9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1427/2004

tad-9 ta' Awwissu 2004

jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid u li jistabbilixxi kodiċi komunitarju fuq prattiċi u proċessi enoloġiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1) u b'mod partikulari l-Artikolu 46 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja emenda l-punt 4(d) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li jipprovdi l-possibbiltà li jintuża t-tferriegħ tal-inbid fil-karfa jew ir-residwu mill-għasira jew il-polpa tal-aszú magħsura fejn din il-prattika tintuża tradizzjonalment għall-produzzjoni ta' “Tokaji fordítás” u “Tokaji máslás” fl-Ungerija u “Tokajský forditáš” u “Tokajský mášláš” fir-reġjun Ungeriż ta' Tokaj, f'kundizzjonijiet li jridu jiġu determinati. Hu għalhekk neċessarju li jiġu determinati iktar dawn il-kundizzjonijiet u li tiġi stabbilita proċedura ta' notifika jekk l-Istat Membru għandu l-intenzjoni li jimmodifika dawn.

(2)

Il-Parti A talAnness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jagħti lista tal-varjetà tad-dwieli li jipproduċu l-most tal-għeneb jew il-most tal-għeneb li jkun fil-fermentazzjoni li jista' jintuża biex jikkostitwixxi l-cuvée għat-tħejjija ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku u nbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiku. Dik il-lista għandha tkun emendata biex tinkludi l-varjetajiet prodotti fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovakkja.

(3)

Il-limiti għall-kontenut tad-dijossidu tal-kubrit huma stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti A talAnness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Derogi għal dawn il-limiti huma mniżżla fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness V tal-imsemmi Regolament, u fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000. L-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja.

(4)

Xi nbejjed tal-mejda Franċiżi li għandhom indikazzjoni ġeografika jista' jkollhom qawwa totali alkoħolika bil-volum akbar minn 15 % vol. u għalhekk jista' jkollhom kontenut aċidu volatili fuq il-limiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 imma inqas minn 25 milliekwivalenti kull litru. Xi nbejjed psr ta' kwalità Griegi għandhom qawwa totali alkoħolika bil-volum ta’ mill-inqas 13 % vol, li jintitolahom għal eċċezzjoni rigward il-kontenut aċidu volatili stabbilit fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Dawn l-inbejjed għandhom ikunu miżjuda mal-lista fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000. Dak l-Anness XII għandu jiġi emendat minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, is-Slovakkja u s-Slovenja.

(5)

L-Anness XVIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 jistipula li l-inbejjed likorużi ta' kwalità psr li magħhom il-prodotti li hemm referenza għalihom fil-punt 2(b) tal-Parti J fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jiġu miżjuda. Dik il-lista għandha tiġi emendata minħabba d-dħul ta' Ċipru.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat kif ġej.

(7)

Għal raġunijiet ta' kontroll u sabiex tiġi stabbilita l-applikazzjoni tal-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Amministrazzjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Titlu II, Kapitlu I, l-Artikolu 18a li ġej għandu jiżdied:

“Artiklu 18a

It-tferriegħ tal-inbid jew il-most tal-għeneb fil-karfa jew ir-residwu mill-għasira jew il-polpa tal-aszú magħsura

It-tferriegħ tal-inbid jew il-most tal-għeneb fil-karfa jew ir-residwu mill-għasira jew il-polpa tal-aszú magħsura stabbilit fil-punt 4(d) tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandu jsir kif ġej, skont id-dispożizzjonijiet Ungeriżi fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004:

(a)

it-Tokaji fordítás għandu jiġi ppreparat bit-tferrigħ tal-most jew tal-inbid fuq il-polpa tal-aszú magħsura;

(b)

it-Tokaji máslás għandu jiġi ppreparat bit-tferrigħ tal-most jew tal-inbid fuq il-karfa tal-szamorodni jew aszú.”

(2)

Il-Parti A tal-Anness III hija mibdula bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-ewwel paragrafu fl-Anness XII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), is-sitt u s-seba' inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘pozdní sběr’,

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘neskorý zber’”

(b)

Fil-punt (b), l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

l-inbejjed ta' kwalità psr huma deskritti bit-termini ‘výběr z bobulí’, ‘výběr z cibéb’, ‘ledové víno’ u ‘slámové víno’,

L-inbid ta' kwalità psr deskritt bit-termini ‘bobuľový výber’, ‘hrozienkový výber’ u ‘ľadový výber’”

(c)

Il-punt (c) li ġej huwa miżjud:

“(c)

350 mg/l għal:

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘výběr z hroznů’,

l-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bit-terminu ‘výběr z hroznů’,”

(4)

L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (b), l-inċiżi li ġejjin huma miżjuda:

“—

Vin de pays du Jardin de la France, b'eċċezzjoni għall-inbejjed prodotti fiż-żona li għandha d-denominazzjoni kontrollata tal-oriġini u fiż-żoni fejn hemm imħawwla l-varjetà ta' Chenin, fid-dipartimenti Maine et Loire u Indre et Loire,

Vin de pays Portes de Méditerranée,

Vin de pays des comtés rhodaniens,

Vin de pays des côtes de Thongue,

Vin de pays de la Côte Vermeille;”

(b)

il-punt (g) huwa mibdul bil-punti (g) sa (m) li ġejjin:

“(g)

għall-inbejjed li joriġinaw mill-Kanada:

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed deskritti bil-kelmiet ‘Icewine’.

(h)

għall-inbejjed Ungeriżi:

 

25 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

Tokaji máslás,

Tokaji fordítás,

aszúbor,

töppedt szőlőből készült bor,

Tokaji szamorodni,

késői szüretelésű bor,

válogatott szüretelésű bor;

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

Tokaji aszú,

Tokaji aszúeszencia,

Tokaji eszencia.

(i)

għall-inbejjed Ċeki:

 

30 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bil-kelmiet ‘výběr z bobulí’ u ‘ledové víno’,

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr deskritti bil-kelmiet ‘slámové víno’ u ‘výběr z cibéb’;

(j)

għall-inbejjed Griegi:

 

30 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin b'qawwa totali alkoħolika bil-volum daqs jew iktar minn 13 % u kontenut residwu ta' żokkor ta' mill-inqas 45 g/l:

Samos (Σάμος),

Rhodes (Ρόδος),

Patras (Πάτρα),

Rio Patron (Ρίο Πατρών),

Cephalonie (Κεφαλονιά),

Limnos (Λήμνος),

Sitia (Σητεία),

Santorini (Σαντορίνη),

Nemea (Νεμέα),

Daphnes (Δαφνές);

(k)

għall-inbejjed Ċiprijotti:

 

25 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed likorużi ta' kwalità psr ‘Κουμανδαρία’ (Commandaria);

(l)

għall-inbejjed Slovakki:

 

25 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

tokajské samorodné;

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għal

tokajský výber;

(m)

għall-inbejjed Sloveni:

 

30 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

vrhunsko vino ZGP — jagodni izbor,

vrhunsko vino ZGP — ledeno vino;

 

35 milliekwivalenti għal kull litru għall-inbejjed ta' kwalità psr li ġejjin:

vrhunsko vino ZGP — suhi jagodni izbor.”

(5)

Fl-Anness XVIII, il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 1, dan li ġej huwa miżjud:

 

“ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)”

(b)

fil-punt 2, dan li ġej huwa miżjud:

 

“ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)”

(c)

fil-punt 4, dan li ġej huwa miżjud:

 

“ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1410/2003 (ĠU L 201, 8.8.2003, p. 9).


ANNESS

“A   Lista ta' varjetajiet ta' dwieli li l-għeneb tagħhom jista' jintuża biex jikkostitwixxi t-tħejjija ta' nbejjed frizzanti ta' kwalità tat-tip aromatiku u nbejjed frizzanti ta' kwalità psr tat-tip aromatiku

(L-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament)

 

Aleatico N

 

Ασύρτικο (Assyrtiko)

 

Bourboulenc B

 

Brachetto N

 

Clairette B

 

Colombard B

 

Csaba gyöngye B

 

Cserszegi fűszeres B

 

Freisa N

 

Gamay N

 

Gewürztraminer Rs

 

Girò N

 

Γλυκερίθρα (Glykerythra)

 

Huxelrebe

 

Irsai Olivér B

 

Macabeu B

 

Il-malvoisies kollha

 

Mauzac blanc u rosé

 

Monica N

 

Μοσχοφίλερο (Moschofilero)

 

Müller-Thurgau B

 

Il-muscatels kollha

 

Nektár

 

Pálava B

 

Parellada B

 

Perle B

 

Piquepoul B

 

Poulsard

 

Prosecco

 

Ροδίτης (Roditis)

 

Scheurebe

 

Torbato

 

Zefír B”