32004L0058



Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0026 - 0029


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/58/KE

tat-23 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-alfa-ċipermetrin, il-benalaksil, il-bromossinil, id-dismedifan, il-jossinil u l-fenmedifam bħala sustanzi attivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat l-ewwel stadju tal-programm tax-xogħol riferit fl-Artikolu 8 [2] tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tistabbilixxi lista tas-sustanzi attivi li jridu jiġu stmati, bil-ħsieb ta' l-inklużjoni possibli tagħhom fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-alfa-ċipermetrin, il-benalaksil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam.

(2) Għal dawn is-sustanzi attivi ġew stmati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2600/92 għal firxa ta' użi proposti min-notifikaturi. Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta' April 1994 li jistabbilixxi s-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u jinnomina Stat Membru Rapporteur għalbiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 [3], kienu nnominati l-Istati Membri rapporteur li ġejjin, li min-naħa tagħhom issottomettew ir-rapportri ta' stima u r-rakommandazzjonijiet lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. Rigward l-alfa-ċipermetrin, l-Istat Membri rapporteur kien il-Belġju u ġie ssottomess it-tagħrif kollu rilevanti fis-16 ta' Settembru 1999. Rigward il-benalaksil, l-Istat Membru rapporteur kien il-Portugall u ġie ssottomess it-tagħrif kollu rilevanti fis-27 ta' April 2000. Rigward il-bromossinil, l-Istat Membru rapporteur kien Franza u ġie ssottomess it-tagħrif kollu rilevanti fis-16 ta' Marzu 2000. Rigward id-desmedifam, l-Istat Membru rapporteur kien il-Finlandja u ġie ssottomess it-tagħrif kollu rilevanti fir-6 ta' Mejju 2000. Rigward il-jonossinil, l-Istat Membru rapporteur kien Franza u ġie ssottomess it-tagħrif kollu rilevanti fis-16 ta' Marzu 2000. Rigward il-fenmedifan, l-Istat Membru rapporteur kien il-Finlandja u ġie ssottomess it-tagħrif kollu rilevanti fil-5 ta' Jannar 2000.

(3) Dawn ir-rapporti ta' stima kienu rivisti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

(4) Ir-rivisti tas-sustanzi attivi kollha kienu ffinalizzati fit-13 ta' Frar 2004 fil-format tar-rapporti ta' rivista tal-Kummissjoni għall-alfa-ċipermetrin, il-benalaksil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam.

(5) Ir-rivisti ta' l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam ma żvelaw l-ebda mistoqjisjiet miftuħa jew tħassib, li kien ikun jeħtiġilhom konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti.

(6) Mill-eżamijiet varji magħmula deher illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artkolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414.KEE, b'mod partikolari rigward l-użi li kienu eżaminati u dettaljati fir-rapport ta' rivista Kummissjoni. Huwa għalhekk approprjat li dawn is-sustanzi attivi jiġu inklużi fl-Anness I, sabiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri kollha jistgħu jiġu konċessi l-awtorizzazzjonijiet lill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

(7) Għandu jiġi permess li jiskadi perjodu raġjonevoli taż-żmien qabel ma s-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I għalbiex tippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati li jħejju lilhom infushom sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet il-ġodda li jridu jirriżultaw minn din l-inklużjoni.

(8) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jiġu permessi perjodu raġjonevoli taż-żmien li fih jimplimentaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/41/KEE rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam, u b'mod partikolari, għalbiex jagħmlu rivista ta' l-awtorizzazzjonijiet eżistenti sabiex jiżguraw illi jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw dawk is-sustanzi attivi dikjarati fl-Anness I mad-Direttiva 91/41/KEE. Għar-raġunijiet ta' effiċjenza u filwaqt li jiġu kkunsidrati t-temiet qosra taż-żmien, huwa approprjat illi l-Istat Membru rapporteur jikkordina dawn ir-rivisti bejn l-Istati Membri. Għandu jiġi pprovdut perjodu itwal taż-żmien għas-sottomissjoni u l-istima tad-dossier ikkompletat rigward kull wieħed mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Huwa għalhekk aproprjat li r-Regolament (KE) Nru 91/414 jiġi emendat kif jixraq.

(10) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huwa hawnhekk emendat kif iddikjarat fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux iktar tard mill-31 ta' Awissu 2005 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2005.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rivista ta' l-awtorizzazzjoni għal kull wieħed mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam sabiex jiżguraw illi jkunu skond il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sustanzi attivi dikjarati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Meta meħtieġ u l-iktar tard sal-31 ta' Awissu 2005, għandhom jemendaw jew jirtriraw l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru rapporteur rispettiv għandu jorganizza l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu din ir-rivista.

2. Għal kull wieħed mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil u l-fenmedifam jew bħala s-sustanza attiva waħdanija jew bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi li lkoll ġew elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE l-iktar tard sat-28 ta' Frar 2005, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-irettiva 91/414/KEE. fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Anness III ma' din id-Direttiva. Fuq il-bażi ta' din il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan, l-Istati Membri għandhom:

(a) fil-każ ta' prodott li jkun fih l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil jew il-fenmedifam bħala s-sustanza attiva waħdiena, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, l-iktar tard sat-28 ta' Frar 2009; u

(b) fil-każ ta' prodott li jkun fih l-alfa-ċipermetril, il-benalassinil, il-bromossinil, id-desmedifan, il-jossinil jew il-fenmedifam bħala wieħed minn numru ta' sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, sat-28 ta' Frar 2009 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rispettivi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/LEE, liema minnhom hija l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/60/KE (Ara l-paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 366, tal-15.12.92, pġ. 10. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, tat-13.10.2000, pġ. 10 ).

[3] ĠU L 107, tat-28.4.1994, pġ. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, tat-22.9.1995, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

"Id-dħul li ġej għandu jiġi miżjud fit-tarf tat-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/41/KE.

In-Nru | L-Isem komuni, in-numri ta' l-identifikazzjoni | L-Isem tal-IUPAC | - Is-safa, | Id-Dħul fis-seħħ | L-Iskadenza ta' l-inklużjoni | Disposizzjonijiet speċifiċi |

84 | L-Alfa-ċipermetrin, Nru tas- SAK 67375-8 Nru tas-CIPAC | Sieħeb fit-tiġrija li jkun fih il- (S)-a-ċjano-3 fenossibenzil-(1R)-ċis-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropan carbossilat ur -(R)-a-ċjano-3 fenossbenzil-(1S)-ċis-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropan carbossilat (= ċis-2 par isomeri taċ- ċiperme-trin) | 930 g/kg CIS-2 | L-1 ta' Marzu 2005 | It-28 ta' Frar il-(S)-a-ċjano-3 fenossibenzil-(1R)-ċis-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropan carbossilat u r-(R)-a-ċjano-3 fenossbenzil-(1S)-ċis-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropan carbossilat u l-(R)a-ċjano-3 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċida. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar l-alfa-ċipermetrin, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-13 ta' Frar 2004 F'din l-istima ġenerali: l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' l-organiżmi akkwatiċi, lin-naħa; u lill-antropodi mhux fil-mira u jridu jiżguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskjil-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari lis-saħħa ta' l-operatur u jridu jiżguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu l-miżuri protettivi approprjati. |

'85 | Il-Benalaksil Nru tas-SAK 71727-11-4 Nru tas-CIPAC 416 | Il-Metil N-fenilaċetil–N-2, 6– kżililil–DL-alaninat | 960 g/kg | L-1 ta' Marzu 2005 | It-28 ta' Frar 2015 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala funġiċidi Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar il-benalaksil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-13 ta' Frar 2004 F'din l-istima ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni b'mod partikolari għall-potenzjal tal-kontaminazzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ, meta tiġi applikata s-sustanza attiva fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kondizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskji, meta approprjati. |

86 | Il-Bromossimil Nru tas-SAK 1689-84-5 Nru tas-CIPAC 87 | It-3,5 dibromo – 4-idrossibenżoni-tril | 970 g/kg | L-1 ta' Marzu 2005 | It-28 ta' Frar 2015 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala erbiċidi Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l- Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar il-bromossinil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-13 ta' Frar 2004 F'din l-istima ġenerali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni speċjali għll-protezzjoni ta' l-għasafar u l-mammiferi selvaġġi, b'mod partikolari jekk is-sustanza tiġi applikata fix-xitwa u għall-orġaniżmi akkwatiċi. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskji, meta approprjati. |

87 | Id-Desmedifam Nru tas-SAK 13684-56-5 Nru tas-CIPAC477 | L-Etil 3'-fenilkarbamojlossikarbanilat etil 3'-fenilkarbamojlossikarbanilat | Min. 970 g/kg | L-1 ta' Marzu 2005 | It-28 ta' Frar 2015 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala erbiċidi Għall-applikazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l- Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar id-desmedifam, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati miIl-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-13 ta' Frar 2004. F'din l-istima ġenerali, L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-organiżmi akkwatiċi u l-ħniex. Għandhom jiġu applikati l-miżuri għat-taffija tar-riskji jekk approprjati |

88 | Il-Jossinil Nru tas-SAK 13684-83-4 Nru tas-CIPAC 86 | Il-4-idrossi-3,5-di-jodobenżoni- tril | 960 g/kg | L-1 ta' Marzu 2005 | It-28 ta' Frar 2015 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala erbiċidi Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l- Anness VI,għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar il-jossinil, u b'mod partikolaril-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali tat-13 ta' Frar 2004. F'din l-istima ġenerali, F'din l-istima ġenerali, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-għasafar u l-mammiferi selvaġġi b'mod partikolari jekk is-sustanza tiġi applikata fix-xitwa jew lill-orgniżmi akkwatiċi. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri għat-taffija tar-riskji, meta approprjati. |

89 | Il-Fenmedifam Nru tas-SAK 13684-63-4 Nru tas-CIPAC77 | Il-Metil 3-(3-metilcarbanilojlossi) y)karbanilat; 3-3'-metilkarbanilat | Min. 970 g/kg | L-1 ta' Marzu 2005 | It-28 ta' Frar 2015 | Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala erbiċidi Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rivista dwar il-fenmedifam, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II ta' miegħu, kif iffinalizzati miIl-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit- 13 ta' Frar 2004. F'din l-istima ġenerali, L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' l-organiżmi akkwatiċi. Il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludi miżuri tat-taffija tar-riskji, meta approprjat. |

--------------------------------------------------