7.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 272/1


Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju nnotifikaw it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika interim bejn il-Kosta tal-Avorju, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 75 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika b'mod proviżorju mit-3 ta' Settembru 2016 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.

Sakemm tiġi applikata l-iskema komuni reċiproka l-ġdida prevista fl-Artikolu 14 paragrafu 2 tal-Ftehim, iż-żewġ Partijiet qablu li japplikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva.


(1)  ĠU L 59, 3.3.2009, p.1.