31999L0051



Official Journal L 142 , 05/06/1999 P. 0022 - 0025


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/51/KE

tas-26 ta' Mejju 1999

li tadatta għall-progress tekniku għall-ħames darba Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (landa, PCP u kadmju)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/64/KE [2] u b’ mod partikolari Artikolu 2a tagħha, introdott bid-Direttiva tal-Kunsill 89/678/KEE [3].

(1) Billi fil-kwadru ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea, b’ mod partikolari f'Artikoli 69, 84 u 112 rispettivament, huwa previst li tul perjodu ta' erba’ snin mill-1 ta' Jannar 1995 ċerti dispożizzjonijiet ta' Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE ma japplikawx għall-Awstrija, għall-Finlandja u għall-Isvezja u għandhom jiġu riveduti skond il-proċeduri stabbiliti fit-Trattat KE;

(2) Billi xi komposti organostanniċi, partikolarment it-tributyltin (TBT), użati għal antifouling xorta għadhom ta' riskju għall-ambjent akwatiku u għas-saħħa umana inkluża l-possibiltà ta' attività li tiddisturbi s-sistema endokrina; billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) irrikonoxxiet ir-riskju mpost mit-TBT u l-Kumitat ta' Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu ta' l-IMO talab għal projbizzjoni globali ta' l-applikazzjoni ta' komposti organotini li jaġixxu bħala bijoċidi f’ sistemi ta' antifouling fuq vapuri sa l-1 ta' Jannar 2003; billi d-dispożizzjonijiet dwar it-TBT għandhom jiġu riveduti b’ kont sħiħ meħud ta' l-iżviluppi fl-IMO; billi prodotti ta' antifouling provduti għar-rilaxx kontrolat ta' TBT ġew żviluppati u dawn għandhom jintużaw minflok żebgħa ta' assoċjazzjoni libera;

(3) Billi l-ilmijiet interni u l-Baħar Baltiku huma ambjenti speċjalment sensittivi; billi l-użu ta' TBT f'ilmijiet interni tal-Komunità għandu jiġi pprojbit; billi, bħala miżura interim, l-Awstrija u l-Isvezja għandhom jitħallew iżommu dispożizzjonijiet aktar stretti dwar l-użu ta' TBT f'dawn l-ambjenti sensittivi;

(4) Billi l-pentachlorophenol (PCP) xorta għadu jimponi riskju għas-saħħa u għall-ambjent minkejja r-restrizzjonijiet introdotti bid-Direttiva 76/769/KEE; billi l-użu ta' PCP għandu jiġi ristrett aktar; billi, madankollu, ċerti użi ta' PCP għadhom neċessarji, għal raġunijiet tekniċi, fl-Istati Membri marittimi oċeaniċi;

(5) Billi r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1988 titlob għal strateġija globali biex jiġi kumbattut tniġġiż ambjentali bil-kadmju, inklużi miżuri għar-restrizzjoni ta' l-użu tal-kadmju u biex jiġi stimolat l-iżvilupp ta' sostituti; billi r-riskji mposti bil-kadmju qegħdin jiġu stmati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 [4] u l-Kummissjoni tirrevedi ir-restrizzjonijiet fuq il-kadmju fid-dawl tar-riżultati; billi bħala miżura interim l-Isvezja u l-Awstrija li japplikaw restrizzjonijiet li jmorru aktar ′l bogħod jistgħu iżommu dawn;

(6) Billi l-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent ħareġ opinjonijiet dwar komposti organotini u dwar il-PCP;

(7) Billi din id-Direttiva ma taffetwax il-leġizlazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi ħtiġiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema kontenuti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE [5] u f'Direttivi individwali bażati fuqha, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE [7] dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn riskji ġejjin minn aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol;

(8) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-adattament għall-progress tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta' ostakoli tekniċi għall-kummerċ f'sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE huwa hawnhekk adattat għall-progress tekniku kif stabbilit fl-Anness m’ hawnhekk.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-29 ta' Frar 2000 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2000. Madankollu, l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja jistgħu japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 1999 ħlief meta speċifikat xort'oħra fl-Anness.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula Brussel, fis-26 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, 27.09.76, p. 24.

[2] ĠU L 315, 19.11.97, p. 13.

[3] ĠU L 398, 30.12.89, p. 24.

[4] ĠU L 84, 05.04.93, p. 1.

[5] ĠU L 183, 29.06.89, p. 1.

[6] ĠU L 196, 26.07.90, p. 1.

[7] ĠU L 131, 05.05.98, p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS

1.2.3. F'Anness I mad-Direttiva 79/769/KEE, il-punti 21, 23 u 24 huma emendati kif ġej:

Il-Punt 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"21.Komponenti Organostanniċi | 1.Ma jistgħux jitiqiegħdu fis-suq għall-użu bħala sustanzi u kostitwenti ta' preparazzjonijiet meta jaġixxu bħala bioċidi f'assoċjazzjoni libera ma żebgħa antifouling. |

2.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta' preparazzjonijiet meta jaġixxu bħala bioċidi għall-prevenzjoni ta' tniġġiż minn mikroorganiżmi, pjanti jew annimali ta':(a)il-buq ta':dgħajjes ta' tul globali, kif definit bl-ISO 8666, ta' inqas minn 25 metru;bastimenti ta' kwalukwe tul għal użu predominanti f'passaġġi fuq l-ilma u lagi nterni;(b)gaġeġ, żubruni, xbieki u kull strument jew apparat ieħor użat għall-biedja tal-ħut u tal-molluski;(ċ)kwalunkwe għodda jew apparat totalment jew parzjalment mgħaddas fl-ilma,Dawn is-sustanzi u preparazzjonijietjistgħu jitqiegħdu fis-suq biss f' pakketti ta' volum ugwali għal jew aktar minn 20 litru,ma jistgħux jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali imma biss lil utenti professjonali.Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet Kommunitarji oħra dwar il-klassifika, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta' dawn il-preparazzjonijiet għandu jkun jinqara u mmarkat b’ mod li ma jitħassarx kif ġej:"M’ għandux jintuża fuq dgħajjes ta' tul totali ta' inqas minn 25 metru, jew fuq bastimenti ta' kwalunkwe tul għal użu predominanti f’passaġġi fuq l-ilma interni u lagi, jew fi kwalunkwe għodda jew apparat li jintuża għall-biedja ta' ħut u molluskiRistrett għal użu professjonali." |

3.Id-dispożizzjonijiet imsemmija fis-Sezzjoni 2(a) u d-dispożizzjonijiet speċjali ta' l-ittikkettar tas-Sezzjoni 2 huma applikabbli għall-Isvezja u l-Awstrija mill-1 ta' Jannar 2003 u jiġu riveduti mill-Kummissjoni f' kooperazzjoni ma' l-Istati Membri u dawk li kellhom xi interessi qabel din id-data. |

4.Ma jistgħux jintużaw bħala sustanzi u kostitwenti ta' preparazzjonijiet intiżi għall-użu fit-trattamenti ta' ilmijiet industrijali." |

Il-Punt 23 huwa sostitwit b' dan li ġej:

23.Il-Pentachlorophenol (CAS Nru 87-86-5) u il-melħ u l-esteri tiegħu | M'għandhomx jintużaw f' konċentrazzjoni ugwali għal jew akbar minn 0,1 % skond il-massa f' sustanzi jew preparazzjonijiet mqiegħda fis-suq. |

B’ deroga sal-31 ta' Diċembru 2008 Franza, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-dispożizzjoni għal sustanzi u preparazzjonijiet intiżi għall-użu f’ installazzjonijiet industrijali li ma jippermetux l-emissjoni u/jew l-iskarika ta' pentachlorophenol (PCP) fi kwantitajiet akbar minn dawk stipulati bil-leġislazzjoni eżistenti: (a)fit-trattament ta' l-injam.Madankollu, injam trattat ma jistax jintuża:ġewwa bini kemm jekk għal skopijiet dekorattivi u kemm jekk le, ikun xi jkun l-iskop tagħhom (residenza, impieg, rikreazzjoni),għall-fabbrikazzjoni u r-ritrattament ta':(i)kontenituri intiżi għal skopijiet ta' tkabbir(ii)imballaġġ li jista' jiġi f' kuntatt ma' materja prima, prodotti intermedji jew lesti ddestinati għall-konsum uman u/jew mill-annimali(iii)materjali oħra li jistgħu jikkontaminaw il-prodotti msemmija f' (i) u (ii)(b)fl-imprenjazzjoni ta' fibri u tessili robusti mhux maħsuba b' ebda mod għall-ilbies jew għal armar dekorattiv;(ċ)b' eċċezzjoni speċjali, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi ta' każ b' każ, jawtorizzaw fit-territorju tagħhom professjonisti speċjalizzati biex iwettqu in situ u għal bini ta' interess kulturali, artistiku u storiku, jew f' emerġenzi, trattament rimedjali ta' timber u measonry infettat bil-fungu fusarjosi (Serpula lacrymans) u bil-fungu cubic rot. |

Fi kwalunkwe każ: (a)Il-Pentachlorophenol użat waħdu jew bħala komponent ta' preparazzjonijiet impjegati fil-kwadru ta' l-eċċezzjonijiet ta' hawn fuq għandu jkollu kontenut totali ta' hexachlorodibenzoparadioxin (HCDD) ta' mhux iktar minn żewġ partijiet għal kull miljun (ppm);(b)dawn is-sustanzi u preparazzjonijiet ma jistgħux:jitqiegħdu fis-suq ħlief f' pakketti ta' 20 litru jew iktar;jinbiegħu lill-pubbliku in ġenerali. |

Mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet Komunitarji oħra li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, l-imballaġġ ta' dawn il-preparazzjonijet għandu jiġi mmarkat b′ mod ċar u li ma jitħassarx:"Riżervat għal użu industrijali u professjonali" |

Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal skart kopert bid-Direttivi 75/442/KEEu 91/689/KEE" |

Is-sezzjoni li ġejja tiżdied mal-Punt 24 (il-kadmju) wara s-Sezzjoni 3:

| "4.L-Awstrija u l-Isvezja, li diġà japplikaw restrizzjonijiet għall-kadmju li jmorru lil hinn minn dawk stipulati fis-Sezzjonijiet 1, 2 u 3 jistgħu jibqgħu japplikaw dawn ir-restrizzjonijiet sal- 31 ta' Diċembru 2002. Il-Kummissjoni tirrevedi d-dispożizzjonijiet dwar il-kadmju f'Anness I mad-Direttiva 76/769/KEE qabel din id-data fid-dawl tar-riżultati ta' l-istima ta' riskju għall-kadmju u ta' l-iżvilupp ta' tagħrif u tekniki fir-rigward ta' sostituti għall-kadmju." |

--------------------------------------------------