31994D0962



Official Journal L 371 , 31/12/1994 P. 0027 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0243
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 64 P. 0243


Nru L 108/102 Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej 4. 90

ID-DEĊIŻJONI TAL-KOMMISSJONI

tat-18 ta' April 1990

li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni relatati ma' plewropnewmonite kontaġuża ta'l-ifrat fi Spanja

(90/208/KEE)

IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' l-annimali tal-ifrat u tal-majjal ([1]), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/662/KEE ([2]), u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha,

Billi seħħ numru ta' tixrid ta' plewropnewmonite kontaġuża tal-ifrat f'żewġ żoni fit-territorju Spanjol u wkoll, id-distribuzzjoni eżatta tal-marda ma ġietx stabbilita eżattament;

Billi d-dehra ta' din il-marda epiżotika tista' tikkostitwixxi: - periklu għal frat fi Stati Membri oħra;

Billi jista' jkun ikkunsidrat li jeżisti riskju sinjifikattiv fir-rigward ta' ċerti kategoriji tal-ifrat ħajjin;

Billi missjoni tal-Komunita reċentement żaret lill-Spanja;

Billi l-awtoritajiet Spanjoli ħadu miżuri legali skond ir-rakkomandazzjonjiet tal-missjoni biex jevitaw it-tixrid tal-marda fi Stati Membri oħrajn;

Billi għalhekk dawn il-miżuri għandhom ikunu msaħħa fil-livell tal-Komunità;

Billi l-Kommissjoni għandha ssegwi il-progress ta'din is-sitwazzjoni; billi din id-Deċiżjoni tista' tkun emendata fid-dawl ta' progress bħal dan;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Spanja m'għandhiex tibgħat frat ħajjin lill-Istati Membri l-oħrajn miż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Anness sakemm l-annimali tal-ifrat kollha li jkollhom iktar minn 12-il xahar f'dawk iż-żoni jkunu għaddew tliet testijiet ċari tal-pleuropneumonia kontaġużamagħmula f'intervalli ta' mhux inqas minn tliet ġimgħat.

2. Ladarba l-ħtiġiet ta' l-ittestjar msemmija fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti, l-ifrat ħajjin mibgħuta minn dawn iż-żoni lejn l-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikun skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Artikoli 2 u 3.

Artikolu 2

Spanja m'għandhiex tibgħat frat ħajjin għat-trobbija u għal produzzjoni li jkunu ġejjin minn dawk iż-żoni tat-territorju tagħha lejn l-Istati Membri l-oħrajn minbarra dawk elenkati fl-Anness sakemm:

1. l-annimali jkunu ġejjin minn merħla li l-annimali tagħha injeħ minn 12-il xahar ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku għal plewropnewmonite kontaġuża tal-ifrat matul it-12-il xahar ta' qabel u ma jkunu taw l-ebda reazzjoni, u

2. l-annimali nfushom ikunu ġew suġġetti għal test seroloġiku għal plewropnewmonite kontaġuża tal-ifrat u ma jkunu taw l-ebda reazzjoni sa 30 ġurnata qabel id-data meta jitgħabbew.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat tas-saħħa li hemm provvediment dwarui fid-Direttiva 64/432/KEE, li jakkompanja l-ifrat intiżi għat-trobbija jew g]all-produzzjoni u mibgħuta minn Spanja, għandhom jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja: Frat ħajjin bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kommissjoni 90/208/KEE dwar il- plewropnewmonite kontaġuża tal-ifrat.'

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ biex jagħmluhom konformi ma' din id-Deċiżjoni tliet ijiem wara l-publikazzjoni tagħha. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kommissjoni b'dan.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' April 1990.

Għall-Kommissjoni

Ray MAC SHARRY

Membru tal-Kommissjoni

28. 4. 90 Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 108/103

L-ANNESS

Il-provinċja ta' Segovia

Il-muniċipalità ta' Escalona del Prado, u l-muniċipalitajiet immedjatament qrib tagħha.

Il-muniċipalità ta' Guadalix de la Sierra, u l-muniċipalitajiet immedjatament qrib tagħha.

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.

[2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.