32002R0778



Official Journal L 123 , 09/05/2002 P. 0030 - 0030


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 778/2002

tas-7 ta’ Mejju 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2799/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 rigward l-għotja ta’ għajnuna għal ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat maħsub għall-għalf tal-bhejjem u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 10 u 15 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 213/2001 [4], huwa l-kitba mill- tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1725/79 tas-26 ta’ Lulju 1979 dwar ir-regoli għall-għotja ta’ għajnuna għal ħalib xkumat ipproċessat f’għalf kompost u trab tal-ħalib xkumat maħsub għall-għalf ta’ l-għoġġiela [5]. Skond it-termini ta’ l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79 u b’konformità ma’ l-applikazzjoni prattika tiegħu, taħlitiet maħsuba għall-manifattura ta’ għalf kompost ikun fihom trab tal-ħalib xkumat li miegħu wieħed jew aktar mill-ingredjenti elenkati f’dak il-paragrafu jistgħu jiżdiedu. Sabiex jitneħħa kull dubju dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, li jippreskrivi r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni għat-taħlitiet, dik l-applikazzjoni prattika mill-Istati Membri għandha tiġi kkonfermata u l-Artikolu għandu għalhekk ikunu iċċarat b’mod retroattiv.

(2) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ħalib u Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"(a) trab tal-ħalib xkumat u, kif jista’ jkun il-każ,"

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Mejju 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15.

[3] ĠU L 340, tal-31.12.1999, p. 3.

[4] ĠU L 37, tas-7.2.2001, p. 1.

[5] ĠU L 199, tas-7.8.1979, p. 1.

--------------------------------------------------