31996D0510



Official Journal L 210 , 20/08/1996 P. 0053 - 0067


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1996

li tippreskrivi ċ-ċertifikati ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(96/510/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tippreskrivi l-prinċipji li għandhom x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenetiċi applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom [1], u partikolarment l-Artikolu 4, it-tieni u t-tielet indent, l-Artikolu 5 it-tieni u t-tielet indent, l-Artikolu 6, it-tieni indent u l-Artikolu 7, it-tieni indent miġjub fih,

Billi l-Kummissjoni għandha tfassal iċ-ċertifikat ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi li jrid jakkompanja annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom, meta jiġu importati fil-Komunità; it-tagħrif fuq dawn iċ-ċertifikati huma l-bażi għad-dħul u r-reġistrazzjoni f’ktieb tal-merħla jew reġistru tal-Komunità;

Billi skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE annimali tat-tagħmir jistgħu jiġu importati biss jekk ikunu mdaħħla jew reġistrati fi ktieb tal-merħla jew reġistru miżmum minn awtorità msemmija f’lista kif riferit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE; madankollu, sakemm titfassal din il-lista huwa meħtieġ li jiġu preskritti ċertifikati ta’ annimali tar-razza u żootekniċi;

Billi minħabba fil-partikolaritajiet (peculiarities) ta’ kull speċi, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom huwa meħtieġ li jitfasslu ċertifikati għal annimali tar-razza tat-tagħmir, ħnieżer tat-tagħmir ibridi, annimali tqal, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom;

Billi sakemm tiġi preskritta din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5, it-tieni indent, tad-Direttiva 94/28/KE, semen biss li jiġi minn annimal li għadda mit-testijiet tal-qadi u stima tal-valur ġenetiku jista’ jiġi importat;

Billi ftit mit-tagħrif li għandu x’jaqsam mad-destinatarju diġà jinsab fiċ-ċertifikati tas-saħħa meħtieġa għall-importazzjoni ta’ annimali, semen, bajd (ova) u embrijoni;

Billi għalhekk dan it-tagħrif m’għandux ikun fuq iċ-ċertifikat ta’ l-annimali tar-razza u żootekniku;

Billi l-kampjun u l-partikolaritajiet li jridu jintwerew fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-annimali tar-razza u żootekniċi ta’ annimali tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom għal kummerċ intra-Komunitarju huma, għall-ispeċi konċernati, diġà preskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE [2], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE [3], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE [4], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE [5], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/258/KEE [6], id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/623/KEE [7] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/80/KE [8];

Billi il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-ċertifikat riferit fl-Artikolu 4, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi:

- fil-każ ta’ annimali tar-razza tat-tagħmir ta’ l-ispeċi bovina, ħnieżer tar-razza tat-tagħmir, mogħoż u nagħaġ tar-razza tat-tagħmir, mal-mudell fl-Anness I,

- fil-każ ta’ ħnieżer tat-tagħmir ibridi, mal-mudell fl-Anness II,

- fil-każ ta’ equidae reġistrati, għad-dokument ta’ identifikazzjoni kif preskritt fid-Deċiżjoni 93/623/KEE.

Artikolu 2

Barra minn hekk jekk l-annimali riferiti fl-Artikolu 1 huma tqal (pregnant), iċ-ċertifikat irid jiġi supplimentat maċ-ċertifikat li jikkonforma mal-mudell fl-Anness III.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat għas-semen riferit fl-Artikolu 5, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi mal-mudell fl-Anness IV.

Artikolu 4

Iċ-ċertifikat għall-bajd (ova) riferit fl-Artikolu 6, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi mal-mudell fl-Anness V.

Artikolu 5

Iċ-ċertifikat għall-embrijoni riferit fl-Artikolu 7, it-tieni indent tad-Direttiva 94/28/KE irid ikun konformi mal-mudell fl-Anness VI.

Artikolu 6

Il-fatti magħrufa (data) dikjarati fiċ-ċertifikat ipprovdut fl-Artikolu 1 sa 5 jistgħu jiġu inklużi fid-dokumenti li jakkompanjaw l-annimali, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni. F’dan il-każ l-awtoritajiet iridu jiċċertifikaw li l-fatti magħrufa (data) dikjarati huma inklużi f’dawn id-dokumenti, permezz tal-formuli li ġejjin:

"Il-firmatarju hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu l-fatti magħrufa (data) msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE."

.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Awissu 1997.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, tat-12.7.1994, p. 66.

[2] ĠU L 233, ta’ l-20.8.1986, p. 19.

[3] ĠU L 62, tat-8.3.1988, p. 32.

[4] ĠU L 247, tat-23.8.1989, p. 22.

[5] ĠU L 247, tat-23.8.1989, p. 34.

[6] ĠU L 145, tat-8.6.1990, p. 39.

[7] ĠU L 298, tat-3.12.1993, p. 45.

[8] ĠU L 19, tal-25.1.1996, p. 50.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------