|
3.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/63 |
EMENDI GĦALL-ANNESSI TAL-KONVENZJONI TA' LUGANO, 30 TA' OTTUBRU 2007
Skont in-Notifika tad-Depożitarju Żvizzeru tal-11 ta’ April 2016 u tas-27 ta’ Mejju 2016, it-test tal-annessi I-IV u IX huwa emendat kif ġej:
[Anness I
Ir-regoli tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u 4(2) tal-Konvenzjoni huma dawn li ġejjin:]
|
— |
fir-Repubblika Ċeka: l-Att Nru 91/2012 dwar id-dritt internazzjonali privat, (Zákon o mezinárodním právu soukromém), b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tiegħu, |
|
— |
fl-Estonja: L-Artikolu 86 (ġuriżdizzjoni fil-lokalità tal-proprjetà) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Tsiviilkohtumenetluse seadustik), sakemm il-pretensjoni ma tkunx relatata ma’ dik il-proprjetà tal-persuna; L-Artikolu 100 (pretensjoni għat-terminazzjoni tal-applikazzjoni ta’ klawżola standard) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, sakemm il-kawża tinfetaħ fil-qorti bil-ġurisdizzjoni territorjali ta’ fejn ġiet applikata l-klawżola standard, |
|
— |
f’Ċipru: l-Artikolu 21 tal-Liġi dwar il-Qrati, il-Liġi 14/60, |
|
— |
fil-Latvja: il-paragrafu 2 tal-Artikolu 27 u l-paragrafi 3, 5, 6 u 9 tal-Artikolu 28 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), |
|
— |
fil-Litwanja: l-Artikoli 783(3), 787 u 789(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas), |
|
— |
fil-Portugall: l-Artikolu 63(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil) sa fejn dan jista’ jinkludi raġunijiet eżorbitanti għal ġurisdizzjoni, bħall-qrati tal-post fejn ikunu jinsabu l-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor (jekk ikunu jinsabu fil-Portugall) meta l-amministrazzjoni ċentrali (jekk tkun tinsab fi Stat barrani) tkun il-konvenut, u l-Artikolu 10 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura tax-Xogħol (Código de Processo do Trabalho) sa fejn dan jista’ jinkludi raġunijiet eżorbitanti għal ġurisdizzjoni, bħall-qrati tal-post fejn l-attur ikun domiċiljat fi proċedimenti relatati ma’ kuntratti individwali ta’ impjieg li jitressqu mill-impjegat kontra min iħaddmu, |
|
— |
fir-Rumanija: l-Artikolu 1065-1081 taħt it-Titolu I “Il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Rumeni” fil-Ktieb VII “Proċedura ċivili internazzjonali” tal-Att Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. |
L-entrata għall-Belġju fl-Anness 1 għandha titħassar.
[Anness II
Il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti li lilhom tista’ tiġi ppreżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39 tal-Konvenzjoni huma dawn li ġejjin:]
|
— |
fir-Repubblika Ċeka: l-“ okresní soud ”, |
|
— |
fl-Ungerija, it-“ törvényszék székhelyén működő járásbíróság ””, u, f’Budapest, il-“ Budai Központi Kerületi Bíróság ”, |
|
— |
fil-Portugall: “instâncias centrais de competência especializada cível, instâncias locais, secção competência genérica” jew “secção cível” , jekk din tal-aħħar teżisti, tat-“ tribunais de comarca ”. Fil-każ ta’ obbligi ta’ manteniment lejn tfal (taħt l-età ta’ 18-il sena jew aktar) u fil-każ ta’ obbligi ta’ manteniment bejn il-konjuġi, is-“ secções de família e menores das instâncias centrais ” jew, fejn ma jeżistux, is- “secções de competência genérica” jew “secção cível” , jekk din tal-aħħar teżisti, tal-“ instâncias locais ”. Għall-bqija tal-obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjari, ta’ filjazzjoni jew ta’ affinità oħra, “ secções de competência genérica ” jew “ secção cível ”, jekk din tal-aħħar teżisti, tal-“ instâncias locais ”, |
|
— |
fl-Iżvezja, “ tingsrätt ”, |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
[Anness III
Il-qrati li fihom jistgħu jsiru l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2) tal-Konvenzjoni huma dawn li ġejjin:]
|
— |
fir-Repubblika Ċeka: l-“ okresní soud ”, |
|
— |
fl-Ungerija: it-“ törvényszék székhelyén mőködő járásbíróság ” (f’Budapest, il-“ Budai Központi Kerületi Bíróság ”); l-appell jiġi deċiż mit-“ törvényszék ” (f’Budapest, il-“ Fővárosi Törvényszék ”), |
|
— |
f’Malta, il-“ Qorti tal-Appell ” skont il-proċedura stipulata għall-appelli fil-“ Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kap.12 ” jew, fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment permezz ta’ “ rikors ġuramentat ” quddiem il-“ Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jew il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha ”, |
|
— |
fl-Iżvezja: “ tingsrätt ”, |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
[Anness IV
L-appelli li jistgħu jiġu ppreżentati skont l-Artikolu 44 tal-Konvenzjoni huma dawn li ġejjin:]
|
— |
fl-Irlanda, appell fuq punt tal-liġi lill-Qorti tal-Appell, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka: “ dovolání ”, “žaloba na obnovu řízení” u “žaloba pro zmatečnost” , |
|
— |
fil-Latvja: appell lill-“ Augstākā tiesa ” permezz tal-“ Apgabaltiesa ”, |
|
— |
fir-Rumanija: “ recursul ”, |
|
— |
fl-Iżvezja, appell lill- “hovrätt” u “Högsta domstolen” , |
[Anness IX
L-Istati u r-regoli msemmija fl-Artikolu II ta’ Protokoll 1 huma dawn li ġejjin:]
|
— |
Kroazja: L-Artikolu 211 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku), |
|
— |
fil-Latvja: l-Artikoli 75, 78, 79, 80, 81 tal-Liġi ta’ Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums) li jikkonċernaw avviżi lil partijiet terzi,” |