32001D0660



Official Journal L 232 , 30/08/2001 P. 0023 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-6 ta’ Awissu 2001

li taġġorna d-Deċiżjoni 2000/112/KE dwar id-distribuzzjoni bejn banek ta’ l-antiġen ta’ riżervi ta’ l-antiġen.

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2472)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/660/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-ispiża fil-qasam veterinarju [1], kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/12/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Dièmbru 1991 li tistabbilixxi r-riżervi tal-Komunità ta’ vaċċini tal-mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer [3], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/181/KE [4], u partikolarment l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Konformi mad-Deċiżjoni 91/666/KEE, ix-xiri ta’ antiġeni huwa parti mill-azzjoni tal-Komunità sabiex tistabbilixxi riżervi ta’ vaċċini tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer tal-Komunità.

(2) L-Anness I tad-Deċiżjoni 91/666/KEE jagħti fid-dettall il-kwantitajiet u s-sottotipi ta’ antiġen tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer li għandhom jinħażnu f’riżervi ta’ l-antiġen tal-Komunità.

(3) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE [5], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/112/KE [6], saru arranġamenti għax-xiri ta’ antiġeni tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer A5, A22 u O1.

(4) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/348/KE [7], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/112/KE, saru arranġamenti għax-xiri ta’ antiġeni tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer A22-Iraq, C1 u ASIA1.

(5) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/77/KE [8], saru arranġamenti għax-xiri ta’ ċerti kwantitajiet ta’ antiġen tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer A Iran 96, A Iran 99, A Malaysia 97, SAT 1, SAT 2 (strains ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3.

(6) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/569/KE [9], saru arranġamenti għax-xiri ta’ ta’ kwantitajiet addizzjonali ta’ antiġen tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer A22-Iraq, O1-Manisa, ASIA 1-Shamir, A Malaysia 97, SAT 1, SAT 2 (strains ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3.

(7) Wara informazzjoni bil-miktub mill-kuntrattur dwar il-provvista u d-distribuzzjoni lejn il-bini approvat ta’ l-antiġen mixtri skond id-Deċiżjoni 2000/569/KE, jidher xieraq li jiġi aġġornat l-Anness tad-Deċiżjoni 2000/112/KE bid-dettalji tad-distribuzzjoni bejn il-banek ta’ l-antiġen ta’ riżervi ta’ l-antiġen stabbiliti fil-qafas ta’ l-azzjoni tal-Komunitá li tikkonċerna r-riżervi ta’ vaċċini għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/590/KE u 97/348/KE.

(8) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2000/112/KE qiegħed jiġi mibdul bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Awissu 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[2] ĠU L 3, tas-6.1.2001, p. 27.

[3] ĠU L 368, tal-31.12.1991, p. 21.

[4] ĠU L 66, tat-8.3.2001, p. 39.

[5] ĠU L 280, tat-13.11.1993, p. 33.

[6] ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 21.

[7] ĠU L 148, tas-6.6.1997, p. 27.

[8] ĠU L 30, ta’ l-4.2.2000, p. 35.

[9] ĠU L 238, tat-22.9.2000, p. 61.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

“L-ANNESS

Bank Ewropew ta' l-antiġen | Banek ta' l-antiġen magħżula | Bank Ewropew ta' l-antiġen |

Tip/sotto-tip ta' antiġen | IZP Brescia | LNPB Lyon | Merial S.A.S. Pirbright/Lyon | Total (× 1000000) |

Kwantitá (× 1000000) | Kwantitá (× 1000000) | Kwantitá (× 1000000) |

O1 — Manisa | 2,5 | 2,5 | 1,5 | 6,5 |

O1 — BFS | | 2,5 | 1,0 | 3,5 |

A24 — Cruzeiro | | 2,5 | 2,5 | 5,0 |

A22 — Iraq | 2,5 | 2,2 | 1,5 | 6,2 |

A Iran 96 | | | 1,0 | 1,0 |

A Iran 99 | | | 1,0 | 1,0 |

A Malaysia 97 | | | 1,5 | 1,5 |

C1 — Noville | 2,5 | | 2,5 | 5,0 |

ASIA1 — Shamir | 2,5 | | 2,5 | 5,0 |

SAT 1 | | | 1,5 | 1,5 |

SAT 2 (K-Afrika) | | | 1,0 | 1,0 |

SAT 2 (D-Afrika) | | | 1,0 | 1,0 |

SAT 3 | | | 1,0 | 1,0 |

Kwantitá (× 1000000) total kull sit | 10,0 | 9,7 | 19,5 | 39,2 |

"

--------------------------------------------------