuzzjoni medja tal-flotta internazzjonali b’mod ġenerali. L-ebda assenjazzjoni inizjali ta’ DMLs ma tista’ tirriżulta f’bastiment li jirċievi DML iżjed minn ADML jekk, fis-sentejn ta’ qabel, ikun ikkommetta xi ksur ta’ wieħed mir-regolamenti imniżżla f’Sezzjoni III, paragrafu 4 ta’ dan l-Anness, suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti skond dak il-paragrafu.

11.

Jekk n-numru totali ta’ mwiet tal-flotta ta’ xi Parti jilħaq jew jeċċedi l-ammont totali ta’ DML mqassam lilha skond dan l-Anness, is-sajd għat-tonn f’assoċjazzjoni ma’ delfini għandu jieqaf għall-bastimenti kollha li joperaw fil-ġurisdizzjoni ta’ dik il-Parti.

12.

Kull Parti għandha, mhux iktar tard mill-1 ta’ Frar ta’ kull sena, tavża lid-Direttur dwar l-allokazzjoni inizjali tad-DML tagħha mqassma fost il-flotta tagħha. L-ebda bastiment ma jista’ jibda jistad għat-tonn f’assoċjazzjoni mad-delfini sakemm id-Direttur jirċievi din in-notifika.

II.   UŻU TAD-DMLs

1.

Kull bastiment li hu assenjat DML għas-sena kollha u li ma jmurx għad-delfini qabel l-1 ta’ April ta’ dik is-sena, jew li hu assenjat DML għat-tieni semester u ma jmurx għad-delfini sa l-1 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena, jew li hu assenjat DML għal kull vjaġġ mill-RDA u ma murx għad-delfini waqt dak il-vjaġġ, jekk mhux bħala riżultat ta’ force majeure jew ċirkustanzi straordinarji, kif maqbul mill-IRP, għandu jitlef id-DML tiegħu u ma jistax imur għad-delfini għall-kumplament tas-sena. Minkejja d-dispożizzjoni fl-Anness VII, paragrafu 9, dwar teħid ta’ deċiżjoni mill-IRP, talba minn Parti, f’isem wieħed mill-bastimenti, għal eżenzjoni minħabba force majeure jew ċirkustanzi straordinarji, għandha tiġi kunsidrata li tkun maqbula mill-IRP sakemm maġġoranza ta’ membri tal-gvern ta’ l-IRP ma tappoġġax xi oġġezzjoni, magħmula formalment u bir-raġun minn waħda mill-Partijiet, għal din it-talba. Kull talba għal eżenzjoni trid tintbagħat lis-Segretarjat sa l-1 ta’ April, u kull oġġezzjoni formali trid tintbagħat lis-Segretarjat sa l-20 ta’ April. Kull bastiment ta’ din ix-xorta li jitlef id-DML tiegħu f’żewġ okkażjonijiet konsekuttivi ma jkunx eliġibbli li jirċievi DML għas-sena ta’ wara.

2.

Fi żmien sitt xhur wara li jibda jseħħ dan il-Ftehim, l-IRP, b’kooperazzjoni ma’ l-istaff xjentifiku ta’ l-IATTC, għandu jiżviluppa u jirrakkomanda sistema li biha jkejjel l-użu tad-DML biex jiskoraġġixxi talbiet frivoli għad-DMLs. Din is-sistema rakkomandata għandha tiġi ppreżentata għal konsiderazzjoni mil-Laqgħa tal-Partijiet.

III.   UŻU TA’ DMLs MITLUFA JEW MHUX UŻATI

1.

Wara l-1 ta’ April ta’ kull sena, kull DML li d-Direttur jiddetermina li mhux se jintuża skond Sezzjoni II jew li b’xi mod intilef għandu jiġi riallokkat lill-Partijiet konsistenti ma’ din is-Sezzjoni.

2.

Mhux iktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, id-DMLs ta’ sena sħiħa assenjati lil dawk il-bastimenti li ma wżawhomx, skond Sezzjoni II, jew b’xi mod tilfu d-dritt għalihom, għandhom jerġgħu jiġu mqassma fost il-Partijiet mid-Direttur, konsistenti mal-formola stabbilita skond Sezzjoni I, paragrafu 5, iżda wara li tiġi aġġustata din il-formola kif imniżżel f’sottoparagrafi (a), (b) u (ċ) hawn taħt. Dawn l-DMLs addizzjonali jistgħu jerġgħu jkunu allokati mill-Partijiet individwali fost bastimenti kwalifikati fil-ġurisdizzjoni ta’ dik il-Parti, suġġett għal limitazzjonijiet u kundizzjonijiet imniżżla f’paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7 ta’ din is-Sezzjoni.

(a)

Waqt li qed terġa’ ssir l-allokazzjoni, kull bastiment li seta’ jkun tilef jew b’xi mod tilef id-dritt għad-DMLs skond dan il-paragrafu, u kull bastiment li jitlob DMLs għat-tieni semester wara li jagħlaq iż-żmien skond Sezzjoni I, paragrafu 1, m’għandux ikun konsidrat.

(b)

Qabel ma jiġi stabbilit in-numru ta’ DMLs disponibbli biex jerġgħu jiġu allokati taħt din is-Sezzjoni, għandhom isiru aġġustamenti billi jitnaqqsu minn dan in-numru kull mewt ta’ delfini li tiġi osservata kkawżata minn dawk il-bastimenti li tilfu d-DMLs tagħhom taħt Sezzjoni II, paragrafu 1.

(ċ)

Qabel ma jiġi stabbilit in-numru ta’ DMLs disponibbli biex jerġgħu jiġu allokati taħt din is-Sezzjoni, id-Direttur għandu jnaqqas terz mill-ADML kalkulat skond Sezzjoni I, paragrafu 5, għal allokazzjoni lil kull bastiment li jitlob DML għat-tieni semester qabel jagħlaq iż-żmien stabbilit skond Sezzjoni I, paragrafu 1. Dawn id-DMLs għat-tieni semester għandhom jiġu allokati mid-Direttur lill-Partijiet b’mod proporzjonali, ibbażat fuq il-ġurisdizzjoni tal-Partijiet rispettivi fuq bastimenti koperti b’dan is-sottoparagrafu. Id-DMLs għat-tieni semester assenjati lil dawn il-bastimenti mill-Partijiet li joperaw fil-ġurisdizzjoni tagħhom m’għandhomx jeċċedu terz mill-ADML ikkalkulati skond Sezzjoni I, paragrafu 5. Dawn il-bastimenti ma jistgħux jibdew jaqbdu d-delfini qabel l-1 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

3.

Kull Parti tista’ taġġusta d-DMLs tal-bastimenti kwalifikati tagħha li jilħqu l-kriterja mniżżla f’Sezzjoni I, paragrafu 2, ta’ dan l-Anness ‘il fuq jew ‘l isfel, sakemm l-ebda bastiment ma jkun assenjat DML aġġustat iżjed minn 50 fil-mija ‘l fuq mid-DML inizjali tiegħu, sakemm l-eżekuzzjoni tiegħu li jnaqqas b’suċċess in-numru ta’ mwiet tad-delfini, kif imkejjel mill-IRP, ma tkunx ‘il fuq mis-60 fil-mija ta’ l-eżekuzzjoni tal-flotta internazzjonali b’mod ġenerali, kif determinat mill-IRP, ibbażat fuq id-data tas-sena ta’ qabel. Parti li tagħmel dan l-aġġustament għandha tavża b’dan lid-Direttur mhux iktar tard mill-20 ta’ Mejju, u l-ebda aġġustament bħal dan ma jibda jseħħ qabel id-Direttur ikun avżat.

4.

L-ebda bastiment ma jista’ jkollu d-DML inizjali tiegħu aġġustat ‘il fuq minn xi Parti jekk l-IRP ikun iddetermina, u l-Parti b’ġurisdizzjoni fuq il-bastiment taqbel, li matul dik is-sena jew is-sentejn ta’ qabel:

(a)

il-bastiment stad mingħajr osservatur;

(b)

il-bastiment qabad delfini mingħajr DML;

(ċ)

il-bastiment qabad delfini wara li laħaq id-DML tiegħu;

(d)

il-bastiment intenzjonalment qabad ħażna ta’ tonn ipprojbita;

(e)

il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-proprjetarju tal-bastiment ikkommettew xi azzjonijiet deskritti fl-Anness II, paragrafu 6(f) ta’ dan il-Ftehim;

(f)

il-bastiment stad bil-lejl b’mod sanzjonat; jew

(g)

il-bastiment uża splussivi waqt xi fażi ta’ eżekuzzjoni tas-sajd li tinvolvi delfini.

Għal ksur deskritti f’(a), (b), (ċ), (d), (f), u (ġ), Parti tkun ikkunsidrata li pprovdiet dawn l-avvenimenti jekk ma toġġezzjonax għall-IRP fi żmien sitt xhur ta’ referenza ta’ possibiltà ta’ vjolazzjoni mill-IRP. Għall-ksur deskritti f’(e), Parti tkun ikkunsidrata li pprovdiet dan l-avveniment jekk ma toġġezzjonax lill-IRP fi żmien 12-il xahar ta’ din ir-referenza.

Notifika minn Parti li l-possibiltà ta’ ksur qed tiġi investigata għandha tiġi kkunsidrata li tkun oġġezzjoni għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, sakemm in-notifika tasal għand is-Segretarjat qabel jagħlaq il-perjodu ta’ 6 jew 12-il xahar rilevanti.

F’każijiet bħal dawn, Parti tiġi kkonsidrata li tkun ipprovdiet il-qbil tagħha għall-ksur jekk dik il-Parti ma tikkonkludix l-investigazzjoni tagħha u tirraporta r-riżultati finali lill-IRP f’perjodu ta’ sentejn mid-data meta l-possibiltà ta’ ksur kienet oriġinarjament referuta lill-Parti, minbarra kif ipprovdut fil-paragrafu li ġej.

Jekk ma jkunx possibbli għall-Parti in kwestjoni li ttemm l-investigazzjoni f’dan il-perjodu ta’ sentejn, il-Parti għandha tipprovdi aġġornament lill-IRP ta’ l-istatus ta’ l-investigazzjoni u d-data estimata li tintemm. Il-Parti għandha tipprovdi dan ir-rapport f’kull laqgħa sussegwenti ta’ l-IRP sakemm jiġi solvut il-każ. Jekk ir-rapport ma jsirx, dik il-Parti tiġi kkonsidrata li tkun qablet mal-possibiltà ta’ ksur. Is-Segretarjat għandu jinforma lill-Parti rilevanti dwar il-każijiet li jkun wasal iż-żmien li jagħlqu u li l-informazzjoni dwarhom teħtieġ li tiġi aġġornata.

5.

L-ebda bastiment ma jista’ jkun eliġibbli li jirċievi allokazzjoni addizzjonali ta’ DML minn Parti sakemm abbord ma jkollhiex it-tagħmir u l-apparat kollu meħtieġ għas-sigurtà tad-delfini matul is-sena; u ma tista’ ssir l-ebda allokazzjoni ‘l fuq lil bastiment li jkun eċċeda d-DML inizjali tiegħu qabel l-1 ta’ April, sakemm mhux minħabba force majeure jew ċirkustanzi straordinarji, kif maqbul fil-Laqgħa tal-Partijiet, b’konsultazzjoni ma’ l-IRP.

6.

Għal kull bastiment li jeċċedi d-DML tiegħu, bħal ma jista’ jkun aġġustat skond dan l-Anness, f’sena stabbilita, l-ammont ta’ dan l-eċċess, flimkien ma’ 50 fil-mija addizzjonali ta’ dak l-ammont, sakemm l-IRP ma tirrakkomandax mod ieħor, għandu jitnaqqas mid-DMLs assenjati lil dak il-bastiment minn Parti li fil-ġurisdizzjoni tagħha jopera l-bastiment fis-snin sussegwenti fil-mod ordnat mill-IRP.

7.

Jekk f’xi ħin bastiment jilħaq jew jeċċedi d-DML tiegħu, kif jista’ jiġi aġġustat skond dan l-Anness, dak il-bastiment għandu jwaqqaf immedjatament is-sajd kollu għat-tonn f’assoċjazzjoni mad-delfini.

IV.   Implimentazzjoni

1.

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li fl-implimentazzjoni tas-sistema tad-DML stabbilita minn dan l-Anness, il-livelli ta’ mwiet tad-delfini kull provvista, kull sena, kif speċifikat fl-Anness III, ma jeċċedux.

2.

F’każijiet li jinvolvu ċirkustanzi mhux tas-soltu jew straordinarji mhux imbassra f’dan l-Anness, il-Partijiet, kif rakkomandat mill-IRP, jistgħu jieħdu dawk il-miżuri li jkunu neċessarji konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness, biex tiġi implimentata s-sistema tad-DML.

3.

Jekk l-imwiet f’sena stabbilita jiżdiedu ‘l fuq mil-livelli li l-IRP tikkonsidra bħala sinifikanti, l-IRP għandu jirrakkomanda li l-Partijiet isejħu laqgħa biex jirrevedu u jidentifikaw il-kawżi ta’ mwiet u jifformulaw għażliet biex jindirizzaw dawn il-kawżi.


ANNESS V

BORD XJENTIFIKU KONSULTATTIV

1.

Il-Partijiet għandhom iżommu l-Bord Xjentifiku Konsultattiv ta’ speċjalisti tekniċi stabbiliti skond il-Ftehim La Jolla biex jassisti lid-Direttur f’materji dwar riċerka biex

(a)

jimmodifika teknoloġija ta’ xibka tas-sajd kurrenti biex tnaqqas il-kawża ta’ mwiet tad-delfini

(b)

tfittex mezzi alternattivi kif jinqabad tonn kbir tal-pinen sofor.

2.

Il-funzjonijiet u responsabbiltajiet tal-Bord għandhom ikunu biex:

(a)

Jiltaqgħu mill-inqas darba fis-sena;

(b)

Jirrevedu pjani, proposti, u programmi ta’ riċerka ta’ l-IATTC biex jippruvaw jilħqu l-objettivi fil-paragrafu 1 hawn fuq;

(ċ)

Jipprovdu parir lid-Direttur dwar l-abbozz, faċilità, u tmexxija ta’ riċerka biex jintlaħqu l-objettivi mniżżla fil-paragrafu 1 hawn fuq; u

(d)

Jassistu lid-Direttur biex isib sorsi ta’ ffinanzjar biex titmexxa din ir-riċerka.

3.

Il-Bord għandu jikkonsisti f’mhux iżjed minn 10 membri, b’mhux iżjed minn tnejn minnhom minn pajjiż wieħed, magħżula mill-komunità internazzjonali ta’ xjenzjati, esperti dwar tagħmir tas-sajd, l-industrija tas-sajd, u ambjentalisti. Il-membri jkunu proposti mid-Direttur fuq il-bażi tal-kompetenza teknika tagħhom, u kull wieħed ikun suġġett għal approvazzjoni mill-Partijiet.


ANNESS VI

KUMITATI NAZZJONALI XJENTIFIĊI KONSULTATTIVI

1.

Il-funzjonijiet tal-Kumitati Nazzjonali Xjentifiċi Konsultattivi (NATSACs), stabbiliti skond l-Artikolu XI ta’ dan il-Ftehim, għandhom ikunu, fost ħwejjeg oħra, biex:

Jirċievu u jirrevedu data rilevanti, inkluża data provduta lil awtoritajiet nazzjonali mid-Direttur;

Jagħtu parir u jirrakkomandaw lill-gvernijiet tagħhom miżuri u azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jikkonservaw u jimmaniġġjaw provvisti ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar fiż-Żona tal-Ftehim;

Jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet tagħhom dwar bżonnijiet ta’ riċerka, inkluża riċerka dwar ekosistemi, l-effetti ta’ fatturi klimatiċi, ambjentali u soċjo-ekonomiċi, l-effetti tas-sajd kif ukoll dwar miżuri kontemplati f’dan il-Ftehim, teknika u prattika tas-sajd, u riċerka fit-teknoloġija ta’ tagħmir, inklużi l-iżvilupp u l-użu ta’ tagħmir selettiv li mhux ta’ periklu għall-ambjent u ta’ benefiċċju; u l-koordinazzjoni u t-tħaffif ta’ riċerka bħal din;

Imexxu analiżi u valutazzjonijiet xjentifiċi sas-sena 1998 jew kmieni kemm jista’ jkun wara, dwar progress lejn l-objettiv tas-sena 2001 li jintlaħqu livelli ta’ 0,1 fil-mija Nmin kull provvista, kull sena, u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa lill-gvernijiet tagħhom dwar dawn l-analiżi u valutazzjonijiet, kif ukoll valutazzjonijiet addizzjonali fis-sena 2001 konsistenti ma’ dan il-Ftehim;

Jiżguraw l-iskambju sħiħ regolari u f’waqtu ta’ data fost il-Partijiet u n-NATSACs dwar qbid ta’ tonn u speċi assoċjati u qbid sekondarju, inklużi data ta’ mwiet ta’ delfini, għall-għanijiet li jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet tagħhom għal konservazzjoni u mmaniġġjar kif ukoll rakkomandazzjonijiet għal infurzar u riċerka xjentifika waqt li ma jiksrux il-konfidenzjalità ta’ data ta’ kummerċ konfidenzjali;

Jikkonsultaw ma’ esperti oħra skond il-bżonn bil-għan li jiġbru informazzjoni kemm jistgħu li tista’ tkun bżonjuża biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim; u

Jagħmlu funzjonijiet oħra li l-gvernijiet rispettivi tagħhom jistgħu jassenjawlhom.

2.

Rapporti tan-NATSACs, inklużi tal-laqgħat ta’ kooperazzjoni bejniethom, għandhom ikunu disponibbli lill-Partijiet u lill-pubbliku, b’mod konsistenti mal-kondizzjonijiet applikabbli ta’ konfidenzjalità.

3.

Id-Direttur jista’ jsejjaħ, minbarra l-laqgħat skond l-Artikolu XI, paragrafu 3, laqgħat bil-għan li tiġi ffaċilitata konsultazzjoni fost in-NATSACs.

4.

Il-funzjonijiet tal-laqgħat tan-NATSACs għandhom ikunu biex:

Isiru skambji ta’ informazzjoni;

Jirrevedu riċerka ta’ l-IATTC biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim; u

Jagħmlu rakkomandazzjonijiet lid-Direttur dwar il-programm ta’ riċerka tal-futur biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

5.

Il-membri tan-NATSAC minn kwalunkwe Parti li jattendu l-laqgħa għandhom jiġu nominati minn dik il-Parti.


ANNESS VII

PANEL INTERNAZZJONALI TA’ REVIŻJONI

1.

F’konformità ma’ l-Artikolu XII ta’ dan il-Ftehim, il-Panel Internazzjonali ta’ Reviżjoni (IRP) għandu jkollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kull sena jikkompila lista ta’ bastimenti li jikkwalifikaw għad-DMLs kif maqbul fl-Anness IV;

(b)

Janalizza r-rapporti sottometti lill-IRP, dwar il-vjaġġi kollha għas-sajd tat-tonn magħmula minn bastimenti koperti b’dan il-Ftehim;

(ċ)

Jidentifika possibiltà ta’ ksur ta’ regolamenti, ibbażati fuq il-lista ta’ possibiltajiet ta’ ksur approvati fil-Laqgħa tal-Partijiet;

(d)

Jinforma lil kull Parti, permezz tad-Direttur, dwar il-possibiltà ta’ ksur magħmula minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jew li joperaw fil-ġurisdizzjoni tagħha, u jirċievu minn dik il-Parti informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda;

(e)

Iżomm rapport aġġornat dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Partijiet biex jipprovdu taħriġ adegwat għal kaptani tas-sajd, u jżommu lista ta’ dawk il-kaptani tas-sajd determinati li jikkonformaw ruħhom mal-kondizzjonijiet stabbiliti ta’ eżekuzzjoni, ibbażati fuq l-informazzjoni provduta minn kull waħda mill-Partijiet;

(f)

Jirrakkomanda lil-Laqgħa tal-Partijiet miżuri rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim, partikularment dawk relatati ma’ l-użu ta’ tagħmir, apparat u teknika tas-sajd, waqt li jeżaminaw żviluppi f’teknoloġiji, kif ukoll l-adozzjoni ta’ inċentivi adattati għal kaptani u ekwipaġġi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim;

(g)

Jipprepara u jipprovdi lil-Laqgħa tal-Partijiet rapport annwali dwar dawk l-aspetti ta’ l-eżekuzzjoni tal-flotta relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż sommarju ta’ possibiltajiet ta’ ksur identifikat ta’ regolamenti u l-azzjonijiet meħuda mill-Partijiet;

(h)

Jirrakkomanda lill-Partijiet modi ta’ kif inaqqsu progressivament l-imwiet inċidentali tad-delfini fl-industrija tas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim; u

(i)

Jagħmel funzjonijiet oħra kif assenjati mil-Laqgħa tal-Partijiet.

2.

L-IRP għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet (“membri governattivi”), tliet rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi b’esperjenza magħrufa f’materji relatati ma’ dan il-Ftehim u b’uffiċċji fit-territorju ta’ Parti, u tliet rappreżentanti mill-industrija tat-tonn li topera fil-ġurisdizzjoni ta’ xi waħda mill-Partiti fiż-Żona tal-Ftehim (“membri mhux governattivi”).

3.

Il-membri mhux governattivi għandu jkollhom term ta’ sentejn bħala membri, li jibda mill-ewwel laqgħa ta’ l-IRP immedjatament wara l-elezzjoni tagħhom.

4.

Il-membri mhux governattivi jiġu eletti skond il-proċedura li ġejja:

(a)

Qabel jagħlaq it-term ta’ membru mhux governattiv, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti jistgħu jippreżentaw lid-Direttur nominazzjonijiet ta’ kandidati 60 jum qabel jagħlaq it-term. Ma’ kull nomina għandu jkun hemm curriculum vitae. Il-membri mhux governattivi kurrenti jistgħu jiġu nominati għal perjodi addizzjonali.

(b)

Hekk kif jidħlu n-nominazzjonijiet, id-Direttur għandu jibgħathom bil-miktub lill-Partijiet fi żmien 10 ijiem. Il-Partijiet għandhom jibgħatu l-voti tagħhom lid-Direttur fi żmien 20 jum minn meta jiġu mibgħuta n-nominazzjonijiet mid-Direttur. F’din l-elezzjoni, it-tlieta li jiġu nominati minn kull settur mhux governattiv li jirċievu l-iktar voti għandhom jiġu eletti; dak li jirċievi r-raba’ l-ikbar numru ta’ voti għandu jiġi nominat bħala membru alternattiv. Fil-każ ta’ voti ugwali, id-Direttur għandu jitlob vot ġdid mill-Partijiet biex jiġi determinat il-membru u l-alternattiv.

(ċ)

Jekk pożizzjoni mhux governattiva issir vakanti b’mod permanenti, minħabba mewt, riżenja, jew nuqqas ta’ parteċipazzjoni fi tliet laqgħat konsekuttivi ta’ l- IRP, l-alternattiv għandu jimla l-pożizzjoni għall-kumplament ta’ dak it-term tal-pożizzjoni. Il-kandidat li jirċievi l-ħames l-ikbar numru ta’ voti fl-elezzjonijiet imsemmija f’paragrafi (a) u (b) għandu jiġi nominat il-membru alternattiv. Jekk ikun hemm postijiet battala oħra, id-Direttur għandu jinforma lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti biex kandidati ġodda jiġu sottometti għal proċess ta’ elezzjoni konsistenti ma’ dak deskritt f’paragrafi (a) u (b).

(d)

Kull membru alternattiv jista’ jattendi l-laqgħat ta’ l-IRP, iżda ma jkollux dritt li jitkellem jekk il-membri kollha tas-settur tiegħu/tagħha jkunu preżenti.

5.

L-IRP għandu jsejjaħ mill-inqas tliet laqgħat fis-sena, li waħda minnhom preferibbilment issir fl-okkażjoni tal-Laqgħa ordinarja tal-Partijiet.

6.

L-IRP jista’ jsejjaħ laqgħat addizzjonali wara talba ta’ mill-inqas tnejn mill-Partijiet, bil-kondizzjoni li maġġoranza tal-Partijiet jappoġġaw it-talba.

7.

Il-laqgħat ta’ l-IRP għandhom jiġu mmexxija minn President elett mill-membri governattivi fil-bidu ta’ kull laqgħa, li għandu jiddeċiedi fuq materji ta’ ordni. Kull membru għandu jkollu d-dritt li jsaqsi li kull deċiżjoni meħuda mill-President tkun deċiża kif speċifikat f’Paragrafu 9 ta’ dan l-Anness.

8.

Il-laqgħat għandhom ikunu bl-Ispanjol u bl-Ingliż, u d-dokumenti ta’ l-IRP ukoll għandhom ikunu biż-żewġ lingwi.

9.

Id-deċiżjonijiet tal-laqgħat ta’ l-IRP għandhom jiġu adottati b’kunsens fost il-membri governattivi.

10.

Il-kriterja ta’ hawn taħt għandha tiġi applikata fl-attendenza fil-laqgħat ta’ l-IRP:

(a)

M’għandux ikun hemm restrizzjonijiet fuq in-numru ta’ persuni li Parti tista’ tinkludi fid-delegazzjoni tagħha għal laqgħa ta’ l-IRP.

(b)

Kull Stat membru ta’ l-IATTC jew Firmatarju ta’ dan il-Ftehim jista’ jkun rappreżentat minn osservatur.

(ċ)

Kull Stat li mhux membru ta’ l-IATTC u kull Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika mhux firmatarji ta’ dan il-Ftehim jistgħu jkunu rappreżentati minn osservatur, b’notifika minn qabel lil membri governattivi ta’ l-IRP, sakemm membru governattiv ta’ l-IRP ma joġġezzjonax bil-miktub.

(d)

Id-Direttur jista’ jistieden rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi bħala osservaturi, b’notifika minn qabel lil membri ta’ l-IRP, sakemm xi membru governattiv ta’ l-IRP ma joġġezzjonax bil-miktub.

(e)

F’xi każijiet imsemmija f’(ċ) u (d) hawn fuq, id-Direttur m’għandux jidentifika l-Parti li toġġezzjona.

(f)

Kull osservatur huwa limitat għal żewġ delegati, iżda jista’ jġib iżjed bl-approvazzjoni ta’ żewġ terzi mill-membri governattivi ta’ l-IRP.

11.

F’każijiet ta’ urġenza, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 9 ta’ dan l-Anness, l-IRP jista’ jieħu deċiżjonijiet bil-korrispondenza permezz ta’ vot tal-membri governattivi, bil-proċeduri ta’ hawn taħt:

(a)

Il-proposta għandha tiġi ċirkolata lil membri kollha ta’ l-IRP, bil-miktub, bid-dokumentazzjoni rilevanti kollha, mill-inqas erbatax-il jum qabel id-data effettiva proposta tar-riżoluzzjoni, azzjoni, jew miżura; il-voti jridu jitbagħtu lid-Direttur mhux inqas minn sebat ijiem qabel id-data effettiva proposta;

(b)

Il-proposta għandha tiġi kunsidrata urġenti sakemm maġġoranza sempliċi tal-membri governattivi ma toġġezzjonax bil-miktub; il-proposta għandha tiġi aċċettata sakemm xi membru governattiv ma joġġezzjonax bil-miktub; u

(ċ)

Id-Direttur għandu jiċċirkola l-proposta kif ukoll id-dokumentazzjoni li jkun hemm magħha, jirċievi u jgħodd il-voti, u jinforma lill-membri ta’ l-IRP bir-riżultat ta’ vot hekk kif tagħlaq il-votazzjoni.

12.

Id-Direttur jagħmel il-funzjonijiet ta’ Segretarju, li għandhom jinkludu:

(a)

Li jassisti biex jiġu msejħa u organizzati l-laqgħat ta’ l-IRP;

(b)

Li jippreżenta informazzjoni meħtieġa mill-IRP biex jaqdi l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu, inklużi forom ta’ osservatur ta’ l-IRP u forom ta’ data ta’ ħidma li jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-bastimenti, imwiet tad-delfini, u l-preżenza, kondizzjoni, u l-użu ta’ tagħmir u apparat għas-sigurtà tad-delfini;

(ċ)

Li jipprepara minuti tal-laqgħat kollha u jagħmel abbozzi ta’ rapporti u dokumenti speċjali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet ta’ l-IRP;

(d)

Li jipprovdi lil kull Parti, għall-konsiderazzjoni tagħha, rakkomandazzjonijiet u informazzjoni dwar possibbiltà ta’ ksur tar-regoli identifikati mill-IRP għal bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha;

(e)

Li jqassam lill-IRP informazzjoni li jirċievi minn Partijiet dwar l-azzjonijiet meħuda fuq possibbiltà ta’ ksur identikati mill-IRP;

(f)

Li jippublika r-Rapport Annwali ta’ l-IRP u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, skond l-istruzzjonijiet mogħtija mil-Laqgħa tal-Partijiet;

(g)

Li jippreżenta lill-membri ta’ l-IRP informazzjoni li jkun irċieva mingħand il-Partijiet imsemmija f’Paragrafu 1(e) ta’ dan l-Anness; u

(h)

Li jaqdi xogħol neċessarju ieħor għat-twettieq tal-funzjonijiet ta’ l-IRP, kif assenjat mill-Partijiet.

13.

Ir-regoli ta’ proċedura ta’ l-IRP jistgħu jiġu modifikati mil-Laqgħa tal-Partijiet. Modifikazzjonijiet jistgħu jiġu rakkomandati mill-IRP.

14.

Il-membri ta’ l-IRP u parteċipanti oħra mistiedna biex jattendu laqgħat ta’ l-IRP bħala osservaturi għandhom jitrattaw l-informazzjoni kollha preżentata f’dawn il-laqgħat skond id-dispożizzjonijiet ta’ konfidenzjalità mniżżla fl-Artikolu XVIII ta’ dan il-Ftehim.


ANNESS VIII

REKWIŻITI TA’ L-OPERAT GĦAL BASTIMENTI

1.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness:

(a)

Strip” tfisser sezzjoni ta’ xibka li bejn wieħed u ieħor tkun fonda 6 fadoms.

(b)

“Ritrazzjoni” tfisser il-proċedura biex jinħelsu delfini maqbuda billi l-magna/i tal-bastiment tmur lura waqt li qed tinġibed ix-xibka, u b’hekk ix-xibka tibqa’ fl-ilma biex tifforma kanal, u l-linja tas-sufri fuqnett tal-kanal tinżel taħt l-ilma.

(ċ)

“Mazz” ifisser tul ta’ linja tas-sufri miġbur flimkien.

(d)

Sack-up” hija dik il-parti tal-proċess tas-sajd meta l-qabda tkun konċentrata ħdejn wiċċ l-ilma biex tittella’ abbord il-bastiment.

2.

Kondizzjonijiet ta’ Tagħmir u Apparat ta’ Sigurtà għad-Delfini

Bastiment b’kapaċità li jġorr iktar minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira) li jopera fiż-Żona tal-Ftehim għandu:

(a)

Jkollu xibka tas-sajd mgħammra b’panel ta’ sigurtà għad-delfini (DSP) b’dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

(i)

Tul minimu ta’ 180 fadoms (kif imkejjel qabel l-installazzjoni), ħlief li t-tul minimu tad-DSP fix-xbiek iktar fondi minn 18-il strip irid jiġi determinat fi proporzjon ta’ 10 fadoms fit-tul għal kull strip ta’ fond ta’ xibka. Id-DSP irid jiġi installat li jgħatti l-kanal tar-ritrazzjoni t-tul tal-linja tas-sufri, li jibda mit-tarf ta’ l-awtbord ta’ l-aħħar mazz tal-pruwa miġbud sa ma jasal sa mill-inqas żewġ terzi tad-distanza minn fuqnett tal-kanal tar-ritrazzjoni sal-ponta fejn ix-xibka tkun marbuta fil-poppa. Id-DSP għandu jikkonsisti minn strixxi ta’ malja b’toqob żgħar mhux iżjed minn malja miġbuda ta’ 1 1/4 pulzier (3,2 ċm), li jwasslu ‘l isfel mil-linja tas-sufri sa fond minimu ta’ żewġ strips.

(ii)

Kull tarf għandu jintagħraf b’marki li jidhru sew.

(iii)

Kull spazju bejn is-sufri jew il-linja tas-sufri u l-malja b’toqob żgħar m’għandux ikun iktar minn 1 3/8 pulzier (3,5 ċm) ta’ dijametru.

(b)

Jkollu mill-inqas tliet spidbowts li jaħdmu mgħammrin bi ktajjen għall-irmonk li jaħdmu, u ċimi ta’ l-irmunkar;

(ċ)

Jkollu ċattra li taħdem addattata għall-osservazzjoni u s-salvataġġ ta’ delfini;

(d)

Jkollu mill-inqas żewġ maskri li jaħdmu addattati għal osservazzjoni taħt l-ilma; u

(e)

Jkollu mixegħla ta’ dwal li jaħdmu u li jwasslu ‘l bogħod b’minimu ta’ 140 000 lumens.

3.

Kondizzjonijiet ta’ Protezzjoni u Ħelsien ta’ Delfini u Projbizzjonijiet

Bastiment b’kapaċità li jġorr iktar minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira) li jopera fiż-Żona tal-Ftehim għandu:

(a)

Jagħmel ritrazzjoni kull dawra li fiha jinqabdu d-delfini, sakemm ma jkunx possibli iktar li jitneħħew delfini ħajjin mix-xibka b’din il-proċedura. Mill-inqas membru wieħed ta’ l-ekwipaġġ għandu jkun disponibbli waqt ritrazzjoni biex jgħin fil-ħelsien ta’ delfini;

(b)

Jkompli l-isforzi li jeħles delfini ħajjin li jibqgħu fix-xibka wara ritrazzjoni, ħalli d-delfini ħajjin kollha jinħelsu qabel il-bidu tal-proċedura tas-sack-up;

(ċ)

Ma jagħmilx sack-up jew jimbrolja delfini ħajjin;

(d)

Jevita li jweġġa’ jew joqtol delfini maqbuda waqt proċessi ta’ sajd;

(e)

Jtemm ritrazzjoni mhux iktar tard minn tletin minuta wara nżul ix-xemx, kif deċiż minn sors preċiż u serju approvat mill-Partijiet. Dawra ta’ ħut li ma tissodisfax din il-kondizzjoni tissejjaħ “dawra ta’ bil-lejl”;

(f)

Ma jużax kull tip ta’ splussivi waqt kull fażi ta’ proċess ta’ sajd li jinvolvi delfini (murtali taħt l-ilma mhumiex kunsidrati splussivi);

(g)

Jieqaf idur mad-delfini meta jilħaq id-DML tiegħu;

(h)

Ma jdurx mad-delfini intenzjonalment jekk il-bastiment ma jkollux DML; u

(i)

Jagħmel allinjament perjodiku tax-xibka biex jiżgura l-lokazzjoni l-iktar xierqa tal-panel ta’ sigurtà għad-delfini waqt il-proċedura ta’ ritrazzjoni, ibbażata fuq kriterja stabbilita mill-IRP.

Huwa emfasizzat li l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq m’għandhomx iwasslu li l-ekwipaġġ jitpoġġa f’sitwazzjonijiet li jippreżentaw perikli bla bżonn għas-sigurtà personali tagħhom.

4.

Eċċezzjonijiet

(a)

Bastiment mingħajr DML huwa eżentat mill-kondizzjonijiet f’Paragrafu 2 ta’ dan l-Anness u mill-obbligu li jagħmel iċ-ċaqliq ta’ ritrazzjoni msemmi f’ Paragrafu 3 ta’ dan l-Anness sakemm il-Parti b’ġurisdizzjoni fuq dak il-bastiment ma tiddeċidix mod ieħor.

(b)

Bastiment bħal dan li jaqbad delfini aċċidentalment għandu jipprova jeħles id-delfini, billi juża kull mezz fid-dispożizzjoni tiegħu, inkluż li jabortja d-dawra, u jieħu in konsiderazzjoni l-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Anness.

5.

Trattament ta’ l-Osservaturi

Kaptani, ekwipaġġ, u mpjegati għandhom jikkonformaw ruħhom mar-responsibbiltajiet tagħhom fejn tidħol il-preżenza ta’ osservaturi abbord il-bastimenti tagħhom, kif speċifikat fl-Anness II, paragrafu 6.

6.

Bastimenti inqas minn 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira)

L-ebda bastiment b’kapaċità li jġorr 363 tunnellata metrika (400 tunnellata qasira) jew inqas ma jista’ jdur għad-delfini intenzjonalment.


ANNESS IX

ELEMENTI TA’ ĊĊEKKJAR TAT-TONN U PROGRAMM TA’ VERIFIKAZZJONI

1.

Skond l-Artikolu V, paragrafu 1(f), il-Partijiet għandhom jistabbilixxu programm biex jiċċekkjaw u jivverifikaw tonn miġbur minn bastimenti fiż-Żona tal-Ftehim, ibbażat fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

l-użu ta’ kalkolu ta’ użin bl-għanijiet li jiċċekkjaw tonn maqbud, żbarkat, proċessat u esportat;

(b)

miżuri addizzjonali biex itejbu r-rapporti kurrenti ta’ l-osservaturi, inklużi t-twaqqif ta’ kriterja għal taħriġ u biex jittejbu l-kapaċitajiet u l-proċeduri ta’ monitoraġġ u rappurtaġġ;

(ċ)

l-indikazzjoni ta’ lokazzjoni ta’ bir, proċeduri ta’ ssiġillar ta’ stivi, proċeduri għal monitoraġġ u ċertifikazzjoni kemm fuq u taħt il-gverta, jew permezz ta’ metodi ugwalment effettivi;

(d)

ir-rapportaġġ, riċeviment, u ż-żamma ta’ bank tad-data ta’ trasmissjonijiet tar-radju u facsimile minn bastimenti li għandhom informazzjoni relatata ma’ ċ-ċekkjar u verifikazzji tat-tonn;

(e)

il-verifikazzjoni u ċ-ċċekkjar ibbażati fuq l-art ta’ dan it-tonn matul il-proċess ta’ sajd, trasbord, u mili fil-laned permezz ta’ rekords ta’ vjaġġi ta’ Programm ta’ Osservatur Abbord;

(f)

l-użu ta’ verifika ta’ kontijiet u ċċekkjar bl-addoċċ f’perjodi regolari għal prodotti tat-tonn maqbud, żbarkat u pproċessat; u

(g)

il-forniment ta’ aċċess f’waqtu għal data relevanti.

2.

Kull Parti għandha timplimenta dan il-programm fit-territorju rispettiv tagħha, fuq bastimenti suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħha u f’żoni tal-baħar li dwarhom hija teżerċita sovranità jew drittijiet sovrani u ġurisdizzjoni.


ANNESS X

LINJI TA’ GWIDA U KRITERJI GĦALL-PARTIĊIPAZZJONI TA’ OSSERVATURI F’LAQGĦAT TAL-PARTIJIET

1.

Id-Direttur għandu jistieden għal-Laqgħat tal-Partijiet imsejħa skond l-Artikolu VIII organizzazzjonijiet intergovernattivi li x-xogħol tagħhom huwa rilevanti għall- implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kif ukoll mhux bħala Partijiet li l-parteċipazzjoni tagħhom tista’ tippromwovi implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.

Organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) b’esperjenza magħrufa f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-Ftehim għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Laqgħat kollha tal-Partijiet imsejħa skond l-Artikolu VIII ħlief għal laqgħat li jsiru f’sessjonijiet jew laqgħat eżekuttivi ta’ Kapijiet ta’ Delegazzjoni.

3.

Kull NGO li tixtieq tipparteċipa bħala osservatur f’Laqgħa tal-Partijiet għandha tavża lid-Direttur bix-xewqa tagħha li tipparteċipa mill-inqas 50 jum qabel il-Laqgħa. Id-Direttur għandu javża lill-Partijiet bl-ismijiet ta’ dawn l-NGOs mill-inqas 45 jum qabel tibda l-Laqgħa.

4.

Jekk Laqgħa tal-Partijiet issir b’avviż ta’ inqas minn 50 jum, id-Direttur għandu jkollu flessibiltà ikbar dwar meta jintbagħtu l-istediniet.

5.

NGO li tkun tixtieq tipparteċipa bħala osservatur tista’ tagħmel hekk sakemm maġġoranza tal-Partijiet ma toġġezzjonax formalment bil-miktub mill-inqas 30 jum qabel tibda l-laqgħa in kwestjoni.

6.

Kull osservatur li jipparteċipa jista’:

(a)

jattendi laqgħat, suġġett għal paragrafu 2 ta’ dan l-Anness, iżda ma jivvutax;

(b)

jagħmel stqarrijiet orali waqt il-laqgħat meta jkun mistieden mill-president;

(ċ)

jqassam dokumenti fil-laqgħa, bl-approvazzjoni tal-president; u

(d)

jagħmel attivitajiet oħra, kif xieraq u kif approvati mill-president.

7.

Id-Direttur jista’ jitlob lill-osservaturi ta’ l-NGO biex iħallsu miżata raġonevoli, u biex ikopru spejjeż attribwiti ma’ l-attendenza tagħhom (e.g. spejjeż ta’ kkupjar).

8.

L-osservaturi kollha ammessi għal Laqgħa tal-Partijiet għandhom jintbagħtulhom jew jiġu pprovduti mod ieħor bl-istess dokumentazzjoni ġeneralment disponibbli lil Partijiet, ħlief dokumentazzjoni li jkollha data ta’ kummerċ konfidenzjali.

9.

L-osservaturi kollha ammessi għal Laqgħa tal-Partijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mar-regoli u l-proċeduri kollha applikabbli għall-parteċipanti l-oħra fil-laqgħa.



30.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/28


FTEHIM

dwar il-programm internazzjonali għall-konservazzjoni tad-delfini

PREAMBOLU

IL-PARTIJIET F’DAN IL-FTEHIM,

KONXJI LI, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali, kif riflessi fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) ta’ l-1982, l-Istati kollha għandhom id-dmir li jieħdu, jew li jikkooperaw ma’ Stati oħra biex jieħdu, dawk il-miżuri li jkun hemm bżonn għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar;

ISPIRATI mill-prinċipji mniżżla fid-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp ta’ l-1992, kif ukoll ix-xewqa li jiġu implimentati l-prinċipji u l-livelli tal-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat mill-Konferenza tal-FAO fl-1995;

JENFASIZZAW ir-rieda politika tal-komunità internazzjonali li jikkontribwixxu biex iżżid l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar ta’ l-industrija tas-sajd, permezz tal-Ftehim li jippromovi Osservanza ta’ Miżuri Internazzjonali għall-Konservazzjoni u Mmaniġġjar minn Bastimenti tas-Sajd fuq il-Baħar Miftuħ, adotti mill-Konferenza tal-FAO fl-1993;

INNUTAW li l-50 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-reżoluzzjoni A/RES/50/24, adottat il-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta’ l-10 ta’ Diċembru 1982. Dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar tal-Ħażniet Straddling u Ħażniet ta’ Ħut Migratorju (“il-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ħażniet ta’ Ħut Straddling u Ħażniet ta’ Ħut Migratorju”);

JIRRIAFFERMAW l-obbligi stabbiliti fil-Ftehim La Jolla ta’ l-1992 u fid-Dikjarazzjoni ta’ Panama ta’ l-1995;

JENFASIZZAW l-għanijiet li jeliminaw in-numru ta’ mwiet tad-delfini fl-industrija tas-sajd bix-xibka għat-tonn fl-Oċejan Paċifiku tal-lvant u li jfittxu mezzi ekoloġikament sodi li jinqabad tonn kbir tal-pinen sofor mhux f’assoċjazzjoni mad-delfini;

JIKKONSIDRAW l-importanza ta’ l-industrija tas-sajd tat-tonn bħala sors ta’ ikel u introjtu għall-popolazzjonijiet tal-Partijiet u li l-miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar iridu jindirizzaw dawk il-bżonnijiet u jieħdu in konsiderazzjoni l-impatti ekonomiċi u soċjali ta’ dawk il-miżuri;

JIRRIKONOXXU t-tnaqqis dramatiku ta’ mwiet inċidentali tad-delfini milħuq permezz tal-Ftehim La Jolla;

KONVINTI li evidenza xjentifika turi li t-teknika ta’ sajd għat-tonn f’assoċjazzjoni mad-delfini, skond ir-regolamenti u l-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim La Jolla u riflessi fid-Dikjarazzjoni tal- Panama, ipprovdiet metodu effettiv għall-protezzjoni tad-delfini u l-użu raġonevoli ta’ riżorsi tat-tonn fl-Oċejan Paċifiku tal-lvant;

JIRRIAFFERMAW li kooperazzjoni multilaterali tikkonstitwixxi l-iktar mod effettiv biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar;

MARBUTIN li jiżguraw is-sostenibbilità ta’ ħażniet ta’ tonn fl-Oċejan Paċifiku tal-lvant u li jnaqqsu progressivament in-numru ta’ mwiet inċidentali tad-delfini fl-industrija tas-sajd tat-tonn ta’ l-Oċejan Paċifiku tal-lvant għall-anqas livell; li jevitaw, inaqqsu u jimminimizzaw il-qabda aċċidentali u r-rimi ta’ tonn żgħir u l-qabda inċidentali ta’ speċi mhux maħsuba, filwaqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-relazzjoni bejn speċi u oħra fl-ekosistema;

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

1.

“Tonn” tfisser l-ispeċi tas-subordni Scombroidei (Klawe, 1980), bl-eċċezzjoni tal-ġenus Scomber.

2.

“Delfini” tfisser speċi tal-familja Delphinidae assoċjata ma’ l-industrija tas-sajd għat-tonn tal-pinen sofor fis-Settur tal-Ftehim.

3.

“Bastiment” tfisser bastiment li jistad għat-tonn bix-xibka.

4.

“Partijiet” tfisser l-Istati jew organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li aċċettaw li jintrabtu b’dan il-Ftehim u li dan il-Ftehim huwa fis-seħħ għalihom.

5.

“Organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika” tfisser organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li l-Istati membri tagħha ttrasferixxu lilha kompetenza fuq materji kopriti minn dan il-Ftehim, inkluża l-awtorità li tieħu deċiżjonijiet li jorbtu lill-Istati membri tagħha dwar dawk il-materji;

6.

“IATTC” tfisser il-Kummissjoni Inter-Amerikana ta’ Tonn Tropikali.

7.

“Ftehim La Jolla” ifisser l-istrument adottat fil-Laqgħa Intergovernattiva li saret f’Ġunju, 1992.

8.

“Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini” ifisser il-programm internazzjonali stabbilit skond dan il-Ftehim ibbażat fuq il-Ftehim La Jolla, kif formulat, modifikat u mtejjeb skond id-Dikjarazzjoni tal-Panama.

9.

“Programm ta’ Osservatur Abbord” ifisser il-programm imfisser fl-Anness II.

10.

“Dikjarazzjoni tal-Panama” tfisser id-Dikjarazzjoni ffirmata f’Panama City, fir-Repubblika tal-Panama, fl-4 ta’ Ottubru 1995.

11.

“Direttur” tfisser id-Direttur ta’ Investigazzjonijiet ta’ l-IATTC.

Artikolu II

Objettivi

L-objettivi ta’ dan il-Ftehim huma:

1.

Biex progressivament jitnaqqas in-numru ta’ mwiet inċidentali tad-delfini fl-industrija tas-sajd bix-xibka għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim għall-inqas livell, billi jiġu ffissati limiti annwali;

2.

Bi l-għan li jiġi eliminat in-numru ta’ mwiet tad-delfini f’din l-industrija tas-sajd, jinstabu mezzi ekoloġikament sodi li jinqabad tonn kbir tal-pinen sofor mhux f’ assoċjazzjoni ma’ delfini; u

3.

Biex jiżguraw is-sostenibbilità għal żmien twil tal-provvista tat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim, kif ukoll dik tar-riżorsi tal-baħar relatata ma’ din l-industrija tas-sajd, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni r-relazzjoni bejn speċi u oħra fl-ekosistema, b’enfasi speċjali li, fost ħwejjeġ oħra, jevitaw, inaqqsu u jimminimizzaw qabda sekondarja u dawk imwarrba ta’ tonn żgħir u speċi mhux maħsuba.

Artikolu III

Settur ta’ Applikazzjoni tal-Ftehim

Is-settur ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim (“iż-Żona tal-Ftehim”) huwa mfisser fl-Anness I.

Artikolu IV

Mizuri Ġenerali

Il-Partijiet għandhom, fil-parametri ta’ l-IATTC:

1.

Jieħdu miżuri biex jiżguraw il-konservazzjoni ta’ ekosistemi kif ukoll miżuri ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar biex jiżguraw is-sostenibbilità għal żmien twil tal-provvista tat-tonn u provvisti oħrajn ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar assoċjati ma’ l-industrija tas-sajd bix-xibka għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim, ibbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, u japplikaw l-avviċinament ta’ prekwazzjoni, konsistenti mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għal Industrija tas-Sajd Responsabbli u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Ħażniet ta’ Ħut Straddling u Ħażniet ta’ Ħut Migratorju. Miżuri bħal dawn huma maħsuba biex iżommu jew jikkoreġu l-biomass ta’ provvisti maħżuna f’livelli normali jew iktar għolja li jista’ jkollhom produzzjoni sostenibbli massima, u bil-għan li jinżamm jew jiġi kkoreġut il-biomass ta’ provvisti assoċjati f’livelli normali jew iktar għolja li jista’ jkollhom produzzjoni sostenibbli massima; u,

2.

Jieħdu miżuri, skond il-kapaċitajiet tagħhom, biex jassessjaw il-qabda u l-qabda sekondarja ta’ tonn żgħir tal-pinen sofor u provvisti oħrajn ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar relatati ma’ l-industrija tas-sajd bix-xibka għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim u jistabbilixxu miżuri skond l-Artikolu VI biex, fost ħwejjeġ oħra, jevitaw, inaqqsu u jimminimizzaw il-qabda sekondarja ta’ tonn żgħir tal-pinen sofor u l-qabda sekondarja ta’ speċi mhux maħsuba, biex tiġi żgurata sostenibbilità għal żmien twil ta’ dawn l-ispeċi kollha, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-interrelazzjonijiet fost l-ispeċi fl-ekosistema.

Artikolu V

Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini

Skond il-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini u in konsiderazzjoni ta’ l-objettivi ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom, fost ħwejjeġ oħra:

1.

Jillimitaw in-numru ta’ mwiet inċidentali tad-delfini fl-industrija tas-sajd għat-tonn bix-xibka fiż-Żona tal-Ftehim għal mhux iktar minn ħamest elef fis-sena, bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri relevanti, li għandhom jinkludu:

(a)

It-twaqqif ta’ sistema li tipprovdi inċentivi lil kaptani tal-bastimenti biex ikomplu jnaqqsu n-numru ta’ mwiet inċidentali ta’ delfini, bil-għan li jeliminaw in-numru ta’ mwiet tad-delfini fl-industrija tas-sajd tagħhom;

(b)

It-twaqqif fil-parametri ta’ l-IATTC ta’ sistema ta’ taħriġ tekniku u ċertifikazzjoni għal kaptani u l-ekwipaġġ fuq it-tagħmir u l-użu tiegħu, kif ukoll it-teknika għas-salvataġġ u s-sigurtà tad-delfini;

(ċ)

Fil-parametri ta’ l-IATTC, il-promozzjoni u appoġġ ta’ riċerka biex jitjiebu t-tagħmir, apparat u teknika tas-sajd, inklużi dawk użati fl-industrija tas-sajd għat-tonn assoċjati mad-delfini;

(d)

It-twaqqif ta’ sistema ġusta għall-assenjazzjoni ta’ limiti fin-numru ta’ mwiet tad-delfini (DMLs), konsistenti man-numru ta’ mwiet tad-delfini kull sena, skond l-Annessi III u IV;

(e)

Jitolbu l-bastimenti rispettivi tagħhom li huma assenjati DML, jew inkella li joperaw fiż-Żona tal-Ftehim, biex jikkonformaw ruħhom mal-kondizzjonijiet ta’ l-operat imniżżlin fl-Anness VIII;

(f)

It-twaqqif ta’ sistema li ssegwi u tivverifika t-tonn maħżun bil-mewt jew le, jew bil-feriti serji ta’ delfini, ibbażata fuq l-elementi mniżżla fl-Anness IX;

(g)

L-iskambju ta’ data minn riċerka xjentifika miġbura mill-Partijiet skond dan il-Ftehim fuq bażi komplet u f’waqtu; u

(h)

It-tmexxija ta’ riċerka bil-għan li jinstabu mezzi ekoloġikament sodi biex jinqabad tonn kbir tal-pinen sofor mhux f’assoċjazzjoni ma’ delfini;

2.

Jistabbilixxu numru ta’ mwiet ta’ delfini kull sena kull ħażna, u jirrevedu u jassessjaw l-effetti ta’ dawn in-numri, skond l-Anness III; u

3.

Jirrevedu l-miżuri f’Laqgħa tal-Partijiet.

Artikolu VI

Sostenibbilità ta’ Riżorsi Ħajjin tal-Baħar

Skond l-Artikolu IV, il-Partijiet jintrabtu li jiżviluppaw u jimplimentaw, fil-parametri ta’ l-IATTC, miżuri biex jiżguraw is-sostenibbilità għal żmien twil ta’ riżorsi ħajjin tal-baħar assoċjati ma’ l-industrija tas-sajd għat-tonn bix-xibka fiż-Żona tal-Ftehim, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-interrelazzjonijiet fost speċi fl-ekosistema. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom, fost affarijiet oħra:

1.

Jiżviluppaw u jimplimentaw programm biex jassessjaw, jimmonitorjaw u jimminimizzaw qabda sekondarja ta’ tonn żgħir u speċi mhux maħsuba fiż-Żona tal-Ftehim;

2.

Sakemm ikun prattikabbli kemm jista’ jkun, jiżviluppaw u jeżiġu l-użu ta’ tagħmir tas-sajd u teknika selettivi, ambjentalment żguri u li jagħtu profitt;

3.

Jeżiġu li l-bastimenti tagħhom li joperaw fiż-Żona tal-Ftehim jilliberaw ħajjin fkieren tal-baħar maqbudin inċidentalment u speċi oħra mhedda jew fil-periklu li jinqerdu, skond kemm jista’ jkun prattikabbli; u

4.

Jitolbu lill-IATTC tibda investigazzjonijiet biex tassessja jekk il-kapaċità tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd fiż-Żona tal-Ftehim jimminaċċjawx is-sostenibbilità tal-provvista tat-tonn u riżorsi oħra ħajjin tal-baħar assoċjati ma’ l-industrija tas-sajd u, jekk inhu hekk, teżamina miżuri possibbli u tirrikkmanda l-adozzjoni tagħhom meta jkun xieraq.

Artikolu VII

Implimentazzjoni fuq Livell Nazzjonali

Kull Parti għandha tadotta, skond il-liġijiet u l-proċeduri tagħha, il-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-osservanza ta’ dan il-Ftehim inkluża, fejn xieraq, l-adozzjoni ta’ liġijiet u regolamenti rilevanti.

Artikolu VIII

Laqgħa tal-Partijiet

1.   Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu perjodikament biex jikkonsidraw materji li jappartienu lill-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u biex jieħdu deċiżjonijiet kollha rilevanti magħhom.

2.   Il-Laqgħa ordinarja tal-Partijiet għandha ssir mill-inqas darba fis-sena, preferibilment flimkien mal-laqgħa ta’ l-IATTC.

3.   Il-Partijiet jistgħu jżommu laqgħat straordinarji meta jkun hemm bżonn. Dawn il-laqgħat għandhom jissejħu meta jitlob xiħadd mill-Partijiet, dment li din it-talba tkun appoġġjata mill-maġġoranza tal-Partijiet.

4.   Il-Laqgħa tal-Partijiet għandha ssir meta jkun hemm kworum. Il-kworum jintlaħaq meta maġġoranza tal-Partijiet ikunu preżenti. Din ir-regola għandha tapplika wkoll għal laqgħat ta’ organi sussidjarji mwaqqfa taħt dan il-Ftehim.

5.   Il-laqgħat għandhom isiru bl-Ispanjol u bl-Ingliż, u d-dokumenti tal-Laqgħat tal-Partijiet għandhom ikunu b’dawn iż-żewġ lingwi.

Artikolu IX

Teħid ta’ Deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet kollha meħudin mill-Partijiet f’laqgħat imsejħa skond l-Artikolu VIII għandhom ikunu b’kunsens.

Artikolu X

Bord Xjentifiku Konsultattiv

Il-funzjonijiet tal-Bord Xjentifiku Konsultattiv, imwaqqaf skond il-Ftehim La Jolla, għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Anness V. Il-Bord Xjentifiku Konsultattiv għandu jkun kompost u jopera skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness V.

Artikolu XI

Kumitati Nazzjonali Xjentifiċi Konsultattivi

1.   Kull Parti għandha, skond ir-regoli u l-proċeduri tagħha, twaqqaf Kumitat Nazzjonali Xjentifiku Konsultattiv (NATSAC) ta’ esperti kwalifikati, li joperaw fil-kapaċitajiet individwali tagħhom, mis-setturi pubbliċi u privati, u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi inklużi, fost oħrajn, xjenzjati kwalifikati.

2.   Il-funzjonijiet tan-NATSACs għandhom ikunu, fost oħrajn, dawk imniżżla fl-Anness VI.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li n-NATSACs għandhom jikkooperaw permezz ta’ laqgħat regolari u f’waqthom fir-reviżjoni ta’ data u l-istatus ta’ provvisti, u fl-iżvilupp ta’ pariri biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-laqgħat għandhom isiru mill-inqas darba fis-sena flimkien mal-Laqgħat ordinarji tal-Partijiet.

Artikolu XII

Panel Internazzjonali ta’ Reviżjoni

Il-funzjonijiet tal-Panel Internazzjonali ta’ Reviżjoni (IRP), imwaqqaf skond il-Ftehim La Jolla, għandhom ikunu dawk imniżżla fl-Anness VII. L-IRP għandu jkun magħmul u għandu jopera skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness VII.

Artikolu XIII

Programmi ta’ Osservatur Abbord

Il-Programm ta’ Osservatur Abbord imwaqqaf skond il-Ftehim La Jolla għandu jopera skond l-Anness II.

Artikolu XIV

Funzjoni ta’ l-IATTC

Fil-każ li l-IATTC ikollha funzjoni integrali li tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom, fost l-oħrajn, jitolbu lill-IATTC biex tipprovdi appoġġ ta’ Segretarjat u biex tagħmel funzjonijiet oħra kif imniżżla f’dan il-Ftehim jew kif maqbula skond dan il-Ftehim.

Artikolu XV

Finanzjament

Il-Partijiet għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan il-Ftehim, permezz tat-twaqqif u l-ġbir ta’ ħlas tal-bastimenti, li l-livell tagħhom għandu jkun determinat mill-Partijiet, mingħajr preġudizzju għal kontribuzzjonijiet finanzjarji voluntarji oħra.

Artikolu XVI

Osservanza

1.   Kull Parti għandha tiżgura fejn għandhom x’jaqsmu l-bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha osservanza effettiva tal-miżuri mniżżla f’dan il-Ftehim jew adottati minnu. B’mod partikulari, kull Parti għandha tiżgura, permezz, fost oħrajn, ta’ programm ta’ ċertifikazzjoni u spezzjoni annwali, li bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħha josservaw:

(a)

il-kondizzjonijiet operativi stabbiliti fl-Anness VIII; u

(b)

il-kondizzjonijiet ta’ osservatur abbord stabbiliti fl-Anness II.

2.   Fejn għandhom x’jaqsmu vjolazzjonijiet, kull Parti, wara li tieħu in konsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-IRP, għandha tapplika, konsistenti mar-regoli nazzjonali tagħha, sanzjonijiet ta’ gravità suffiċjenti li jkunu effettivi biex jiżguraw osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u ta’ miżuri adottati skond il-Ftehim u li jċaħħdu lil min jikser ir-regoli mill-benefiċċji li jakkumulaw mill-attivitajiet illegali tagħhom. Għal offiżi serji, dawn is-sanzjonijiet għandhom jinkludu rifjut, sospensjoni jew l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni li jistadu.

3.   Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu inċentivi għall-kaptani u l-ekwipaġġi ta’ bastimenti, bil-ħsieb li jżidu osservanza ta’ dan il-Ftehim u l-objettivi tiegħu.

4.   Il-Partijiet għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw osservanza ta’ dan il-Ftehim, u jibnu fuq deċiżjonijiet li ttieħdu skond il-Ftehim La Jolla.

5.   Kull Parti għandha tinforma mal-ewwel lill-IRP dwar azzjonijiet ta’ infurzar li tkun ħadet skond dan il-Ftehim, u r-riżultati tagħhom.

Artikolu XVII

Trasparenza

1.   Il-Partijiet għandhom jippromwovu trasparenza fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni pubblika, kif xieraq.

2.   Rappreżentanti minn organizzazzjonijiet intergovernattivi u rappreżentanti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ materji rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f’laqgħat tal-Partijiet li jissejħu skond l-Artikolu VIII bħala osservaturi jew mod ieħor, kif xieraq, skond il-pariri u l-kriterji mniżżla fl-Anness X. Dawn l-organizzazzjonijiet intergovernattivi u organizzazzjonijiet mhux governattivi għandu jkollhom aċċess f’waqtu għal informazzjoni rilevanti, suġġetti għal liġijiet ta’ proċedura dwar aċċess għal informazzjoni li l-Partijiet jistgħu jadottaw.

Artikolu XVIII

Konfidenzjalità

1.   Il-Laqgħa tal-Partijiet għandha tistabbilixxi regoli ta’ konfidenzjalità għall-korpi kollha li jingħataw aċċess għal informazzjoni skond dan il-Ftehim.

2.   Minkejja xi regoli ta’ konfidenzjalità li jistgħu jiġu adotti skond paragrafu 1 hawn fuq, kull persuna b’aċċess għal informazzjoni konfidenzjali tista’ tikxef din l-informazzjoni in konnessjoni ma’ proċeduri legali jew amministrattivi, jekk mitluba minn awtorità kompetenti tal-Parti konċernata.

Artikolu XIX

Kooperazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet jew Arranġamenti oħra

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw ma’ organizzazzjonijiet u arranġamenti sotto-reġjonali, reġjonali u globali ta’ konservazzjoni u mmaniġġjar fl-industrija tas-sajd bil-għan li jippromwovu s-suċċess ta’ l-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu XX

Soluzzjoni ta’ Kontroversji

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex ma jinqalgħux kontroversji. Kull Parti tista’ tikkonsulta ma’ waħda jew iktar mill-Partijiet l-oħra dwar xi kontroversja relatata ma’ l-interpretazzjoni jew applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim biex jaslu għal soluzzjoni sodisfaċenti għal kulħadd kmieni kemm jista’ jkun.

2.   Jekk kontroversja ma tiġix solvuta permezz ta’ konsultazzjoni bħal din fi żmien perjodu raġjonevoli, il-Partijiet in kwestjoni għandhom jikkonsultaw bejniethom kmieni kemm jista’ jkun biex isolvu l-kontroversja b’kull mezz paċifiku li jistgħu jiddeċiedu dwaru skond liġi internazzjonali.

Artikolu XXI

Drittijiet ta’ Stati

L-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim ma tista’ tiġi interpretata b’tali mod li tippreġudika jew iżżeblaħ is-sovranità, drittijiet jew ġurisdizzjoni sovrani eżerċitati minn xi Stat skond liġi internazzjonali, kif ukoll il-pożizzjoni jew il-veduti tiegħu f’materji relatati mal-liġi tal-baħar.

Artikolu XXII

Dawk li m’humiex Partijiet

1.   Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-Istati u l-organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika kollha msemmija fl-Artikolu XXIV ta’ dan il-Ftehim li m’humiex Partijiet biex isiru Partijiet ta’ dan il-Ftehim jew biex jadottaw liġijiet u regolamenti konsistenti.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw, skond dan il-Ftehim u liġi internazzjonali, biex jiskoraġġixxu bastimenti li jużaw il-bnadar ta’ Stati li m’humiex Partijiet biex ma jagħmlux attivitajiet li jżebilħu l-effikaċja ta’ dan il-Ftehim. Għalhekk, il-Partijiet għandhom, fost ħwejjeġ oħra, jiġbdu l-attenzjoni ta’ dawk mhux Partijiet b’dawn l-attivitajiet mill-bastimenti tagħhom.

3.   Il-Partijiet għandhom ipartu informazzjoni bejniethom, jew direttament jew permezz tad-Direttur, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet ta’ bastimenti li jtajru l-bnadar ta’ dawk mhux Partijiet li jżebilħu l-effikaċja ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu XXIII

Annessi

L-Annessi jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim u, sakemm mhux imsemmi espressament mod ieħor, referenza għal dan il-Ftehim tinkludi referenza għall-Annessi relatati miegħu.

Artikolu XXIV

Firma

Dan il-Ftehim huwa miftuħ għal firma f’Washington mill-21 ta’ Mejju, 1998 sa l-14 ta’ Mejju 1999 minn Stati b’linja tal-kosta li tmiss maż-Żona tal-Ftehim u minn Stati jew organizzazzjonijiet reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li huma membri ta’ l-IATTC jew li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim sakemm il-Ftehim huwa miftuħ għal firma.

Artikolu XXV

Ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni

Dan il-Ftehim huwa suġġett għal ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-firmatarji in konformità mal-liġijiet u proċeduri domestiċi tagħhom.

Artikolu XXVI

Adeżjoni

Dan il-Ftehim għandu jibqa’ miftuħ għal adeżjoni minn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li tissodisfa l-kondizzjonijiet fl-Artikolu XXIV, jew ikun mistieden mod ieħor biex jiffirma l-Ftehim fuq il-bażi ta’ deċiżjoni mill-Partijiet.

Artikolu XXVII

Dħul fis-Seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ hekk kif jiġi depożitat ir-raba’ strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni mad-Depożitarju.

2.   Wara d-data msemmija fil-paragrafu 1, dwar kull stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li j/tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu XXVI, il-Ftehim jidħol fis-seħħ għal kull stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika hekk kif jiġi depożitat l-istrument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni tiegħu/tagħha.

Artikolu XXVIII

Riserva

Ma tista’ ssir l-ebda riserva għal dan il-Ftehim.

Artikolu XXIX

Applikazzjoni Provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament minn Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li j/taqbel ma’ l-applikazzjoni provviżorja tiegħu billi jinnotifika b’dan lid-Depożitarju bil-kitba. Din l-applikazzjoni provviżorja ssir effettiva mid-data ta’ meta tasal in-notifika.

2.   Applikazzjoni provviżorja minn Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika tispiċċa meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika jew meta dak l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika j/tinnotifika lid-Depożitarju bil-kitba dwar l-intenzjoni tiegħu/tagħha li j/ttemm applikazzjoni provviżorja.

Artikolu XXX

Emendi

1.   Kull Parti tista’ tipproponi emenda għal dan il-Ftehim billi tipprovdi lid-Depożitarju bit-test ta’ l-emenda proposta mill-inqas sittin jum qabel Laqgħa tal-Partijiet. Id-Depożitarju għandu jipprovdi kopja ta’ dan it-test lill-Partijiet l-oħra kollha.

2.   Emendi għal dan il-Ftehim li jiġu adottati b’kunsens f’Laqgħa tal-Partijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet kollha jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni lid-Depożitarju.

3.   Kemm-il darba l-Partijiet ma jiddeċidux il-kontra, l-Annessi għal dan il-Ftehim jistgħu jiġu emendati, b’kunsens, fi kwalunkwe Laqgħa tal-Partijiet. Kemm-il darba ma jiġix maqbul il-kontra, emendi għal Anness jidħlu fis-seħħ għall-Partijiet kollha meta jiġu adottati.

Artikolu XXXI

Irtirar

Kull Parti tista’ tirtira fi kwalunkwe żmien wara tnax-il xahar mid-data li dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fil-każ ta’ dik il-Parti billi tagħti avviż bil-miktub ta’ rtirar lid-Depożitarju. Id-Depożitarju għandu jinforma lill-Partijiet l-oħra bl-irtirar fi żmien 30 jum wara li jirċievi l-avviż. L-irtirar għandu jsir effettiv sitt xhur wara li jasal dan l-avviż.

Artikolu XXXII

Depożitarju

It-testijiet oriġinali ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu depożitati mal-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li għandu jibgħat kopji ċertifikati tagħhom lill-Firmatarji u l-Partijiet tagħhom u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal reġistrazzjoni u pubblikazzjoni, skond l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-plenipotenzjarji sottoskritti, debitament awtorizzati mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL f’Washington, D.C., f’dan il-wieħed u għoxrin jum ta’ Mejju, 1998, bl-Ingliż u bl-Ispanjol, iż-żewġ testi huma t-tnejn ugwalment awtentiċi.