32003R1383



Official Journal L 196 , 02/08/2003 P. 0007 - 0014


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003

tat-22 ta' Lulju 2003

li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistema li tikkonċerna d-dħul fil-Komunità u l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid mill-Komunità ta' merkanzija li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali introdotti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jippreskrivi l-miżuri sabiex jipprojbixxu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid jew id-dħul għal proċedura sospensiva ta' merkanzija falza u kkupjata [1], għandhom jittieħdu konklużjonijiet mill-applikazzjoni tiegħu. Fl-interessi taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 3295/94 għandu jitħassar u jiġi sostitwit.

(2) Il-marketing ta' merkanzija falza u kkupjata, u ċertament l-merkanzija kollha li jksru d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ma tikkontemplax danni lill-manifatturi u negozjanti li jimxu mal-liġi u lid-detenturi tad-dritt, kif ukoll iqarraq u f'xi każi jipperikola s-saħħa u s-sigurezza tal-konsumaturi. Dawk l-oġġeti għandhom, sa fejn hu possibbli, ma jitħallewx jitqegħdu fis-suq u għandhom jiġu adottati miżuri biex effettivament jittrattaw din l-attività illegali mingħajr ma tiġi mfixxkla l-libertà tal-kummerċ leġittimu. Dan il-għan huwa konsistenti ma' l-isfozi li qed isiru fil-lilvell internazzjonali.

(3) Fil-każi fejn merkanzija ffalsifikata, merkanzija kkupjata u, b'mod aktar ġenerali, merkanzija li tikser id-dritt tal-proprjetà intellettwali li joriġinaw fi jew li ikunu ġejjin minn pajjiżi terzi, l-introduzzjoni tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità, inkluż it-trasbord tagħhom, ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, it-tqegħid taħt proċedura sospensiva u tqegħid f'żona ħielsa jew maħżen, għandhom ikunu pprojbiti u għandha tiġi stabbilita proċedura li tkun tippermetti lill-awtoritajiet doganali li jinfurzaw din il-projbizzjoni bl-aktar mod effettiv.

(4) L-awtoritajiet doganali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni kontra merkanzija ffalsifikata, merkanzija kkupjata u merkanzija li tikser d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li ikunu fil-proċess li jiġu esportati, esportati mill-ġdid jew li jħallu t-territorju doganali tal-Komunità.

(5) L-azzjoni mill-awtoritajiet doganali għandha tinvolvi, għall-perjodu meħtieġ biex jiġi stabbilit jekk merkanzija suspettata tkunx fil-fatt merkanzija ffalsifikata, merkanzija kkupjata jew merkanzija li tikser ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jissospendu r-rliaxx għall-esportazzjoni ħielsa, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid, u fil-każ ta' merkanzija mqegħda taħt proċedura sospensiva, jew magizzinaġġ ħieles, fil-proċess li jiġu esportati mill-ġdid bin-notifikazzjoni, introdotti fit-territorju doganali jew iħallu dak it-territorju, iżommu din il-merkanzija.

(6) Huwa meħtieġ li jiġu definiti u armonizzati fl-Istati Membri d-dettalji ta' l-applikazzjoni għall-azzjoni, bħall-perjodu tagħha tal-validità u l-forma. L-istess japplika għall-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet mill-awtoritajiet doganali u s-servizzi nominat li jirċevihom, jipproċesshom u jirreġistrahom.

(7) Ukoll fejn ebda applikazzjoni ma tkun intbagħtet jew ġiet approvata, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li iżommu l-merkanzija għal ċertu perjodu biex id-detenturi tad-dritt ikunu jistgħu jibgħatu applikazzjoni għall-azzjoni lill-awtoritajiet doganali.

(8) Il-proċeduri mibdija biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali kienx ġie miksur taħt il-liġi nazzjonali għandu jitwettaq b'referenza għall-kriterji użati biex jiġi stabbilit jekk merkanzija prodotta f'dak l-Istat Membru jiksrux id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-disposizzjonijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kompetenza tal-qrati jew ta' proċeduri ġudizzjarji.

(9) Biex ikun aktar faċli li r-Regolament jiġi applikat kemm mill-amministrazzjonijiet doganali u mid-detenturi tad-dritt, għandha ukoll issir disposizzjoni għal proċedura aktar flessibbli li tkun tippermetti li merkanzija li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali jiġu distrutti mingħajr ma ikun hemm l-obbligu li jinbdew proċeduri biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali ikunx inkiser taħt il-liġi nazzjonali.

(10) Huwa meħtieġ li jiġu preskritti l-miżuri applikabbli għal merkanzija li ikunu instabet li tkun folza, ikkupjata jew li ġeneralment tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali. Dawk il-miżuri għandhom mhux biss iċċaħħdu lil dawk responsabbli għan-negozju f'dik il-merkanzija mill-benefiċċji ekonomiċi ta' l-operazzjoni u jippenalizzawhom iżda ukoll jikkostitwixxu deterrent effettiv għal aktar transazzjonijiet kummerċjali ta' l-istess tip.

(11) Biex jiġi evitat it-tfixkil tal-ħelsien ta' merkanzija li jinġarr fil-bagoll personali ta' vjaġġaturi, huwa xieraq, ħlief fejn ċerti indikazzjonijiet materjali jissuġġerixxi li ikun involum traffiku kummerċjali, li jiġu esklużi mill-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament merkanzija li tista' tkun falza, ikkupjatajew li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali fejn ikunu importati minn pajjiżi terzi fil-limiti tal-konċessjoni ta' ħelsien mid-dazju mogħtija bir-regoli tal-Komunità.

(12) Fl-interessi ta' l-effettività ta' dan ir-Regolament, huwa importanti li tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli komuni li huwa jippreskrivi u li tiġi msaħħa l-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, b'mod partikolari billi jirrikorru għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn imsemmija l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi assiġurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar kwistjonijiet doganali u agrikoli [2].

(13) Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, fost ħwejjeġ oħra, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-possibbiltà li jiżdiedu n-numru ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali koperti.

(14) Il-miżuri meħtiaġ għall-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [3].

(15) Ir-Regolament (KE) Nru 3295/94 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistipula l-kondizzjonijiet għall-azzjoni mill-awtoritajiet doganali fejn il-merkanzija tkun suspettata li tikser id-dritt ta' proprjetà intellettwali fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) fejn jiddaħħlu għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, esportazzjoni jew esportazzjoni mill-ġdid skond l-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4];

(b) fejn dawn jinstabu matul verifiki fuq merkanzija li tidħol jew tħalli t-territorju doganali tal-Komunità skond l-artikoli 37 u 183 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, jitqedħdu taħt proċedura sospensiva skond it-tifsira ta' l-Artikolu 84(1)(a) ta' dak ir-Regolament, ikunu fil-proċess li jiġu esportati mill-ġdid suġġetti għan-notifikazzjoni taħt l-Artikolu 182(2) ta' dak ir-Regolament jew jitqegħdu f'żiona ħielsa jew magaizzinaġġ ħieles skond l-Artikolu 166 ta' dak ir-Regolament.

2. Dan ir-Regolament jiffissa ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti fejn il-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 tinstab li tkun tikser id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

Artikolu 2

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "merkanzija li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali" tfisser

(a) "merkanzija falza", jiġifieri:

(i) merkanzija, inkluż pakkeġġar, li ikun jġorru mingħajr awtorizzazzjoni trejdmark identika għal trejdmark validament reġistrata fir-rigward ta' l-istess tip ta' merkanzija, jew li ma tkunx tista' tiġi distinta fl-aspetti essenzali tagħha minn dik il-trejdmark, u li b'hekk tikser id-drittijiet tad-detentur tal-trejdmark taħt il-liġi tal-Komunità, kif hemm provvidiment dwar dan fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar il-marki tal-kummerċ tal-Komunità [5] jew il-liġi ta' l-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għall-azzjoni issir mill-awtoritajiet doganali;

(ii) kul simbolu ta' trejdmark (inkluż logo, tikketta, stiker, opuskuli, istruzzjonijiet għall-użu jew dokument ta' garanzija li ikun iġorr dak is-simbolu), ukoll jekk ippresentati separatament, bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-merkanzija msemmija fil-punt (i);

(iii) il-materjali ta' ppakkeġġar li ikunu jġorru il-marki tal-kummerċ ta' merkanzija ffalsifikata, presentati separatament, bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-merkanzija msemmija fil-punt (i);

(b) "merkanzija kkupjata", jiġifieri merkanzija li tkun jew ikun fiha kopji magħmula mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-dritt ta' l-awtur, jew dritt relatat jew dritt ta' disinn, irrispettivament jekk ikunx reġistrat fil-liġi nazzjonali, jew ta' persuna awtorizzata mid-detentur tad-dritt fil-pajjiż ta' produzzjoni fil-każi fejn it-tagħmil ta' dawk il-kopji jikkostitwixxi ksur ta' dak id-dritt taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar desinji tal-Komunità [6] jew il-liġi ta' l-Istat membru li fih issir l-applikazzjoni għall-azzjoni doganali;

(ċ) il-merkanzija li, fl-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-azzjoni doganali, jiksru:

(i) patenti taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru;

(ii) ċertifikat ta' protezzjoni supplementari tat-tip li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92 [7] jew ir-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [8];

(iii) dritt nazzjonali ta' varjetà tal-pjanti taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew dritt tal-Komunità ta' varjetà tal-pjanti tat-tip li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 [9];

(iv) deskrizzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru jew tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [10] u (KE) Nru 1493/1999 [11];

(v) deskrizzjonijiet ġeografiċi tat-tip li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 [12].

2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "detentur ta' dritt" tfisser:

(a) id-detentur ta' trejdmark, dritt ta' l-awtur jew dritt relatat, dritt ta' disinn, patenti, ċertifikat supplementari ta' protezzjoni, dritt tal-varjetà tal-pjanti, deskrizzjoni tal-oriġini protetta, indikazzjoni ġeografika protetta u, b'mod aktar ġenerali, kull dritt imsemmi fil-paragrafu 1,; jew

(b) xi persuna oħra awtorizzata li tuża d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali msemmija fil-punt (a), jew rappresentant tad-detentur tad-dritt jew utent awtorizzat.

3. Kull forma jew mamma li tkun speċifikament disinjata jew adattata għall-manifattura ta' merkanzija li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali għandha tkun ittrattata bħala merkanzija ta' dak it-tip jekk l-użu ta' dawk il-forom jew mammi jiksru d-drittijiet tad-dritt tad-detentur taħt il-liġi Komunità jew il-liġi ta' l-Istat Membru li fih issir l-applikazzjoni għall-azzjoni mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 3

1. Dan ir-Regolament ma jgħoddx għal merkanzija li ġġorr trejdmark bil-kunsens tad-detentur ta' dak it-trejdmark jew għal oġġetti li ġġorr deskrizzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew li huma protteti b'patenti jew ċertifikat supplementari ta' protezzjoni, bi dritt ta' l-awtur jew dritt relatat, dritt ta' disinn jew minn dritt tal-varjetà tal-pjanti u li ikunu ġew manifatturati bil-kunsens tad-detentur tad-dritt iżda li jitqegħdu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) mingħajr il-kunsens ta' dan imsemmi l-aħħar.

Bl-istess mod ma għandux jgħodd għall-merkanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu u li ikunu ġew manifatturati jew ikunu protetti minn dritt ieħor ta' proprjetà intellettwali msemmi fl-Artikolu 2(1) taħt kondizzjonijiet għajr dawk miftiehma mad-detentur tad-dritt.

2. Fejn il-bagoll personali ta' vjaġġatur ikun fih merkanzija ta' natura mhux kummerċjali fil-limiti tal-konċessjoni ta' ħelsien mid-dazju u ma ikun hemm ebda indikazzjonijiet materjali li jissuġġerixxu li l-merkanzija tkun parti minn traffiku kummerċjali, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li dawk l-merkanzija tkun barra l-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

APPLIKAZZJONIJIET GĦAL AZZJONI MILL-AWTORITAJIET DOGANALI

Taqsima 1

Miżuri qabel applikazzjoni għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali

Artikolu 4

1. Fejn l-awtoritajiet doganali, fil-kors ta' azzjoni f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) u qabel ma tkun intbgaħtet applikazzjoni mid-detentur tad-dritt jew ingħatat, ikollhom raġuni suffiċjenti li jissuspettaw li merkanzija tikser dritt ta' proprjetà intellettwali, huma jistgħu jissospendu r-rilaxx tal-merkanzija jew iżommuha għal perjodu ta' tlett ijiem utli mill-mument li jirċievu l-applikazzjoni mid-detentur tad-dritt u mid-dikjarant jew detentur tal-merkanzija, jekk dawn imsemmija l-aħħar ikunu magħrufa, sabiex id-detentur tad-dritt ikun jista' jibgħat applikazzjoni għall-azzjoni skond l-Artikolu 5.

2. Skond ir-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat, l-awtoritajiet doganali jistgħu, mingħajr ma jikxfu xi informazzjoni għajr in-numru attwali jew supponut talmerkanzij u n-natura tagħha u qabel ma jinformaw lid-detentur tad-dritt bil-ksur possibbli, jitolbu lid-detentur tad-dritt li jipprovdilhom kull informazzjoni li jistgħu jeħtieġu biex jikkonfermaw is-suspetti tagħhom.

Taqsima 2

It-tagħmil u l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-azzjoni doganali

Artikolu 5

1. F'kull Stat Membru detentur ta' dritt jista' japplika bil-miktub lid-dipartiment kompetenti doganali għal azzjoni mill-awtoritajiet doganali fejnh titab il-merkanzija f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) (applikazzjoni għall-azzjoni).

2. Kull Stat Membru għandu jinnomina lid-dipartiment doganali kompetenti biex jirċievu u jipproċessa l-applikazzjonijiet għall-azzjoni.

3. Fejn tkun teżisti sistema elettronika ta' skambju ta' data, l-Istati Membri għandhom iħajjru lid-detentur tad-dritt li jagħmel l-applikazzjoni b'mod elettroniku.

4. Fejn l-applikant ikun id-detentur ta' dritt ta' trejdmark tal-Komunità jew ta' dritt ta' disinn tal-Komunità, dritt tal-varjetà tal-pjanti tal-Komunità jew deskrizzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografiċi jew deskrizzjoni ġeografiċi protetta mill-Komunità, applikazzjoni tista', b'żieda mat-talba għall-azzjoni mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat membru li fih tintbagħat, jitlob azzjoni mill-awtoritajiet doganali ta' Stat membru wieħed jew aktar.

5. Lapplikazzjoni għall-azzjoni għandha ssir fuq formola stabbilita skond il-proċedura mesmmija fl-Artikolu 21(2); hija għandu ikun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-merkanzija in kwistjoni tkun tista' tiġi rikonoxxuta faċilment mill-awtoritajiet doganali, u b'mod partikolari:

(i) deskrizzjoni teknika eżatta u dettaljata tal-merkanzija;

(ii) kull informazzjoni speċifika li d-detentur tad-dritt jista' ikollu dwar it-tip jew ix-xejra tal-frodi;

(iii) l-isem u l-indirizz tal-persuna ta' kuntatt maħtura mid-detentur tad-dritt.

Lapplikazzjoni għall-azzjoni għandu ikun fiha d-dikjarazzjoni meħtieġa mill-applikant bl-Artikolu 6 u l-prova li l-applikant iżomm id-dritt għall-merkanzija in kwistjoni.

Fis-sitwazzjoni deskritta fil-paragrafu 4 l-applikazzjoni għall-azzjoni għandha tindika l-Istat Membru jew Membri li fihom l-azzjoni doganali hija mitluba kif ukoll l-ismijiet u l-indirizzi tad-detentur tad-dritt f'kull wieħed mill-Istati Membri konċernati.

Permezz ta' indikazzjoni jew fejn magħruf, id-detnturi tad-dritt għandhom ukoll jibgħatu kull informazzjoni oħra li jista' ikollhom, bħal:

(a) il-valur qabel it-taxxa ta' l-merkanzija oriġinali fuq is-suq liġeittimu fil-pajjiż li fih issir l-applikazzjoni għall-azzjoni;

(b) il-lokalità ta' l-merkanzija u d-destinazzjoni maħsuba tagħha;

(ċ) dettalji li jidentifikaw il-konsenja jew il-pakketti;

(d) id-data skedata tal-wasla jew it-tluq tal-merkanzija;

(e) il-mezzi tat-trasport użati;

(f) l-identità ta' l-importatur, esportatur jew detentur tal-merkanzija;

(g) il-pajjiż jew pajjiżi ta' produzzjoni u r-rotot użati mit-traffikanti;

(h) id-differenzi tekniċi, jekk magħrufa, bejn l-oġġetti awtentiċi u dawk suspettati.

6. Jistgħu ukoll ikunu meħtieġa dettalji li ikunu speċifiċi gaħt-tip ta' dritt ta' proprjetà intellettwali imsemmi fl-applikazzjoni għall-azzjoni.

7. Malli jirċievi applikazzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jipproċessa dik l-applikazzjoni u jinnotifika lill-applikant bil miktub fi żmien 30 jum utli minn meta jirċeviha.

Id-detentur tad-dritt ma għandux ikun mitlub li jagħmel xi ħlas biex ikopri n-nefqiet amministrattivi li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' l-applikazzjoni.

8. Fejn l-applikazzjoni ma ikunx fiha l-informazzjoni obbligatorja elenkata fil-paragrafu 5, id-dipartiment doganali kompetenti jista' jiddeċiedi li ma jipproċessax l-applikazzjoni għall-azzjoni; f'dak il-każ dan għandu jipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jinkludi informazzjoni dwar il-proċedura ta' appell. L-applikazzjoni tista' terġgħa tintbagħat biss meta tkun debitament mimlija.

Artikolu 6

1. L-applikazzjonijiet għall-azzjoni għandhom ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni mid-detentur tad-dritt li tista' tintbagħat jew bil-miktub jew elttronikament, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, li jaċċetta r-responsabbiltà lejn il-persuni nvoluti f'sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) fil-każ li l-proċedura mibdija skond l-Artikolu 9(1) ma titkompliex minħabba att jew ommissjoni mid-detntur tad-dritt jew fil-każ li l-merkanzija in kwistjoni sussegwentement tinstab li ma tkunx kisret dritt ta' proprjetà intellettwali.

F'dik id-dikjarazzjoni id-detentur tad-dritt għandu jaqbel li jkun responsabbli għan-nefqiet kollha magħmula taħt dan ir-Regolament biex jinżammu l-merkanzija taħt il-kontroll doganali skond l-Artikolu 9 u, fejn japplika, l-Artikolu 11.

2. Fejn tintbgaħat applikazzjoni taħt l-Artikolu 5(4), għandu ikun responsabbli fid-dikjarazzjoni li jipprovdi u iħallas għal kull traduzzjoni meħtieġa; din id-dikjarazzjoni għandha tkun valida f'kull Stat Membru li fih tgħodd id-deċiżjoni li tingħata l-applikazzjoni.

Artikolu 7

L-Artikoli 5 u 6 għandhom jgħoddu mutatis mutandis għal talbiet għal estensjoni.

Taqsima 3

Aċċettazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-azzjoni

Artikolu 8

1. Fejn tingħata applikazzjoni għall-azzjoni, id-dipartiment doganali kompetenti għandu jispeċifika l-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-azzjoni. Dak il-pejodu ma għandux jisboq is-sena. Malli jiskadi l-perjodu in kwistjoni, u bla ħsara għall-ħlas lura ta' xi dejn dovut mid-detentur tad-dritt taħt dan ir-Regolament, id-dipartiment li ikun ħa d-deċiżjoni inizjali jista', fuq it-talba taddetentur tad-dritt, jestendi dak il-perjodu.

Id-detentur tad-dritt għandu jinnotifika lid-dipartiment doganali kompetenti msemmi fl-Artikolu 5(2), jekk id-dritt tiegħu itemm milli jibqa' reġistrat validament jew jiskadi.

2. Id-deċiżjoni li tingħata applikazzjoni tad-dritt tad-dtentur gaħall-azzjoni għandha minnufih tintbagħat lil dawk l-uffiċċji doganali ta' l-Istat Membru jew Stati Membri li x'aktarx ikunu konċernati mal-merkanzija allegata fl-applikazzjoni ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali.

Fejn applikazzjoni għall-azzjoni mibgħuta skond l-Artikolu 5(4) tingħata, il-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu l-azzjoni għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' sena; malli jiskadi l-perjodu in kwistjoni, id-dipartiment li ikun ipproċessa l-applikazzjoni inizjali għandu, ma' l-applikazzjoni bil-miktub tad-detentur tad-dritt, jestendi dak il-perjodu. L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 250 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandu jgħoddu skond il-każ għad-deċiżjoni li tingħata l-applikazzjoni u għad-deċiżjonijiiet li jestenduha jew iħassruha.

Fejn tingħata applikazzjoni għall-azzjoni, għandu ikun l-applikant li jibgħat dik id-deċiżjoni, flimkien ma kull informazzjoni oħra u traduzzjonijiet li jistgħu ikunu meħtieġa, lid-dipartiment doganali ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fih l-applikan ikun talab l-azzjoni doganali Madankollu, bil-kunsens ta' l-applikanti, id-deċiżjoni tista' tintbagħat direttament mid-dipartiment doganali li ikun ħa d-deċiżjoni.

Fuq it-talba ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri konċernati, l-applikant għandu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni.

3. Il-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jiddekorri mid-data ta' l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ fl-Istat Membru reċipjent jew l-Istati Membri reċipjenti sakemm ma tkunx intbagħatet skond it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 u d-detntur tad-dritt ikun wettaq il-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 6.

Id-deċiżjoni għandha imbagħad tintbagħat minnufih lill-uffiċċji doganali nazzjonali li x'aktarx ikollhom jittrattaw mal-merkanzija suspettata li tkun tikser d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

Dan il-paragrafu għandu jgħodd skond il-każ għal deċiżjoni li testendi d-deċiżjoni inizjali.

KAPITOLU III

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW AZZJONI MILL-AWTORITAJIET DOGANALI U MILL-AWTORITÀ KOMPETENTI BIEX TIDDEĊIEDI DWAR IL-KAŻ

Artikolu 9

1. Fejn uffiċċju doganali li lilu tkun intbgaħtet mid-detentur tad-dritt id-deċiżjoni li tingħata applikazzjoni skond l-Artikolu 8 ikunu sodisfatt, wara li jikkonsulta ma' l-applikant fejn meħtieġ, li merkanzija f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ikunu suspettati li jiksru dritt ta' proprjetà intellettwali kopert b'dik id-deċiżjoni, huwa għandu jissospendi r-rilaxx tal-merkanzija u iżommha.

L-uffiċċju doganali għandu minnufih jinforma lid-dipartiment doganali kompetenti li ikun ipproċessa l-applikazzjoni.

2. Id-dipartiment doganali kompetenti jew l-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinforma lid-detentur tad-dritt u lid-dikjarant jew id-detentur tal-merkanzija skond it-tifsira ta' l-Artikolu 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 bl-azzjoni tiegħu u huwa awtorizzat li jinfurmahom bil-kwantità attwali jew stmata u bin-natura attwali jew supponuta tal-merkanzija li r-rilaxx tagħha ikun ġie sospiż jew li ikun ġie miżmum, mingħajr ma ikun marbut bil-komunikazzjoni ta' dik l-informazzjoni li jinnotifika lill-awtorità kompetenti biex tieħu deċiżjoni sostantiva.

3. Bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali ikunx inkiser taħt il-liġi nazzjonali, u skond id-disposizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, segretezza kummerċjali u industrijali u kunfidenzalità professjonali u amministrattiva, l-uffiċċju doganali jew dipartiment li ikun ipproċessa l-applikazzjoni għandu jinforma lid-detentur tad-dritt, fuq it-talba tiegħu u jekk magħruf, bl-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarju, il-kunsinnatarju, id-dikjarant jew id-detentur tal-merkanzija u l-oriġini u l-provenjenza tal-merkanzija suspettata li tkun kisret dritt ta' proprjetà intellettwali.

L-uffiċċju doganali għandu jagħti lill-applikant u lill-persuni involuti f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) l-opportunità li jispezzjoni l-merkanzija li r-rilaxx tagħha ikun ġie sospiż jew li tkun ġiet miżmuma.

Meta jeżamina l-merkanzija, l-uffiċċju doganali jista' jieħu kampjuni u, skond ir-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat, jagħtihom jew jibgħathom lid-detentur tad-dritt, fuq it-talba espressa tiegħu strettament għall-finijiet ta' analiżi u biex tiġi faċilitata l-proċedura sussegwenti. Fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, bla ħsara bla ħsara għall-ħtiġiet ta' l-Artikolu 11(1) it-tieni inċiż fejn japplika, il-kampjuni għandhom jintbagħtu lura mat-tlestija ta' l-analżi tekniku u, fejn japplika, qabel mal-merkanzija tiġi rilaxxata jew tintemm id-detenzjoni tagħha. Kull analiżi ta' dawn il-kampjuni għandu jitwettaq taħt ir-responsabbiltà unika tad-detentur tad-dritt.

Artikolu 10

Il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija tkun mqegħda f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tgħodd meta jiġi deċiż jekk dritt ta' proprjetà intellettwali ikunx inkiser taħt il-liġi nazzjonali.

Dik il-liġi għandha ukoll tgħodd għan-notifikazzjoni minnufih tad-dipartiment doganali jew uffiċċju msemmi fl-Artikolu 9(1) li l-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 13 tkun inbdiet, kemm-il darba il-proċedura kienet inbdiet minn dak id-dipartiment jew uffiċċju.

Artikolu 11

1. Fejn l-awtoritajiet doganali ikunu żammu jew issospendew ir-rilaxx ta' merkanzija li tkun suspettata li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(1), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, għal proċedura simplifikata, li għandha tintuża bi ftehim mad-detentur tad-dritt, li tkun tippermetti lill-awtoritajiet doganali li jġiegħlu li dik il-merkanzija tiġu abbandunata biex tiġi distrutta taħt kontrol doganali, mingħajr ma ikun hemm il-ħtieġa li jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali kienx inkiser taħt il-liġi nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- li d-detentur tad-dritt jinforma lill-awtoritajiet doganali bil-miktub fi żmien għaxart ijiem utli, jew tlett ijiem utli fil-każ ta' merkanzija li titħassar malajr, malli jirċievi n-notifikazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 9, li l-merkanzija konċernata bil-proċedura ta' ksur ta' dritt ta' proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 2(1) u jipprovdi lil dawk l-awtoritajiet bil-ftehim bil-miktub tad-dikjarant, id-detentur jew il-proprjetarju tal-merkanzija li jabbanduna l-merkanzija għad-distruzzjoni. Bi ftehim ma l-awtoritajiet doganali, din l-informazzjoni tista' tiġi provduta direttament lid-dwana mid-dikjarant, id-detentur jew il-proprjetarju ta' l-oġġetti. Dan il-ftehim gaħndu ikun preżunt li jiġi aċċettat fejn id-dikjarant, id-detentur jew il-proprjetarju tal-merkanzija ma ikunx speċifikament oppona d-distruzzjoni fil-perjodu preskritt. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'għaxart ijiem utli oħra fejn iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu;

- id-distruzzjoni għandha titwettaq, kemm-il darba ma ikunx mod ieħor speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali, a karigu u taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tad-dritt, u tkun sistematikament preċeduta bit-teħid ta' kampjuni biex jinżammu mill-awtoritajiet doganali f'dawk il-kondizzjonijiet li jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti legali fl-Istat Membru li fih jistgħu ikunu meħtieġa.

2. Fil-każi l-oħra kollha, per eżempju, fejn id-dikjarant, id-detentur jew il-proprjetarju joġġezzjonaw għal jew jikkontestaw id-distruzzjoni tal-merkanzija, għandha tgħodd il-proċedura preskritta fl-Artikolu 13.

Artikolu 12

detentur ta' dritt li jirċievi d-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(3) għandu juża dik l-informazzjoni biss għall-finijiet speċifikati fl-Artikolui10, 11 u13(1).

Kull użu ieħor, mhux permess bil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn tinqala s-sitwazzjoni, jista' fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali ta' l-Istat membru li fih tkun tinsab il-merkanzija in kwistjoni, iġiegħel lid-detentur tad-dritt li jidħol f'responsabbiltà ċivili u twassal għall-applikazzjoni tas-sospensjoni għall-azzjoni, għall-perjodu ta' validità li jibqa' qabel it-tiġdid, fl-Istat Membru li fih ikunu seħħew il-grajjiet.

Fil-każ ta' aktar ksur ta' din ir-regola, id-dipartiment doganali kompetenti jista' jirrifjuta li jġedded l-applikazzjoni. Fil-każ ta' applikazzjoni tat-tip li hemm provvedimetn dwarha fl-Artikolu 5(4), din għandha ukoll tinforma lill-Istati Membri l-oħra indikati fuq il-formola.

Artikolu 13

1. Jekk, fi żmien għaxart ijiem utli minn mindu tiġi riċevuta l-applikazzjoni as-sospensjoni tar-rilaxx jew id-detenzjoni l-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 9(1) ma ikunx ġie notifikat li ikunu inbdew proċedimenti biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali kienx inkiser taħt il-liġi nazzjonali skond l-Artikolu 10 jew ma ikunx irċieva il-ftehim tad-detentur tad-dritt li hemm provvediment dwarhu fl-Artikolu 11(1) fejn japplika, ir-rilaxx ta' l-oġġeti għandu jingħata jew id-detenzjoni tagħhom għandha tintemm, kif xieraq, bla ħsara għat-tlestija tal-formalitajiet doganali.

Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' għaxart ijiem utli f'każi xierqa.

2. Fil-każ ta' merkanzija li titħassar malajr li tkun suspettata li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu ikun ta' tlett ijiem utli. Dak il-perjodu ma għandux ikun estiż.

Artikolu 14

1. Fil-każ ta' merkanzija suspettata li tikser dritt ta' disinn, patenti, ċertifikati supplementari ta' protezzjoni jew drittijiet tal-varjetà tal-pjanti, id-dikjarant, proprjetarju, importatur, detentur jew destinatarju tal-merkanzija għandu ikun jista' jikseb ir-rilaxx tal-merkanzija jew itemm id-detenzjoni tagħha mal-provvista ta' garanzija, kemm-il darba:

(a) l-uffiċċju doganali jew id-dipartiment imsemmi fl-Artikolu 9(1) ikun ġie notifikat, skond l-Artikolu 13(1), li proċedura tkun inbdiet fil-perjodu li hemm provvediment dwaru l-Artikolu 13(1) biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali ikunx inkiser taħt il-liġi nazzjonali;

(b) l-awtorità li tkun ingħatat is-setgħa għal dan il-għan ma tkunx awtorizzat miżuri ta' prekawzjoni qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 13(1);

(ċ) il-formalitajiet kollha doganali ikunu tlestew.

2. Il-garanzija li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu wieħed għandha tkun suffiċjenti biex tipproteġi l-interessi tad-detentur tad-dritt.

Il-ħlsa tal-garanzija ma għandux jeffetwa r-rimedji l-oħra legali disponibbli għad-detentur tad-dritt.

Fejn il-proċeduri biex jiġi stabbilit jekk dritt ta' proprjetà intellettwali ikunx inkiser taħt il-liġi nazzjonali tkun inbdiet ħlief bl-inizjattiva tad-detentur ta' dritt ta' disinn, patenti, ċertifikat supplementari ta' protezzjoni jew dritt tal-varjetà tal-pjanti, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata jekk il-persuna li tkun bdiet il-proċedura ma tkunx eżerċitat id-dritt tagħha li tistitwixxu proċeduri legali fi żmien 20 jum utli mid-data li fiha jirċievi n-notifikazzjoni dwar is-sospensjoni tar-rliaxx jew id-detenzjoni.

Fejn ikun jgħodd it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1), dan il-perjodu jista' jiġi estiż għal massimu ta' 30 jum utli.

Artikolu 15

Il-kondizzjonijiet għall-ħażna tal-merkanzijarjodu tas-sospensjoni tar-rilaxx jew detenzjoni għandhom ikunu stabbiliti minn kull Stat Membru iżda ma għandhomx jagħtu lok għall-nefqiet għall-amministrazzjonijiet doganali.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL OĠĠETTI MISJUBA LI JIKSRU DRITT PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Artikolu 16

Merkanzija misjuba li tkun tikser dritt ta' proprjetà intellettwali fit-tmiem tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 9 ma għandhiexx:

- titħalla tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità,

- tiġi rilaxxata f'ċirkolazzjoni ħielsa,

- titneħħa mit-territorju doganali tal-Komunità,

- yiġu esportata,

- tiġu esportata mill-ġdid,

- titqiegħed taħt proċedura sospensiva jew

- titqiegħed f'żona ħielsa jew maggazinaġġ ħieles.

Artikolu 17

1. Mingħajr preġudizzju għal għal rimedji legali oħra miftuħa għad-detentur tad-dritt, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li:

(a) skond id-disposizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali, li jiddistruġġi l-merkanzija li tkun tinstab li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali jew jiddisponi minnha barra mill-mezzi normali tal-kummerċ b'dak il-mod li tiġi prekluża xi ħsara għad-detentur tad-dritt, mingħajr xi tip ta' kumpens u, kemm-il darba ma ikunx mod ieħor speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali, mingħajr xi nefqa għall-gvern;

(b) li jieħu, fir-rigward ta' dik il-merkanzija, kull miżuri oħra li effettivament iċaħħdu lill-persuni konċernati minn xi qligħ ekonomiku mill-operazzjoni.

Ħlief f'każijiet eċċezzjonali, li sempliċement titneħħa t-trejdmark li tkun twaħħlet mal-merkanzija ffalsifikata mingħajr awtorizzazzjoni ma għandhiex titqies bħala li effettivament iċċaħħad lill-persuni konċernati minn xi qligħ ekonomiku mill-operazzjoni.

2. Merkanzija misjuba li tkun tikser dritt ta' proprjetà intellettwali tista' tiġi konfiskata favur il-gvern. F'dak il-każ, il-paragrafu 1(a) għandu jgħodd.

KAPITOLU V

PENALITAJIET

Artikolu 18

Kull Stat Membru għandu jintroduċi penalitajiet li japplikaw fil-każi ta' ksur ta' dan ir-Regolament. Dawk il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważżivi.

KAPITOLU VI

RESPONSABBILTÀ TA' L-AWTORITAJIET DOGANALI U D-DETENTUR TAD-DRITT

Artikolu 19

1. Ħlief kif hemm provdut fil-liġi ta' l-Istat Membru li fih tkun intbagħtet applikazzjoni jew, fil-każ ta' applikazzjoni taħt l-Artikolu 5(4), bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih il-merkanzija li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali ma tkunx skoperta minn uffiċċju doganali, l-aċċettazzjoni ta' applikazzjoni ma għandhiex tagħti d-dritt lid-detentur tad-dritt għall-kumpens fil-każ li dik il-merkanzija ma tkunx skoperta minn uffiċċju doganali u tiġi rilaxxata jew ma tittieħed ebda azzjoni li żżommha skond l-Artikolu 9(1).

2. L-eżerċizzju minn uffiċċju doganali jew minn awtorità oħra li tkun debitament ingħatat is-setgħa tas-setgħat konferiti fuqgħom fil-ġlieda kontra merkanzija li tikser dritt ta' proprjetà intellettwali ma għandux jirrendihom responsabbli lejn il-persuni involuti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) jew il-persuni affettwati mill-miżuri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 għal danni sofferti minnhom bħala r-riżultat ta' l-intervent ta' l-awtorità, ħlief fejn ikun hemm provvediment dwar dan fil-liġi ta' l-Istat Membru li fih tkun saret l-applikazzjoni jew, fil-każ ta' applikazzjoni taħt l-Artikolu 5(4), bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih ikun seħħ it-telf jew danni.

3. Ir-responsabbiltà ċivili ta' detentur ta' dritt għandha tkun regolata bil-liġi ta' l-Istat Membru li fih il-merkanzija in kwistjoni kienet tqegħdet f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1).

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

Il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 21

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' tlett xhur.

Artikolu 22

L-Istati Membri għandhom ikkomunikaw l-informazzjoni kollha relevanti dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kollha.

Iddisposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandhom jgħoddu skond il-każ.

Id-dettalji tal-proċedura ta' informazzjoni għandhom jitħejjew taħt id-disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 23

Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta' kull sena lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport jista', fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat ir-Regolament.

Artikolu 24

Ir-Regolament (KE) Nru 3295/94 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Lulju 2004.

Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala riferenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 25

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jgħodd mill-1 ta' Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU L 341, tat-30.12.1994, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 82, tat-22.3.1997, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[3] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[4] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

[5] ĠU L 11, ta' l-14.01.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003.

[6] ĠU L 3, tal-5.1.2002, p. 1.

[7] ĠU L 182, tat-2.7.1992, p. 1.

[8] ĠU L 198, tat-8.8.1996, p. 30.

[9] ĠU L 227, ta' l-1.9.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003.

[10] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[11] ĠU L 179, ta' l-14.7.1999, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[12] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3378/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 366, tal-31.12.1994, p. 1).

--------------------------------------------------