32001R2495



Official Journal L 337 , 20/12/2001 P. 0023 - 0024


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2495/2001

tad-19 ta' Diċembru 2001

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 li jistabbilixxi standards komuni tat-tqegħid fis-suq għal ċerti prodotti tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2578/2000 [3], introduċa b'mod partikolari skala ġdida ta' kategoriji ta' daqsijiet għall-aringa ta' l-ispeċi Clupea harengus. Fil-każ ta' l-aringa tal-Baltiku din l-iskala tistabbilixxi daqs speċifiku għall-prodotti li jkunu ttieħdu u tniżżlu l-art 'il fuq minn 59° 30', u daqs wieħed speċifiku għall-prodotti li jkunu ttieħdu u tniżżlu l-art 'l isfel minn 59° 30'.

(2) Id-daqs speċifiku ta' l-aringa tal-Baltiku li tkun ittieħdet u tniżżlet l-art 'il fuq minn 59° 30' m'għadux aktar jilħaq il-kriterji reali tas-suq f'din iż-żona, u għalhekk għandu jkun definit numru ikbar ta' kategoriji ta' daqs.

(3) Il-peżat u t-tul medji ta' l-aringa li tgħix fil-Main Basin tal-Baħar Baltiku fil-fatt waqgħu b'mod konsiderevoli matul dawn l-aħħar 15-il sena. Bħala riżultat ta' dan, it-tip ta' aringa tat-tramuntana (ta' daqs żgħir iżda ta' età avvanzata) jikkostitwixxi l-parti l-kbira tal-ħażniet u tal-qabdiet fil-Main Basin. Il-Kummissjoni Internazzjonali tas-Sajd fil-Baħar Baltiku (KISBB) għadha ma ffissatx qies minimu għall-aringa tal-Baltiku.

(4) Għalhekk, għandha ssir disposizzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' din l-aringa, billi jkun iffissat numru ikbar ta' kategoriji ta' daqsijiet.

(5) Id-daqsijiet li hemm bħalissa fis-seħħ fil-parti ta' fuq tal-Baħar Baltiku għandhom għalhekk jiġu emendati. Din l-emenda għandha tkun tikkostitwixxi bidla fl-i standards komuni tas-suq li hemm previsti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(6) Il-miżuri li hemm previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2406/96, il-kategoriji tad-daqs li huma applikabbli għall-aringa tal-Baltiku (Clupea harengus) li tkun ittieħdet u tniżżlet l-art 'il fuq minn 59° 30' qed jiġu hawnhekk emendati f'konformità ma' l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 17, 21.01.00, p. 22.

[2] ĠU L 334, 23.12.96, p. 1.

[3] ĠU L 298, 25.11.00, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Iskala tal-peżati | Il-qisien minimi li għandhom ikunu osservati fil-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 7 |

L-ispeċje: | Qies | Kg/ħut | Numru ta' ħut/kg | Reġjun | Żona ġeografika | Qies minimu |

Aringa ta' l-Atlantiku (Clupea harengus) | 1 | 0,250 u aktar | 4 jew inqas | 1 | ICES Vb (Żona tal-KE) | 20 ċm |

2 | 0,125 sa 0,250 | 5 sa 8 | 2 | (a) | 20 ċm |

3 | 0,085 sa 0,125 | 9 sa 11 | | (b) | 18 cm |

4(a) | 0,050 sa 0,085 | 12 sa 20 | 3 | | 20 ċm |

Aringa tal-Baltiku maqbuda u mniżżla l-art, 'l isfel minn 59° 30' | 4(b) | 0,036 sa 0,085 | 12 sa 27 | | | |

Aringa tal-Baltiku maqbuda u mniżżla l-art, 'il fuq minn 59° 30' | 4(c) | 0,057 sa 0,085 | 12 sa 17 | | | |

5 | 0,031 sa 0,057 | 18 sa 32 | | | |

6 | 0,023 sa 0,031 | 33 sa 44 | | | |

--------------------------------------------------