32003D0459



Official Journal L 154 , 21/06/2003 P. 0112 - 0113


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-20 ta’ Ġunju 2003

fuq ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-marda tal-monkey pox

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 1953)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2003/459/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE [1] tal-15 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-principji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontroll veterinarju u ta’ l-annimali li jidħlu ġewwa l-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE li ġew emendati l-aħħar permeżż tad-Direttiva tal-Kunsill 96/43/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1) L-infezzjoni tal-Monkey-pox ġiet ikkonfermata ġewwa ċerti partijiet ta’ l-Istati Uniti.

(2) Saru skoperti mill-Awtoritajiet kompetenti ġewwa l-Istati Uniti li jindikaw il-possibbiltà li l-kontaminazzjoni ta’ dawk il-klieb ta’ xagħar twil hija relattata mal-kuntatt li jagħmlu ma’ l-annimali gerriema mhux domestiċi (ġurdien tal-Gambja) li jiġu importati minn ġewwa ż-żona tal-foresta tropikali ta’ l-Afrika, f’liema post din il-marda hija waħda endemika.

(3) L-aktar magħrufin li ghandhom din il-marda ġewwa din iż-żona endemika huma squirils u l-annimali gerriema mhux domestiċi ġewwa l-foresta tropikali ta’ l-Afrika. Kontra ta’ dak li huwa indikat mill-istess isem ta’ din il-marda, x-xadini jiġu infettati aċċidentalment minn kuntatti li jkollhom ma’ sorsi oħra infettati.

(4) Il-Monkey-pox hija marda li tittieħed direttament mill-annimali u ma tinsabx ġewwa l-Unjoni Ewropea.

(5) Fir-rigward tal-klieb ta’ xagħar twil li joriġinaw jew li jiġu importati mill-Istati Uniti, huwa xieraq li naddottaw kemm jista’ jkun malajr il-protezzjonijiet neċessarji kollha fil-Komunità Ewropea.

(6) Huwa għalhekk xieraq li, sabiex nevitaw l-istess sitwazzjoni li jinsabu fiha fl-Istati Uniti, għandna nissospendu l-importazzjoni ta’ l-ispeċi ta’ annimali ġejjin miż-Żona endemika u li jistgħu jkunu infettati.

(7) Madankollu huwa xieraq illi għandna nagħtu l-possibbiltà lill-Istati Membri illi jimportaw dawn l-annimali għal raġunijiet speċifiċi fil-qafas tad-Direttiva 92/65/KEE [3] tat-13 ta’ Lulju 1992 li tispeċifika r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jamministraw il-kummerċ u l-importazzjoni ta’ annimali, tas-semen, ta’ l-ova u ta’ l-embrijoni ġewwa l-Komunità, li ma humiex soġġetti għal rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali mniżżlin ġewwa regoli speċifiċi tal-Komunità, imsemmija ġewwa l-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE, li ġiet emendata l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Numru 1282/2002 [4].

(8) Il-mizuri ġewwa din id-Deċiżjoni ttieħdu skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u fuq is-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-klieb ta’ xagħar twil (Cynoms sp.) li ġejjin jew li joriġinaw mill-Istati Uniti.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta’ l-annimali gerriema li mhumiex domestiċi u ta’ squirils li huma ġejjin jew li joriġinaw minn pajjiżi terzi li jinsabu ġewwa l-parti ta’ that is-Sahara ta’ l-Afrika.

Artikolu 3

L-Awtoritajiet kompetenti ġewwa l-Istati Membri għandhom il-poter li jistgħu jawtorizzaw ċerti derogi għal dawn il-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2, safejn jikkonċernaw importazzjoni bejn stabbilimenti skond id-definizzjoni ġewwa l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw kontemporanjament għall-importazzjoni tal-merkanzija, sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni u huma għandhom jagħmlu dawn il-miżuri ġodda magħrufin lill-pubbliku b’mod malajr kemm jista’ jkun. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri ġodda.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħarsa fid-dawl tas-sitwazzjoni evoluzzjonarja tal-marda ġewwa l-Istati Uniti.

Artikolu 6

Din id-Deċizjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmulha fi Brussel, fl-20 ta’ Ġunju 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.91, p. 56.

[2] ĠU L 16, tat-22.1.96, p. 3.

[3] ĠU L 268, ta' l-14.9.92, p. 54.

[4] ĠU L 187, tas-16.7.2, p. 3.

--------------------------------------------------