31974L0061



Official Journal L 038 , 11/02/1974 P. 0022 - 0028
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0206
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0188
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0206
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0162
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 3 P. 0162


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-17 ta’ Diċembru 1973

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ mezzi li jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ vetturi bil-mutur

(74/61/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, fost ħwejjeġ oħra ma’ mezzi biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’ dawk il-vetturi;

Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, billi għaldaqstant huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 [3]dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomtkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi, fir-rigward tal-ħtiġiet tekniċi, huwa tal-parir li bażikament ikunu segwiti dawk adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 18 [4] ("Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tagħhom kontra użu mhux awtorizzat"), li hu anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi ta’ approvazzjoni u rikonoxximent reċiproku għall-approvazzjoni ta’ tagħmir u partijiet ta’ vetturi bil-mutur,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha ta’ l-anqas erba’ roti u veloċità massima disinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura u impjanti ta’ l-inġinerija.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura għal raġunijiet li jirrelataw mal-mezz li jipprevjeni użu mhux awtorizzat jekk dan il-mezz jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, reġistrazzjoni, dħul fis-servizz jew użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrelataw mal-mezz li jipprevjeni użu mhux awtorizzat jekk dak il-mezz jissodisfa l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4

L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandhom jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun informat dwar kull modifikazzjoni ta’ xi parti jew karatteristika msemmija fil-punt 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom jistabilixxu jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip tal-vettura modifikat u jitħejja rapport ġdid. Fejn testijiet bħal dawn jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni m’għandhiex tkun approvata.

Artikolu 5

L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi I u II sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifikazzjoni tagħha u minnufih għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jkun komunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1973.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Nørgaard

[1] ĠU Ċ 112, 27.10.1972, p. 16.

[2] ĠU Ċ 60, 26.7.1973, p. 12.

[3] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

[4] KEE, Geneva, E/ECE/324 - E/ECE/TRANS/505/Rev. Add. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS I [1]

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE U SPEĊIFIKAZZJONIJIET

1. TWAĦĦIL TAL-MEZZ

Kull vettura fil-Kategoriji M1 u N1(definiti f’L-Anness 1 tad-Direttiva tas-6 ta’ Frar 1970) għandha tkun mgħammra b’mezz li jipprevjeni użu mhux awtorizzat. It-twaħħil ta’ dan il-mezz fuq vetturi ta’ kategoriji oħra għandu jkun mhux obbligatorju.

2. DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva

(2.1.) 2.2. "tip ta’ vettura" ifisser, fil-kuntest tal-prevenzjoni ta’ l-użu mhux awtorizzat tagħha, kategorija ta’ vetturi bil-mutur li ma jvarjawx f’dak ir-rigward essenzjali bħal:

2.2.1. id-deskrizzjoni tal-manifattur tat-tip ta’ vettura;

2.2.2. L-arranġament u d-disinn tal-komponent tal-vettura jew komponenti li fuqhom il-mezz protettiv jaġixxi;

2.2.3. it-tip ta’ mezz protettiv;

2.3. "mezz protettiv" ifisser it-totalità tal-komponenti disinnjati sabiex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat tal-vettura. Il-mezz protettiv huwa kostitwit permezz tal-kombinazzjoni ta’ mezz li jipprevjeni li l-magna milli titqabbad permezz ta’ kontroll normali b’wieħed mill-mezzi li ġejjin. Il-mezz protettiv jista’ jkun wieħed:

- jaġixxi fuq l-isteering,

- jaġixxi fuq il-kontroll fil-bdil tal-gear,

- jaġixxi fuq it-trasmissjoni, jew

- jipprevjeni l-magna milli titħaddem.

2.3.1. Mezzi li jipprevjenu r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura biss m’humiex konsidrati bħala "mezzi protettivi",

(2.4.) 2.5. "mekkaniżmu tad-direzzjoni" jfisser il-kontroll ta’ l-isteering, l-pilastru ta’ l-isteering u l-aċċessorji li jieħu, x-xaft ta’ l-isteering, il-‘gear box’ ta’ l-isteering, u dawk il-komponenti l-oħra kollha disinjati sabiex jikkontribwixxu għall-assorbiment ta’ enerġija fl-eventwalità ta’ ħabta ma’ l-isteering.

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ mezz protettiv sabiex jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat tagħha għandha tingħata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant tiegħu debitament akkreditat.

3.2. Għandha tkun akkompanjata mid-dokumenti hawn taħt imsemmija, fi tlett kopji, u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1. deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-arranġament u disinn tal-kontroll jew ta’ l-unità li fuqha jaġixxi l-mezz protettiv;

3.2.2. tpinġijiet, fuq skala xierqa u b’dettal suffiċjenti, tal-mezz protettiv u tal-muntaġġ tiegħu fuq il-vettura;

3.2.3. deskrizzjoni teknika tal-mezz.

3.3. Għandu jingħata lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

3.3.1. vettura rappresentattiva tat-tip ta’ vettura sabiex tkun approvata, u

3.3.2. fuq talba tas-servizzi tekniċi, dawk il-komponenti tal-vettura kif dak is-servizz iħoss meħtieġ għall-eżamijiet preskritti fil-punti 5 u 6.

4. L- APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

(4.1) (4.2.) 4.3. Ċertifikat li jikkonforma mal-mudell muri f’L-Anness II għandu jitwaħħal ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

(4.4.) (4.4.1.) (4.4.2.) (4.5.) (4.6.) 5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1. Il-mezz protettiv għandu jkun hekk disinjat li jkun meħtieġ li jitwaqqaf sabiex jippermetti:

5.1.1. li l-magna tibda titħaddem permezz tal-kontroll normali jew

5.1.2. li l-vettura tkun misjuqa jew immexxija ‘l quddiem bl-enerġija tagħha stess.

5.2. Meta l-mezz jkun fl-azzjoni, dawk il-partijiet tiegħu li huma meħtieġa sabiex jikonformaw mal-kondizzjoni tal-punt 5.1.2 hawn fuq għandhom ikunu inkapaċi li jirrendu rwieħhom ineffettivi b’mezzi sempliċi.

5.3. Il-magna għandha tibda titħaddem u l-ħtiġiet tal-punt 5.1 għandhom ikunu sodisfatti biss permezz ta’ l-azzjoni ta’ ċavetta waħda fuq sokra waħda; ħlief fil-każ preskritt fil-punt 6.1.6. iċ-ċavetta m’għandhiex tkun tista’ titneħħa kompletament mis-sokra kemm-il darba l-mezzi protettiv imsemmi fil-punt 5.1 jidħol f’azzjoni jew ikun issettjat sabiex jaġixxi.

5.4. Il-mezz protettiv imsemmi fil-punt 5.1 hawn fuq għandu jkun hekk disinjat li ma jkunx jista’ jinfetaħ malajr u mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, jintgħamel ineffettiv jew jitkisser.

5.5. Il-mezz protettiv għandu jkun immuntat fil-vettura bħala oġġeit ta’ tagħmir permanenti Għandu jitwaħħal b’dak il-mod li wkoll wara t-tneħħija tal-‘housing’ tiegħu ma jistax, meta fil-kundizzjoni jkun mod ieħor żarmat ħlief bl-għodod speċjali. Jekk ikun possibbli li l-mezz protettiv jintgħamel ineffettiv permezz tat-tneħħija ta’ viti, l-viti għandhom, kemm-il darba ma jkunux viti li ma jistgħux jitneħħew, ikunu koperti minn partijiet tal-mezz protettiv.

5.6. Is-sokra għandha tkun immuntata b’mod fiż-żgur fil-mezz protettiv.

5.7. Is-serraturi wżati għandu jkollhom mhux anqas minn 1000 kombinazzjoni differenti, jiġifieri, ċ-ċavetta xierqa għal kombinazzjoni waħda m’għandhiex tkun kapaċi tiftaħ aktar minn medja ta’ serratura waħda f’1000. Fil-vetturi ta’ tip wieħed il-frekwenza ta’ l-okkorrenza ta’ kull kombinazzjoni għandu jkun bejn wieħed u ieħor waħda kull 1000.

5.8. Mezzi protettivi għandhom ikunu tali li jeskludui kull riskju, waqt li l-vettura tkun miexja, ta’ tiskir aċċidentali x’aktarx jikkomprometti s-sigurezza.

5.9. Jekk it-tħaddim tal-mezz protettiv jeħtieġ l-użu ta’ riserva ta’ enerġija barra l-enerġija tas-sewwieq, dik ir-riserva ta’l-enerġija għandha tintuża biss biex tħaddem is-sistema tas-sokor u l-ftuħ tal-mezz. Il-mezz protettiv għandu jinżamm f’postu purament permezz ta’ meżżi mekkaniċi.

5.10. Il-mezz protettiv jista’ addizzjonalment ikun mgħammar b’mezz ta’ twissija akkustika estern li jibda jitħaddem f’kull attentat sabiex jinfetaħ il-mezz, jirrendih ma jaħdimx jew ikissru; is-sinjali mibgħuta għandhom ikunu qosra u għandhom jispiċċaw awtomatikament wara mhux aktar minn 30 sekonda; għandhom jibdew mill-ġdid biss jekk l-mezzi ikun imħaddem mill-ġdid. B’żieda, għandu jsir b’mezz ta’ twissija normali mwaħħal fuq il-vettura.

(5.10.1.) (5.10.2.) 6. SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKULARI

B’żieda ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali preskritti fil-punt 5, jekk il-mezz protettiv ikun ta’ tip li jaġixxi fuq l-isteering, fuq it-trasmissjoni jew fuq il-kontrol tal-bdil tal-gear, għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet partikulari preskritti hawn taħt għal dawk it-tipi ta’ mezzi.

6.1. Mezzi protettivi li jaġixxu fuq l-isteering

6.1.1. Mezz protettiv li jaġixxi fuq l-isteering għandu jsakkar l-isteering.

6.1.2. M’għandux ikun possibbli għall-isteering li jkun maqful bi żball meta ċ-ċavetta tkun fis-serratura tal-mezz protettiv, ukoll jekk il-mezz li jipprevjeni l-istartjar tal-magna jidħol fl-azzjoni jew ikun issettjat sabiex jaġixxi.

6.1.3. M’għandux ikun possibbli li jinxtegħel l-ignixin tal-vettura bil-magna taħdem bil-petrol jew li tkun startjata l-magna tal-vettura li taħdem bid-diesel permezz tal-kontroll normali, sakemm serratura li taġixxi fuq l-isteering tkun infetħet.

6.1.4. Meta l-mezz protettiv ikun issettjat sabiex jaħdem, fl-ebda eventwalità m’għandu jkun possibbli li jipprevjeni d-dħul tal-firrol fil-kontroparti tiegħu.

6.1.5. Il-firroll għandu jkun imqabbad biex jaħdem f’fond suffiċjenti sabiex jassigura li l-mezz protettiv ikompli jkun effettiv ukoll wara li jkun ittiekel xi ftit bl-użu.

6.1.6. Jekk il-mezz protettiv ikun tali li ċ-ċavetta tkun tista’ titneħħa f’pożizzjoni differenti mill-pożizzjoni li fiha l-isteering ikun maqful, għandu jkun disinjat b’tali mod li l-manuvra meħtieġa sabiex jilħaq dik il-pożizzjoni u jneħħi ċ-ċavetta ma tistax tkun effettwata bi żball.

6.1.7. Il-mezz protettiv għandu jkun b’ saħħtu biżżejjed sabiex jiflaħ, mingħajr ħsara lill-mezz ta’ l-isteering li x’aktarx tista’ tikkomprometti s-sigurezza, l-applikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet paralleli għall-assi tax-xaft ta’ l-isteering, u f’kondizzjonijiet statiċi, ta’ forza ta’tidwir ta’ 19.6 mdaN.

6.2. Mezzi protettivi li jaġixxu fuq it-trasmissjoni

Mezz protettiv li jaġixxi fuq it-trasmissjoni għandu jipprevjeni t-tidwir tar-roti tas-sewqan tal-vettura.

6.3. Mezzi protettivi li jaġixxu fuq il-kontroll tal-bdil tal-gear

6.3.1. Mezz protettiv li jaġixxi fuq il-kontroll tal-bdil tal-gear għandu jkun kapaċi li jipprevjeni kull bdil ta’ gear.

6.3.2. Fil-każ ta’ ‘gear-box’ manwali, għandu jkun possibbli li jsakkar il-livell tal-bdil tal-gear fil-posizzjonijiet li ġejjin biss: rivers u newtrali, jew rivers biss.

6.3.3. Fil-każ ta’ ‘gear-boxes’ awtomatiċi, s-sokor għandu jkun possibbli fil-pożizzjoni ta’ l-ipparkjar biss; sokor addizzjonali fil-pożizzjoni ‘newtrali’ għandu jkun permessibbli.

[1] It-test ta’ l-Anness huwa kważi identiku ma’ dak tal-Komunita Ekonomika tan-NU għar-Regolament ta’ l-Ewropa Nru 18; b’mod partikolari, in-numri tal-punti huma l-istess; għal din ir- raġuni, jekk punt mir-Regolament Nru 18 m’għandux ekwivalenti f’din id-Direttiva, in-numru jintwera f’parentesi sabiex ifakkar.

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------