32004R0730



Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0008 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2004

tad-19 ta’ April 2004

li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 li jikkonċerna l-għażla ta’ oqsma li jibagħtu prospetti għall-iskopijiet li jkun iddeterminat id-dħul mill-oqsma agrikoli minħabba ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 [1] jiffissa għal kull Stat Membru il-għatba tad-daqs ekonomiku ta’ l-oqsma li jħejju prospetti li jidħlu fl-iskop ta’ l-istħarriġ tal-kontijiet tal-irziezet fid-data network.

(2) In-numru ta’ oqsma li jħejju prospetti f′wieħed mill-Istati Membri li għandhom ikunu magħżulha bid-diviżjoni huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82.

(3) In-vista ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (minn hawn ’il quddiem referuti bħala "l-Istati Membri ġodda") l-għatba għall-Istati Membri ġodda, kif ukoll in-numru ta’ oqsma li jħejju prospetti bid-diviżjoni għall-Istati Membri ġodda, għandhom ikunu stabbiliti.

(4) Il-limitu ta’ żmien għat-twassil ta’ l-ewwel pjan approvat tal-għażla li jikkonċerna lill-Istati Membri ġodda għandu jkun stabbilit.

(5) Ir-Reġolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Għas-sena tal-kontijiet 2004 (perjodu ta’ 12 il-xahar konsekuttivi li jibdew bejn l-1 ta’ Jannar 2004 u l-1 ta’ Lulju 2004) u għas-snin tal-kontijiet sussegwenti, l-għatba kif referuta fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 79/65/KEE fi ESU għandha tkun kif ġej:

—Il-Belġju: | 16 ESU |

—Ir-Repubblika Ċeka: | 4 ESU |

—Id-Danimarka: | 8 ESU |

—Il-Ġermanja: | 8 ESU |

—L-Estonja: | 2 ESU |

—Il-Greċja: | 2 ESU |

—Spanja: | 2 ESU |

—Franza: | 8 ESU |

—L-Irlanda: | 2 ESU |

—L-Italja: | 4 ESU |

—Cipru: | 1 ESU |

—Il-Latvja: | 2 ESU |

—Il-Litwanja: | 2 ESU |

—Il-Lussemburgu: | 8 ESU |

—L-Ungerija: | 2 ESU |

—Malta: | 8 ESU |

—L-Olanda: | 16 ESU |

—L-Awstria: | 8 ESU |

—Il-Polonja: | 2 ESU |

—Il-Portugall: | 2 ESU |

—L-Islovenja: | 2 ESU |

—L-Islovakkja: | 6 ESU |

—Il-Fillandja: | 8 ESU |

—L-Isvezja: | 8 ESU |

—Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni ta' l-Irlanda ta' Fuq): | 16 ESU |

—Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq biss): | 8 ESU." |

2. Fl-Artikolu 5, dan is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"Ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja għandhom jibgħatu lejn il-Kummissjoni l-pjan tagħhom ta’ l-għażla għas-sena tal-kontijiet 2004, qabel it-30 ta’ Novembru 2004."

3. L-Anness I huwa mibdul bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

Għandu jkun japplika mis-sena tas-suq 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ April 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 205, tat-13.7.1982, p.5. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 659/2004 (ĠU L 104, tat-8.4.2004, p. 95).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS I

Numru ta' referenza | L-isem tad-diviżjoni: | In-numru ta' oqsma li jippreżentaw il-prospett |

Il-BELĠJU

341 | Flanders | 600 |

342 | Brussell | — |

343 | Ir-Reġjun tal-Vallonja | 400 |

Total għall-Belġju | 1000 |

745 | IR-REPUBLIKA CEKA | 1300 |

370 | ID-DANIMARKA | 2000 |

IL-ĠERMANJA

010 | Schleswig-Holstein | 500 |

020 | Hamburg | 40 |

030 | Is-Sassonja l-Baxxa | 800 |

040 | Bremen | — |

050 | Rhine-Westphalia tat-Tramuntana | 660 |

060 | Hessen | 370 |

070 | Rheinland-Pfalz | 480 |

080 | Baden-Württemberg | 620 |

090 | Il-Bavarja | 960 |

100 | Saarland | 70 |

110 | Berlin | — |

112 | Brandenburg | 180 |

113 | Mecklenburg-Pomeranja tal-Punent | 130 |

114 | Is-Sassonja | 220 |

115 | Sassonja-Anhalt | 140 |

116 | Turingja | 130 |

Total għall-Ġermanja | 5300 |

755 | L-ESTONJA | 500 |

IL-GREĊJA

450 | Macedonja-Traci | 2000 |

460 | Il-Gżejjer Epirus-Peloponniżi-Joniani | 1350 |

470 | Thessaly | 700 |

480 | Il-Greċja Kontinentali, l-Gżejjer ta' l-Eġew, Kreta | 1450 |

Total għall-Greċja | 5500 |

SPANJA

500 | Galizja | 800 |

505 | Asturjas | 350 |

510 | Kantabrija | 230 |

515 | Il-Pajjiż Bask | 310 |

520 | Navarre | 430 |

525 | Rioja | 290 |

530 | Aragon | 640 |

535 | Katalonja | 870 |

540 | Il-Gżejjer Baleariċi | 270 |

545 | Kastil-Leon | 1230 |

550 | Madrid | 270 |

555 | Text missing | 870 |

560 | Valenzja | 700 |

565 | Murcja | 530 |

570 | Estremadura | 590 |

575 | Andalusija | 1470 |

580 | Il-Gżejjer Kanarji | 250 |

Total għal-Spanja | 10100 |

FRANZA

121 | Île-de-France | 95 |

131 | Champagne-Ardenne | 260 |

132 | Picardy | 230 |

133 | In-Normandija tat-Tramuntana | 145 |

134 | Iċ-Centru | 350 |

135 | In-Normandija ta' nofs-in-nhar | 215 |

136 | Burgundja | 285 |

141 | Nord/Pas-de-Calais | 305 |

151 | Lorraine | 215 |

152 | Alsace | 160 |

153 | Franche-Comté | 200 |

162 | Ir-Reġjun tal-Loire | 440 |

163 | Brittannja | 475 |

164 | Poitou-Charentes | 325 |

182 | Aquitaine | 425 |

183 | Midi-Pyrénées | 430 |

184 | Limousin | 195 |

192 | Rhône-Alpes | 360 |

193 | Auvergne | 320 |

201 | Languedoc-Roussillon | 340 |

203 | Provence-Alpes-Côte d'Azur | 270 |

204 | Korsika | 60 |

Total għall-Franza | 6100 |

380 | L-IRLANDA | 1300 |

L-ITALJA

221 | Valle d'Aosta | 367 |

222 | Il-Pjemonte | 1110 |

230 | Il-Lombardija | 917 |

241 | Trentino | 404 |

242 | Alto Adige | 404 |

243 | Veneto | 1589 |

244 | Frijuli-Venezja Gjulja | 795 |

250 | Ligurja | 590 |

260 | Emilja-Romanja | 914 |

270 | It-Toskana | 620 |

281 | Marche | 951 |

282 | Umbrija | 668 |

291 | Lazio | 931 |

292 | Abruzzi | 882 |

301 | Molise | 445 |

302 | Kampanja | 748 |

303 | Text missing | 911 |

311 | Apulja | 1013 |

312 | Basilikata | 1138 |

320 | Sqallija | 1350 |

330 | Sardinja | 1253 |

Total għall-Italja | 18000 |

740 | IPRU | 500 |

770 | Il-LATVJA | 1000 |

775 | Il-LITWANJA | 1000 |

350 | IL-LUSSEMBURGU | 300 |

L-UNGERIJA

760 | Közép-Magyarország | 160 |

761 | Közép-Dunántúl | 190 |

762 | Nyugat-Dunántúl | 230 |

763 | Dél-Dunántúl | 260 |

764 | Észak-Magyarország | 210 |

765 | Észak-Alföld | 380 |

766 | Dél-Alföld | 470 |

Total għall-Ungerija | 1900 |

780 | MALTA | 500 |

360 | L-OLANDA | 1500 |

660 | L-AWSTRIJA | 2000 |

IL-POLONJA

785 | Pomorze u Mazury | 1640 |

790 | Wielkopolska u Slask | 3980 |

795 | Mazowsze u Podlasie | 5060 |

800 | Malopolska u Pogórze | 1420 |

għall-Polonja | 12100 |

IL-PORTUGALL

610 | Bejn Douro e Minho u Beira Litoral | 980 |

620 | Trás-os-Montes u Beira Interior | 560 |

630 | Ribatejo u l-Punent | 650 |

640 | Alentejo u Algarve | 460 |

650 | L-Azor u Madeira | 350 |

Total għal-Portugall | 3000 |

820 | SLOVENJA | 900 |

810 | SLOVAKKJA | 600 |

IL-FINLANDJA

670 | Etelä-Suomi | 581 |

680 | Sisä-Suomi | 272 |

690 | Pohjanmaa | 277 |

700 | Pohjois-Suomi | 170 |

Total għall-Fillandja | 1300 |

L-ISVEZJA

710 | Il-pjanuri tal-parti ta' nofs-in-nhar u l-parti ċentrali tal-Isvezja | 600 |

720 | Il-foresti u ż-żoni agrikoli mħallta tal-parti ta' nofs-in-nhar u l-parti ċentrali tal-Isvezja | 295 |

730 | Żoni ta' l-Isvezja tat-Tramuntana | 105 |

Total għall-Isvezja | 1000 |

IR-RENJU UNIT

411 | L-Ingilterra – r-Reġjun tat-Tramuntana | 420 |

412 | L-Ingilterra – r-Reġjun tal-Lvant | 650 |

413 | L-Ingilterra – r-Reġjun tal-Punent | 430 |

421 | Wales | 300 |

431 | L-Iskożja | 380 |

441 | L-Irlanda ta' Fuq: | 320 |

Total għar-Renju Unit | 2500 |

"

--------------------------------------------------