25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 282/22


DEĊIŻJONI Nru 1/2008

tat-12 ta’ Marzu 2008

tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku rigward il-Valutazzjoni tal-konformità, dwar l-inklużjoni fl-Anness 1 ta’ Kapitolu 16 ġdid dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni

(2008/813/KE)

IL-KUMITAT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Għarfien Reċiproku rigward il-Valutazzjoni tal-konformità (“il-Ftehim”) iffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi skond l-Artikolu 10(5), il-Kumitat jista’ jemenda l-Annessi għal dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

L-Anness dwar is-Setturi tal-Prodotti għall-Ftehim hu emendat biex jiġi inkluż Kapitolu 16 ġdid dwar il-Prodotti għall-Konstruzzjoni skond id-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni.

2.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentanti tal-Kumitat li huma awtorizzati sabiex jaġixxu f’isem il-Partijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha titniżżel l-aħħar firma.

Iffirmata f’Bern, 12 ta’ Marzu 2008.

F’isem il-Konfederazzjoni Żvizzera

Heinz HERTIG

Iffirmata fi Brussell, 26 ta’ Frar 2008.

F’isem il-Komunità Ewropea

Fernando PERREAU DE PINNINCK


ANNESS

Fl-Anness 1, is-Setturi tal-Prodotti, għandu jiġi introdott il-Kapitolu 16 dwar il-Prodotti għall-Kostruzzjoni li ġej:

“IL-KAPITOLU 16

PRODOTTI GĦALL-KOSTRUZZJONI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi

Dispożizzjonijiet koperti bl-Artikolu 1(2)

Il-Komunità Ewropea

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12)

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

2)

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/23/KE tas-17 ta’ Jannar 1994 dwar regoli proċedurali komuni għal approvazzjoni teknika Ewropea (ĠU L 17, 20.1.1994, p. 34)

2a)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/611/KE tad-9 ta’ Settembru 1994 li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-bini (ĠU L 241, 16.9.1994, p. 25)

2b)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/2004/KE tal-31 ta’ Mejju 1995 li timplimenta l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-bini (ĠU L 129, 14.6.1995, p. 23)

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/467/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 li timplimenta l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-bini (ĠU L 268, 10.11.1995, p. 29)

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/577/KE tal-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi fissi għat-tifi tan-nar (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 44)

5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/578/KE tal-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura ta’ prova tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar apparat sanitarju (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 49)

6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/579/KE tal-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar attrezzaturi fissi għaċ-ċirkolazzjoni stradali (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 52)

7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/580/KE tal-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-purtieri ħitan (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 56)

8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE tal-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġeotessuti (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 59)

9)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/582/KE tal-24 ta’ Ġunju 1996 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tas-sistemi strutturali tal-issiġillar tal-ħgieġ u ankri tal-metall għall-konkos (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 62)

10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/63/KE tal-4 ta’ Ottubru 1996 li tistabbilixxi l-lista ta’ prodotti li jappartjenu għall-Klassijiet A ‘Ebda kontribuzzjoni għan-nar’ ipprovdut għalihom fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 267, 19.10.1996, p. 23)

11)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/161/KE tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu ankri tal-metall għal użu fil-konkos għat-tqegħid tas-sistemi ħfief (ĠU L 62, 4.3.1997, p. 41)

12)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/176/KE tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti tal-injam għal użu strutturali u prodotti anċillari (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 19)

13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/177/KE tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar ankri ta’ injezzjoni tal-metall għall-użu fix-xogħol tal-ġebel (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 24)

14)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/462/KE tas-27 ta’ Ġunju 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu pannelli abbażi tal-injam (ĠU L 198, 25.7.1997, p. 27)

15)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/463/KE tas-27 ta’ Ġunju 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsam l-ankri tal-plastik għall-użu fil-konkos u l-ġebel (ĠU L 198, 25.7.1997, p. 31)

16)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/464/KE tas-27 ta’ Ġunju 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu prodotti tal-inġinerija dwar ilma ta’ skart (ĠU L 198, 25.7.1997, p. 33)

17)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/555/KE tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE għal dak li jirrigwarda s-siment, il-ġir tal-bini u binders idrawliċi oħrajn (ĠU L 229, 20.8.1997, p. 9)

18)

Id-Deċiżjoni 97/556/KE tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja s-sistemi komposti tal-insulazzjoni termali esterna/settijiet għall-illixxar (ETICS) (ĠU L 229, 20.8.1997, p. 14)

19)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/571/KE tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar il-format ġenerali ta’ Approvazzjoni Teknika Ewropea għall-prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 236, 27.8.1997, p. 7)

20)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/597/KE tal-14 ta’ Lulju 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-azzar ta’ rinforzament u għall-prestressing għall-konkrit (ĠU L 240, 2.9.1997, p. 4)

21)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/638/KE tad-19 ta’ Settembru 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar qafliet għall-injam strutturali (ĠU L 268, 1.10.1997, p. 36)

22)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/740/KE tal-14 ta’ Ottubru 1997 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatati (ĠU L 299, 4.11.1997, p. 42)

23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/88/KE tal-20 ta’ Novembru 1997 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirrigwardja l-kisi tal-art (ĠU L 331, 3.12.1997, p. 18)

24)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/143/KE tat-3 ta’ Frar 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar sistemi ta’ membrani tas-soqfa flessibbli u li ma jidħolx ilma minnhom u li huma mwaħħlin mekkanikament (ĠU L 42, 14.2.1998, p. 58)

25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/213/KE tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kittijiet ta’ diviżjoni interna (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 41)

26)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/214/KE tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti metalliċi strutturali u prodotti ancillari (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 46)

27)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/279/KE tal-5 ta’ Diċembru 1997 dwar il-proċedura ta’ attestar tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ settijiet/sistemi ta’ kontraporti permanenti li ma jerfgħux piż ibbażati fuq blokki vojta minn ġewwa jew pannelli ta’ materjal iżolanti u, xi drabi, konkos (ĠU L 127, 29.4.1998, p. 26)

28)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/436/KE tat-22 ta’ Ġunju 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kisi tas-soqfa, tamboċċi, twieqi fis-soqfa u prodotti anċillari (ĠU L 194, 10.7.1998, p. 30)

29)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/437/KE tat-30 ta’ Ġunju 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward kisi intern u estern ta’ ħitan u soqfa (ĠU L 194, 10.7.1998, p. 39)

30)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/456/KE tat-3 ta’ Lulju 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar kits għall-post-tensioning ta’ strutturi pre-kompressi (ĠU L 201, 17.7.1998, p. 112)

31)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/457/KE tat-3 ta’ Lulju 1998 dwar il-prova ta’ Ħruq ta’ Oġġett Singolu (Single Burning Item) (SBI) imsemmija fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti tal-kostruzzjoni, (ĠU L 201, 17.7.1998, p. 114)

32)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/598/KE tad-9 ta’ Ottubru 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ aggregati (ĠU L 287, 24.10.1998, p. 25)

33)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/599/KE tat-12 ta’ Ottubru 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ settijiet tal-protezzjoni tas-soqfa mill-ilma applikati bħala likwidu (ĠU L 287, 24.10.1998, p. 30)

34)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/600/KE tat-12 ta’ Ottubru 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ settijiet tas-soqfa trasluċidi li jsostnu lilhom infushom (minbarra s-settijiet ibbażati fuq il-ħġieġ) (ĠU L 287, 24.10.1998, p. 35)

35)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/601/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-prodotti tal-kostruzzjoni tat-toroq (ĠU L 287, 24.10.1998, p. 41)

36)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/89/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ settijiet tat-turġien prefabbrikati (ĠU L 29, 3.2.1999, p. 34)

37)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 1998 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-membrani (ĠU L 29, 3.2.1999, p. 38)

38)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/91/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-prodotti termali ta’ insular (ĠU L 29, 24.10.1998, p. 44)

39)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ travi u kolonni ħfief magħmula minn materjal b’bażi tal-injam (ĠU L 29, 3.2.1999, p. 49)

40)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/93/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar il-proċedura għall-attestar tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ bibien, twieqi, kontraporti, persjani, gradi u aċċessorji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-bini (ĠU L 29, 3.2.1999, p. 51).

41)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/94/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar il-proċedura biex tafferma l-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward prodotti tal-konkrit mogħtija l-forma minn qabel normali/ħfief/maqsuma minnhom infushom u mogħtija l-arja (ĠU L 29, 3.2.1999, p. 55)

41a)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/453/KE tat-18 ta’ Ġunju 1999 li temenda d-Deċiżjonijiet 96/579/KE u 97/88/KE dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni bi qbil mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar apparat imwaħħal għaċ-ċirkolazzjoni u għall-paviment rispettivament (ĠU L 178, 14.7.1999, p. 50)

42)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/454/KE tat-22 ta’ Ġunju 1999 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ twaqqif ta’ ħruq, issiġillar mill-ħruq u prodotti ta’ protezzjoni kontra l-ħruq (ĠU L 178, 14.7.1999, p. 52)

43)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/455/KE tat-22 ta’ Ġunju 1999 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ frejmijiet tal-injam u settijiet ta’ bini prefabbrikat miz-zkuk (ĠU L 178, 14.7.1999, p. 56)

44)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/469/KE tal-25 ta’ Ġunju 1999 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ konkrit, tikħil u ħalib tat-tikħil (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 27)

45)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/470/KE tad-29 ta’ Ġunju 1999 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kolla tal-bini (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 32)

46)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/471/KE tad-29 ta’ Ġunju 1999 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ apparat li jsaħħan (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 37)

47)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/472/KE tal-1 ta’ Lulju 1999 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Diretttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-pajpijiet, it-tankijiet, u oġġetti anċillari li mhumiex f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 42)

48)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta’ Frar 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodotti ta’ bini fir-reazzjoni tagħhom għan-nar (ĠU L 50, 3.9.2000, p. 14)

49)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/245/KE tat-2 ta’ Frar 2000 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għal kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ ħġieġ ċatt, ħġieġ profilat u prodotti tal-blokok tal-ħġieġ (ĠU L 77, 28.3.2000, p. 13)

50)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/273/KE tas-27 ta’ Marzu 2000 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ seba’ prodotti għal Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej mingħajr Linjagwida (ĠU L 86, 7.4.2000, p. 15)

51)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta’ reżistenza għan-nar ta’ prodotti tal-kostruzzjoni, xogħlijiet ta’ bini u xi partijiet minnhom (ĠU L 133, 6.6.2000, p. 26)

52)

Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2000/447/KE tat-13 ta’ Ġunju 2000 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti għal kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ pjanċi b’ġilda stirata għat-tagħbija bbażati fuq injam pre-fabbrikat u pjanċi ħfief komposti li jżommu weħidhom (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 40)

53)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/553/KE tas-6 ta’ Settembru 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tar-reazzjoni tal-kisi tal-bjut f’każ ta’ ħruq estern (ĠU L 235, 19.9.2000, p. 19)

53a)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/605/KE tas-26 ta’ Settembru 2000 li temenda d-Deċiżjoni 96/63/KE li tistabbilixxi l-listi ta’ prodotti tal-Klassijiet A “L-ebda kontribuzzjoni għall-ħruq” kif provdut fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 258, 12.10.2000, p. 36)

54)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/606/KE tas-26 ta’ Settembru 2000 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar sitt prodotti għall-Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej mingħajr Linjagwida (ĠU L 258, 12.10.2000, p. 38)

55)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/19/KE tal-20 ta’ Diċembru 2000 dwar il-proċedura li tattesta l-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġonot tal-espansjoni għall-pontijiet tat-toroq (ĠU L 5, 10.1.2001, p. 6)

56)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/38/KE tal-31 ta’ Jannar 2001 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ventures (ĠU L 17, 18.4.2001, p. 25)

56a)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/596/KE tat-8 ta’ Jannar 2001 li temenda d-Deċiżjonijiet 95/467/KE, 96/578/KE, 96/580/KE, 97/176/KE, 97/462/KE, 97/556/KE, 97/740/KE, 97/88/KE, 98/213/KE, 98/214/KE, 98/279/KE, 98/436/KE, 98/437/KE, 98/599/KE, 98/600/KE, 98/601/KE, 1999/89/KE, 1999/90/KE, 1999/91/KE, 1999/454/KE, 1999/469/KE, 1999/470/KE, 1999/471/KE, 1999/472/KE, 2000/245/KE, 2000/273/KE u 2000/447/KE dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ ċerti prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 209, 2.8.2001, p. 33)

57)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/671/KE tal-21 ta’ April 2001 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-klassifika tal-prestazzjoni waqt nar minn barra fuq is-soqfa u l-koperturi tas-soqfa (ĠU L 235, 04.09.2001, p. 20)

58)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/359/KE tat-13 ta’ Mejju 2002 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni f’kuntatt ma’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, bi qbil mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 127, 14.5.2002, p. 16)

59)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/592/KE tal-15 ta’ Lulju 2002 li temenda d-Deċiżjonijiet 95/467/KE, 96/577/KE, 96/578/KE u 98/598/KE dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar prodotti tal-ġipsum, attrezzaturi u aggregati u sanitarji rispettivament (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 57)

60)

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2003/43/KE tas-17 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-imġiba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 13, 18.1.2003, p. 35)

61)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/312/KE tad-9 ta’ April 2003 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards li għandhom x’jaqsmu mal-iżolament termali, il-ġeotessili, it-tagħmir fiss tat-tifi tan-nar u l-blokki tal-ġibs skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/196/KEE (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 50)

62)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/424/KE tas-6 ta’ Ġunju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 96/63/KE li tistabbilixxi l-lista tal-prodotti li jappartjenu għall-Klassijiet A “L-ebda kontribut għan-nar” prevista fid-Deċiżjoni 94/611/KE li timplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 144, 12.06.2003, p. 9)

63)

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2003/43/KE tas-7 ta’ Awwissu 2003 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-imġieba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 201, 8.8.2003, p. 25)

64)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/629/KE tas-27 ta’ Awwissu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/367/KE li tistabbilixxi sistema ta’ klassifikazzjoni tar-reżistenza għall-azzjoni tan-nar għal prodotti tal-kostruzzjoni, fir-rigward tal-inklużjoni ta’ prodotti ta’ kontroll tad-duħħan u tas-sħana (ĠU L 218, 30.8.2003, p. 51)

65)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/632/KE tas-26 ta’ Awwissu 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/147/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodotti ta’ bini fir-reazzjoni tagħhom għan-nar (ĠU L 220, 3.9.2003, p. 5)

66)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/639/KE tal-4 ta’ Settembru 2003 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ pinnijiet għal ġonot strutturali (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 18)

67)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/640/KE dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kittijiet għall-kisi bil-madum ta’ ħitan ta’ barra (ĠU L 226, 10.09.2003, p. 21)

68)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/655/KE tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kittijiet ta’ kopertura li ma tagħmilx ilma għall-art u l-ħitan ta’ wetrooms (ĠU L 231, 17.09.2003, p. 12)

69)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/656/KE tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità ta’ prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ seba’ prodotti għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej mingħajr Linjagwida (ĠU L 231, 17.9.2003, p. 15)

70)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/722/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE bħala kittijiet tal-kisi kontra l-ilma applikati bħala likwidu fuq il-gverta tal-briġġ tal-bastiment (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 32)

71)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/728/KE tat-3 ta’ Ottubru 2003 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-kittijiet tal-bini tal-oqsfa tal-metall, il-kittijiet tal-bini tal-oqfsa tal-konkrit, l-unitajiet ipprefabbrikati tal-bini, il-kittijiet tal-imħażen tal-friża u l-kittijiet tal-protezzjoni għal meta jaqa’ l-ġebel (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 34)

72)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/663/KE tal-20 ta’ Settembru 2004 dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fejn għandhom x’jaqsmu prodotti tal-inġinerija dwar ilma ta’ skart (ĠU L 32, 25.7.1997, p. 6)

73)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/43/KE tal-25 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi l-klassijiet ta’ reżistenza għan-nirien esterni li jolqtu lill-bjut jew lill-kisi tagħhom għal ċerti prodotti ta’ bini kif stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 135, 28.05.2005, p. 37)

74)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/484/KE tal-4 ta’ Ġunju 2005 dwar il-proċedura għall-verifika tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skond l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ kittijier għall-bini ta’ mħażen li jkessħu u kittijier tal-istruttura esterna għall-bini ta’ mħażen li jkessħu (ĠU L 173, 06.7.2005, p. 15)

75)

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2005/610/KE tad-9 ta’ Awwissu 2005 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-imġiba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni (ĠU L 28, 18.1.2003, p. 21)

76)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/823/KE tat-22 ta’ Novembru 2005 li timplimenta d-Deċiżjoni 2001/671/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-klassifika tal-prestazzjoni waqt nar minn barra fuq is-soqfa u l-koperturi tas-soqfa (ĠU L 37, 25.11.2005, p. 53)

77)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/190/KE tal-1 ta’ Marzu 2006 li temenda d-Deċiżjoni 97/88/KE dwar il-proċedura ta’ attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti tal-kostruzzjoni permezz tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KE f’dak li jirrigwarda l-kisi tal-art (pavimenti) (ĠU L 66, 8.3.2006, p. 47)

78)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/213/KE tas-6 ta’ Marzu 2006 li tistabbilixxi l-kategoriji ta’ prestazzjoni fir-rigward tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-bini li għandhom x’jaqsmu mal-injam għall-kisi tal-art u tal-ħitan minn ġewwa u minn barra (ĠU L 79, 16.3.2006, p. 27).

79)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/600/KE tal-4 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-klassijiet ta’ prestazzjoni waqt nar minn barra għal ċerti prodotti tal-bini fir-rigward ta’ panils mimlija b’kisja doppja tal-metall għall-bjut (ĠU L 244, 7.9.2006, p. 24)

80)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/673/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/43/KE li tistabbilixxi l-klassijiet tal-imġiba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tal-pannelli b’bażi tal-injam (ĠU L 276, 7.10.2006, p. 77)

81)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/751/KE tas-27 ta’ Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2000/147/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni ta’ prodotti ta’ bini fir-reazzjoni tagħhom għan-nar (ĠU L 305, 3.9.2003, p. 8)

82)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/893/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar l-irtirar tar-referenza tal-istandard EN 1080:2005 ‘Azzar għat-tisħiħ tal-konkrit – Azzar li jsaħħaħ li jista’ jiġi wweldjat – Ġenerali’ skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 12)

83)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/348/KE tal-15 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/43/KE li tistabbilixxi l-klassijiet tal-imġiba tar-reazzjoni għan-nar għal ċerti prodotti tal-kostruzzjoni fir-rigward tal-pannelli b’bażi tal-injam (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 21)

L-Iżvizzera

100.

Il-liġi federali tat-8 ta’ Ottubru 1999 dwar il-prodotti tal-kostruzzjoni (RO 2000 3104)

101.

L-Ordinanza tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-prodotti għal kostruzzjoni (RO 2001 100)

102.

Il-Ftehim interkantonali dwar l-eliminazzjoni tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tat-23 ta’ Ottubru 1998 (RO 2003 270)

TAQSIMA II

Entitajiet li jivvalutaw il-konformità

1.

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jħejji u jżomm aġġornat, skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim, lista tal-entitajiet li jivvalutaw il-konformità.

2.

L-entitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità jista’ jiġu divrenzjati fi tliet entitajiet differenti involuti fl-attestazzjoni tal-konformità: l-entità ta’ ċertifikazzjoni, l-entità ta’ spezzjoni u l-laboratorju tal-ittestjar. Għall-għan ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu III Taqsima 3 tad-Direttiva 89/106/KEE.

TAQSIMA III

Awtoritajiet li jaħtru

Il-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jagħmel u jaġġorna lista tal-awtoritajiet li jaħtru u tal-awtoritajiet kompetenti nnotifikati mill-Partijiet.

TAQSIMA IV

Regoli speċjali relatati mal-ħatra ta’ entitajiet li jassessjaw il-konformità

Għall-ħatra tal-entitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet li jaħtru għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-Anness 2 għal dan il-Ftehim u l-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 89/106/KEE.

TAQSIMA V

Dispożizzjonijiet supplimentari

1.   L-istandards armonizzati Ewropej tal-prodotti għall-kostruzzjoni

Għall-għan ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera se tippubblika r-referenza tal-istandards armonizzati Ewropej tal-prodotti għal kostruzzjoni wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewopea skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 89/106/KEE.

Biex tiddikjara l-ekwivalenza tas-sistemi Żvizzeri ta’ attestazzjoni tal-konformità, l-Iżvizzera se żżid ma’ kull standard armonizzat tabella ta’ konverżjoni. It-tabella ta’ konverżjoni għandha tiżgura l-komparabilità tas-sistemi Żvizzeri u Ewropej tal-attestazzjoni tal-konformità filwaqt li tiddeskrivi l-proċeduri rilevanti tal-valutazzjoni tal-konformità.

2.   Id-dokumenti interpretattivi u ta’ gwida

Is-sitt Dokumenti Interpretattivi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/106/KEE u fil-Komunikazzjoni 94/C62/01 tal-Kummissjoni (ĠU C 62, 28.2.1994, p. 1) stabbiliti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 89/106/KEE għandhom japplikaw ukoll għall-fini ta’ dan il-Ftehim.

3.   L-Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej

(a)

L-Iżvizzera se jkollha d-dritt li taħtar entitajiet Żvizzeri biex joħorġu approvazzjoni teknika Ewropea. Hi għandha tiżgura li l-entitajiet maħtura jsiru membri tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Approvazzjonijiet Tekniċi (EOTA) u li jipparteċipaw fix-xogħol tagħha, b’mod partikolari biex jiġu stabbiliti linjigwida għal approvazzjonijiet tekniċi Ewropej skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/106/KEE u biex jinħarġu approvazzjonijiet tekniċi Ewropej (ETAs).

L-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim bl-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawn l-entitajiet.

Id-Deċiżjonijiet tal-EOTA għandhom japplikaw ukoll għall-fini ta’ dan il-Ftehim.

L-Approvazzjonijiet Tekniċi Ewropej jinħarġu mill-Entitajiet ta’ Approvazzjoni tal-EOTA u huma rikonoxxuti miż-żewġ Partijiet għal fini ta’ dan il-Ftehim.

(b)

‘Entità ta’ Approvazzjoni’ għandha tifisser entità pubblika jew privata li hi awtorizzata li toħroġ approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

Entitajiet ta’ approvazzjoni jinħatru mill-Partijiet skond il-proċeduri rilevanti tagħhom.

Il-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim għandu jagħmel u jaġġorna lista tal-entitajiet ta’ approvazzjoni. Għal dan l-għan, il-proċedura ta’ notifika deskritta fit-Taqsima II paragrafu 1 skond l-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim għandha tapplika wkoll b’mod simili għal entitajiet ta’ approvazzjoni.

Hawnhekk il-Partijiet jirrikonoxxu li l-entitajiet elenkati b’dan il-mod għal-fini ta’ dan il-Ftehim jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal ħruġ ta’ approvazzjonijiet tekniċi Ewropej.

4.   L-iskambji ta’ informazzjoni

skond l-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adatta ta’ dan il-kapitolu.

5.   Id-dokumentazzjoni teknika

Għandu jkun biżżejjed għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq li jkollhom disponibbli d-dokumenti tekniċi meħtieġa mill-awtoritajiet nazzjonali għall-iskopijiet tal-ispezzjoni fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet għal perjodu ta’ mill-anqas għaxar snin wara l-aħħar data tal-manifattura tal-prodott.

Il-Partijiet b’dan jintrabtu li jfornu d-dokumenti tekniċi rilevanti kollha meta mitluba mill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra.

6.   Il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq u għat-twaħħil tat-tikketti

Il-manifattur ma għandux ikun obbligat li jaħtar rappreżentant awtorizzat jew persuna responsabbli biex tqiegħed il-prodotti fis-suq stabbilita fit-territorju tal-Parti l-oħra, lanqas li jindika l-isem u l-indirizz ta’ rappreżentant awtorizzat, persuna responsabbli jew importatur fuq it-tikketta, l-ippakkajr ta’ barra jew l-istruzzjonijiet għall-użu.”