31994D0466



Official Journal L 190 , 26/07/1994 P. 0026 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0156
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 59 P. 0156


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta' Lulju 1994

li temenda l-Anness I(13) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet għas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti mhux suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità u li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE

(94/466/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali u s-saħħa publika li jirregolaw il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li mhumiex suġġetti għall-imsemmija ħtiġiet stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza dwarhom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta' patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE [1], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tagħha,

Billi, meta tkun meqjusa l-esperjenza miksuba matul it-tħaddim tal-miżuri li hemm provvediment dwarhom, il-kondizzjonijiet li taħthom it-trofej tal-kaċċa huma innegozjati u importati għandhom jiġu emendati; billi, għalhekk, l-Anness I(13) tad-Direttiva t'hawn fuq għandu jkun miktub mill-ġdid;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Il-Kapitolu 13, l-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 1994

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"IL-KAPITOLU 13

TROFEJ TAL-KAĊĊA

A. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati permezz tar-Regolament (KEE) 3626/82 [1], il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet ta' trofej tal-kaċċa:

(i) it-tjur tal-priża u l-għasafar li jkun sarilhom trattament ta' l-ibbalżmar li jassigura l-preservazzjoni tagħhom f'temperaturi ambjentali;

(ii) ta' speċi oħra minbarra t-tjur tal-priża u l-għasafar;

m'għandhomx ikunu suġġetti għall-ebda interdizzjoni jew restrizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali.

B. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82, il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet ta' trofej tal-kaċċa tat-tjur tal-priża u ta' l-għasafar li ma jkunx sarilhom it-trattament imsemmi f'A(I) għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. fir-rigward ta' kummerċ:

trofej tal-kaċċja għandhom jew:

- jiġu minn annimali li joriġinaw minn żona li mhix suġġetta għal restrizzjonijiet bħala riżultat tal-preżenza ta' mard serju li jittieħed li għalih l-annimali ta' l-ispeċi kkonċernata huma suxxettibbli,

jew:

- jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fi 2(b) jew (c) jekk jiġu minn annimali li joriġinaw minn żona suġġetta għal restrizzjonijiet bħala riżultat tal-preżenza ta' mard serju li jittieħed li għalih l-annimali ta' l-ispeċi kkonċernata huma suxxettibbli;

2. fir-rigward ta' l-importazzjoni:

(a) fir-rigward ta' trofej tal-kaċċa li jikkonsistu minn partijiet anatomiċi sħaħ li ma ġewx ittrattati bl-ebda mod:

it-trofej għandhom:

- jiġu minn annimali li fir-rigward tagħhom l-importazzjoni fil-Komunità tal-kategoriji kollha tal-laħam frisk ta' l-ispeċi kkonċernata li ma jkun sarilhom l-ebda trattament huma awtorizzati permezz tar-regoli tal-Komunità,

- ikunu ppakkjati minnufih, mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' prodotti oħra ta' l-oriġini ta' l-annimali li x'aktarx jikkontaminawhom, f'pakketti individwali, trasparenti u magħluqa biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni sussegwenti,

- ikollhom magħhom ċertifikat veterenarju li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet ta' hawn fuq ġew imħarsa.

Barra minn hekk, matul it-trattament ta' l-ibbalzmar, l-iskart li mhux parti mit-trofew għandu jiġi distrutt;

(b) fir-rigward ta' trofej tal-kaċċa li jikkonsistu biss f'għadam, qrun, dwiefer ta' l-annimali ta' l-ifrat, dwiefer ta' għasafar tal-ħatfa, qrun taċ-ċriev u snien:

it-trofej għandhom:

- ikunu ġew imgħarrqa f'ilma jagħli għal żmien xieraq biex ikun assigurat li kull materja minbarra għadam, qrun, dwiefer ta' annimali ta' l-ifrat, dwierer tat-tjur tal-priża, qrun taċ-ċriev u snien tkun imneħħija,

- ikunu ġew iddisinfettati bi prodott awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż minn fejn jintbagħtu, b'mod partikolari bil-hydrogen peroxide meta l-partijiet li jikkonsistu minn għadam ikunu kkonċernati,

- ikunu ppakkjati, minnufih wara t-trattament, mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' prodotti oħra ta' l-oriġini ta' l-annimali li x'aktarx jikkontaminawhom, ġo pakketti individwali, trasparenti u magħluqa biex tkun evitata xi kontaminazzjoni sussegwenti,

- ikollhom magħhom dokument jew ċertifikat li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet t'hawn fuq ġew imħarsa;

(ċ) fir-rigward ta' trofej ta' kaċċa li jikkonsistu biss f'ġilda:

- it-trofej għandhom:

- ikunu ġew jew:

(i) imnixxfa;

jew:

(ii) immellħa fin-niexef jew fit-tixrib għal minimu ta' 14-il ġurnata qabel jintbagħtu;

jew:

(iii) ippreservati bi trattament apparti milli bl-ikkunzar li għandu jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm ipprovvediment dwarha fl-Artikolu 18,

- ikunu ppakkjati, minnufih wara t-trattament, mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' prodotti oħra ta' l-oriġini ta' l-annimali li x'aktarx jikkontaminawhom, ġo pakketti individwali, trasparenti u magħluqa biex tiġi evitata xi kontaminazzjoni sussegwenti,

- ikollhom magħhom dokument jew ċertifikat li jiċċertifika li l-kondizzjonijiet t'hawn fuq ġew imħarsa."

[1] ĠU L 384, tal-31.12.1982, p. 1.

--------------------------------------------------