02017R2400 — MT — 01.09.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2400

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 349 29.12.2017, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/318 tad-19 ta' Frar 2019

  L 58

1

26.2.2019

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1181 tas-7 ta’ Awwissu 2020

  L 263

1

12.8.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 234, 11.9.2019, p.  32 (2017/2400)

►C2

Rettifika, ĠU L 234, 11.9.2019, p.  41 (2019/318)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2400

tat-12 ta' Diċembru 2017

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jikkomplimenta l-qafas legali għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u tal-magni fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 582/2011 billi jistabbilixxi r-regoli għall-ħruġ tal-liċenzji għall-operar ta' għodda ta' simulazzjoni bl-għan li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda li se jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni u għall-operar tal-għodda ta' simulazzjoni u għad-dikjarar tal-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati b'dan il-mod.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.  Soġġett għat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategorija N2, kif iddefiniti fl-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE, b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż is-7 500  kg u għall-vetturi kollha tal-kategorija N3, kif iddefiniti f'dak l-Anness.

▼M1

2.  Fil-każ ta' approvazzjonijiet tat-tip b'diversi stadji jew approvazzjonijiet individwali tal-vetturi msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal vetturi bażi mgħammra b'tal-inqas xażì, b'magna, bi trażmissjoni, b'fusien u b'tajers.

▼B

3.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal vetturi off-road, għal vetturi bi skop speċjali u għal vetturi bi skop speċjali off-road kif iddefiniti, rispettivament fil-punti 2.1., 2.2. u 2.3. tal-Parti A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil” tfisser proprjetajiet speċifiċi derivati għal komponent, għal unità teknika separata u għal sistema li jiddeterminaw l-impatt tal-parti fuq l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vettura;

(2) 

“data tal-input” tfisser informazzjoni dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' komponent, ta' unità teknika separata jew ta' sistema li tintuża mill-għodda ta' simulazzjoni għall-fini ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vettura;

(3) 

“informazzjoni tal-input” tfisser informazzjoni relatata mal-karatteristiċi ta' vettura li tintuża mill-għodda ta' simulazzjoni għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vettura u li mhix parti mid-data tal-input;

(4) 

“manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huma responsabbli quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess ta' ċertifikazzjoni u għall-iżgurar tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-komponent, tal-unità teknika separata jew tas-sistema li huma s-suġġett taċ-ċertifikazzjoni.

▼M1

(4a) 

“manifattur tal-vettura” tfisser korp jew persuna responsabbli għall-ħruġ tal-fajl tar-rekords tal-manifattur u l-fajl tal-informazzjoni tal-klijent skont l-Artikolu 9;

▼B

(5) 

“entità awtorizzata” tfisser awtorità nazzjonali awtorizzata minn Stat Membru biex titlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-manifatturi u l-manifatturi tal-vetturi dwar il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent speċifiku, unità teknika separata speċifika jew sistema speċifika u dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda rispettivament.

(6) 

“trażmissjoni” tfisser apparat li tal-inqas jikkonsisti f'żewġ gerijiet li jinqelbu, li jbiddlu t-torque u l-ispid bi proporzjonijiet definiti;

▼M1

(7) 

“konvertitur tat-torque” tfisser komponent ta' startjar idrodinamiku jew bħala komponent separat tad-driveline jew tat-trażmissjoni bi fluss tal-potenza serjali jew parallel li jadatta l-veloċità bejn il-magna u r-rota u jipprovdi multiplikazzjoni tat-torque;

▼B

(8) 

“komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque” jew “OTTC” tfisser komponent rotanti mqabbad mad-driveline li jipproduċi telf tat-torque dipendenti fuq il-veloċità tar-rotazzjoni tiegħu stess;

(9) 

“komponent addizzjonali tad-driveline” jew “ADC” tfisser komponent rotanti tad-driveline li jittrasferixxi jew jiddistribwixxi l-enerġija lil komponenti oħra tad-driveline u jipproduċi telf tat-torque dipendenti fuq il-veloċità tar-rotazzjoni tiegħu stess;

(10) 

“fus” tfisser xaft ċentrali għal rota rotanti jew għal ger bħala fus motorizzat ta' vettura;

(11) 

“reżistenza tal-arja” tfisser karatteristika tal-konfigurazzjoni ta' vettura rigward il-forza ajrudinamika li taġixxi fuq il-vettura bil-kontra tad-direzzjoni tal-fluss tal-arja u ddeterminata bħala prodott tal-koeffiċjent ta' reżistenza u taż-żona trażversali għal kundizzjonijiet ta' ebda riħ trasversali;

(12) 

“awżiljarji” tfisser komponenti tal-vettura inklużi fann tal-magna, sistema ta' ggwidar, sistema elettrika, sistema pnewmatika u sistema tal-kundizzjonament tal-arja (AC) li l-proprjetajiet tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tagħha ġew iddefiniti fl-Anness IX;

(13) 

“familja tal-komponenti”, “familja tal-unitajiet tekniċi separati” jew “familja tas-sistemi” tfisser ir-raggruppament mill-manifattur tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi, rispettivament, li minħabba d-disinn tagħhom għandhom proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil li huma simili;

(14) 

“komponent referenzjarju”“unità teknika separata referenzjarja” jew “sistema referenzjarja” tfisser komponent, unità teknika separata jew sistema, rispettivament, magħżula minn familja tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi, rispettivament, b'tali mod li l-proprjetajiet tagħhom relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil se jkunu l-agħar xenarju għal dik il-familja tal-komponenti, il-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew il-familja tas-sistemi;

▼M1

(15) 

“vettura tqila b'emissjonijiet żero” jew “ZE-HDV” tfisser vettura tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b'magna tal-kombustjoni interna li temetti inqas minn 1 g CO2/kWh;

(16) 

“vettura vokazzjonali” tfisser vettura tqila li ma tkunx maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għalija tintuża waħda minn dawn iċ-ċifri biex tissupplimenta l-kodiċijiet tal-bodywork, kif elenkati fl-Appendiċi 2 għall-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE: 09, 10, 15, 16, 18, 19, 20, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 31; jew tratturi b'veloċità massimu sa 79 km/h;

(17) 

“trakk riġidu” tfisser trakk li huwa mhuwiex iddisinjat jew mibni għall-irmonk ta' semitrejler;

(18) 

“trattur” tfisser unità ta' trattur iddisinjata u mibnija esklussivament jew primarjament biex tirmonka semitrejlers;

(19) 

“kabina tal-irqad” tfisser tip ta' kabina li għandha kompartiment wara s-sit tax-xufier maħsuba biex tintuża għall-irqad;

(20) 

“vettura tqila elettrika ibrida” jew “He-HDV” hija kif definit fl-Artikolu 3(15) tad-Direttiva 2007/46/KE;

(21) 

“vettura li tuża żewġ tipi ta' fjuwil” hija kif definit fl-Artikolu 2(48) tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.

Fir-rigward tal-He-HDVs, l-Artikoli 5(3), 9(1) u 12(1) għandhom japplikaw biss għall-He-HDVs meta t-tieni l-ogħla potenza massima netta tal-konvertituri kollha tal-enerġija tkun inqas minn 10 % tal-ogħla potenza massima netta tal-konvertituri kollha tal-enerġija. Il-konvertituri tal-enerġija li jintużaw biss għall-istartjar ma jitqisux f'dan ir-rigward.

▼B

Artikolu 4

Gruppi ta' vetturi

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-vetturi bil-mutur għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi ta' vetturi f'konformità mat-Tabella 1 fl-Anness I.

L-Artikoli 5 sa 22 ma japplikawx għal vetturi bil-mutur tal-gruppi ta' vetturi 0, 6, 7, 8, 13, 14, 15 u 17.

Artikolu 5

Għodod elettroniċi

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-għodod elettroniċi li ġejjin mingħajr ħlas fil-forma ta' softwer li jista' jitniżżel u eżegwibbli:

(a) 

għodda ta' simulazzjoni;

(b) 

għodod ta' preproċessar;

(c) 

għodda ta' hashing.

Il-Kummissjoni għandha tmatni l-għodod elettroniċi u tipprovdi modifiki u aġġornamenti għal dawk l-għodod.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-għodod elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni permezz ta' pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata disponibbli pubblikament.

▼M1

3.  L-għodda ta' simulazzjoni għandha tintuża għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda, jew għall-iskopijiet tad-determinazzjoni jekk dawk il-vetturi humiex ZE-HDVs, He-HDVs jew vettura li tuża żewġ tipi ta' fjuwil. L-għodda ta' simulazzjoni għandha tkun iddisinjata biex topera fuq il-bażi tal-informazzjoni tal-input kif speċifikat fl-Anness III, kif ukoll id-data tal-input imsemmija fl-Artikolu 12(1).

▼B

4.  L-għodod ta' preproċessar għandhom jintużaw għall-finijiet ta' verifika u ta' kumpilazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar u għat-twettiq ta' kalkoli addizzjonali relatati mal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' ċerti komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi u għall-konverżjoni ta' dawn f'format użat milll-għodda ta' simulazzjoni. L-għodod ta' preproċessar għandhom jintużaw mill-manifattur wara t-twettiq tat-testijiet imsemmija fil-punt 4 tal-Anness V għall-magni u fil-punt 3 tal-Anness VIII għar-reżistenza tal-arja.

▼M1

5.  L-għodda tal-hashing għandha tintuża għall-istabbiliment ta' assoċjazzjoni mingħajr ekwivoki bejn il-karatteristiċi relatati ċċertifikati tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' komponent, ta' unità teknika separata jew ta' sistema u d-dokument ta' ċertifikazzjoni tagħhom, kif ukoll għall-istabbiliment ta' assoċjazzjoni mingħajr ekwivoki bejn vettura u l-fajl tar-rekords tal-manifattur tagħha u l-fajl tal-informazzjoni tal-klijent kif imsemmi fl-Anness IV.

▼B



KAPITOLU 2

LIĊENZJA GĦALL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI GĦALL-FINIJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP FIR-RIGWARD TAL-EMISSJONIJIET U TAL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURI

Artikolu 6

Applikazzjoni għal liċenzja għall-operar tal-għodda ta' simulazzjoni bl-għan li jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda

1.  Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti għand l-awtorità tal-approvazzjoni applikazzjoni għal liċenzja biex jopera l-għodda ta' simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) bl-għan li jiddetermina l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda li jappartjenu għal grupp ta' vetturi wieħed jew iktar (“liċenzja”).

2.  L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tieħu l-forma ta' dokument ta' informazzjoni mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 għall-Anness II.

3.  L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni adegwata tal-proċessi stabbiliti mill-manifattur għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fir-rigward tal-gruppi ta' vetturi kollha kkonċernati, kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.

Din għandha tkun akkumpanjata wkoll mir-rapport ta' valutazzjoni abbozzat mill-awtorità tal-approvazzjoni wara li tagħmel valutazzjoni f'konformità mal-punt 2 tal-Anness II.

4.  Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti l-applikazzjoni għal liċenzja mfassla f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 lill-awtorità tal-approvazzjoni sa mhux iktar tard minn meta jissottometti l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura b'sistema ta' magna approvata fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, jew meta jissottometti l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigwarrd tal-emissjonijiet u tal-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta' vettura skont l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament. L-applikazzjoni għal liċenzja trid tkun tikkonċerna l-grupp ta' vetturi li jinkludi t-tip ta' vettura kkonċernata mill-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-għoti tal-liċenzja

1.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti l-liċenzja jekk il-manifattur jissottometti applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6 u juri li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II huma ssodisfati fir-rigward tal-gruppi ta' vetturi kkonċernati.

Meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II jiġu ssodisfati biss fir-rigward ta' wħud mill-gruppi ta' vetturi speċifikati fl-applikazzjoni għal liċenzja, il-liċenzja għandha tingħata biss fir-rigward ta' dawk il-gruppi ta' vetturi.

2.  Il-liċenzja għandha tinħareġ f'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 għall-Anness II.

Artikolu 8

Tibdiliet sussegwenti fil-proċessi stabbiliti għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi

1.  Liċenzja għandha tiġi estiża għall-gruppi ta' vetturi għajr dawk li għalihom ingħatat liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) jekk il-manifattur tal-vettura juri li l-proċessi stabbiliti minnu għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-gruppi ta' vetturi koperti mil-liċenzja jissodisfaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-Anness II anki fir-rigward ta' gruppi ta' vetturi oħra.

2.  Il-manifattur tal-vettura għandu japplika għal estensjoni tal-liċenzja b'konformità mal-Artikolu 6(1), (2) u (3).

3.  Wara li jikseb il-liċenzja, il-manifattur tal-vettura għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tibdila fil-proċessi stabbiliti minnu għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-gruppi ta' vetturi koperti mil-liċenzja li jista' jkollhom effett fuq il-preċiżjoni, l-affidabilità u l-istabbiltà ta' dawk il-proċessi.

4.  Mal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-manifattur tal-vettura dwar jekk il-proċessi affettwati mit-tibdiliet għadhomx koperti mil-liċenzja mogħtija, jekk il-liċenzja tridx tiġi estiża b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 jew jekk jenħtieġx li ssir applikazzjoni għal liċenzja ġdida b'konformità mal-Artikolu 6.

5.  Meta t-tibdiliet ma jkunux koperti mil-liċenzja, il-manifattur, fi żmien xahar minn meta jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, għandu japplika għal estensjoni tal-liċenzja jew għal liċenzja ġdida. Jekk il-manifattur ma japplikax għal estensjoni tal-liċenzja jew għal liċenzja ġdida sa dik l-iskadenza, jew jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutata, il-liċenzja għandha tiġi rtirata.



KAPITOLU 3

IT-TĦADDIM TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI BL-GĦAN LI JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA' CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL GĦALL-FINIJIET TAR-REĠISTRAZZJONI, TAL-BEJGĦ U TAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' VETTURI ĠODDA

Artikolu 9

Obbligu ta' determinazzjoni u ta' dikjarazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda

▼M1

1.  Il-manifattur tal-vettura għandu jiddetermina l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' kull vettura ġdida, bl-eċċezzjoni ta' ZE-HDVs, He-HDVs u vetturi li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil, li tkun se tinbiegħ, tiġi irreġistrata jew tintuża fl-Unjoni bl-użu tal-aħħar verżjoni disponibbli tal-għodda ta' simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3). Fir-rigward ta' ZE-HDVs, He-HDVs u vetturi li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil li jkunu se jinbiegħu, jiġu rreġistrati jew jitħaddmu fl-Unjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jiddetermina biss l-informazzjoni speċifikata għal dawk il-vetturi fil-mudelli stabbiliti fil-Parti I u l-Part II tal-Anness IV bl-użu tal-aħħar verżjoni disponibbli tal-għodda ta' simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3).

▼B

Manifattur tal-vettura jista' jopera l-għodda ta' simulazzjoni għall-finijiet ta' dan l-Artikolu biss jekk ikun fil-pussess ta' liċenzja mogħtija għall-grupp ta' vetturi kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 7 jew estiża għall-grupp ta' vetturi kkonċernat f'konformità mal-Artikolu 8(1).

2.  Il-manifattur tal-vettura għandu jżomm rekord tar-riżultati tas-simulazzjoni mwettqa f'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fil-fajl tar-rekords tal-manifattur imfassal f'konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti I tal-Anness IV.

Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3), u fl-Artikolu 23(6), kwalunkwe tibdila sussegwenti fil-fajl tar-rekords tal-manifattur għandha tkun ipprojbita.

▼M1

3.  Il-manifattur tal-vettura għandu joħloq hashes kriptografiċi tal-fajl tar-rekords tal-manifattur u tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent bl-użu tal-għodda tal-hashing imsemmija fl-Artikolu 5(5).

▼B

4.  Kull vettura li se tiġi rreġistrata, tinbiegħ jew titqiegħed fis-servizz għandha tkun akkumpanjata mill-fajl ta' informazzjoni għall-klijent imfassal mill-manifattur f'konformità mal-mudell stabbilit fil-Parti II għall-Anness IV.

Kull fajl ta' informazzjoni għall-klijent għandu jinkludi stampata l-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur imsemmija fil-paragrafu 3.

▼M1

5.  Kull vettura li tkun se tiġi rreġistrata, tinbiegħ jew tintuża għandha tkunu akkumpanjata minn ċertifikat ta' konformità jew, fil-każ ta' vetturi approvati skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/46/KE, ċertifikat ta' approvazzjoni individwali, inkluż marka tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur u tal-fajl tal-informazzjoni tal-klijent msemmija fil-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 10

Modifiki, aġġornamenti u ħsara fl-għodod elettroniċi

1.  Fil-każ ta' modifiki jew ta' aġġornamenti fl-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jibda juża l-għodda ta' simulazzjoni modifikata jew aġġornata mhux iktar tard minn 3 xhur wara li l-modifiki u l-aġġornamenti tqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq il-pjattaforma ddedikata ta' distribuzzjoni elettronika.

2.  Jekk l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda ma jistgħux jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 9(1) minħabba ħsara fl-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jinnotifika l-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien permezz ta' pjattaforma ddedikata ta' distribuzzjoni elettronika.

3.  Jekk l-emissjonijiet ta' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 9(1) minħabba ħsara fl-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jagħmel simulazzjoni ta' dawk il-vetturi mhux iktar tard minn 7 ijiem kalendarji wara d-data msemmija fil-punt 1. Sa dak iż-żmien, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9 għall-vetturi li għalihom id-determinazzjoni tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta' CO2 tibqa' impossibbli għandhom jiġu sospiżi.

Artikolu 11

L-aċċessibilità tal-informazzjoni ta' input u ta' output tal-għodda ta' simulazzjoni

1.  Il-fajl tar-rekords tal-manifattur flimkien maċ-ċertifikati dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi għandhom jinħażnu mill-manifattur tal-vettura għal tal-inqas 20 sena wara l-produzzjoni tal-vettura u għandhom ikunu disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni fuq talba tagħhom.

2.  Malli ssir talba minn entità awtorizzata ta' Stat Membru jew mill-Kummissjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, fi żmien 15-il jum ta' xogħol, il-fajl tar-rekords tal-manifattur.

3.  Fuq talba minn entità awtorizzata ta' Stat Membru jew mill-Kummissjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni li tat il-liċenzja f'konformità mal-Artikolu 7 jew iċċertifikat il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent, ta' unità teknika separata jew ta' sistema f'konformità mal-Artikolu 17 għandha tipprovdi, fi żmien 15-il jum ta' xogħol, id-dokument ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 6(2) jew fl-Artikolu 16(2), rispettivament.



KAPITOLU 4

PROPRJETAJIET RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-KOMPONENTI, TAL-UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI U TAS-SISTEMI

Artikolu 12

Komponenti, unitajiet tekniċi separati u sistemi rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil

1.  Id-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tinkludi informazzjoni relatata mal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi li ġejjin:

(a) 

magni;

(b) 

trażmissjonijiet;

(c) 

konvertituri tat-torque;

(d) 

komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque;

(e) 

komponenti addizzjonali tad-driveline;

(f) 

fusien;

(g) 

reżistenza tal-arja tal-karozzerija jew tat-trejler;

(h) 

awżiljarji;

(i) 

tajers.

2.  Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi msemmija fil-punti (b) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri ddeterminati, għal kull familja ta' komponenti, għal kull famlija ta' unitajiet tekniċi separati jew għal kull familja ta' sistemi, f'konformità mal-Artikolu 14 u ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 17( “valuri ċċertifikati”) jew, fin-nuqqas tal-valuri ċċertifikati, fuq il-valuri standard iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 13.

3.  Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-magni għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri ddeterminati għal kull familja tal-magna f'konformità mal-Artikolu 14 u ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 17.

4.  Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-awżiljarji għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri standard iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 13.

5.  Fil-każ ta' vettura bażi msemmija fl-Artikolu 2(2), il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi msemmija fil-punti (g) u (h) tal-paragrafu 1 li ma jistgħux jiġu ddeterminati għall-vettura bażi għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri standard. Għall-komponenti, għall-unitajiet tekniċi separati u għas-sistemi msemmija fil-punt (h), il-manifattur tal-vettura għandu jagħżel it-teknoloġija bl-ikbar telf ta' potenza.

▼M1

6.  Fil-każ ta' ZE-HDVs, He-HDVs u vetturi li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil, id-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 5 tal-Anness III.

7.  Meta l-vettura tkun se tiġi rreġistrata, tinbiegħ jew tintuża b'tajers għall-borra u tajers standard, il-manifattur tal-vettura jista' jagħżel liema tajers juża għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2.

▼B

Artikolu 13

Valuri standard

1.  Il-valuri standard għat-trażmissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 8 tal-Anness VI.

2.  Il-valuri standard għall-konvertituri tat-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 9 tal-Anness VI.

3.  Il-valuri standard għal komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 10 tal-Anness VI.

4.  Il-valuri standard għal komponenti addizzjonali tad-driveline għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 11 tal-Anness VI.

5.  Il-valuri standard għall-fusien għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 3 tal-Anness VII.

6.  Il-valuri standard għar-reżistenza tal-arja ta' karozzerija jew ta' trejler għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Appendiċi 7 tal-Anness VIII.

7.  Il-valuri standard għall-awżiljarji għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Anness IX.

▼M1

8.  Il-valur standard għat-tajers għall-borra għandu jkun dak għat-tajers C3 kif stabbilit fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼B

Artikolu 14

Valuri ċċertifikati

1.  Il-valuri ddeterminati f'konformità mal-paragrafi 2 sa 9 jistgħu jintużaw mill-manifattur tal-vettura bħala d-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni jekk huma ċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 17.

2.  Il-valuri ċċertifikati għall-magni għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 4 tal-Anness V.

3.  Il-valuri ċċertifikati għat-trażmissjonijiet għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VI.

4.  Il-valuri ċċertifikati għall-konvertituri tat-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 4 tal-Anness VI.

5.  Il-valuri ċċertifikati għal komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 5 tal-Anness VI.

6.  Il-valuri ċċertifikati għal komponenti addizzjonali tad-driveline għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 6 tal-Anness VI.

7.  Il-valuri ċċertifikati għall-fusien għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 4 tal-Anness VII.

8.  Il-valuri ċċertifikati għar-reżistenza tal-arja ta' korp jew ta' trejler għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness VIII.

9.  Il-valuri ċċertifikati għat-tajers għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Anness X.

Artikolu 15

Il-kunċett tal-familja rigward il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi li jużaw valuri ċċertifikati

1.  Soġġetti għall-paragrafi 3 sa 6, il-valuri ċċertifikati ddeterminati għal komponent referenzjarju, għal unità teknika separata referenzjarja jew għal sistema referenzjarja għandhom ikunu validi, mingħajr iktar testijiet, għall-membri tal-familja kollha f'konformità mad-definizzjoni kif stipulata:

— 
fl-Appendiċi 6 għall-Anness VI fir-rigward tal-kunċett tal-familja tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 4 għall-Anness VII fir-rigward tal-kunċett tal-familja tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 5 sal-Anness VIII fir-rigward tal-kunċett tal-familja għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-reżistenza tal-arja.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, għall-magni, il-valuri ċċertifikati għall-membri kollha ta' familja tal-magna maħluqa f'konformità mad-definizzjoni ta' familja kif stipulata fl-Appendiċi 3 għall-Anness V, għandhom jiġu derivati f'konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Anness V.

Għat-tajers, il-familja għandha tikkonsisti f'tip ta' tajer wieħed biss.

3.  Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponent referenzjarju, tal-unità teknika separata referenzjarja jew tas-sistema referenzjarja m'għandhomx ikunu aħjar mill-proprjetajiet ta' xi membru tal-istess familja.

4.  Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bl-evidenza li l-komponent referenzjarju, l-unità teknika separata referenzjarja jew is-sistema referenzjarja jirrappreżentaw bis-sħiħ lill-familja tal-komponenti, lill-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew lill-familja tas-sistemi.

Jekk, fil-qafas tal-ittestjar għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3), l-awtorità tal-approvazzjoni tiddetermina li l-komponent referenzjarju, l-unità teknika separata referenzjarja jew is-sistema referenzjarja magħżulin ma jirrappreżentawx bis-sħiħ lill-familja tal-komponenti, lill-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew lill-familja tas-sistemi, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħżel u tittestja komponent, unità teknika separata jew sistema alternattivi li mbagħad isiru komponent referenzjarju, unità teknika separata referenzjarja jew sistema referenzjarja.

5.  Fuq talba tal-manifattur, u soġġetti għall-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent speċifiku, ta' unità teknika separata speċfika jew ta' sistema speċifika għajr komponent referenzjarju, unità teknika separata referenzjarja jew sistema referenzjarja, rispettivament, jistgħu jiġu indikati fiċ-ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi.

Il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dak il-komponent speċifiku, dik l-unità teknika separata speċifika jew dik is-sistema speċifika għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 14.

6.  Meta l-karatteristiċi tal-komponent speċifiku, tal-unità teknika separata speċifika jew tas-sistema speċifika, f'termini tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil kif iddeterminati f'konformità mal-paragrafu 5, iwasslu għal valuri ogħla ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta' konsum tal-fjuwil minn dawk tal-komponent referenzjarju, tal-unità teknika separata referenzjarja jew tas-sistema referenzjarja, rispettivament, il-manifattur għandu jeskludi lil dawn mill-familja eżistenti, jassenjahom għal familja ġdida u jiddefinixxihom bħala l-komponent referenzjarju l-ġdid, l-unità teknika separata referenzjarja l-ġdida jew is-sistema referenzjarja l-ġdida għal dik il-familja jew japplika għal estensjoni taċ-ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 18.

Artikolu 16

Applikazzjoni għal ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi

1.  L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi għandha tiġi sottomessa lill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.  L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni għandha tieħu l-forma ta' dokument ta' informazzjoni mfassal f'konformità mal-mudell stabbilit:

— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet;
— 
fl-Appendiċi 3 għall-Anness VI fir-rigward tal-konvertituri tat-torque;
— 
fl-Appendiċi 4 għall-Anness VI fir-rigward ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque;
— 
fl-Appendiċi 5 għall-Anness VI fir-rigward ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja;
— 
fl-Appendiċi 2 għall-Anness X fir-rigward tat-tajers.

3.  L-applikazzjoni għal ċertifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni tal-elementi tad-disinn tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi kkonċernata li jkollhom effett mhux negliġibbli fuq il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi kkonċernati.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata wkoll mir-rapporti tat-testijiet rilevanti maħruġa minn awtorità tal-approvazzjoni, minn riżultati tat-testijiet, u minn dikjarazzjoni tal-konformità maħruġa minn awtorità tal-approvazzjoni skont il-punt 1 tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet amministrattivi għaċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi

1.  Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli kollha, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiċċertifika l-valuri relatati mal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi kkonċernata.

2.  Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil billi tuża l-mudell stabbilit:

— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness X fir-rigward tat-tajers.

3.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti numru taċ-ċertifikazzjoni f'konformità mas-sistema ta' enumerazzjoni stabbilita:

— 
fl-Appendiċi 6 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 7 għall-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 5 għall-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 8 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja;
— 
fl-Appendiċi 1 għall-Anness X fir-rigward tat-tajers.

L-awtorità tal-approvazzjoni m'għandhiex tassenja l-istess numru lil familja tal-komponenti, lil familja tal-unitajiet tekniċi separati jew lil familja tas-sistemi oħra. In-numru taċ-ċertifikazzjoni għandu jintuża bħala l-identifikatur tar-rapport tat-test.

4.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħloq hash kriptografika tal-fajl bir-riżultati tat-testijiet, li tinkludi n-numru taċ-ċertifikazzjoni, permezz tal-għodda ta' hashing imsemmija fl-Artikolu 5(5). Dan il-hashing għandu jsir eżatt wara li jiġu prodotti r-riżultati tat-testijiet. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tistampa l-hash flimkien man-numru taċ-ċertifikazzjoni fuq iċ-ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

Artikolu 18

Estensjoni biex jiġu inklużi komponent ġdid, unità teknika separata ġdida jew sistema ġdida f'familja tal-komponenti, f'familja tal-unitajiet tekniċi separati jew f'familja tas-sistemi

1.  Fuq it-talba tal-manifattur u mal-approvazzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni, komponent ġdid, unità teknika separata ġdida jew sistema ġdida jistgħu jiddaħħlu bħala membru ta' familja tal-komponenti, ta' familja tal-unitajiet tekniċi separati jew ta' familja tas-sistemi ċċertifikata jekk dawn jissodisfaw il-kriterji għad-definizzjoni tal-familja stipulati:

— 
fl-Appendiċi 3 għall-Anness V fir-rigward tal-kunċett tal-familja tal-magni;
— 
fl-Appendiċi 6 għall-Anness VI fir-rigward tal-kunċett tal-familja tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline;
— 
fl-Appendiċi 4 għall-Anness VII fir-rigward tal-kunċett tal-familja tal-fusien;
— 
fl-Appendiċi 5 sal-Anness VIII fir-rigward tal-kunċett tal-familja għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-reżistenza tal-arja.

F'dawn il-każijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha toħroġ ċertifikat rivedut denotat b'numru tal-estensjoni.

Il-manifattur għandu jimmodifika d-dokument ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 16(2) u jipprovdih lill-awtorità tal-approvazzjoni.

2.  Meta l-karatteristiċi tal-komponent speċifiku, tal-unità teknika separata speċifika jew tas-sistema speċifika, f'termini tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil kif iddeterminati f'konformità mal-paragrafu 1, iwasslu għal valuri ogħla ta' emissjonijiet ta' CO2 u ta' konsum tal-fjuwil minn dawk tal-komponent referenzjarju, tal-unità teknika separata referenzjarja jew tas-sistema referenzjarja, rispettivament, il-komponent il-ġdid, l-unità teknika separata l-ġdida jew is-sistema l-ġdida għandhom isiru l-komponent referenzjarju l-ġdid, l-unità teknika separata referenzjarja l-ġdida jew is-sistema referenzjarja l-ġdida.

Artikolu 19

Tibdiliet sussegwenti rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi

1.  Il-manifattur għandu jinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni bi kwalunkwe tibdil fil-disinn jew fil-proċess tal-manifattura tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi kkonċernati li jseħħu wara ċ-ċertifikazzjoni tal-valuri relatati mal-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi rilevanti skont l-Artikolu 17 u li jista' jkollhom effett mhux negliġibbli fuq il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dawk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi.

2.  Mal-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinforma lill-manifattur jekk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew is-sistemi affettwati mit-tibdiliet għadhomx koperti miċ-ċertifikat maħruġ, jew jekk hemmx bżonn li jsiru iktar testijiet b'konformità mal-Artikolu 14 biex jiġi vverifikat l-impatt tat-tibdiliet fuq il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsenja tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi kkonċernati.

3.  Meta l-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew is-sistemi affettwati mit-tibdiliet ma jkunux koperti miċ-ċertifikat, il-manifattur, fi żmien xahar minn meta jirċievi dik l-informazzjoni mingħand l-awtorità tal-approvazzjoni, għandu japplika għal ċertifikazzjoni ġdida jew għal estensjoni skont l-Artikolu 18. Jekk il-manifattur ma japplikax għal ċertifikazzjoni ġdida jew għal estensjoni sa dik l-iskadenza, jew jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutat, iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat.



KAPITOLU 5

KONFORMITÀ TAL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI, TAL-INFORMAZZJONI TAL-INPUT U TAD-DATA TAL-INPUT

Artikolu 20

▼M1

Ir-responsabbiltajiet tal-manifattur tal-vettura, tal-awtorità tal-approvazzjoni u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità tal-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni

▼B

1.  Il-manifattur tal-vettura għandu jieħu l-miżuri nċessarji biex jiżgura li l-proċessi stabbiliti għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-gruppi ta' vetturi kollha koperti mil-liċenzja mogħtija skont l-Artikolu 7 jew l-estensjoni għal-liċenzja skont l-Artikolu 8(1) jibqgħu adegwati għal dak l-għan.

▼M1

Fuq bażi annwali, il-manifattur tal-vettura għandu jwettaq il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika stabbilita fl-Anness Xa fuq numru minimu ta' vetturi skont il-punt 3 ta' dak l-Anness. Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena u skont il-punt 8 tal-Anness Xa, il-manifattur tal-vettura għandhom jipprovdi rapport tat-test lill-awtorità tal-approvazzjoni għal kull vettura ttestjata, għandu jżomm ir-rapporti tat-test għal tul ta' mill-inqas 10 snin u fuq talba għandu jagħmilhom disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħra.

▼B

2.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħmel valutazzjoni erba' darbiet fis-sena kif imsemmi fil-punt 2 tal-Anness II biex tivverifika jekk il-proċessi stabbiliti mill-manifattur għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-gruppi ta' vetturi kollha koperti mil-liċenzja għadhomx adegwati. Il-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll verifika tal-għażla tal-informazzjoni tal-input u tad-data tal-input u repetizzjoni tas-simulazzjonijiet imwettqa mill-manifattur.

▼M1

Meta vettura tfalli l-proċedura tal-ittestjar għall-verifika stabbilita fl-Anness Xa, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibda investigazzjoni biex tiddetermina l-kawża ta' dak il-falliment, skont l-Anness Xa. Malli l-awtorità tal-approvazzjoni tiddetermina l-kawża tal-falliment, din għandha tinforma l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri dwar dan.

Jekk il-kawża tan-nuqqas tkun marbuta mal-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni, għandu japplika l-Artikolu 21. Jekk il-kawża tal-falliment tkun marbuta mal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponenti, ta' unitajiet tekniċi separati u ta' sistemi, għandu japplika l-Artikolu 23.

Jekk ma jinstabu l-ebda irregolaritajiet fiċ-ċertifikazzjoni ta' komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi u l-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrapporta l-falliment tal-vettura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga jekk l-għodda ta' simulazzjoni jew il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika stabbilita fl-Anness Xa ikkawżatx il-vettura biex tfalli u jekk ikunx meħtieġ titjib tal-għodda ta' simulazzjoni jew il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika.

▼B

Artikolu 21

Miżuri ta' rimedju għall-konformità tal-operar tal-għodda ta' simulazzjoni

1.  Meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib, skont l-Artikolu 20(2), li l-proċessi stabbiliti mill-manifattur tal-vettura għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-gruppi ta' vetturi kkonċernati mhumiex konformi mal-liċenzja jew ma' dan ir-Regolament jew jistgħu jwasslu għal determinazzjoni żbaljata tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi kkonċernati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur biex jissottometti pjan ta' miżuri ta' rimedju mhux iktar tard minn 30 jum kalendarju wara li jirċievi t-talba mingħand l-awtorità tal-approvazzjoni.

Meta l-manifattur tal-vettura juri li hemm bżonn ta' iktar żmien għas-sottomissjoni tal-pjan ta' miżuri ta' rimedju, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħti estensjoni sa 30 jum kalendarju.

2.  Il-pjan ta' miżuri ta' rimedju għandu japplika għall-gruppi ta' vetturi kollha li jiġu identifikati mill-awtorità tal-approvazzjoni fit-talba tagħha.

3.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju fi żmien 30 jum tal-kalendarju mir-riċevuta tiegħu. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika lill-manifattur u lill-Istati Membri kollha l-oħra bid-deċiżjoni tagħha li tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob lill-manifattur tal-vettura joħroġ fajl tar-rekords tal-manifattur, fajl ta' informazzjoni għall-klijent u ċertifikat tal-konformità ġdid fuq il-bażi ta' determinazzjoni ġdida tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li jirriflettu t-tibdiliet implimentati f'konformità mal-pjan approvat tal-miżuri ta' rimedju.

4.  Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pjan approvat ta' miżuri ta' rimedju.

5.  Meta l-pjan tal-miżuri ta' rimedju jiġi rifjutat mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li l-miżuri ta' rimedju mhumiex qed jiġu applikati kif suppost, din għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità tal-operar tal-għodda ta' simulazzjoni, jew tirtira l-liċenzja.

Artikolu 22

Responsabbiltajiet tal-manifattur u tal-awtorità tal-approvazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi.

1.  Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji f'konformità mal-Anness X għad-Direttiva 2007/46/KE biex jiżgura li l-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi elenkati fl-Artikolu 12(1) li kienu s-suġġett taċ-ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 17 ma jitbegħdux mill-valuri ċċertifikati.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

— 
il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 4 għall-Anness V fir-rigward tal-magni;
— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punt 7 tal-Anness VI fir-rigward tat-trażmissjonijiet;
— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punti 5 u 6 tal-Anness VII fir-rigward tal-fusien;
— 
il-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi 6 għall-Anness VIII fir-rigward tar-reżistenza tal-arja tal-karozzerija jew tat-trejler;
— 
il-proċeduri stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness X fir-rigward tat-tajers.

Meta l-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' membru ta' familja tal-komponenti, ta' familja tal-unitajiet tekniċi separati jew ta' familja tas-sistemi jkunu ġew iċċertifikati f'konformità mal-Artikolu 15(5), il-valur referenzjarju għall-verifika tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandu jkun dak iċċertifikat għal dan il-membru tal-familja.

Meta jiġi identifikat tbegħid mill-valuri ċċertifikati bħala riżultat tal-miżuri msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-manifattur għandu jinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni dwar dan minnufih.

2.  Il-manifattur għandu jipprovdi, fuq bażi annwali, ir-rapporti ta' ttestjar li fihom ir-riżultati tal-proċeduri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 lill-awtorità tal-approvazzjoni li ċċertifikat il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi kkonċernata. Il-manifattur għandu jqiegħed ir-rapporti tat-testijiet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fuq talba.

3.  Il-manifattur għandu jiżgura li tal-inqas waħda minn kull 25 proċedura msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jew, b'eċċezzjoni għat-tajers, tal-inqas proċedura waħda fis-sena, relatata ma' familja tal-komponenti, ma' familja tal-unitajiet tekniċi separati jew ma' familja tas-sistemi tkun issorveljata minn awtorità tal-approvazzjoni differenti minn dik li ħadet sehem fiċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati jew tal-familja tas-sistemi kkonċernata skont l-Artikolu 16.

4.  Kwalunkwe awtorità tal-approvazzjoni tista' fi kwalunkwe ħin tagħmel verifiki relatati mal-komponenti, mal-unitajiet tekniċi separati u mas-sistemi fi kwalunkwe waħda mill-faċilitajiet tal-manifattur u tal-manifattur tal-vettura biex tivverifika jekk il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dawk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi jitbegħdux mill-valuri ċċertifikati.

Il-manifattur u l-manifattur tal-vettura għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni fi żmien 15-il jum ta' xogħol mit-talba tal-awtorità tal-approvazzjoni b'kull dokument, kampjun u materjal ieħor rilevanti fil-pussess tiegħu u neċessarji biex isiru l-verifiki relatati ma' komponent, ma' unità teknika separata jew ma' sistema.

Artikolu 23

Miżuri ta' rimedju għall-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi

▼M1

1.  Meta, skont l-Artikolu 20 u 22, l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-kejlijiet meħuda mill-manifattur biex jiżgura li l-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi elenkati fl-Artikolu 12(1) u li kienu s-suġġett ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 17 ma jiddevjawx mill-valuri ċċertifikati mhumiex adegwati, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-manifattur jissottometti pjan ta' miżuri ta' rimedju mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju wara l-wasla tat-talba mingħand l-awtorità tal-approvazzjoni.

▼B

Meta l-manifattur juri li hemm bżonn ta' iktar żmien għas-sottomissjoni tal-pjan ta' miżuri ta' rimedju, l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tagħti estensjoni sa 30 jum kalendarju.

2.  Il-pjan ta' miżuri ta' rimedju għandu japplika għall-familji tal-komponenti, għall-familji tal-unitajiet tekniċi separati jew għall-familji tas-sistemi kollha li jiġu identifikati mill-awtorità tal-approvazzjoni fit-talba tagħha.

3.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju fi żmien 30 jum tal-kalendarju mir-riċevuta tiegħu. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tinnotifika lill-manifattur u lill-Istati Membri kollha l-oħra bid-deċiżjoni tagħha li tapprova jew tirrifjuta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju.

L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob lill-manifatturi tal-vetturi li installaw il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi kkonċernati fil-vetturi tagħhom biex joħorġu fajl tar-rekords tal-manifattur, fajl ta' informazzjoni għall-klijent u ċertifikat tal-konformità ġdid fuq il-bażi tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' dawk il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi miksuba permezz tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(1).

4.  Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-pjan approvat ta' miżuri ta' rimedju.

5.  Il-manifattur għandu jżomm rekord ta' kull komponent, unità teknika separata jew sistema msejħa lura u msewwija jew modifikati, li għandu jinkludi wkoll dettalji dwar l-istabbiliment li jkun għamel it-tiswija. L-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għal dawk ir-rekords fuq talba matul l-eżekuzzjoni tal-pjan ta' miżuri ta' rimedju u għal perjodu ta' 5 snin wara t-tlestija tal-eżekuzzjoni tiegħu.

6.  Meta l-pjan ta' miżuri ta' rimedju jkun ġie rifjutat mill-awtorità tal-approvazzjoni, jew l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li l-miżuri ta' rimedju mhumiex qed jiġu applikati kif suppost, din għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura l-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familja tal-komponenti, tal-familja tal-unitajiet tekniċi separati u tal-familja tas-sistemi kkonċernati, jew tirtira ċ-ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.



KAPITOLU 6

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 10(3), meta ma jiġux irrispettati l-obbligi msemmija fl-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew it-tqegħid fis-servizz:

▼M1

(a) 

vetturi fil-gruppi 4, 5, 9 u 10 inkluż is-sottogrupp “v” f'kull grupp ta' vetturi, kif definit fit-Tabella 1 tal-Anness I, sa mill-1 ta' Lulju 2019;

▼B

(b) 

tal-vetturi fil-gruppi 1, 2 u 3, kif iddefiniti fit-Tabella 1 tal-Anness I, mill-1 ta' Jannar 2020;

(c) 

tal-vetturi fil-gruppi 11, 12 u 16, kif iddefiniti fit-Tabella 1 tal-Anness I, mill-1 ta' Lulju 2020.

2.  Minkejja l-paragrafu 1(a), l-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2019 fir-rigward tal-vetturi kollha fil-gruppi 4, 5, 9 u 10 bid-data tal-produzzjoni fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara. ►M1  Għall-vetturi fis-sottogrupp “v” ta' xi wieħed minn dawk il-gruppi ta' vetturi, għandu japplika l-obbligu msemmi fl-Artikolu 9 mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. ◄

▼M1

Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, id-data tal-produzzjoni għandha tfisser:

(a) 

id-data tal-firma taċ-ċertifikat tal-konformità;

(b) 

fejn ma jkunx inħareġ ċertifikat tal-konformità, id-data li fiha n-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura jkun twaħħal għall-ewwel darba fuq il-partijiet rilevanti tal-vettura.

3.  It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(1) u t-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 20(2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2020. Il-miżuri ta' rimedju skont l-Artikoli 21(5) u 23(6) għandhom japplikaw skont investigazzjoni dwar il-falliment tal-vettura fil-proċedura tal-ittestjar għall-verifika stabbilita fl-Anness Xa mill-1 ta' Lulju 2023.

▼B

Artikolu 25

Emenda għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi I, III, IV, IX u XV tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati f'konformità mal-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 582/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat kif ġej:

(1) 

Fl-Artikolu 3(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Sabiex jirċievi approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura b'sistema approvata ta' magna fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, jew approvazzjoni tat-tip tal-UE ta' vettura fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, il-manifattur għandu juri wkoll li huma ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 ( *1 ) fir-rigward tal-grupp ikkonċernat ta' vetturi. Madankollu, dak ir-rekwiżit m'għandux japplika meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2400 għall-grupp rispettiv ta' vetturi.

(2) 

L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1a, il-punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(d) l-eċċezzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-punti 3.1 tal-Anness VII għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1 u 6.1 tal-Anness X għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1, 4.1, 5.1, 7.1, 8.1 u 10.1 tal-Anness XIII għal dan ir-Regolament, u l-punt 1.1 tal-Appendiċi 6 għall-Anness XIII għal dan ir-Regolament japplikaw;”;

(b) 

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(e) ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/2400 huma ssodisfati fir-rigward tal-grupp ta' vetturi kkonċernat, ħlief meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-grupp rispettiv ta' vetturi.”;

(3) 

L-Artikolu 10 hu emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1a, il-punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(d) l-eċċezzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti fil-punti 3.1 tal-Anness VII għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1 u 6.1 tal-Anness X għal dan ir-Regolament, il-punti 2.1, 4.1, 5.1, 7.1, 8.1 u 10.1.1 tal-Anness XIII għal dan ir-Regolament, u l-punt 1.1 tal-Appendiċi 6 għall-Anness XIII għal dan ir-Regolament japplikaw;”;

(b) 

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(e) ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/2400 huma ssodisfati fir-rigward tal-grupp ta' vetturi kkonċernat, ħlief meta l-manifattur jindika li l-vetturi l-ġodda tat-tip li għandu jiġi approvat mhux se jiġu rreġistrati, jinbiegħu jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni fid-dati jew wara d-dati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-grupp rispettiv ta' vetturi.”.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

KLASSIFIKAZZJONI TAL-VETTURI FI GRUPPI TA' VETTURI

1.   Klassifikazzjoni tal-vetturi għall-fini ta' dan ir-Regolament

1.1   Klassifikazzjoni tal-vetturi tal-kategorija N

▼M1



Tabella 1

Gruppi ta' vetturi għall-vetturi tal-kategorija N

Deskrizzjoni tal-elementi rilevanti għall-klassifikazzjoni fil-gruppi ta' vetturi

Grupp ta' vetturi

Allokazzjoni tal-profil tal-missjoni u tal-konfigurazzjoni tal-vetturi

Konfigurazzjoni tal-fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (tunnellati)

Distanza twila

Distanza twila (EMS)

Konsenja reġjonali

Konsenja reġjonali (EMS)

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

4 ×2

Trakk riġidu

> 3,5 –7,5

(0)

 

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 7,5 – 10

1

 

 

R

 

R

 

 

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 10 – 12

2

R+T1

 

R

 

R

 

 

Trakk riġidu (jew trattur) (*1)

> 12 – 16

3

 

 

R

 

R

 

 

Trakk riġidu

> 16

4

R+T2

 

R

 

R

R

 

Trattur

> 16

5

T+ST

T+ST+T2

T+ST

T+ST+T2

T+ST

 

 

Trakk riġidu

> 16

4v (*2)

 

 

 

 

 

R

R

Trattur

> 16

5v (*2)

 

 

 

 

 

 

T+ST

4 × 4

Trakk riġidu

> 7,5 – 16

(6)

 

Trakk riġidu

> 16

(7)

 

Trattur

> 16

(8)

 

6 × 2

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

9

R+T2

R+D+ST

R

R+D+ST

 

R

 

Trattur

il-piżijiet kollha

10

T+ST

T+ST+T2

T+ST

T+ST+T2

 

 

 

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

9v (*2)

 

 

 

 

 

R

R

Trattur

il-piżijiet kollha

10v (*2)

 

 

 

 

 

 

T+ST

6 × 4

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

11

R+T2

R+D+ST

R

R+D+ST

 

R

R

Trattur

il-piżijiet kollha

12

T+ST

T+ST+T2

T+ST

T+ST+T2

 

 

T+ST

6 × 6

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

(13)

 

Trattur

il-piżijiet kollha

(14)

 

8 × 2

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

(15)

 

8 × 4

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

16

 

 

 

 

 

 

R

8 × 6 8 × 8

Trakk riġidu

il-piżijiet kollha

(17)

 

(*1)   F'dawn il-klassijiet ta'vetturi, it-tratturi huma ttrattati bħala trakkijiet riġidi iżda b'piż speċifiku tat-trattur mingħajr tagħbija.

(*2)   Sottogrupp “v” tal-gruppi ta' vetturi 4, 5, 9 u 10: dawn il-profili tal-missjoni huma applikabbli biss għal vetturi vokazzjonali.

(*)  EMS - Sistema Modulari Ewropea

T = Trattur

R = Trakk riġidu u karozzerija standard

T1, T2 = Trejlers standard

ST = Semitrejler standard

D = Riffieda (dolly) standard

▼B




ANNESS II

REKWIŻITI U PROĊEDURI RELATATI MAL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI

1.   Il-proċessi li għandhom jiġu stabbiliti mill-manifattur tal-vettura biex jopera l-għodda ta' simulazzjoni

1.1. Il-manifattur għandu jistabbilixxi tal-inqas il-proċessi li ġejjin:

1.1.1 

Sistema ta' ġestjoni tad-data li tkopri l-kisba minn sors, il-ħżin, l-immaniġġjar u s-sejbien tal-informazzjoni tal-input u tad-data tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni kif ukoll l-immaniġġjar taċ-ċertifikati dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-familji tal-komponenti, tal-familji tal-unitajiet tekniċi separati u tal-familji tas-sistemi. Is-sistema ta' ġestjoni tad-data għandha tal-inqas:

(a) 

tiżgura l-applikazzjoni tal-informazzjoni tal-input u tad-data tal-input korretti għall-konfigurazzjonijiet speċifiċi tal-vetturi

(b) 

tiżgura l-kalkolu u l-applikazzjoni korretti tal-valuri standard;

(c) 

tivverifika, billi tqabbel hashes kriptografiċi, li l-fajls tal-input tal-familji tal-komponenti, tal-familji tal-unitajiet tekniċi separati u tal-familji tas-sistemi li jintużaw għas-simulazzjoni jikkorrispondu għad-data tal-input tal-familji tal-komponenti, tal-familji tal-unitajiet tekniċi separati u tal-familji tas-sistemi li għalihom ingħatat iċ-ċertifikazzjoni;

(d) 

tinkludi bażi tad-data protetta għall-ħżin tad-data tal-input relatata mal-familji tal-komponenti, mal-familji tal-unitajiet tekniċi separati jew mal-familji tas-sistemi u taċ-ċertifikati korrispondenti dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil;

(e) 

tiżgura l-ġestjoni korretta tat-tibdiliet fl-ispeċifikazzjonijiet u tal-aġġornamenti tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi;

(f) 

tippermetti t-traċċar tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi wara li tiġi prodotta l-vettura.

1.1.2 

Sistema ta' ġestjoni tad-data li tkopri s-sejbien tal-informazzjoni tal-input u tad-data tal-input u tal-kalkoli permezz tal-għodda ta' simulazzjoni u l-ħżin tad-data tal-output. Is-sistema ta' ġestjoni tad-data għandha tal-inqas:

(a) 

tiżgura applikazzjoni korretta tal-hashes kriptografiċi;

(b) 

tinkludi bażi tad-data protetta għall-ħżin tad-data tal-output;

1.1.3 

Proċess għall-konsultazzjoni tal-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 10(1) u (2), kif ukoll għat-tniżżil u għall-installazzjoni tal-aħħar verżjonijiet tal-għodda ta' simulazzjoni.

1.1.4 

Taħriġ xieraq tal-persunal li jaħdem bl-għodda ta' simulazzjoni.

2.   Valutazzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni

2.1. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika jekk ġewx stabbiliti l-proċessi previsti fil-punt 1 relatati mal-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni.

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika dan li ġej ukoll:

(a) 

il-funzjonament tal-proċessi previsti fil-punti 1.1.1., 1.1.2 u 1.1.3 u l-applikazzjoni tar-rekwiżit previst fil-punt 1.1.4.;

(b) 

li l-proċessi użati matul id-dimostrazzjoni huma applikati bl-istess mod fil-faċilitajiet tal-produzzjoni kollha li jimmanifatturaw il-grupp ta' vetturi kkonċernat;

(c) 

il-kompletezza tad-deskrizzjoni tal-flussi tad-data u tal-proċessi tal-operazzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi.

Għall-finijiet tal-punt (a) tat-tieni paragrafu, il-verifika għandha tinkludi d-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil ta' mill-inqas vettura waħda minn kull wieħed mill-gruppi ta' vetturi li għalihom saret l-applikazzjoni għal-liċenzja.




Appendiċi 1

MUDELL TA' DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI GĦALL-FINIJIET TAL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI BL-GĦAN LI JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA' CO2 U L-KONSUM TAL-FJUWIL TA' VETTURI ĠODDA

TAQSIMA I

1

Isem u indirizz tal-manifattur:

2

L-impjanti tal-assemblaġġ li għalihom ġew stabbiliti l-proċessi msemmija fil-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 bl-għan li tiġi operata l-għodda ta' simulazzjoni:

3

Gruppi ta' vetturi koperti:

4

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm)

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1.

Deskrizzjoni tal-invenzjoni tal-immaniġġjar tal-fluss tad-data u tal-proċess (eż. flow chart)

1.2

Deskrizzjoni tal-proċess ta' mmaniġġjar tal-kwalità

1.3

Ċertifikati addizzjonali tal-immaniġġjar tal-kwalità (jekk ikun hemm)

1.4

Deskrizzjoni tal-kisba tas-sors, tal-immaniġġjar u tal-ħżin tad-data tal-għodda ta' simulazzjoni

1.5

Dokumenti addizzjonali (jekk ikun hemm)

2.

Data: …

3.

Firma: …




Appendiċi 2

MUDELL TA' LIĊENZJA GĦALL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI BL-GĦAN LI JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ĠODDA

Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

LIĊENZJA GĦALL-OPERAR TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI BL-GĦAN LI JIĠU DDETERMINATI L-EMISSJONIJIET TA' CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ĠODDA



Timbru tal-amministrazzjoni

— l-għoti (1)

— l-estensjoni (1)

— ir-rifjut (1)

— l-irtirar (1)

Komunikazzjoni dwar:

(1)   Ħassar meta mhux applikabbli (hemm każijiet li fihom ma jkun meħtieġ li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn entrata waħda)

tal-liċenzja għall-operar tal-għodda ta' simulazzjoni fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 kif implimentat mir-Regolament (UE) 2017/2400.

Numru tal-liċenzja:

Raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.2

L-impjanti tal-assemblaġġ li għalihom ġew stabbiliti l-proċessi msemmija fil-punt 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 bl-għan li tiġi operata l-għodda ta' simulazzjoni

0.3

Gruppi ta' vetturi koperti:

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali

1.1

Rapport ta' valutazzjoni mfassal minn awtorità tal-approvazzjoni

1.2.

Deskrizzjoni tal-invenzjoni tal-immaniġġjar tal-fluss tad-data u tal-proċess (eż. flow chart)

1.3.

Deskrizzjoni tal-proċess ta' mmaniġġjar tal-kwalità

1.4.

Ċertifikati addizzjonali tal-immaniġġjar tal-kwalità (jekk ikun hemm)

1.5.

Deskrizzjoni tal-kisba tas-sors, tal-immaniġġjar u tal-ħżin tad-data tal-għodda ta' simulazzjoni

1.6

Dokumenti addizzjonali (jekk ikun hemm)

2.

Awtorità tal-approvazzjoni responsabbli għat-twettiq tal-valutazzjoni

3.

Data tar-rapport ta' valutazzjoni

4.

Numru tar-rapport ta' valutazzjoni

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum

6.

Post

7.

Data

8.

Firma




ANNESS III

INFORMAZZJONI TAL-INPUT RELATATA MAL-KARATTERISTIKA TAL-VETTURA

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jiddeskrivi l-lista ta' parametri li jridu jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-iskema XML applikabbli kif ukoll id-data ta' eżempju huma disponibbli fil-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata.

2.   Definizzjonijiet

▼M1

(1) 

“ID tal-parametru”: Identifikatur uniku kif użat fl-għodda ta' simulazzjoni għal parametru speċifiku tal-input jew għal sett ta' data tal-input

▼B

(2) 

“Tip”: Tip ta' data tal-parametru

sensiela ta' karattri …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1

token …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1, ebda spazju abjad fil-bidu/fl-aħħar

data …

data u ħin f'ħin UTC fil-format: SSSS-XX-JJTSS:MM:SSZ bl-ittri korsivi li jiddenotaw karattri fissi eż. “2002-05-30T09:30:10Z”

numru sħiħ …

valur b'tip ta' data integrali, ebda żero fil-bidu, eż. “1800”

doppju, X …

numru frazzjonali b'numru preċiż X ta' figuri wara l-punt deċimali (“.”) u ebda żero fil-bidu, eż. għal “doppju, 2”: “2345.67”; għal “doppju, 4”: “45.6780”

(3) 

“Unità” … unità fiżika tal-parametru

(4) 

“massa attwali kkoreġuta tal-vettura” għandha tfisser il-massa kif speċifikata taħt il-“massa attwali tal-vettura” f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1230/2012 ( 2 ) b'eċċezzjoni għat-tank(ijiet) li għandhom jimtlew sa mill-inqas 50 % tal-kapaċità(jiet) tiegħu/tagħhom, mingħajr superstruttura u kkoreġuta bil-piż addizzjonali tat-tagħmir standard mhux installat kif speċifikat fil-punt 4.3 u l-massa ta' karozzerija standard, ta' semitrejler standard jew ta' trejler standard għas-simulazzjoni tal-vettura sħiħa jew għall-kombinazzjoni sħiħa ta' vettura-(semi)trejler.

Il-partijiet kollha li huma mmuntati fuq u fil-qafas ewlieni huma meqjusa bħala partijiet tas-superstruttura jekk jiġu installati biss għall-iffaċilitar ta' superstruttura, indipendentement mill-partijiet neċessarji għall-kundizzjonijiet ta' sewqan.

3.   Sett ta' parametri tal-input

▼C2



Tabella 1

Parametri tal-inputVehicle/General

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P235

token

[-]

 

ManufacturerAddress

P252

token

[-]

 

Model

P236

token

[-]

 

VIN

P238

token

[-]

 

Date

P239

dateTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

LegislativeClass

P251

string

[-]

Valuri permessi: “N2”, “N3”

VehicleCategory

P036

string

[-]

Valuri permessi: “Rigid Lorry”, “Tractor”

AxleConfiguration

P037

string

[-]

Valuri permessi: “4x2”, “6x2”, “6x4”, “8x4”

CurbMassChassis

P038

int

[kg]

 

GrossVehicleMass

P041

int

[kg]

 

IdlingSpeed

P198

int

[1/min]

 

RetarderType

P052

string

[-]

Valuri permessi: “None”, “Losses included in Gearbox”, “Engine Retarder”, “Transmission Input Retarder”, “Transmission Output Retarder”

RetarderRatio

P053

double, 3

[-]

 

AngledriveType

P180

string

[-]

Valuri permessi: “None”, “Losses included in Gearbox”, “Separate Angledrive”

PTOShaftsGearWheels (1)

P247

string

[-]

Valuri permessi: “none”, “only the drive shaft of the PTO”, “drive shaft and/or up to 2 gear wheels”, “drive shaft and/or more than 2 gear wheels”, “only one engaged gearwheel above oil level”

PTOOtherElements (1)

P248

string

[-]

Valuri permessi: “none”, “shift claw, synchronizer, sliding gearwheel”, “multi-disc clutch”, “multi-disc clutch, oil pump”

CertificationNumberEngine

P261

token

[-]

 

CertificationNumberGearbox

P262

token

[-]

 

CertificationNumberTorqueconverter

P263

token

[-]

 

CertificationNumberAxlegear

P264

token

[-]

 

CertificationNumberAngledrive

P265

token

[-]

 

CertificationNumberRetarder

P266

token

[-]

 

CertificationNumberTyre

P267

token

[-]

 

CertificationNumberAirdrag

P268

token

[-]

 

ZeroEmissionVehicle

P269

boolean

[-]

 

VocationalVehicle

P270

boolean

[-]

 

NgTankSystem

P275

string

[-]

Valuri permessi: “Compressed”, “Liquefied” Rilevanti biss għal vetturi b'magni tat-tip ta' fjuwil “NG PI” (P193)

Sleeper cab

P276

boolean

[-]

 

(1)   F'każ ta' PTOs multipli mmuntati mat-trażmissjoni, għandu jiġi ddikjarat biss il-komponent bl-ogħla telf skont il-punt 3.6 tal-Anness IX, għall-kombinazzjoni tiegħu tal-kriterji “PTOShaftsGearWheel” u “PTOShaftsOtherElements”.



Tabella 2

Parametri tal-input “Vehicle/AxleConfiguration” għal kull fus tar-rota

▼C1

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

TwinTyres

P045

boolean

[-]

 

AxleType

P154

string

[-]

Valuri permessi: “VehicleNonDriven”, “VehicleDriven”

Steered

P195

boolean

 

 



Tabella 3

Parametri tal-input “Vehicle/Auxiliaries”

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Fan/Technology

P181

string

[-]

Valuri permessi: “Crankshaft mounted - Electronically controlled visco clutch”, “Crankshaft mounted - Bimetallic controlled visco clutch”, “Crankshaft mounted - Discrete step clutch”, “Crankshaft mounted - On/off clutch”, “Belt driven or driven via transm. - Electronically controlled visco clutch”, “Belt driven or driven via transm. - Bimetallic controlled visco clutch”, “Belt driven or driven via transm. - Discrete step clutch”, “Belt driven or driven via transm. - On/off clutch”, “Hydraulic driven - Variable displacement pump”, “Hydraulic driven - Constant displacement pump”, “Electrically driven - Electronically controlled”

SteeringPump/Technology

P182

string

[-]

Valuri permessi: “Fixed displacement”, “Fixed displacement with elec. Control”, “Dual displacement”, “Variable displacement mech. Controlled”, “Variable displacement elec. Controlled”, “Electric”

Entrata separata għal kull fus tar-rota direzzjonali meħtieġ

ElectricSystem/Technology

P183

string

[-]

Valuri permessi: “Standard technology”, “Standard technology - LED headlights, all”

PneumaticSystem/Technology

P184

string

[-]

Valuri permessi: “Small”, “Small + ESS”, “Small + visco clutch”, “Small + mech. Clutch”, “Small + ESS + AMS”, “Small + visco clutch + AMS”, “Small + mech. clutch + AMS”, “Medium Supply 1-stage”, “Medium Supply 1-stage + ESS”, “Medium Supply 1-stage + visco clutch”, “Medium Supply 1-stage + mech. Clutch”, “Medium Supply 1-stage + ESS + AMS”, “Medium Supply 1-stage + visco clutch + AMS”, “Medium Supply 1-stage + mech. clutch + AMS”, “Medium Supply 2-stage”, “Medium Supply 2-stage + ESS”, “Medium Supply 2-stage + visco clutch”, “Medium Supply 2-stage + mech. Clutch”, “Medium Supply 2-stage + ESS + AMS”, “Medium Supply 2-stage + visco clutch + AMS”, “Medium Supply 2-stage + mech. clutch + AMS”, “Large Supply”, “Large Supply + ESS”, “Large Supply + visco clutch”, “Large Supply + mech. Clutch”, “Large Supply + ESS + AMS”, “Large Supply + visco clutch + AMS”, “Large Supply + mech. clutch + AMS”; “Vacuum pump”

▼M1

HVAC/Technology

P185

string

[-]

Valuri permessi: “None”, “Default”

▼C1



Tabella 4

Parametri tal-input “Vehicle/EngineTorqueLimits” għal kull ger (fakultattiv)

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Gear

P196

integer

[-]

in-numri tal-gerijiet biss iridu jiġu speċifikati meta jkunu applikabbli l-limiti tat-torque tal-magna relatati mal-vettura skont il-punt 6

MaxTorque

P197

integer

[Nm]

 

▼M1



Tabella 5

Parametri tal-input għal ZE-HDVs, He-HDVs u vetturi li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P235

token

[-]

 

ManufacturerAddress

P252

token

[-]

 

Model

P236

token

[-]

 

VIN

P238

token

[-]

 

Date

P239

dateTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

LegislativeClass

P251

string

[-]

Valuri Permessi: “N2”, “N3”

VehicleCategory

P036

string

[-]

Valuri Permessi: “Rigid Lorry”, “Tractor”

CurbMassChassis

P038

int

[kg]

 

GrossVehicleMass

P041

int

[kg]

 

MaxNetPower1

P277

int

[W]

Jekk He-HDV = Y: l-ogħla potenza massima netta tal-konvertituri kollha tal-enerġija, li huma marbuta mad-driveline tal-vettura jew mar-roti

MaxNetPower2

P278

int

[W]

Jekk He-HDV = Y: it-tieni l-ogħla potenza massima netta tal-konvertituri kollha tal-enerġija, li huma marbuta mad-driveline tal-vettura jew mar-roti

ZE-HDV

P269

boolean

[-]

 

He-HDV

P279

boolean

[-]

 

DualFuelVehicle

P280

boolean

[-]

 



Tabella 6

Parametri tal-Input “Advanced driver assistance systems”

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

EngineStopStart

P271

boolean

[-]

Skont il-punt 8.1.1

EcoRollWithoutEngineStop

P272

boolean

[-]

Skont il-punt 8.1.2

EcoRollWithEngineStop

P273

boolean

[-]

Skont il-punt 8.1.3

PredictiveCruiseControl

P274

string

[-]

Skont il-punt 8.1.4, il-valuri permessi: “1,2”, “1,2,3”

▼B

4.   Massa tal-vettura

4.1

Il-massa tal-vettura użata bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni għandha tkun il-massa attwali kkoreġuta tal-vettura.

Din il-massa attwali kkoreġuta għandha tkun ibbażata fuq vetturi mgħammra b'tali mod li jkunu konformi mal-atti regolatorji kollha tal-Anness IV u tal-Anness XI għad-Direttiva 2007/46/KE applikabbli għal klassi partikolari ta' vetturi.

4.2

Jekk ma jkunx installat it-tagħmir standard kollu, il-manifattur għandu jżid il-piż tal-elementi tal-kostruzzjoni li ġejjin mal-massa attwali kkoreġuta tal-vettura:

a) 

Il-protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 )

b) 

Il-protezzjoni tal-qiegħ fuq wara b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

c) 

Il-protezzjoni laterali b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

d) 

In-nagħla b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4.3

Il-piż tal-elementi tal-kostruzzjoni msemmija fil-punt 4.2 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Għall-vetturi tal-gruppi 1, 2 u 3

Protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem

45 kg

Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara

40 kg

Protezzjoni laterali

8,5 kg/m * bażi tar-roti [m] – 2,5 kg

▼M1 —————

▼B

Għall-vetturi tal-gruppi 4, 5, 9 sa 12 u 16

Protezzjoni tal-qiegħ fuq quddiem

50 kg

Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara

45 kg

Protezzjoni laterali

14 kg/m * bażi tar-roti [m] – 17 kg

Nagħla

210 kg

5.   Fusien operati b'mod idrawliku u b'mod mekkaniku

Fil-każ ta' vetturi mgħammra b':

a) 

fusien operati b'mod idrawliku, il-fus għandu jitqies bħala wieħed li ma jistax jiġi operat u l-manifattur m'għandux jieħdu f'kunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta' konfigurazzjoni tal-fusien ta' vettura;

b) 

fusien operati b'mod mekkaniku, il-fus għandu jitqies bħala wieħed li jista' jiġi operat u l-manifattur għandu jieħdu f'kunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta' konfigurazzjoni tal-fusien ta' vettura;

6.   Limiti tat-torque tal-magna dipendenti fuq il-gerijiet stabbiliti mill-kontroll tal-vettura

Għall-ogħla 50 % tal-gerijiet (eż. għall-gerijiet 7 sa 12 ta' trażmissjoni bi 12-il ger), il-manifattur tal-vettura jista' jiddikjara limitu tat-torque tal-magna dipendenti fuq il-gerijiet li ma jkunx ogħla minn 95 % tat-torque massimu tal-magna.

7.   Veloċità idle tal-magna speċifika għall-vettura

7.1.

Il-veloċità idle tal-magna trid tiġi ddikjarata fil-VECTO għal kull vettura individwali. Din il-veloċità idle ddikjarata tal-magna tal-vettura għandha tkun daqs jew ikbar minn dik speċifikata fl-approvazzjoni tad-data tal-input tal-magna.

▼M1

8.   Sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq

8.1. It-tipi li ġejjin ta' sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq, li primarjament jimmiraw għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2, għandhom jiġu ddikjarati fl-input għall-għodda ta' simulazzjoni:

8.1.1. 

Start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura: sistema li titfi awtomatikament u terġa' tistartja l-magna tal-kombustjoni interna matul il-waqfiet tal-vettura biex tnaqqas il-ħin tal-magna idle. Għat-tifi awtomatiku tal-magna, il-ħin massimu li jgħaddi wara l-waqfien tal-vettura m'għandux ikun itwal minn 3 sekondi.

8.1.2. 

Eco-roll mingħajr stop-start tal-magna: sistema li awtomatikament tneħħi l-magna tal-kombustjoni interna mis-sistema tal-mototrażmissjoni f'kundizzjonijiet speċifiċi ta' sewqan f'niżla bi gradjenti negattivi baxxi. Matul dawn il-fażijiet, il-magna tal-kombustjoni interna titħaddem b'magna idle. Is-sistema għandha tkun attiva mill-anqas fil-veloċitajiet kollha stabbiliti tal-kontroll awtomatiku tal-veloċità 'l fuq minn 60 km/h.

8.1.3. 

Eco-roll bi stop-start tal-magna: sistema li awtomatikament tneħħi l-magna tal-kombustjoni interna minn mas-sistema tal-mototrażmissjoni matul kundizzjonijiet speċifiċi ta' sewqan f'niżla b'inklinazzjonijiet negattivi baxxi. Matul dawn il-fażijiet, il-magna tal-kombustjoni interna tintefa wara dewmien qasir u tibqa' mitfija matul is-sehem ewlieni tal-fażi tal-eco-roll. Is-sistema għandha tkun attiva mill-anqas fil-veloċitajiet kollha stabbiliti tal-kontroll awtomatiku tal-veloċità 'l fuq minn 60 km/h.

8.1.4. 

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv (PCC): sistemi li jottimizzaw l-użu ta' enerġija potenzjali matul ċiklu ta' sewqan ibbażat fuq previżjoni disponibbli ta' data dwar il-gradjent tat-triq u l-użu ta' sistema GPS. Sistema PCC iddikjarata fl-input għall-għodda ta' simulazzjoni għandu jkollha distanza ta' previżjoni tal-gradjent ta' aktar minn 1 000  metru u tkopri l-funzjonalitajiet kollha li ġejjin:

1. 

Coasting għolja

Meta vettura tavviċina għolja l-veloċità tagħha titnaqqas qabel il-punt fejn il-vettura tibda taċċellera bil-gravità waħedha meta mqabbla mal-veloċità stabbilita mill-funzjoni tal-kontroll awtomatiku tal-veloċità sabiex l-ibbrejkjar matul il-fażi għan-niżla li tkun ġejja jkun jista' jitnaqqas.

2. 

Aċċellerazzjoni mingħajr qawwa tal-magna

Matul is-sewqan 'l isfel b'veloċità baxxa tal-vettura u inklinazzjoni negattiva għolja, l-aċċellerazzjoni tal-vettura titwettaq mingħajr l-użu tal-qawwa tal-magna sabiex l-ibbrejkjar 'l isfel ikun jista' jitnaqqas.

3. 

Coasting f'niżla

Matul is-sewqan għan-niżla meta l-vettura tkun qed tibbrejkja għaliex tkun laħqet il-punt ta' veloċità eċċessiva, il-PCC iżid il-punt tal-veloċità żejda għal perjodu qasir ta' żmien biex itemm l-avveniment għan-niżla b'veloċità ogħla tal-vettura. Veloċità eċċessiva hija veloċità tal-vettura li tkun ogħla mill-veloċità stabbilita tas-sistema ta' kontroll awtomatiku tal-veloċità.

Sistema PCC tista' tiġi ddikjarata bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni jekk il-funzjonalitajiet stabbiliti fil-punti 1) u 2) inkella l-punti 1), 2) u 3) ikunu koperti.

8.2. Il-ħdax-il kombinazzjoni tas-sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq kif stabbiliti fit-Tabella 7 huma parametri tal-input fl-għodda ta' simulazzjoni:



Tabella 7

Kombinazzjonijiet ta' sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq bħala parametri tal-input fl-għodda ta' simulazzjoni

Kombinazzjoni nru

Start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura

Eco-roll mingħajr start-stop tal-magna

Eco-roll b'start-stop tal-magna

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv

1

iva

le

le

le

2

le

iva

le

le

3

le

le

iva

le

4

le

le

le

iva

5

iva

iva

le

le

6

iva

le

iva

le

7

iva

le

le

iva

8

le

iva

le

iva

9

le

le

iva

iva

10

iva

iva

le

iva

11

iva

le

iva

iva

8.3. Kwalunkwe sistema avvanzata ta' assistenza għas-sewwieq iddikjarata fl-input fl-għodda ta' simulazzjoni għandha tiġi ssettjata b'mod prestabbilit għall-modalità tal-ekonomizzar tal-fjuwil wara kull ċiklu key-off/key-on.

8.4. Jekk sistema avvanzata ta' assistenza għas-sewwieq tiġi ddikjarata fl-input fl-għodda ta' simulazzjoni, għandu jkun possibbli li tiġi vverifikata l-preżenza ta' tali sistema bbażata fuq sewqan fid-dinja reali u d-definizzjonijiet tas-sistema kif stabbilit fil-punt 8.1. Jekk tiġi ddikjarata ċerta kombinazzjoni ta' sistemi, għandha tintwera wkoll l-interazzjoni tal-funzjonalitajiet (eż. kontroll awtomatiku tal-veloċità flimkien ma' eco-roll b'start-stop tal-magna). Fil-proċedura tal-verifika għandu jitqies li s-sistemi jeħtieġu ċerti kundizzjonijiet ta' konfini li jkunu “attivi” (eż. magna b'temperatura operattiva għal start-stop tal-magna, ċerti meded ta' veloċitajiet ta' veloċità għal PCC, ċerti proporzjonijiet ta' gradjenti tat-triq b'massa tal-vettura għall-eco-roll). Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti deskrizzjoni funzjonali tal-kundizzjonijiet tal-konfini meta s-sistemi jkunu “inattivi” jew l-effiċjenza tagħhom tkun imnaqqsa. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' titlob il-ġustifikazzjonijiet tekniċi ta' dawn il-kundizzjonijiet tal-konfini mill-applikant għall-approvazzjoni u tivvalutahom għall-konformità.

▼B




ANNESS IV

MUDELL TAL-FAJL TAR-REKORDS TAL-MANIFATTUR U TAL-FAJL TA' INFORMAZZJONI GĦALL-KLIJENT

PARTI I

Emissjonijiet ta' CO2 u konsum tal-fjuwil tal-vettura – Fajl tar-rekords tal-manifattur

Il-fajl tar-rekords tal-manifattur se jkun prodott mill-għodda ta' simulazzjoni u għandu jkun fih tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

1.   Data dwar il-vettura, il-komponent, l-unità teknika separata u s-sistemi

1.1.   Data dwar il-vettura

1.1.1.

Isem u indirizz tal-manifattur

1.1.2.

Mudell tal-vettura

1.1.3.

Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) …

1.1.4.

Kategorija tal-vettura (N1 N2, N3, M1, M2, M3) …

1.1.5.

Konfigurazzjoni tal-fusien …

1.1.6.

Piż gross mass. tal-vettura (t) …

1.1.7.

Grupp ta' vetturi b'konformità mat-Tabella 1 …

1.1.8.

Massa attwali kkoreġuta tal-vettura mingħajr okkupanti (kg) …

▼M1

1.1.9.

Vettura vokazzjonali (iva/le) …

1.1.10.

Vettura tqila b'emissjonijiet żero (iva/le) …

1.1.11.

Vettura tqila elettrika ibrida (iva/le) …

1.1.12.

Vettura li tuża żewġ tiġi ta' fjuwil (iva/le) …

1.1.13.

Kabina tal-irqad (iva/le) …

▼B

1.2.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

1.2.1.

Mudell tal-magna

1.2.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-magna …

1.2.3.

Potenza nominali tal-magna (kW) …

1.2.4.

Veloċità idle tal-magna (1/min) …

1.2.5.

Veloċità nominali tal-magna (1/min) …

1.2.6.

Ċilindrata (ltr) …

▼M1

1.2.7.

Tip ta' fjuwil (Diżil CI/CNG PI/LNG PI …) …

1.2.8.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tal-magna …

▼B

1.3.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-trażmissjoni

1.3.1.

Mudell tat-trażmissjoni

1.3.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-trażmissjoni …

1.3.3.

Għażla ewlenija użata għall-ġenerazzjoni tal-mapep tat-telf (Għażla1/Għażla2/Għażla3/Valuri standard) …:

1.3.4.

Tip ta' trażmissjoni (SMT, AMT, APT-S,APT-P) …

1.3.5.

Nru ta' gerijiet …

1.3.6.

Ger finali tal-proporzjon tat-trażmissjoni …

1.3.7.

Tip ta' tardjatur …

1.3.8.

Konnessjoni motorizzata (iva/le) …

▼M1

1.3.9.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tat-trażmissjoni …

▼B

1.4.   Speċifikazzjonijiet tat-tardjatur

1.4.1.

Mudell tat-tardjatur

1.4.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tardjatur …

1.4.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard) …

▼M1

1.4.4.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tal-komponenti tat-trasferimenti tat-torque l-ieħor …

▼B

1.5.   Speċifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

1.5.1.

Mudell tal-konvertitur tat-torque

1.5.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque …

1.5.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard) …

▼M1

1.5.4.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tal-konvertitur tat-torque …

▼B

1.6.   Speċifikazzjonijiet tal-angle drive

1.6.1.

Mudell tal-angle drive

1.6.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus …

1.6.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard) …

1.6.4.

Proporzjon tal-angle drive …

▼M1

1.6.5.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tal-komponenti tad-driveline addizzjonali …

▼B

1.7.   Speċifikazzjonijiet tal-fus

1.7.1.

Mudell tal-fus …

1.7.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus …

1.7.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard) …

1.7.4.

Tip ta' fus (eż. fus wieħed standard operat) …

1.7.5.

Proporzjon tal-fus …

▼M1

1.7.6.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tal-fus …

▼B

1.8.   Ajrudinamika

1.8.1.

Mudell

1.8.2.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tas-CdxA (valuri /kejl standard) …

1.8.3.

Numru ta' Ċertifikazzjoni tas-CdxA (jekk applikabbli) …

1.8.4.

Valur CdxA …

▼M1

1.8.5.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tar-reżistenza tal-arja …

▼B

1.9.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-tajers

1.9.1.

Dimensjoni tat-tajer għall-fus 1 …

1.9.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tajer …

1.9.3.

RRC speċifiku tat-tajers kollha fuq il-fus 1 …

▼M1

1.9.3a.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tat-tajer fus 1 …

▼B

1.9.4.

Dimensjoni tat-tajer għall-fus 2 …

1.9.5.

Fus doppju (iva/le) fus 2 …

1.9.6.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tajer …

1.9.7.

RRC speċifiku tat-tajers kollha fuq il-fus 2 …

▼M1

1.9.7a.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tat-tajer fus 2 …

▼B

1.9.8.

Dimensjoni tat-tajer għall-fus 3 …

1.9.9.

Fus doppju (iva/le) fus 3 …

1.9.10.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tajer …

1.9.11.

RRC speċifiku tat-tajers kollha fuq il-fus 3 …

▼M1

1.9.11a.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tat-tajer fus 3 …

▼B

1.9.12.

Dimensjoni tat-tajer għall-fus 4 …

1.9.13.

Fus doppju (iva/le) fus 4 …

1.9.14.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tajer …

1.9.15.

RRC speċifiku tat-tajers kollha fuq il-fus 4 …

▼M1

1.9.16.

Hash tad-data tal-input u l-informazzjoni tal-input tat-tajer fus 4 …

▼B

1.10.   Speċifikazzjonijiet ewlenin awżiljarji

1.10.1.

Teknoloġija tal-fann berried tal-magna …

1.10.2.

Teknoloġija tal-pompa tal-istering …

1.10.3.

Teknoloġija tas-sistema elettrika …

1.10.4.

Teknoloġija tas-sistema pnewmatika …

1.11.   Limitazzjonijiet tat-torque tal-magna

1.11.1.

Limitu tat-torque tal-magna bil-ger 1 (% mit-torque mass tal-magna) …

1.11.2.

Limitu tat-torque tal-magna bil-ger 2 (% mit-torque mass tal-magna) …

1.11.3.

Limitu tat-torque tal-magna bil-ger 3 (% mit-torque mass tal-magna) …

1.11.4.

Limitu tat-torque tal-magna bil-ger … (% mit-torque mass tal-magna)

▼M1

1.12.   Sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieq (ADAS)

1.12.1. 

start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura (iva/le) …

1.12.2. 

Eco-roll mingħajr start-stop tal-magna (iva/le) …

1.12.3. 

Eco-roll bi start-stop tal-magna (iva/le) …

1.12.4. 

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv (iva/le) …

▼B

2.   Valuri tal-profil tal-missjoni u li jiddependu fuq it-tagħbija

2.1.   Parametri ta' simulazzjoni (għal kull taħlita ta' profil/tagħbija/fjuwil)

▼M1

2.1.1.

Profil tal-missjoni (distanza twila/distanza twila (EMS)/reġjonali/reġjonali (EMS)/urbana/muniċipali/kostruzzjoni) …

▼B

2.1.2.

Tagħbija (kif definita fl-għodda ta' simulazzjoni) (kg) …

2.1.3.

Fjuwil (diżil/petrol/LPG/CNG/…) …

2.1.4.

Massa totali tal-vettura fis-simulazzjoni (kg) …

2.2.   Prestazzjoni tas-sewqan tal-vettura u informazzjoni għal kontroll tal-kwalità tas-simulazzjoni

2.2.1.

Veloċità medja (km/h) …

2.2.2.

Veloċità istantanja minima (km/h) …

2.2.3.

Veloċità istantanja massima (km/h) …

2.2.4.

Deċellerazzjoni massima (m/s2) …

2.2.5.

Aċċellerazzjoni massima (m/s2) …

2.2.6.

Perċentwal tat-tagħbija sħiħa fuq il-ħin tas-sewqan …

2.2.7.

Numru totali tat-tibdil tal-ger …

2.2.8.

Distanza totali misjuqa (km) …

2.3.   Riżultati tal-fjuwil u tas-CO2

2.3.1.

Konsum tal-fjuwil (g/km) …

2.3.2.

Konsum tal-fjuwil (g/t-km) …

2.3.3.

Konsum tal-fjuwil (g/p-km) …

2.3.4.

Konsum tal-fjuwil (g/m3-km) …

2.3.5.

Konsum tal-fjuwil (l/100km) …

2.3.6.

Konsum tal-fjuwil (l/t-km) …

2.3.7.

Konsum tal-fjuwil (l/p-km) …

2.3.8.

Konsum tal-fjuwil (l/m3-km) …

2.3.9.

Konsum tal-fjuwil (MJ/km) …

2.3.10.

Konsum tal-fjuwil (MJ/t-km) …

2.3.11.

Konsum tal-fjuwil (MJ/p-km) …

2.3.12.

Konsum tal-fjuwil (MJ/m3-km) …

2.3.13.

CO2 (g/km) …

2.3.14.

CO2 (g/t-km) …

2.3.15.

CO2 (g/p-km) …

2.3.16.

CO2 (g/m3-km) …

3.   Informazzjoni dwar is-softwer u għall-utent

3.1.   Informazzjoni dwar is-softwer u għall-utent

3.1.1.

Verżjoni tal-għodda ta' simulazzjoni (X.X.X) …

3.1.2.

Data u ħin tas-simulazzjoni

3.1.3.

Hash tal-informazzjoni tal-input u tad-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni …

▼M1

3.1.4.

Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur …

▼B

PARTI II

Emissjonijiet ta' CO2 u konsum tal-fjuwil tal-vettura - Fajl ta' informazzjoni għall-klijent

1.   Data dwar il-vettura, il-komponent, l-unità teknika separata u s-sistemi

1.1.   Data dwar il-vettura

1.1.1.

Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) …

1.1.2.

Kategorija tal-vettura (N1 N2, N3, M1, M2, M3) …

1.1.3.

Konfigurazzjoni tal-fusien …

1.1.4.

Piż gross mass. tal-vettura (t) …

1.1.5.

Grupp tal-vettura …

1.1.6.

Isem u indirizz tal-manifattur …

▼M1

1.1.7.

Mudell …

▼B

1.1.8.

Massa attwali kkoreġuta tal-vettura mingħajr okkupanti (kg) …

▼M1

1.1.9.

Vettura vokazzjonali (iva/le) …

1.1.10.

Vettura tqila b'emissjonijiet żero (iva/le) …

1.1.11.

Vettura tqila elettrika ibrida (iva/le) …

1.1.12.

Vettura li tuża żewġ tiġi ta' fjuwil (iva/le) …

1.1.13.

Kabina tal-irqad (iva/le) …

▼B

1.2.   Data dwar il-komponent, l-unità teknika separata u s-sistemi

1.2.1.

Potenza nominali tal-magna (kW) …

1.2.2.

Ċilindrata (ltr) …

▼M1

1.2.3.

Tip ta' fjuwil (Diżil CI/CNG PI/LNG PI …) …

▼B

1.2.4.

Valuri tat-trażmissjoni (imkejla/standard) …

1.2.5.

Tip ta' trażmissjoni (SMT, AMT, AT-S, AT-S) …

1.2.6.

Nru ta' gerijiet …

1.2.7.

Tardjatur (iva/le) …

1.2.8.

Proporzjon tal-fus …

▼M1

1.2.9.

Koeffiċjent medju tar-reżistenza għad-dawrien (RRC) tat-tajers kollha tal-vettura bil-mutur: …

▼M1

1.2.10.

Klassi tat-tikkettar tal-effiċjenza medja tal-fjuwil tat-tajers kollha tal-vettura bil-mutur skont ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 …

1.2.11.

Start-stop tal-magna matul il-waqfiet tal-vettura (iva/le) …

1.2.12.

Eco-roll mingħajr start-stop tal-magna (iva/le) …

1.2.13.

Eco-roll b'start-stop tal-magna (iva/le) …

1.2.14.

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv (iva/le) …

2.   L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil tal-vettura (għal kull tagħbija utli/profil tal-missjoni)

2.1.   Tagħbija utli baxxa [kg]:



 

Veloċità medja tal-vettura

Emissjonijiet tas-CO2

Konsum tal-fjuwil

Distanza twila

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

…l/t-km

… l/m3-km

Distanza twila (EMS)

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

…l/t-km

… l/m3-km

Konsenja reġjonali

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

…l/t-km

… l/m3-km

Konsenja reġjonali (EMS)

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

…l/t-km

… l/m3-km

Konsenja urbana

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

…l/t-km

… l/m3-km

Utilità tal-muniċipalità

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

…l/t-km

… l/m3-km

Kostruzzjoni

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

2.2.   Rappreżentant tat-tagħbija utli [kg]:



 

Veloċità medja tal-vettura

Emissjonijiet tas-CO2

Konsum tal-fjuwil

Distanza twila

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

Distanza twila (EMS)

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

Konsenja reġjonali

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

Konsenja reġjonali (EMS)

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

Konsenja urbana

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

Utilità tal-muniċipalità

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

Kostruzzjoni

… km/h

… g/km

… g/t-km

… g/m3-km

… l/100 km

… l/t-km

… l/m3-km

2.3.

Emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi [gCO2/tkm] …

2.4.

Valur medju tat-tagħbija utli [t] …

2.5.

Informazzjoni dwar is-softwer u għall-utent



Verżjoni tal-għodda ta' simulazzjoni

[X.X.X]

Data u ħin tas-simulazzjoni

[-]

3.

Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur …

▼M1 —————

▼B




ANNESS V

VERIFIKA TAD-DATA TAL-MAGNA

1.   Introduzzjoni

Il-proċedura tat-test tal-magna deskritta f'dan l-Anness għandha tipproduċi d-data tal-input relatata mal-magni għall-għodda ta' simulazzjoni.

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom ikunu japplikaw id-definizzjonijiet skont ir-Regolament NU/KEE 49 Rev.06 u, minbarra dawn, id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“familja ta' CO2 tal-magni” tfisser ir-raggruppament mill-manifattur tal-magni, kif iddefinit fil-paragrafu 1 tal-Appendiċi 3;

(2) 

“magna referenzjarja ta' CO2” tfisser magna magħżula minn familja ta' CO2 tal-magni kif speċifikata fl-Appendiċi 3;

(3) 

“NCV” tfisser il-valur kalorifiku nett ta' fjuwil kif speċifikat fil-paragrafu 3.2;

(4) 

“emissjonijiet tal-massa speċifika” tfisser l-emissjonijiet tal-massa totali diviżi mix-xogħol totali tal-magna fuq perjodu definit espress fi g/kWh;

(5) 

“konsum tal-fjuwil speċifiku” tfisser il-konsum tal-fjuwil totali diviżi mix-xogħol totali tal-magna fuq perjodu definit espress fi g/kWh;

(6) 

“FCMC” tfisser iċ-ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil;

(7) 

“Tagħbija sħiħa” tfisser it-torque/il-potenza tal-enerġija fornuti f'ċerta veloċità tal-magna meta l-magna tiġi operata bid-domanda massima tal-operatur.

Id-definizzjonijiet fil-paragrafi 3.1.5 u 3.1.6. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06 m'għandhomx japplikaw.

3.   Rekwiżiti ġenerali

Il-faċilitajiet tal-laboratorju tal-kalibrar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ISO/TS 16949, tas-serje ISO 9000 jew ta' ISO/IEC 17025. It-tagħmir tal-kejl ta' referenza kollu tal-laboratorju, użat għall-kalibrar u/jew għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali jew internazzjonali.

Il-magni għandhom jiġu raggruppati f'familji ta' CO2 tal-magni ddefiniti skont l-Appendiċi 3. Il-paragrafu 4.1 jispjega liema testijiet ta' prova għandhom isiru għall-fini ta' ċertifikazzjoni ta' familja speċifika waħda ta' CO2 ta' magna.

3.1   Kundizzjonijiet tat-test

It-testijiet ta' provi kollha għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni ta' familja speċifika waħda ta' CO2 ta' magna b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness għandhom isiru fuq l-istess magna fiżika u mingħajr ebda tibdil fil-kompożizzjoni tad-dinamometru tal-magna u fis-sistema tal-magna, ħlief għall-eċċezzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 4.2 u fl-Appendiċi 3.

3.1.1   Kundizzjonijiet tat-test fil-laboratorju

It-testijiet għandhom isiru f'kundizzjonijiet ambjentali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin tul it-test ta' prova sħiħ:

(1) 

Il-parametru fa li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet tat-test tal-laboratorju, iddeterminati b'konformità mal-paragrafu 6.1 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, għandu jkun fi ħdan il-limiti li ġejjin 0.96 ≤ fa ≤ 1.04.

(2) 

It-temperatura termodinamika (Ta) tal-fluss tal-arja li tidħol tal-magna espressa f'Kelvin, iddeterminata b'konformità mal-paragrafu 6.1 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06 għandha tkun fi ħdan il-limiti li ġejjin: 283 K ≤ Ta ≤ 303 K.

(3) 

Il-pressjoni atmosferika espressa f'kPa, iddeterminata b'konformità mal-paragrafu 6.1 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06 għandha tkun fi ħdan il-limiti li ġejjin: 90 kPa ≤ ps ≤ 102 kPa.

Jekk it-testijiet isiru f'ċelluli tat-test li kapaċi jissimulaw il-kundizzjonijiet barometriċi għajr dawk eżistenti fl-atmosfera fis-sit tat-test speċifiku, il-valur applikabbli ta' fa għandu jiġi ddeterminat bil-valuri ssimulati tal-pressjoni atmosferika mis-sistema ta' kundizzjonament. Għandu jintuża l-istess valur referenzjarju għall-pressjoni atmosferika ssimulatata għall-arja li tidħol u għall-passaġġ tal-egżost u għas-sistemi rilevanti kollha l-oħrajn tal-magni. Il-valur attwali tal-pressjoni atmosferika ssimulata għall-arja li tidħol u għall-passaġġ tal-egżost u għas-sistemi rilevanti kollha l-oħrajn tal-magni għandu jkun fi ħdan il-limiti speċifikati fis-subpunt (3).

F'każijiet li fihom il-pressjoni ambjentali fl-atmosfera fis-sit tat-test speċifiku taqbeż il-limitu massimu ta' 102 kPa, xorta waħda jistgħu jsiru testijiet b'konformità ma' dan l-Anness. F'dan il-każ, it-testijiet għandhom isiru bil-pressjoni speċifika tal-arja ambjentali fl-atmosfera.

F'każijiet li fihom iċ-ċellula tat-test ikollha l-kapaċità li tikkontrolla t-temperatura, il-pressjoni u/jew l-umdità tal-arja li tidħol tal-magna indipendentement mill-kundizzjonijiet atmosferiċi, għandu jintuża l-istess issettjar għal dawk il-parametri għal kull test ta' prova mwettaq għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' familja speċifika waħda ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness.

3.1.2   Installazzjoni tal-magna

Il-magna tat-test għandha tiġi installata b'konformità mal-paragrafi 6.3 sa 6.6 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Jekk l-awżiljarji/it-tagħmir neċessarji għall-operar tas-sistema tal-magna mhumiex installati kif meħtieġ b'konformità mal-paragrafu 6.3 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, il-valuri mkejla kollha tat-torque tal-magna għandhom jiġu kkoreġuti għall-potenza meħtieġa għall-operar ta' dawn il-komponenti għall-finijiet ta' dan l-Anness b'konformità mal-paragrafu 6.3 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Il-konsum tal-enerġija tal-komponenti tal-magna li ġejjin li jirriżulta fit-torque tal-magna meħtieġ għat-tħaddim ta' dawn il-komponenti tal-magna għandu jiġi ddeterminat b'konformità mal-Appendiċi 5 għal dan l-Anness:

(1) 

fann

(2) 

awżiljarji/tagħmir li jaħdmu bl-elettriku u li huma neċessarji għall-operar tas-sistema tal-magna

3.1.3   Emissjonijiet mill-kaxxa tal-krank

Fil-każ ta' kaxxa tal-krank magħluqa, il-manifattur għandu jiżgura li s-sistema ta' ventilazzjoni tal-magna ma tippermettix l-emissjoni fl-atmosfera ta' xi gass tal-kaxxa tal-krank. Jekk il-kaxxa tal-krank hi ta' tip miftuħ, l-emissjonijiet għandhom jitkejlu u jiżdiedu mal-ħruġ ta' duħħan, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6.10. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

3.1.4   Magni b'intercooling

Matul it-testijiet ta' prova kollha, is-sistema ta' intercooling użata fuq il-bank tat-test għandha titħaddem fil-kundizzjonijiet li huma rappreżentattivi għall-applikazzjoni fil-vettura fil-kundizzjonijiet ambjentali ta' referenza. Il-kundizzjonijiet ambjentali ta' referenza huma ddefiniti bħala 293 K għat-temperatura tal-arja u 101.3 kPa għall-pressjoni.

L-intercooling tal-laboratorju għal testijiet skont dan ir-regolament jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6.2 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

3.1.5   Sistema tat-tkessiħ tal-magna

(1) 

Matul it-testijiet ta' prova kollha s-sistema tat-tkessiħ tal-magna użata fuq il-bank tat-test għandha tiġi operata fil-kundizzjonijiet li huma rappreentattivi għall-applikazzjoni fil-vettura fil-kundizzjonijiet ambjentali ta' referenza. Il-kundizzjonijiet ambjentali ta' referenza huma ddefiniti bħala 293 K għat-temperatura tal-arja u 101.3 kPa għall-pressjoni.

(2) 

Jenħtieġ li s-sistema tat-tkessiħ tal-magna tiġi mgħammra b'termostats skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur għall-installazzjoni fil-vettura. Jekk ikun installat termostat mhux operazzjonali jew inkella ma jintuża ebda termostat, għandu jkun japplika is-subpunt (3). L-issettjar tas-sistema tat-tkessiħ għandu jsir b'konformità mas-subpunt (4).

(3) 

Jekk ma jintuża ebda termostat jew jekk jiġi installat termostat mhux operazzjonali, is-sistema tal-bank tat-test għandha tirrifletti l-imġiba tat-termostat fil-kundizzjonijiet tat-test kollha. L-issettjar tas-sistema tat-tkessiħ għandu jsir b'konformità mas-subpunt (4).

▼M1

(4) 

Ir-rata tal-fluss tal-fluwidu berried tal-magna (jew inkella d-differenza tal-pressjoni tul il-ġenb tal-magna tal-iskambjatur tas-sħana) u t-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna għandhom jiġu stabbiliti għal valur rappreżentattiv għall-applikazzjoni fil-vettura f'kundizzjonijiet ambjentali ta' referenza meta l-magna tiġi operata b'veloċità nominali u b'tagħbija sħiħa bit-termostat tal-magna f'pożizzjoni miftuħa għalkollox. Dan l-issettjar jiddefinixxi t-temperatura ta' referenza tal-fluwidu berried. Għat-testijiet ta' prova kollha mwettqa għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' magna speċifika waħda fi ħdan familja waħda ta' CO2tal-magni, l-issettjar tas-sistema tat-tkessiħ m'għandux jinbidel, la fuq in-naħa tal-magna u lanqas fuq in-naħa tal-bank tat-test tas-sistema tat-tkessiħ. It-temperatura tal-medium tat-tkessiħ tan-naħa tal-bank tat-test għandha tinżamm raġonevolment kostanti b'ġudizzju inġiniriku tajjeb. Il-mezz tat-tkessiħ fuq in-naħa tal-bank tat-test tal-iskambjatur tas-sħana m'għandux jaqbeż it-temperatura nominali fil-ftuħ tat-termostat 'l isfel mill-iskambjatur tas-sħana.

▼B

(5) 

Għat-testijiet ta' prova kollha mwettqa għall-fini ta' ċertifikazzjoni ta' magna speċifika waħda fi ħdan familja waħda ta' CO2 tal-magni, it-temperatura tal-fluwidu berried tal-magna għandha tinżamm bejn il-valur nominali tat-temperatura tal-ftuħ tat-termostat iddikjarata mill-manifattur u t-temperatura ta' referenza tal-fluwidu berried b'konformità mas-subpunt (4) malli l-fluwidu berried tal-magna jkun laħaq it-temperatura ddikjarata tal-ftuħ tat-termostat wara startjar kiesaħ tal-magna.

(6) 

Għat-test WHTC bi startjar kiesaħ imwettaq b'konformità mal-paragrafu 4.3.3, il-kundizzjonijiet inizjali speċifiċi huma speċifikati fil-paragrafi 7.6.1. u 7.6.2 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Jekk tiġi applikata s-simulazzjoni tal-imġiba tat-termostat b'konformità mas-subpunt (3), m'għandu jkun hemm ebda fluss ta' fluwidu berried fl-iskambjatur tas-sħana dment li l-fluwidu berried tal-magna ma jkunx laħaq it-temperatura nominali tal-ftuħ tat-termostat wara startjar kiesaħ.

3.2   Fjuwils

Il-fjuwil ta' referenza rispettiv għas-sistemi tal-magna ttestjati għandu jintgħażel mit-tipi ta' fjuwil elenkati fit-Table 1. Il-proprjetajiet tal-fjuwil tal-fjuwils ta' referenza elenkati fit-Table 1 għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011.

Biex jiġi żgurat li jintuża l-istess fjuwil għat-testijiet ta' prova kollha mwettqa għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' familja speċifika waħda ta' CO2 tal-magni, m'għandu jseħħ ebda riforniment tat-tank jew qlib għal tank ieħor li jforni s-sistema tal-magna. F'każijiet eċċezzjonali, riforniment jew qlib jista' jkun awtorizzat jekk ikun jista' jiġi żgurat li l-fjuwil sostitut ikollu l-istess proprjetajiet eżatti bħall-fjuwil użat qabel (l-istess lott tal-produzzjoni).

L-NCV għall-fjuwil użat għandu jiġi ddeterminat minn żewġ kejliet separati b'konformità mal-istandards rispettivi għal kull tip ta' fjuwil iddefinit fit-Table 1. Iż-żewġ kejliet separati għandhom isiru minn żewġ laboratorji differenti indipendenti mill-manifattur li japplika għaċ-ċertifikazzjoni. Il-laboratorju li jagħmel il-kejliet għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-ISO/IEC 17025. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li l-kampjun tal-fjuwil użat għad-determinazzjoni tal-NCV hu meħud mil-lott ta' fjuwil użat għat-testijiet ta' prova kollha.

Jekk iż-żewġ valuri separati għall-NCV jiddevjaw b'iktar minn 440 Joule għal kull gramma fjuwil, il-valuri ddeterminati għandhom ikunu nulli u l-kampanja ta' kejl għandha terġa' ssir.

▼M1

Il-valur medjan taż-żewġ NCV separati li ma jiddevjawx b'aktar minn 440 Joule għal kull gramma ta' fjuwil għandu jiġi ddokumentat f'MJ/kg arrotondat għal 2 postijiet fuq il-lemin tal-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

▼B

Għall-fjuwils tal-gass, l-istandards għad-determinazzjoni tal-NCV skont it-Tabella 1 fihom il-kalkolu tal-valur kalorifiku bbażat fuq il-kompożizzjoni tal-fjuwil. Il-kompożizzjoni tal-fjuwil tal-gass għad-determinazzjoni tal-NCV għandha tittieħed mill-analiżi tal-lott ta' fjuwil tal-gass ta' referenza użat għat-testijiet ta' ċertifikazzjoni. Għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fjuwil tal-gass użata għad-determinazzjoni tal-NCV, għandha ssir analiżi waħda biss minn laboratorju indipendenti mill-manifattur li japplika għaċ-ċertifikazzjoni. Għall-fjuwils tal-gass, l-NCV għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' din l-analiżi waħda minflok valur medjan ta' żewġ kejliet separati.

▼M1

Għall-fjuwils tal-gass, l-iswiċċjar bejn it-tankijiet tal-fjuwil ta' lottijiet differenti tal-produzzjoni hu permess b'mod eċċezzjonali; f'dak il-każ, l-NCV ta' kull lott tal-fjuwil użat jenħtieġ jiġi kkalkulat u l-ogħla valur jenħtieġ jiġi dokumentat.

▼B



Tabella 1

Fjuwils ta' referenza għall-ittestjar

Tip ta' fjuwil / tip ta' magna

Referenza tat-tip ta' fjuwil

Standard użat għad-determinazzjoni tal-NCV

Diżil / CI

B7

tal-inqas ASTM D240 jew DIN 59100-1

(hu rakkomandat ASTM D4809)

Etanol / CI

ED95

tal-inqas ASTM D240 jew DIN 59100-1

(hu rakkomandat ASTM D4809)

Petrol / PI

E10

tal-inqas ASTM D240 jew DIN 59100-1

(hu rakkomandat ASTM D4809)

Etanol / PI

E85

tal-inqas ASTM D240 jew DIN 59100-1

(hu rakkomandat ASTM D4809)

LPG / PI

LPG Fjuwil B

ASTM 3588 jew DIN 51612

▼M1

Gass Naturali / PI

G25 jew GR

ISO 6976 jew ASTM 3588

▼B

3.3   Lubrikanti

Iż-żejt lubrifikanti għat-testijiet ta' prova kollha mwettqa b'konformità ma' dan l-Anness għandu jkun żejt disponibbli kummerċjalment b'approvazzjoni mhux ristretta mill-manifattur f'kundizzjonijiet normali ta' użu fis-servizz kif iddefiniti fil-paragrafu 4.2 tal-Anness 8 u għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Lubrifikanti li għalhom l-użu hu ristrett għal ċerti kundizzjonijiet speċjali ta' operazzjoni tas-sistema tal-magna jew li għandhom intervall anormalment qasir ta' tibdil taż-żejt m'għandhomx jintużaw għall-finijiet tat-testijiet ta' prova b'konformità ma' dan l-Anness. Iż-żejt disponibbli kummerċjalment m'għandux jiġi modifikat b'xi mezz u m'għandu jiżdied ebda addittiv.

It-testijiet ta' prova kollha mwettqa għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' familja speċifika waħda ta' CO2 tal-magni għandhom isiru bl-istess tip ta' żejt lubrikanti.

3.4   Sistema ta' kejl tal-fluss tal-fjuwil

Il-flussi tal-fjuwil kollha kkonsmati mis-sistema tal-magna sħiħa għandhom ikunu maqbuda mis-sistema ta' kejl tal-fluss tal-fjuwil. Flussi ta' fjuwil addizzjonali mhux forniti direttament fil-proċess ta' kombustjoni fiċ-ċilindri tal-magna għandhom ikunu inklużi fis-sinjal tal-fluss tal-fjuwil għat-testijiet ta' prova kollha mwettqin. Injetturi addizzjonali ta' fjuwil (eż. sistemi ta' startjar kiesaħ) mhux neċessarji għall-operar tas-sistema tal-magna għandhom jinqalgħu mil-linja tal-provvista tal-fjuwil matul it-testijiet ta' prova kollha mwettqa.

3.5   Speċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-kejl

It-tagħmir tal-kejl għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 9 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Minkejja r-rekwiżiti ddefiniti fil-paragrafu 9 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, is-sistemi ta' kejl elenkati fit-Tabella 2 għandhom iżommu mal-limiti ddefiniti fit-Tabella 2.



Tabella 2

Rekwiżiti tas-sistemi ta' kejl

 

Linearità

 

Sistema ta' kejl

Interċetta

| xmin Í (a1 - 1) + a0 |

Inklinazzjoni

a1

Errur standard tal-istima SEE

Koeffiċjent ta' determinazzjoni

r2

Akkuratezza (1)

Ħin taż-żieda (2)

Veloċità tal-magna

≤ 0.2 % kalibrar mass (3)

0.999 - 1.001

≤ 0.1 % kalibrar mass (3)

≥ 0.9985

0.2 % tal-qari jew 0.1 % tal-kalibrar mass. (3) tal-veloċità, skont liema jkun l-ikbar minnhom

≤ 1 s

Torque tal-magna

≤ 0.5 % kalibrar mass (3)

0.995 - 1.005

≤ 0.5 % kalibrar mass. (3)

≥ 0.995

0.6 % tal-qari jew 0.3 % tal-kalibrar mass. (3) tat-torque, skont liema jkun l-ikbar minnhom

≤ 1 s

Fluss tal-massa tal-fjuwil għal fjuwils likwidi

≤ 0.5 % kalibrar mass (3)

0.995 - 1.005

≤ 0.5 % kalibrar mass (3)

≥ 0.995

0.6 % tal-qari jew 0.3 % tal-kalibrar mass. (3) tal-fluss, skont liema jkun l-ikbar minnhom

≤ 2 s

Fluss tal-massa tal-fjuwil għal fjuwils gassużi

≤ 1 % kalibrar mass (3)

0.99 - 1.01

≤ 1 % kalibrar mass. (3)

≥ 0.995

1 % tal-qari jew 0.5 % tal-kalibrar mass. (3) tal-fluss, skont liema jkun l-ikbar minnhom

≤ 2 s

Potenza elettrika

≤ 1 % kalibrar mass (3)

0.98 - 1.02

≤ 2 % kalibrar mass (3)

≥ 0.990

mhux applikabbli

≤ 1 s

Kurrent

≤ 1 % kalibrar mass (3)

0.98 - 1.02

≤ 2 % kalibrar mass (3)

≥ 0.990

mhux applikabbli

≤ 1 s

Vultaġġ

≤ 1 % kalibrar mass (3)

0.98 - 1.02

≤ 2 % kalibrar mass. (3)

≥ 0.990

mhux applikabbli

≤ 1 s

(1)   “Akkuratezza” tfisser id-devjazzjoni tal-qari tal-analizzatur minn valur referenzjarju li hu traċċabbli għal standard nazzjonali jew internazzjonali.

(2)   “Ħin ta' żieda” tfisser id-differenza fil-ħin bejn ir-rispons ta' 10 fil-mija u r-rispons ta' 90 fil-mija tal-qari finali tal-analizzatur (t90 – t10).

(3)   Il-valuri “mass tal-kalibrar” għandhom ikunu ikbar għal 1.1 darba l-valur massimu ta' previżjoni mistenni matul it-testijiet ta' prova kollha għas-sistema ta' kejl rispettiva.

“xmin”, użat għall-kalkolu tal-valur tal-interċetta fit-Tabella 2, għandu jkun 0.9 darbiet daqs il-valur previst minimu mistenni matul it-testijiet ta' prova kollha għas-sistema ta' kejl rispettiva.

Ir-rata ta' konsenja tas-sinjal tas-sistemi ta' kejl elenkati fit-Tabella 2, ħlief għas-sistema ta' kejl tal-fluss tal-massa tal-fjuwil, għandha tkun mill-inqas ta' 5 Hz (rakkomandata ≥ 10 Hz). Ir-rata ta' konsenja tas-sinjal tas-sistema ta' kejl tal-fluss tal-massa tal-fjuwil għandha tkun mill-inqas ta' 2 Hz.

Id-data tal-kejl għandha tiġi rreġistrata b'rata tal-kampjun ta' mill-inqas 5 Hz (rakkomandata ≥ 10 Hz).

3.5.1   Verifika tat-tagħmir tal-kejl

Verifika tar-rekwiżiti mitluba ddefiniti fit-Tabella 2 għandha ssir għal kull sistema ta' kejl. Mill-inqas 10 valuri referenzjarji bejn xmin u l-valur “mass tal-kalibrar” iddefinit b'konformità mal-paragrafu 3.5 għandhom jiġu introdotti fis-sistema ta' kejl u r-rispons tas-sistema ta' kejl għandu jiġi rreġistrat bħala valur imkejjel.

Għall-verifika tal-linearità, il-valuri mkejlin għandhom jitqabblu mal-valuri referenzjarji billi tal-inqas tintuża rigressjoni lineari b'konformità mal-paragrafu A.3.2 tal-Appendiċi 3 għall-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

4.   Proċedura ta' ttestjar

Id-data kollha tal-kejliet għandha tiġi ddeterminata b'konformità mal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan l-Anness.

4.1   Ħarsa ġenerali lejn it-testijiet ta' prova li għandhom isiru

It-Table 3 tagħti ħarsa ġenerali lejn it-testijiet ta' prova kollha li għandhom isiru għall-fini taċ-ċertifikazzjoni ta' familja speċifika waħda ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3.

Iċ-ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil b'konformità mal-paragrafu 4.3.5 u r-reġistrazzjoni tal-kurva tal-motoraġġ tal-magna b'konformità mal-paragrafu 4.3.2 għandhom jiġu omessi għall-magni l-oħra kollha ħlief għal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni.

F'każ li fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, iċ-ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil b'konformità mal-paragrafu 4.3.5 u r-reġistrazzjoni tal-kurva tal-motoraġġ tal-magna b'konformità mal-paragrafu 4.3.2 għandhom jitwettqu wkoll għal dik il-magna speċifika.



Tabella 3

Ħarsa ġenerali lejn it-testijiet ta' prova li għandhom isiru

Test ta' prova

Referenza għall-paragrafu

Ħtieġa li jsiru għall-magna referenzjarja ta' CO2

Ħtieġa li jsiru għal magni oħra fi ħdan il-familja ta' CO2

Kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna

4.3.1

iva

iva

Kurva tal-motoraġġ tal-magna

4.3.2

iva

le

Test WHTC

4.3.3

iva

iva

Test WHSC

4.3.4

iva

iva

Ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil

4.3.5

iva

le

4.2   Tibdiliet awtorizzati fis-sistema tal-magna

It-tibdil tal-valur fil-mira għar-regolatur tal-veloċità idle tal-magna għal valur inferjuri fl-unità ta' kontroll elettroniku tal-magna għandu jitħalla għat-testijiet ta' prova kollha li fihom isseħħ operazzjoni idle, biex tiġi evitata interferenza bejn ir-regolatur tal-veloċità idle tal-magna u r-regolatur tal-veloċità tal-bank tat-test.

4.3   Testijiet ta' prova

4.3.1   Kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna

Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna għandha tiġi rreġistrata b'konformità mal-paragrafi 7.4.1. sa 7.4.5. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

4.3.2   Kurva tal-motoraġġ tal-magna

Ir-reġistrazzjoni tal-kurva tal-motoraġġ tal-magna b'konformità ma' dan il-paragrafu għandha tiġi omessa għall-magni l-oħra kollha ħlief għall-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3. B'konformità mal-paragrafu 6.1.3, il-kurva tal-motoraġġ tal-magna rreġistrata għall-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni għandha tkun applikabbli wkoll għall-magni kollha fi ħdan l-istess familja ta' CO2 tal-magni.

F'każ li fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni tal-kurva tal-motoraġġ tal-magna għandha titwettaq ukoll għal dik il-magna speċifika.

Il-kurva tat-motoraġġ tal-magna għandha tiġi rreġistrata b'konformità mal-għażla (b) fil-paragrafu 7.4.7. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Dan it-test għandu jiddetermina t-torque negattiv meħtieġ biex il-magna titħaddem bejn il-veloċità massima u minima ta' mmappjar b'domanda minima tal-operatur.

It-test għandu jitkompla eżatt wara l-immappjar tal-kurva b'tagħbija sħiħa skont il-paragrafu 4.3.1. Fuq it-talba tal-manifattur, il-kurva ta' motoraġġ tista' tiġi rreġistrata b'mod separat. F'dan il-każ, it-temperatura taż-żejt tal-magna fi tmiem it-test ta' prova tal-kurva b'tagħbija sħiħa b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tiġi rreġistrata u l-manifattur għandu juri bil-provi għas-sodisfazzjon tal-awtorità tal-approvazzjoni li t-temperatura taż-żejt tal-magna fil-punt tat-tluq tal-kurva tal-motoraġġ tilħaq it-temperatura msemmija iktar 'il fuq fi ħdan ±2K.

Fil-bidu tat-test ta' prova għall-kurva tal-motoraġġ tal-magna, il-magna għandha titħaddem b'domanda minima tal-operatur bil-veloċità massima ta' mmappjar iddefinita fil-paragrafu 7.4.3. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Malli l-valur tat-torque tal-motoraġġ jistabbilizza fi ħdan ±5 % mill-valur medjan tiegħu għal tal-inqas 10 sekondi, għandha tibda r-reġistrazzjoni tad-data u l-veloċità tal-magna għandha titnaqqas b'rata medja ta' 8 ±1 min– 1/s mill-veloċità massima għal minima ta' mmappjar, li huma ddefiniti fil-paragrafu 7.4.3. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

4.3.3   Test WHTC

It-test WHTC għandu jsir b'konformità mal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet ponderati għandhom iżommu mal-limiti applikabbli ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tintuża għad-denormalizzazzjoni taċ-ċiklu ta' referenza u l-kalkoli kollha tal-valuri referenzjarji mwettqa b'konformità mal-paragrafi 7.4.6, 7.4.7 u 7.4.8 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

4.3.3.1   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Minbarra d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, għandu jiġi rreġistrat il-fluss attwali tal-massa tal-fjuwil ikkonsmat mill-magna b'konformità mal-paragrafu 3.4.

4.3.4   Test WHSC

It-test WHSC għandu jsir b'konformità mal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet għandhom iżommu mal-limiti applikabbli ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 595/2009.

Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tintuża għad-denormalizzazzjoni taċ-ċiklu ta' referenza u l-kalkoli kollha tal-valuri referenzjarji mwettqa b'konformità mal-paragrafi 7.4.6, 7.4.7 u 7.4.8 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

4.3.4.1   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Minbarra d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, għandu jiġi rreġistrat il-fluss attwali tal-massa tal-fjuwil ikkonsmat mill-magna b'konformità mal-paragrafu 3.4.

4.3.5   Ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil (FCMC)

Iċ-ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil (FCMC) b'konformità ma' dan il-paragrafu għandu jitħalla barra għall-magni l-oħra kollha ħlief għall-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni. Id-data tal-mappa tal-fjuwil irreġistrata għall-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni għandha tkun applikabbli wkoll għall-magni kollha fi ħdan l-istess familja ta' CO2 tal-magni.

F'każ li fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, iċ-ċiklu ta' mmappjar tal-konsum tal-fjuwil għandu jitwettaq ukoll għal dik il-magna speċifika.

Il-mappa tal-fjuwil tal-magna għandha titkejjel f'serje ta' punti operazzjonali tal-magna fi statiċità, kif iddefinita skont il-paragrafu 4.3.5.2. Il-metrika ta' din il-mappa hi l-konsum tal-fjuwil fi g/siegħa skont il-veloċità tal-magna f'min– 1 u t-torque tal-magna f'Nm.

4.3.5.1   Immaniġġjar tal-interruzzjonijiet matul l-FCMC

Jekk iseħħ avveniment ta' riġenerazzjoni wara t-trattament matul l-FCMC għall-magni mgħammra b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost li jiġu riġenerati fuq bażi perjodika ddefinita b'konformità mal-paragrafu 6.6 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, il-kejliet kollha b'dik il-modalità tal-veloċità tal-magna għandhom ikunu nulli. L-avveniment ta' riġenerazzjoni għandu jitlesta u, wara, il-proċedura għandha tkompli kif deskritt fil-paragrafu 4.3.5.1.1.

Jekk isseħħ interruzzjoni, ħsara jew errur mhux mistennija matul l-FCMC, il-kejl kollu b'dik il-modalità tal-veloċità tal-magna għandu jkun null u l-manifattur għandu jagħżel waħda mill-għażliet li ġejjin ta' kif ikompli.

(1) 

il-proċedura għandha titkompla kif deskritt fil-paragrafu 4.3.5.1.1

(2) 

l-FCMC sħiħ għandu jiġi ripetut b'konformità mal-paragrafi 4.3.5.4 u 4.3.5.5

4.3.5.1.1   Dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-FCMC

Il-magna għandha tinxtegħel u tissaħħan b'konformità mal-paragrafu 7.4.1. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Wara t-tisħin, il-magna għandha tiġi prekundizzjonata bit-tħaddim tal-magna għal 20 minuta fil-modalità 9, kif iddefinit fit-Tabella 1 tal-paragrafu 7.2.2. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tintuża għad-denormalizzazzjoni tal-valuri referenzjarji tal-modalità 9 imwettqa b'konformità mal-paragrafi 7.4.6, 7.4.7 u 7.4.8 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Eżatt wara t-tlestija tal-prekundizzjonament, il-valuri fil-mira għall-veloċità u għat-torque tal-magna għandhom jinbidlu b'mod lineari fi ħdan 20 sa 46 sekonda għall-ogħla valur programmat fil-mira tat-torque fil-valur programmat fil-mira li jmiss tal-veloċità tal-magna li jkun ogħla mill-valur programmat fil-mira partikolari tal-veloċità tal-magna meta sseħħ l-interruzzjoni tal-FCMC. Jekk il-valur programmat fil-mira jintlaħaq f'inqas minn 46 sekonda, il-ħin li jifdal sas-sekonda 46 għandu jintuża għall-istabbilizzazzjoni.

Għall-istabbilizzazzjoni, l-operar tal-magna għandu jkompli minn dak il-punt b'konformità mas-sekwenza tat-test speċifikata fil-paragrafu 4.3.5.5 mingħajr reġistrazzjoni tal-valuri tal-kejl.

Meta jintlaħaq l-ogħla valur programmat fil-mira fil-valur programmat partikolari fil-mira tal-veloċità tal-magna li fih seħħet l-interruzzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-valuri tal-kejl għandha titkompla minn dak il-waqt 'il quddiem bis-sekwenza tat-test speċifikata fil-paragrafu 4.3.5.5.

4.3.5.2   Grilja tal-valuri programmati fil-mira

Il-grilja ta' valuri programmati fil-mira hi stabbilita b'mod normalizzat u tikkonsisti f'10 valuri programmati fil-mira tal-veloċità tal-magna u fi 11-il valur programmat fil-mira tat-torque. Il-konverżjoni tad-definizzjoni tal-valur programmat normalizzat għall-valuri fil-mira attwali tal-valuri programmati tal-veloċità u tat-torque tal-magna għall-magna individwali ttestjata għandha tkun ibbażata fuq il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.

4.3.5.2.1   Definizzjoni ta' valuri programmati fil-mira tal-veloċità tal-magna

L-10 valuri programmati fil-mira tal-veloċità tal-magna huma ddefiniti minn 4 valuri programmati bażi fil-mira tal-veloċità tal-magna u minn 6 valuri programmati addizzjonali fil-mira tal-veloċità tal-magna.

Il-veloċitajiet tal-magna nidle, nlo, npref, n95h u nhi għandhom jiġu ddeterminati mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 billi jiġu applikati d-definizzjonijiet tal-veloċitajiet tal-magni karatteristiċi b'konformità mal-paragrafu 7.4.6. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Il-veloċità tal-magna n57 għandha tiġi ddeterminata bl-ekwazzjoni li ġejja:

n57 = 0.565 × (0.45 × nlo + 0.45 × npref + 0.1 × nhi – nidle) × 2.0327 + nidle

L-4 valuri programmati bażi fil-mira tal-veloċità tal-magna huma ddefiniti kif ġej:

(1) 

Veloċità tal-magna bażi 1: nidle

(2) 

Veloċità tal-magna bażi 2: nA = n57 – 0.05 × (n95h – nidle)

(3) 

Veloċità tal-magna bażi 3: nB = n57 + 0.08 × (n95h – nidle)

(4) 

Veloċità tal-magna bażi 4: n95h

Id-distanzi potenzjali bejn il-valuri programmati tal-veloċità għandhom jiġu ddeterminati bl-ekwazzjonijiet li ġejjin:

(1) 

dnidleA_44 = (nA – nidle) / 4

(2) 

dnB95h_44 = (n95h – nB) / 4

(3) 

dnidleA_35 = (nA – nidle) / 3

(4) 

dnB95h_35 = (n95h – nB) / 5

(5) 

dnidleA_53 = (nA – nidle) / 5

(6) 

dnB95h_53 = (n95h – nB) / 3

Il-valuri assoluti tad-devjazzjonijiet potenzjali bejn iż-żewġ taqsimiet għandhom jiġu ddeterminati bl-ekwazzjonijiet li ġejjin:

(1) 

dn44 = ABS(dnidleA_44 – dnB95h_44)

(2) 

dn35 = ABS(dnidleA_35 – dnB95h_35)

(3) 

dn53 = ABS(dnidleA_53 – dnB95h_53)

▼M1

Is-sitt valuri programmati addizzjonali fil-mira tal-veloċità tal-magna għandhom jiġu ddeterminati b'konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

Jekk dn44 huwa iżgħar minn jew ugwali għal (dn35 + 5) u wkoll iżgħar minn jew ugwali għal (dn53 + 5), is-sitt veloċitajiet tal-magna addizzjonali fil-mira għandhom jiġu ddeterminati bid-diviżjoni ta' kull waħda miż-żewġ meded, waħda minn nidle sa nA u l-oħra minn nB sa n95h, f'erba' taqsimiet ekwidistanti.

(2) 

Jekk (dn35 + 5) huwa iżgħar minn dn44 u wkoll dn35 huwa iżgħar minn dn53, is-sitt veloċitajiet tal-magna addizzjonali fil-mira għandhom jiġu ddeterminati bid-diviżjoni tal-medda minn nidle sa nA fi tliet taqsimiet ekwidistanti u l-medda minn nB sa n95h, f'ħames taqsimiet ekwidistanti.

(3) 

Jekk (dn53 + 5) huwa iżgħar minn dn44 u wkoll dn53 huwa iżgħar minn dn35, is-sitt veloċitajiet tal-magna addizzjonali fil-mira għandhom jiġu ddeterminati bd-diviżjoni tal-medda minn nidle sa nA f'ħames taqsimiet ekwidistanti u l-medda minn nB sa n95h, fi tliet taqsimiet ekwidistanti.

▼B

Il-Figura 1 turi b'eżempju d-definizzjoni tal-valuri programmati fil-mira tal-veloċità tal-magna skont is-subpunt (1) ta' hawn fuq.

Figura 1

Definizzjoni tal-valuri programmati tal-veloċità

image

4.3.5.2.2   Definizzjoni ta' valuri programmati fil-mira tat-torque

Il-11-il valur programmat fil-mira tat-torque huma ddefiniti minn 2 valuri programmati bażi fil-mira tat-torque u minn 9 valuri programmati addizzjonali fil-mira tat-torque. Iż-2 valuri programmati bażi tat-torque huma ddefiniti minn torque żero tal-magna u mit-tagħbija sħiħa massima tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 iddeterminata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1. (torque massimu kumplessiv Tmax_overall). Id-9 valuri programmati addizzjonali fil-mira tat-torque huma ddeterminati bid-diviżjoni tal-medda mit-torque żero sat-torque massimu kumplessiv, Tmax_overall, f'10 taqsimiet ekwidistanti.

▼M1

Il-valuri programmati tat-torque fil-mira kollha f'valur programmat partikolari fil-mira tal-veloċità tal-magna li jaqbżu l-valur limitu ddefinit mill-valur tat-torque b'tagħbija sħiħa f'dan il-valur programmat partikolari fil-mira tal-veloċità tal-magna nieqes 5 fil-mija tat-Tmax_overall, għandhom jiġu sostitwiti minn valur programmat tat-torque uniku wieħed b'torque b'tagħbija sħiħa f'dan il-valur programmat partikolari fil-mira tal-veloċità tal-magna. Kull wieħed minn dawn il-valuri programmati ta' sostituzzjoni għandu jitkejjel darba biss matul is-sekwenza tat-test FCMC iddefinita skont il-paragrafu 4.3.5.5. Il-Figura 2 turi grafikament id-definizzjoni tal-valuri programmati tat-torque.

▼B

Figura 2

Definizzjoni tal-valuri programmati tat-torque

image

4.3.5.3   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Għandha tiġi rreġistrata d-data tal-kejl li ġejja:

(1) 

il-veloċità tal-magna

(2) 

it-torque tal-magna kkoreġut b'konformità mal-paragrafu 3.1.2

(3) 

il-fluss tal-massa tal-fjuwil ikkonsmat mis-sistema tal-magna sħiħa b'konformità mal-paragrafu 3.4

(4) 

Inkwinanti gassużi skont id-definizzjonijiet fir-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Partikuli niġġiesa u emissjonijiet ta' ammonijaka mhumiex meħtieġa jiġu ssorveljati matul it-test ta' prova tal-FCMC.

Il-kejl tal-inkwinanti gassużi għandu jsir b'konformità mal-paragrafi 7.5.1, 7.5.2, 7.5.3, 7.5.5, 7.7.4, 7.8.1, 7.8.2, 7.8.4 u 7.8.5 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Għall-fini tal-paragrafu 7.8.4 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, it-terminu “ċiklu ta' test” fil-paragrafu msemmi għandu jkun is-sekwenza sħiħa mill-prekundizzjonament b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.4 sa tmiem is-sekwenza tat-test b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.5.

4.3.5.4   Prekundizzjonament tas-sistema tal-magna

Is-sistema ta' dilwizzjoni, jekk applikabbli, u l-magna għandhom jinxtegħlu u jissaħħnu b'konformità mal-paragrafu 7.4.1. tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Wara li jitlesta t-tisħin, il-magna u s-sistema ta' kampjunar għandhom jiġu prekundizzjonati bl-operar tal-magna għal 20 minuta fil-modalità 9, kif iddefinit fit-Tabella 1 tal-paragrafu 7.2.2. tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, filwaqt li fl-istess ħin tkun qed tiġi operata s-sistema ta' dilwizzjoni.

Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tintuża għad-denormalizzazzjoni tal-valuri referenzjarji tal-modalità 9 mwettqa b'konformità mal-paragrafi 7.4.6, 7.4.7 u 7.4.8 tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Eżatt wara t-tlestija tal-prekundizzjonament, il-valuri fil-mira għall-veloċità u għat-torque tal-magna għandhom jinbidlu b'mod lineari fi żmien 20 sa 46 sekonda biex jaqblu mal-ewwel valur programmat fil-mira tas-sekwenza tat-test skont il-paragrafu 4.3.5.5. Jekk l-ewwel valur programmat fil-mira jintlaħaq f'inqas minn 46 sekonda, il-ħin li jifdal sas-46 sekonda għandu jintuża għall-istabbilizzazzjoni.

4.3.5.5   Sekwenza tat-test

Is-sekwenza tat-test tikkonsisti f'valuri programmati fil-mira fi statiċità b'veloċità u b'torque tal-magna ddefiniti f'kull valur programmat fil-mira b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.2 u rampi definiti biex valur programmat fil-mira wieħed jiġi segwit minn ieħor.

L-ogħla valur programmat fil-mira tat-torque f'kull veloċità tal-magna fil-mira għandu jiġi operat b'domanda massima tal-operatur.

L-ewwel valur programmat fil-mira hu ddefinit bl-ogħla valur programmat fil-mira tal-veloċità tal-magna u bl-ogħla valur programmat fil-mira tat-torque.

Għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin biex jiġu koperti l-valuri programmati fil-mira kollha:

(1) 

Il-magna għandha tiġi operata għal 95±3 sekonda f'kull valur programmat fil-mira. L-ewwel 55±1 sekonda f'kull valur programmat fil-mira huma meqjusa bħala perjodu ta' stabbilizzazzjoni. Matul il-perjodu segwenti ta' 30±1 sekonda, il-valur medjan tal-veloċità tal-magna għandu jiġi kkontrollat kif ġej:

(a) 

Il-valur medjan tal-veloċità tal-magna għandu jinżamm fil-valur programmat fil-mira tal-veloċità tal-magna fi ħdan ±1 fil-mija tal-ogħla veloċità tal-magna fil-mira.

(b) 

Ħlief għall-punti f'tagħbija sħiħa, il-valur medjan tat-torque tal-magna għandu jinżamm fil-valur programmat fil-mira tat-torque fi ħdan tolleranza ta' ±20 Nm jew ±2 fil-mija tat-torque massimu kumplessiv, Tmax_overall, skont liema jkun l-ikbar.

Il-valuri rreġistrati b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.3 għandhom jinħażnu bħala valur meħud bħala medja tul il-perjodu ta' 30±1 sekonda. Il-perjodu li jifdal ta' 10±1 sekondi jista' jintuża għall-postproċessar u għall-ħżin tad-data, jekk ikun hemm bżonn. Matul dan il-perjodu, il-valur programmat fil-mira tal-magna għandu jinżamm.

(2) 

Wara li jitwettaq il-kejl f'valur programmat fil-mira wieħed, il-valur fil-mira għall-veloċità tal-magna għandu jinżamm kostanti fi ħdan ±20 min– 1 tal-valur programmat fil-mira tal-veloċità tal-magna u l-valur fil-mira għat-torque għandu jitnaqqas b'mod lineari fi ħdan 20±1 sekonda biex jiġi daqs il-valur programmat inferjuri fil-mira li jmiss tat-torque. Imbagħad, il-kejl għandu jsir skont is-subpunt (1).

(3) 

Wara li l-valur programmat tat-torque żero jitkejjel fis-subpunt (1), il-veloċità tal-magna fil-mira għandha titnaqqas b'mod lineari għall-valur programmat inferjuri fil-mira tal-veloċità tal-magna filwaqt li fl-istess ħin it-torque fil-mira għandu jiżdied b'mod lineari għall-ogħla valur programmat fil-mira tat-torque fil-valur programmat inferjuri fil-mira li jmiss tal-veloċità tal-magna fi ħdan 20 sa 46 sekonda. Jekk il-valur programmat fil-mira li jmiss jintlaħaq f'inqas minn 46 sekonda, il-ħin li jifdal sas-sekonda 46 għandu jintuża għall-istabbilizzazzjoni. Imbagħad, il-kejl għandu jsir billi tinbeda l-proċedura ta' stabbilizzazzjoni skont is-subpunt (1) u, wara, il-valuri programmati fil-mira tat-torque b'veloċità tal-magna kostanti fil-mira għandu jiġi aġġustat skont is-subpunt (2).

Il-Figura 3 turi t-tliet passi differenti li jridu jsiru f'kull valur programmat tal-kejl għat-test skont is-subpunt (1) iktar 'il fuq.

Figura 3

Passi li jridu jsiru f'kull valur programmat tal-kejl

image

Il-Figura 4 turi b'eżempju s-sekwenza tal-valuri programmati tal-kejl fi statiċità li jridu jiġu segwiti għat-test.

Figura 4

Is-sekwenza tal-valuri programmati tal-kejl fi statiċità

image

4.3.5.6   Evalwazzjoni tad-data għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet

L-inkwinanti gassużi għandhom jiġu ssorveljati matul l-FCMC b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.3. Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-veloċitajiet tal-magna karatteristiċi b'konformità mal-paragrafu 7.4.6. tal-Anness 4 għan-NU/KEE R.49.06.

4.3.5.6.1   Definizzjoni tal-erja ta' kontroll

L-erja ta' kontroll għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet matul l-FCMC għandha tiġi ddeterminata b'konformità mal-paragrafi 4.3.5.6.1.1 u 4.3.5.6.1.2.

4.3.5.6.1.1   Medda tal-veloċità tal-magna għall-erja ta' kontroll

(1) 

Il-medda tal-veloċità tal-magna għall-erja ta' kontroll għandha tkun iddefinita fuq il-bażi tal-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.

(2) 

L-erja ta' kontroll għandha tinkludi l-veloċitajiet tal-magna kollha li huma ikbar jew daqs it-30 perċentil tad-distribuzzjoni tal-veloċità kumulattiv, iddeterminata mill-veloċitajiet tal-magna kollha inkluża l-veloċità idle mqassma f'ordni axxendenti, tul iċ-ċiklu ta' test WHTC ta' startjar sħun imwettaq b'konformità mal-paragrafu 4.3.3 (n30) għall-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna msemmija fis-subpunt (1).

(3) 

L-erja ta' kontroll għandha tinkludi l-veloċitajiet tal-magna kollha daqs jew inferjuri għal nhi iddeterminati mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna msemmija fis-subpunt (1)

4.3.5.6.1.2   Medda tat-torque u tal-potenza tal-magna għall-erja ta' kontroll

(1) 

Il-limitu inferjuri tal-medda tat-torque tal-magna għall-erja ta' kontroll għandu jiġi ddefinit fuq il-bażi tal-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna bl-inqas klassifikazzjoni mill-magni kollha fi ħdan il-familja ta' CO2 tal-magni u jiġi rreġistrat b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.

(2) 

L-erja ta' kontroll għandha tinkludi l-punti kollha tat-tagħbija tal-magna daqs jew ikbar mit-30 perċentil tal-valur massimu tat-torque ddeterminat mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna msemmija fis-subpunt (1)

(3) 

Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subpunt (2), il-punti tal-veloċità u tat-torque f'livell inqas minn 30 fil-mija tal-valur massimu tal-potenza, iddeterminat mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna msemmija fis-subpunt (1), għandhom ikunu esklużi mill-erja ta' kontroll.

(4) 

Minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subpunti (2) u (3), il-limitu superjuri tal-erja ta' kontroll għandu jkun iddefinit fuq il-bażi tal-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 ta' dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.Il-valur tat-torque għal kull veloċità tal-magna ddeterminat mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 għandu jiżdied b'5 fil-mija tat-torque massimu kumplessiv, Tmax_overall, iddefinit b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.2.2. Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna miżjuda u modifikata tal-magna referenzjarja ta' CO2 għandha tintuża bħala limitu superjuri tal-erja ta' kontroll.

Il-Figura 5 turi b'eżempju d-definizzjoni tal-medda tal-veloċità, tat-torque u tal-potenza tal-magna għall-erja ta' kontroll.

Figura 5

Eżempju tad-definizzjoni tal-medda tal-veloċità, tat-torque u tal-potenza tal-magna għall-erja ta' kontroll

image

4.3.5.6.2   Definizzjoni taċ-ċelluli ta' grilja

L-erja ta' kontroll b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.6.1 għandha tinqasam f'numru ta' ċelluli ta' grilja għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet matul l-FCMC.

Il-grilja għandha tinkludi 9 ċelluli għall-magni b'veloċità nominali ta' inqas minn 3 000 min– 1 u 12-il ċellola għall-magni b'veloċità nominali ta' 3 000 min– 1 jew iktar. Il-grilji għandhom jiġu ddefiniti b'konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

Il-limiti esterni tal-grilji huma allinjati mal-erja ta' kontroll iddefinita skont il-paragrafu 4.3.5.6.1.

(2) 

2 linji vertikali spazjati f'distanza ugwali bejn l-veloċitajiet tal-magna n30 u 1.1 darba l-n95h għall-gradilji b'9 ċelluli, jew 3 linji vertikali spazjati f'distanza ugwali bejn l-veloċitajiet tal-magna n30 u 1.1 darba l-n95h għall-gradilji bi 12-il ċellula;

(3) 

2 linji spazjati f'distanza ugwali tat-torque tal-magna (jiġifieri 1/3) f'kull linja vertikali tal-veloċità tal-magna definit mis-subpunti (1) u (2)

Il-valuri kollha tal-veloċità tal-magna f'min– 1 u l-valuri kollha tat-torque fi Newtonmetri li jiddefinixxu l-limiti taċ-ċelluli ta' grilja għandhom jiġu arrotondati għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

Il-Figura 6 turi b'eżempju d-definizzjoni taċ-ċelluli ta' grilja għall-erja ta' kontroll fil-każ ta' grilja b'9 ċelluli.

Figura 6

Eżempju ta' definizzjoni taċ-ċelluli ta' grilja għall-erja ta' kontroll għal grilja b'9 ċelluli

image

4.3.5.6.3   Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi tal-massa

L-emissjonijiet speċifiċi tal-massa tal-inkwinanti gassużi għandhom jiġu ddeterminati bħala valur medju għal kull ċellula ta' grilja ddefinita b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.6.2. Il-valur medju għal kull ċellula ta' grilja għandu jiġi ddeterminat bħala valur medjan aritmetiku tal-emissjonijiet speċifiċi tal-massa fuq il-punti kollha tal-veloċità u tat-torque tal-magna mkejla matul l-FCMC li jinsabu fi ħdan l-istess ċellula ta' grilja.

L-emissjonijiet speċifiċi tal-massa tal-veloċità u tat-torque uniċi mkejla matul l-FCMC għandhom jiġu ddeterminati bħala valur meħud bħala medja tul il-perjodu ta' kejl ta' 30±1 sekonda ddefinit b'konformità mas-subpunt (1) tal-paragrafu 4.3.5.5.

Jekk punt tal-veloċità u tat-torque ta' magna jinsab direttament fuq linja li tissepara ċelluli ta' grilja differenti minn xulxin, dan il-punt tal-veloċità u tat-tagħbija tal-magna għandu jiġi kkunsidrat għall-valuri medji taċ-ċelluli ta' grilja kontigwi kollha.

Il-kalkolu tal-emissjonijiet tal-massa totali ta' kull inkwinant gassuż għal kull punt tal-veloċità u tat-torque tal-magna mkejjel matul l-FCMC, mFCMC,i fi grammi, tul il-perjodu ta' kejl ta' 30±1 sekonda b'konformità mas-subpunt (1) tal-paragrafu 4.3.5.5 għandu jsir b'konformità mal-paragrafu 8 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Ix-xogħol attwali tal-magna għal kull punt tal-veloċità u tat-torque tal-magna mkejjel matul l-FCMC, WFCMC,i f'kWh, tul il-perjodu ta' kejl ta' 30±1 sekonda b'konformità mas-subpunt (1) tal-paragrafu 4.3.5.5 għandu jiġi ddeterminat mill-valuri tal-veloċità u tat-torque tal-magna rreġistrati b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.3.

L-emissjonijiet speċifiċi tal-massa tal-inkwinanti gassużi eFCMC,i f'g/kWh għal kull punt tal-veloċità u tat-torque tal-magna mkejjel matul l-FCMC għandhom jiġu ddeterminati bl-ekwazzjoni li ġejja:

eFCMC,i = mFCMC,i / WFCMC,i

4.3.5.7   Validità tad-data

4.3.5.7.1   Rekwiżiti għall-istatistiki tal-validazzjoni tal-FCMC

Għall-FCMC għandha ssir analiżi tar-rigressjoni lineari tal-valuri attwali tal-veloċità tal-magna (nact), tat-torque tal-magna (Mact) u tal-potenza tal-magna (Pact) fuq il-valuri referenzjarji rispettivi (nref, Mref, Pref). Il-valuri attwali għal nact, għal Mact u għal Pact għandhom jiġu ddeterminati mill-valuri rreġistrati b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.3.

Ir-rampi biex isir avvanz minn valur programmat fil-mira wieħed għal li jmiss għandhom jiġu esklużi minn din l-analiżi ta' rigressjoni.

Sabiex jiġi minimizzat l-effett tal-perjodu latenti bejn il-valuri attwali u referenzjarji matul iċ-ċiklu, is-sekwenza kollha tas-sinjali attwali tal-veloċità u tat-torque tal-magna tista' tiġi avvanzata jew ittardjata fil-ħin fir-rigward tas-sekwenza tal-veloċità u tat-torque ta' referenza. Jekk is-sinjali attwali juru bidla, kemm l-veloċità kif ukoll it-torque għandhom jiġu aġġustati bl-istess ammont u fl-istess direzzjoni

Il-metodu ta' rigressjoni lineari għandu jintuża għall-analiżi ta' rigressjoni b'konformità mal-paragrafi A.3.1 u A.3.2 tal-Appendiċi 3 għall-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, bl-iktar ekwazzjoni xierqa fil-forma ddefinita fil-paragrafu 7.8.7 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Hu rakkomandat li din l-analiżi ssir f'1 Hz.

Għall-finijiet ta' din l-analiżi ta' rigressjoni biss, l-omissjonijiet tal-punti ġew awtorizzati meta msemmija fit-Tabella 4 (Omissjonijiet permessi ta' punti mill-analiżi ta' rigressjoni) tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06 qabel ma sar il-kalkolu ta' rigressjoni. Barra minn hekk, il-valuri kollha tat-torque u tal-potenza tal-magna b'domanda massima tal-operatur għandhom jiġu omessi għall-finijiet ta' din l-analiżi ta' rigressjoni biss. Madankollu, il-punti omessi għall-finijiet tal-analiżi ta' rigressjoni m'għandhomx jiġu omessi għal kwalunkwe kalkolu ieħor b'konformità ma' dan l-Anness. L-ommissjoni ta' punti tista' tiġi applikata għaċ-ċiklu kollu jew għal xi parti minnu.

Biex id-data tiġi kkunsidrata valida għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji tat-Tabella 3 (Tolleranzi tal-linja ta' rigressjoni għad-WHSC) tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

4.3.5.7.2   Rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet

Id-data miksuba mit-testijiet tal-FCMC hi valida jekk l-emissjonijiet speċifiċi tal-massa tal-inkwinanti gassużi rregolati ddeterminati għal kull ċellula ta' grilja b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.6.3 jissodisfaw il-limiti applikabbli għall-inkwinanti gassużi ddefiniti fil-paragrafu 5.2.2 tal-Anness 10 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. F'każ li n-numru ta' punti tal-veloċità u tat-torque tal-magna fi ħdan l-istess ċellula ta' grilja jkun inqas minn 3, dan il-paragrafu m'għandux japplika għal dik iċ-ċellula ta' grilja speċifika.

5.   Postproċessar tad-data tal-kejl

Il-kalkoli kollha ddefiniti f'dan il-paragrafu għandhom isiru b'mod speċifiku għal kull magna fi ħdan familja waħda ta' CO2 tal-magni.

5.1   Kalkolu tax-xogħol tal-magna

▼M1

Ix-xogħol totali tal-magna tul ċiklu jew tul perjodu ddefinit għandu jiġi ddeterminat mill-valuri rreġistrati tal-potenza tal-magna ddeterminati b'konformità mal-paragrafu 3.1.2 ta' dan l-Anness u mal-paragrafi 6.3.5. u 7.4.8. tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

▼B

Ix-xogħol tal-magna tul ċiklu ta' ttestjar sħiħ jew tul kull subċiklu tad-WHTC għandu jiġi ddeterminat bl-integrazzjoni ta' valuri rreġistrati tal-potenza tal-magna b'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

Wact, i

=

ix-xogħol totali tal-magna tul il-perjodu ta' ħin minn t0 sa t1

t0

=

il-ħin fil-bidu tal-perjodu ta' ħin

t1

=

il-ħin fi tmiem il-perjodu ta' ħin

n

=

in-numru ta' valuri rreġistrati tul il-perjodu ta' ħin minn t0 sa t1

Pk [0 … n]

=

il-valuri rreġistrati tal-potenza tal-magna tul il-perjodu ta' ħin minn t0 sa t1 f'ordni kronoloġika, fejn k tibda minn 0 f't0 u tispiċċa f'n f't1

h

=

il-wisa' tal-intervall bejn żewġ valuri rreġistrati kontigwi ddefiniti minn

image

5.2   Kalkolu tal-konsum tal-fjuwil integrat

Kwalunkwe valur negattiv għall-konsum tal-fjuwil għandu jintuża direttament u m'għandux jiġi ssettjat għal żero għall-kalkoli tal-valur integrat.

Il-massa totali tal-fjuwil ikkonsmata mill-magna tul ċiklu tat-test sħiħ jew tul kull subċiklu tad-WHTC għandha tiġi ddeterminata bl-integrazzjoni tal-valuri rreġistrati tal-fluss tal-massa tal-fjuwil b'konformità mal-formula li ġejja:

image

fejn:

Σ FCmeas, i

=

il-massa totali tal-fjuwil ikkonsmata mill-magna tul il-perjodu ta' ħin minn t0 sa t1

t0

=

il-ħin fil-bidu tal-perjodu ta' ħin

t1

=

il-ħin fi tmiem il-perjodu ta' ħin

n

=

in-numru ta' valuri rreġistrati tul il-perjodu ta' ħin minn t0 sa t1

mffuel,k [0 … n]

=

il-valuri tal-fluss tal-massa tal-fjuwil irreġistrati tul il-perjodu ta' ħin minn t0 sa t1 fejn k tibda minn 0 f't0 u tispiċċa f'n f't1

h

=

il-wisa' tal-intervall bejn żewġ valuri rreġistrati kontigwi ddefiniti minn

image

5.3   Kalkolu ta' ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil

Il-fatturi ta' korrezzjoni u ta' bbilanċjar, li jridu jiġu pprovduti bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni, huma kkalkolati mill-għodda ta' preproċessar tal-magna fuq il-bażi taċ-ċifri speċifiċi mkejlin tal-konsum tal-fjuwil tal-magna ddeterminati b'konformità mal-paragrafi 5.3.1 u 5.3.2.

5.3.1   Ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad-WHTC

Iċ-ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil meħtieġa għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad-WHTC għandhom jiġu kkalkolati mill-valuri mkejla attwali għad-WHTC bi startjar sħun irreġistrati b'konformità mal-paragrafi 4.3.3 kif ġej:

SFCmeas, Urban = Σ FCmeas, WHTC-Urban / Wact, WHTC-Urban
SFCmeas, Rural = Σ FCmeas, WHTC- Rural / Wact, WHTC- Rural
SFCmeas, MW = Σ FCmeas, WHTC-MW / Wact, WHTC-M)

fejn:

SFCmeas, i

=

Il-konsum speċifiku tal-fjuwil tul is-subċiklu tad-WHTC i [g/kWh]

Σ FCmeas, i

=

Il-massa totali tal-fjuwil ikkonsmata mill-magna tul is-subċiklu tad-WHTC i [g] iddeterminata b'konformità mal-paragrafu 5.2

Wact, i

=

Ix-xogħol totali tal-magna tul is-subċiklu tad-WHTC i [kWh] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.1

It-3 subċikli differenti tad-WHTC – urban, rurali u awtostrada – għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:

(1) 

urban: mill-bidu taċ-ċiklu sa ≤ 900 sekonda mill-bidu taċ-ċiklu

(2) 

rurali: minn > 900 sekonda sa ≤ 1 380 sekonda mill-bidu taċ-ċiklu

(3) 

awtostrada (MW): minn > 1 380 sekonda mill-bidu taċ-ċiklu sa tmiem iċ-ċiklu

5.3.2   Ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil għall-fattur ta' bbilanċjar tal-emissjoni kiesaħ-sħun

Iċ-ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil meħtieġa għall-fattur ta' bbilanċjar tal-emissjoni kiesaħ-sħun għandhom jiġu kkalkolati mill-valuri mkejla attwali kemm għat-test tad-WHTC bi startjar sħun kif ukoll dak bi startjar kiesaħ li huma rreġistrati b'konformità mal-paragrafi 4.3.3. Il-kalkoli għandhom isiru kemm għad-WHTC bi startjar sħun kif ukoll bi startjar kiesaħ b'mod separat kif ġej:

SFCmeas, hot = Σ FCmeas, hot / Wact, hot
SFCmeas, cold = Σ FCmeas, cold / Wact, cold

fejn:

SFCmeas, j

=

Il-konsum speċifiku tal-fjwuil [g/kWh]

Σ FCmeas, j

=

Il-konsum totali tal-fjuwil tul id-WHTC [g] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.2 ta' dan l-Anness

Wact, j

=

Ix-xogħol totali tal-magna tul id-WHTC [kWh] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.1 ta' dan l-Anness

5.3.3   Ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil tul id-WHSC

Iċ-ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil tul id-WHSC għandhom jiġu kkalkolati mill-valuri mkejla attwali għad-WHSC irreġistrati b'konformità mal-paragrafi 4.3.4 kif ġej:

SFCWHSC = (Σ FCWHSC) / (WWHSC)

fejn:

SFCWHSC

=

Il-konsum speċifiku tal-fjwuil tul id-WHSC [g/kWh]

Σ FCWHSC

=

Il-konsum totali tal-fjuwil tul id-WHSC [g] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.2 ta' dan l-Anness

WWHSC

=

Ix-xogħol totali tal-magna tul id-WHSC [kWh] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.1 ta' dan l-Anness

5.3.3.1   Ċifri speċifiċi kkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil tul id-WHSC

Il-konsum speċifiku kkalkolat tal-fjuwil tul id-WHSC, SFCWHSC, iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.3.3 għandu jiġi aġġustat għal valur ikkoreġut, SFCWHSC,corr, biex jingħata kont lid-differenza bejn l-NCV tal-fjuwil użat matul l-ittestjar u l-NCV standard għat-teknoloġija rispettiva tal-fjuwil tal-magna b'konformità mal-ekwazzjoni li ġejja:

image

fejn:

SFCWHSC,corr

=

Il-konsum speċifiku kkoreġut tal-fjuwil tul id-WHSC [g/kWh]

SFCWHSC

=

Il-konsum speċifiku tal-fjwuil tul id-WHSC [g/kWh]

NCVmeas

=

L-NCV tal-fjuwil użat matul l-ittestjar iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 3.2 [MJ/kg]

NCVstd

=

L-NCV standard b'konformità mat-Tabella 4 [MJ/kg]



Tabella 4

Valuri kalorifiċi netti standard tat-tipi ta' fjuwil

Tip ta' fjuwil / tip ta' magna

Referenza tat-tip ta' fjuwil

NCV Standard [MJ/kg]

Diżil / CI

B7

42.7

Etanol / CI

ED95

25.7

Petrol / PI

E10

41.5

Etanol / PI

E85

29.1

LPG / PI

LPG Fjuwil B

46.0

▼M1

Gass Naturali / PI

G25 jew GR

45.1

▼B

5.3.3.2   Dispożizzjonijiet speċjali għall-fjuwil ta' referenza B7

F'każ li matul l-ittestjar intuża l-fjuwil ta' referenza tat-tip B7 (Diżil/CI) b'konformità mal-paragrafu 3.2, il-korrezzjoni ta' standardizzazzjoni b'konformità mal-paragrafu 5.3.3.1 m'għandhiex issir u l-valur ikkoreġut, SFCWHSC,corr, għandu jiġi stabbilit għall-valur mhux ikkoreġut SFCWHSC.

5.4   Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-magni mgħammra b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost li huma riġenerati fuq bażi perjodika

Għall-magni mgħammra b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost li huma riġenerati fuq bażi perjodika ddefiniti b'konformità mal-paragrafu 6.6.1 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi aġġustat biex jieħu f'kunsiderazzjoni l-avvenimenti ta' riġenerazzjoni b'koeffiċjent ta' korrezzjoni.

Dan il-koeffiċjent ta' korrezzjoni, CFRegPer, għandu jiġi ddeterminat b'konformità mal-paragrafu 6.6.2 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Għall-magni mgħammra b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost b'riġenerazzjoni kontinwa, iddefiniti b'konformità mal-paragrafu 6.6 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, m'għandu jiġi ddeterminat ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni u l-valur tal-fattur CFRegPer għandu jiġi stabbilit għal 1.

Il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tintuża għad-denormalizzazzjoni taċ-ċiklu ta' referenza tad-WHTC u l-kalkoli kollha tal-valuri referenzjarji mwettqa b'konformità mal-paragrafi 7.4.6, 7.4.7 u 7.4.8 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Minbarra d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, il-fluss attwali tal-massa tal-fjuwil ikkonsmata mill-magna b'konformità mal-paragrafu 3.4 għandu jiġi rreġistrat għal kull test tad-WHTC bi startjar sħun imwettaq b'konformità mal-paragrafu 6.6.2 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06.

Il-konsum speċifiku tal-fjuwil għal kull test tad-WHTC bi startjar sħun għandu jiġi kkalkolat bl-ekwazzjoni li ġejja:

SFCmeas, m = (Σ FCmeas, m) / (Wact, m)

fejn:

SFCmeas, m

=

Il-konsum speċifiku tal-fjwuil [g/kWh]

Σ FCmeas,m

=

Il-konsum totali tal-fjuwil tul id-WHTC [g] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.2 ta' dan l-Anness

Wact, m

=

Ix-xogħol totali tal-magna tul id-WHTC [kWh] iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.1 ta' dan l-Anness

m

=

Indiċi li jiddefinixxi kull test tad-WHTC individwali bi startjar sħun

Il-valuri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil għat-testijiet individwali tad-WHTC għandhom jiġu ponderati bl-ekwazzjoni li ġejja:

image

fejn:

n

=

in-numru ta' testijiet WHTC bi startjar sħun mingħajr riġenerazzjoni

nr

=

in-numru ta' testijiet WHTC bi startjar sħun b'riġenerazzjoni (in-numru minimu hu test wieħed)

SFCavg

=

il-konsum speċifiku medju tal-fjuwil mit-testijiet tad-WHTC bi startjar sħun kollha mingħajr riġenerazzjoni [g/kWh]

SFCavg,r

=

il-konsum speċifiku medju tal-fjuwil mit-testijiet tad-WHTC bi startjar sħun kollha b'riġenerazzjoni [g/kWh]

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni, CFRegPer, għandu jiġi kkalkolat bl-ekwazzjoni li ġejja:

image

6.   Applikazzjoni tal-għodda ta' preproċessar tal-magna

L-għodda ta' preproċessar tal-magna għandha tiġi eżegwita għal kull magna fi ħdan familja waħda ta' CO2 tal-magni billi jintuża l-input iddefinit fil-paragrafu 6.1.

Id-data tal-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna għandha tkun ir-riżultat finali tal-proċedura tat-test tal-magna u għandha tiġi ddokumentata.

6.1   Id-data tal-input għall-għodda ta' preproċessar tal-magna

Id-data tal-input li ġejja għandha tiġi ġġenerata mill-proċeduri tat-test speċifikati f'dan l-Anness u għandha tiddaħħal fl-għodda ta' preproċessar tal-magna

6.1.1   Kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna referenzjarja ta' CO2

Id-data tal-input għandha tkun il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.

F'każ li, fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna ta' dik il-magna speċifika rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 għandha tintuża bħala d-data tal-input.

Id-data tal-input għandha tiġi pprovduta fil-format tal-fajl ta' “valuri separati b'virgola” bil-karattru separatur li jkun il-Karattru tal-Unicode “COMMA” (U+002C) (“,”). L-ewwel linja tal-fajl għandha tintuża bħala intestatura u m'għandu jkun fiha ebda data reġistrata. Id-data reġistrata għandha tibda mit-tieni linja tal-fajl.

L-ewwel kolonna tal-fajl għandha tkun il-veloċità tal-magna f'min– 1 arrotondata għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06. It-tieni kolonna għandha tkun it-torque f'Nm arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.2   Kurva tat-tagħbija sħiħa

Id-data tal-input għandha tkun il-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.

Id-data tal-input għandha tiġi pprovduta fil-format tal-fajl ta' “valuri separati b'virgola” bil-karattru separatur li jkun il-Karattru tal-Unicode “COMMA” (U+002C) (“,”). L-ewwel linja tal-fajl għandha tintuża bħala intestatura u m'għandu jkun fiha ebda data reġistrata. Id-data reġistrata għandha tibda mit-tieni linja tal-fajl.

L-ewwel kolonna tal-fajl għandha tkun il-veloċità tal-magna f'min– 1 arrotondata għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06. It-tieni kolonna għandha tkun it-torque f'Nm arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.3   Kurva tal-motoraġġ tal-magna referenzjarja ta' CO2

Id-data tal-input għandha tkun il-kurva tal-motoraġġ tal-magna tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.2.

F'każ li, fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, il-kurva tal-motoraġġ tal-magna ta' dik il-magna speċifika rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.2 għandha tintuża bħala d-data tal-input.

Id-data tal-input għandha tiġi pprovduta fil-format tal-fajl ta' “valuri separati b'virgola” bil-karattru separatur li jkun il-Karattru tal-Unicode “COMMA” (U+002C) (“,”). L-ewwel linja tal-fajl għandha tintuża bħala intestatura u m'għandu jkun fiha ebda data reġistrata. Id-data reġistrata għandha tibda mit-tieni linja tal-fajl.

L-ewwel kolonna tal-fajl għandha tkun il-veloċità tal-magna f'min– 1 arrotondata għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06. It-tieni kolonna għandha tkun it-torque f'Nm arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.4   Mappa tal-konsum tal-fjuwil tal-magna referenzjarja ta' CO2

Id-data tal-input għandha tkun il-valuri tal-veloċità tal-magna, tat-torque tal-magna u tal-fluss tal-massa tal-fjuwil iddeterminati għall-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magni ddefinita b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness u rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.

F'każ li, fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, il-valuri tal-veloċità tal-magna, tat-torque tal-magna u tal-fluss tal-massa tal-fjuwil għal dik il-magna speċifika rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.5 għandhom jintużaw bħala d-data tal-input.

Id-data tal-input għandha tikkonsisti biss fil-valuri medji tal-kejl tal-veloċità tal-magna, tat-torque tal-magna u tal-fluss tal-massa tal-fjuwil tul il-perjodu ta' kejl ta' 30±1 sekonda ddeterminati b'konformità mas-subpunt (1) tal-paragrafu 4.3.5.5.

Id-data tal-input għandha tiġi pprovduta fil-format tal-fajl ta' “valuri separati b'virgola” bil-karattru separatur li jkun il-Karattru tal-Unicode “COMMA” (U+002C) (“,”). L-ewwel linja tal-fajl għandha tintuża bħala intestatura u m'għandu jkun fiha ebda data reġistrata. Id-data reġistrata għandha tibda mit-tieni linja tal-fajl.

L-ewwel kolonna tal-fajl għandha tkun il-veloċità tal-magna f'min– 1 arrotondata għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06. It-tieni kolonna għandha tkun it-torque f'Nm arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06. It-tielet kolonna għandha tkun l-fluss tal-massa tal-fjuwil fi g/siegħa arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.5   Ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad-WHTC

Id-data tal-input għandha tkun it-tliet valuri għall-konsum speċifiku tal-fjuwil tul is-subċikli differenti tad-WHTC – urban, rurali u awtostrada – fi g/kWh iddeterminati b'konformità mal-paragrafu 5.3.1.

Il-valuri għandhom jiġu arrotondati għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.6   Ċifri speċifiċi tal-konsum tal-fjuwil għall-fattur ta' bbilanċjar tal-emissjoni kiesaħ-sħun

Id-data tal-input għandha tkun iż-żewġ valuri għall-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHTC bi startjar sħun u bi startjar kiesaħ fi g/kWh iddeterminati b'konformità mal-paragrafu 5.3.2.

Il-valuri għandhom jiġu arrotondati għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.7   Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-magni mgħammra b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost li huma riġenerati fuq bażi perjodika

Id-data tal-input għandha tkun il-koeffiċjent ta' korrezzjoni CFRegPer iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.4.

Għall-magni mgħammra b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost b'riġenerazzjoni kontinwa, iddefiniti b'konformità mal-paragrafu 6.6.1 tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, dan il-fattur għandu jiġi ssettjat għal 1 b'konformità mal-paragrafu 5.4.

Il-valur għandu jiġi arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.8   NCV tal-fjuwil tat-test

Id-data tal-input għandha tkun l-NCV tal-fjuwil tat-test f'MJ/kg iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 3.2.

▼M1

Il-valur għandu jiġi arrotondat għal 2 postijiet wara l-punt deċimali b'konformità mal-ASTM E 29-06.

▼B

6.1.9   Tip ta' fjuwil tat-test

Id-data tal-input għandha tkun it-tip tal-fjuwil tat-test magħżul b'konformità mal-paragrafu 3.2.

6.1.10   Veloċità idle tal-magna referenzjarja ta' CO2

Id-data tal-input għandha tkun il-veloċità tal-magna, nidle, f'min– 1 tal-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magna b'konformità mal-Appendiċi 3 għal dan l-Anness kif iddikjarata mill-manifattur fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni fid-dokument ta' informazzjoni mfassal b'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2.

F'każ li, fuq talba tal-manifattur, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 15(5) ta' dan ir-Regolament, il-veloċità idle tal-magna ta' dik il-magna speċifika għandu jintuża bħala d-data tal-input.

Il-valur għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.11   Veloċità idle tal-magna

Id-data tal-input għandha tkun il-veloċità tal-magna, nidle, f'min– 1 tal-magna, kif iddikjarata mill-manifattur fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni fid-dokument ta' informazzjoni mfassal b'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

Il-valur għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.12   Ċilindrata

Id-data tal-input għandha tkun iċ-ċilindrata f'ccm tal-magna, kif iddikjarata mill-manifattur fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni fid-dokument ta' informazzjoni mfassal b'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

Il-valur għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.13   Il-veloċità nominali tal-magna

Id-data tal-input għandha tkun il-veloċità tal-magna, nidle, f'min-– 1 tal-magna, kif iddikjarata mill-manifattur fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni 3.2.1.8 fid-dokument ta' informazzjoni mfassal b'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

Il-valur għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.14   Potenza nominali tal-magna

Id-data tal-input għandha tkun il-potenza nominali f'kW tal-magna kif iddikjarata mill-manifattur fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni 3.2.1.8 fid-dokument ta' informazzjoni mfassal b'konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

Il-valur għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ b'konformità mal-ASTM E 29-06.

6.1.15   Manifattur

Id-data tal-input għandha tkun isem il-manifattur tal-magna bħala sekwenza ta' karattri f'kodifikazzjoni ISO8859-1.

6.1.16   Mudell

Id-data tal-input għandha tkun isem il-mudell tal-magna bħala sekwenza ta' karattri f'kodifikazzjoni ISO8859-1.

6.1.17   ID tar-Rapport Tekniku

Id-data tal-input għandha tkun identifikatur uniku tar-rapport tekniku kkumpilat għall-approvazzjoni tat-tip tal-magna speċifika. L-identifikatur għandu jiġi pprovdut bħala sekwenza ta' karattri f'kodifikazzjoni ISO8859-1.




Appendiċi 1

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KOMPONENT, UNITÀ TEKNIKA JEW SISTEMA SEPARATA

Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT DWAR IL-PROPRJETAJIET RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TA' FAMILJA TAL-MAGNA



Timbru tal-amministrazzjoni

— l-għoti (1)

— l-estensjoni (1)

— ir-rifjut (1)

— l-irtirar (1)

Komunikazzjoni dwar:

ta' ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' familja tal-magna b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400, kif emendat l-aħħar bi …

Numru ta' ċertifikazzjoni:

Hash:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

Tip:

0.3.

Metodu ta' identifikazzjoni tat-tip

0.3.1.

Post tal-markar taċ-ċertifikazzjoni:

0.3.2

Metodu ta' twaħħil tal-markar taċ-ċertifikazzjoni:

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.6.

L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.7.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm)

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.

Awtorità tal-approvazzjoni responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test:

4.

Numru tar-rapport tat-test:

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

Dokumenti mehmużin:

Pakkett ta' informazzjoni. Rapport tat-test.




Appendiċi 2

Dokument ta' Informazzjoni dwar il-Magna

Noti dwar il-mili tat-tabelli

L-ittri A, B, C, D, E li jikkorrispondu għal membri tal-familja ta' CO2 tal-magni għandhom jiġu sostitwiti bl-ismijiet proprji tal-membri tal-familja CO2 tal-magni.

F'każ meta għal ċerta karatteristika ta' magna japplika/tapplika l-istess valur/deskrizzjoni għall-membri kollha tal-familja ta' CO2 tal-magni, iċ-ċelluli li jikkorrispondu għal A-E għandhom jingħaqdu flimkien.

Fil-każ li l-familja ta' CO2 tal-magna tikkonsisti minn iktar minn ħames membri, jistgħu jiżdiedu aktar kolonni ġodda.

L-“Appendiċi għad-dokument ta' informazzjoni” għandu jiġi kkupjat u jimtela għal kull magna fi ħdan familja ta' CO2 b'mod separat.

In-noti ta' spjegazzjoni f'qiegħ il-paġna jistgħu jinstabu fl-aħħar nett ta' dan l-Appendiċi.



 

 

Magna referenzjarja ta' CO2

Membri tal-familja ta' CO2 tal-magna

A

B

C

D

E

0.

Ġenerali

0.l.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

 

0.2.

Tip

 

0.2.1.

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli)

 

 

 

 

 

 

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur

 

0.8.

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ

 

 

 

 

 

 

0.9.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm)

 

PARTI 1

Karatteristiċi essenzjali tal-magna (ġenitur) u tat-tipi ta' magna f'familja tal-magna



 

 

Magna referenzjarja jew tip ta' magna

Membri tal-familja ta' CO2 tal-magna

A

B

C

D

E

3.2.

Magna b'kombustjoni interna

 

 

 

 

 

 

3.2.1.

Informazzjoni speċifika dwar il-magna

 

 

 

 

 

 

3.2.1.1.

Prinċipju ta' tħaddim: tqabbid bl-ispark/tqabbid bil-kompressjoni (1)

Ċiklu four stroke/ two stroke/ rotatorju (1)

 

3.2.1.2.

Numru u arranġament taċ-ċilindri

 

 

 

 

 

 

3.2.1.2.1.

Bor (3) mm

 

 

 

 

 

 

3.2.1.2.2.

Stroke (3) mm

 

 

 

 

 

 

3.2.1.2.3.

Ordni tal-kombustjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.1.3.

Ċilindrata (4) cm3

 

 

 

 

 

 

3.2.1.4.

Proporzjon volumetriku tal-kompressjoni (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.1.5.

Disinni tal-kompartiment ta' kombustjoni, tar-ras tal-pistun u, fil-każ ta' magni ta' tqabbid bl-ispark, tar-rings tal-pistuni

 

 

 

 

 

 

3.2.1.6.

Veloċità idle normali tal-magna (5) min– 1

 

 

 

 

 

 

3.2.1.6.1.

Veloċità idle għolja tal-magna (5) min– 1

 

 

 

 

 

 

3.2.1.7.

Kontenut ta' monossidu tal-karbonju fil-gass tal-egżost bil-magna idle (5): % kif iddikjarat mill-manifattur (magni ta' tqabbid bl-ispark biss)

 

 

 

 

 

 

3.2.1.8.

Potenza netta massima (6) … kW fi … min– 1 (il-valur iddikjarat mill-manifattur)

 

 

 

 

 

 

3.2.1.9.

Veloċità massima permessa tal-magna kif stabbilita mill-manifattur (min– 1)

 

 

 

 

 

 

3.2.1.10.

Torque massimu nett (6) (Nm) fi (min– 1) (il-valur iddikjarat mill-manifattur)

 

 

 

 

 

 

3.2.1.11.

Referenzi tal-manifattur tal-pakkett ta' dokumentazzjoni meħtieġ mill-paragrafi 3.1., 3.2. u 3.3. tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06 li jippermetti li l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tevalwa l-istrateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet u s-sistemi abbord il-magna biex tiżgura t-tħaddim korrett tal-miżuri ta' kontroll tal-NOx

 

 

 

 

 

 

3.2.2.

Fjuwil

 

 

 

 

 

 

▼M1

3.2.2.2.

Vetturi tqal Diżil/Petrol/LPG/NG/Etanol (ED95)/Etanol (E85) (1)

 

 

 

 

 

 

▼B

3.2.2.2.1.

Fjuwils kompatibbli mal-użu mill-magna ddikjarat mill-manifattur b'konformità mal-paragrafu 4.6.2. tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06 (skont il-każ)

 

 

 

 

 

 

 

3.2.4.

Alimentazzjoni tal-fjuwil

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.

B'injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bil-kompressjoni biss): Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.1.

Deskrizzjoni tas-sistema

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.2.

Prinċipju ta' tħaddim: injezzjoni diretta/prekompartiment/kompartiment tat-tidwir tal-arja (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.

Pompa tal-injezzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.3.

Forniment massimu ta' fjuwil (1) (5) … mm3 /stroke jew ċiklu b'veloċità tal-magna ta' … min– 1 jew, inkella, dijagramma karatteristika

(Meta jiġi fornut regolatur tal-boost, iddikjara l-konsenja tal-fjuwil u l-pressjoni tal-boost tipiċi meta mqabbla mal-veloċità tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.4.

Tajming statiku tal-injezzjoni (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.5.

Kurva tal-avvanz tal-injezzjoni (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.3.6.

Proċedura tal-kalibrar: bank tat-test/magna (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.4.

Regolatur

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.4.1.

Tip

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.4.2.

Punt ta' limitu

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.4.2.1.

Veloċità li fiha jibda l-limitu taħt tagħbija (min– 1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.4.2.2.

Veloċità massima b'tagħbija żero (min– 1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.4.2.3.

Veloċità idle (min– 1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.5.

Pajpijiet tal-injezzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.5.1.

Tul (mm)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.5.2.

Dijametru intern (mm)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.5.3.

Common rail, għamla u tip

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.6.

Injettatur(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.6.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.6.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.6.3.

Pressjoni tal-ftuħ (5):

kPa jew dijagramma karatteristika (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.7.

Sistema ta' startjar kiesaħ

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.7.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.7.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.7.3.

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.8.

Apparat tal-assistenza tal-awżiljarji

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.8.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.8.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.8.3.

Deskrizzjoni tas-sistema

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.

Injezzjoni kkontrollata elettronikament: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.

Deskrizzjoni tas-sistema (fil-każ ta' sistemi għajr għal ta' injezzjoni kontinwa agħti d-dettalji ekwivalenti)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.1.

Għamla u tip tal-unità ta' kontroll (ECU)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.2.

Għamla u tip tar-regolatur tal-fjuwil

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.3.

Għamla u tip tas-senser tal-fluss ta' arja

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.4.

Għamla u tip tad-distributur tal-fjuwil

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.5.

Għamla u tip tal-ħawsing tat-throttle

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.6.

Għamla u tip tas-senser tat-temperatura tal-ilma

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.7.

Għamla u tip tas-senser tat-temperatura tal-arja

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.8.

Għamla u tip tas-senser tal-pressjoni tal-arja

 

 

 

 

 

 

3.2.4.2.9.3.9.

Numru(i) ta' kalibrar tas-softwer

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.

B'injezzjoni tal-fjuwil (tqabbid bl-ispark biss): Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.1.

Prinċipju ta' tħaddim: manifold tad-dħul (injezzjoni minn punt wieħed/minn diversi punti/diretta (1)/oħra speċifika)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.2.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.3.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.

Deskrizzjoni tas-sistema (Fil-każ ta' sistemi għajr għal ta' injezzjoni kontinwa agħti d-dettalji ekwivalenti)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.1.

Għamla u tip tal-unità ta' kontroll (ECU)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.2.

Għamla u tip tar-regolatur tal-fjuwil

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.3.

Għamla u tip tas-sensur tal-fluss tal-arja

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.4.

Għamla u tip tad-distributur tal-fjuwil

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.5.

Għamla u tip tar-regolatur tal-pressjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.6.

Għamla u tip tal-mikroswiċċ

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.7.

Għamla u tip tal-vit tal-aġġustament tal-idling

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.8.

Għamla u tip tal-ħawsing tat-throttle

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.9.

Għamla u tip tas-sensur tat-temperatura tal-ilma

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.10.

Għamla u tip tas-sensur tat-temperatura tal-arja

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.11.

Għamla u tip tas-sensur tal-pressjoni tal-arja

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.4.12.

Numru/i ta' kalibrar tas-softwer

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.5.

Injetturi: pressjoni tal-ftuħ (5) (kPa) jew dijagramma karatteristika (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.5.1.

Għamla

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.5.2.

Tip

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.6.

Tajming tal-injezzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.7.

Sistema ta' startjar kiesaħ

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.7.1.

Prinċipju/i operattiv(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.3.7.2.

Limiti/issettjar operattivi (1) (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.4.4.

Pompa ta' alimentazzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.4.4.1.

Pressjoni (5) (kPa) jew dijagramma karatteristika (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.5.

Sistema elettrika

 

 

 

 

 

 

3.2.5.1.

Vultaġġ nominali (V), ert pożittiv/negattiv (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.5.2.

Ġeneratur

 

 

 

 

 

 

3.2.5.2.1.

Tip

 

 

 

 

 

 

3.2.5.2.2.

Output nominali (VA)

 

 

 

 

 

 

3.2.6.

Ignixin (magni ta' tqabbid bl-ispark biss)

 

 

 

 

 

 

3.2.6.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.6.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.6.3.

Prinċipju tat-tħaddim

 

 

 

 

 

 

3.2.6.4.

Kurva jew mappa tal-avvanz tal-ignixin (5)

 

 

 

 

 

 

3.2.6.5.

Tajming tal-ignixin statika (5) (gradi qabel TDC)

 

 

 

 

 

 

3.2.6.6.

Spark plaggs

 

 

 

 

 

 

3.2.6.6.1.

Għamla

 

 

 

 

 

 

3.2.6.6.2.

Tip

 

 

 

 

 

 

3.2.6.6.3.

Fetħa tal-isparkplagg (mm)

 

 

 

 

 

 

3.2.6.7.

Kojl(s) tal-ignixin

 

 

 

 

 

 

3.2.6.7.1.

Għamla

 

 

 

 

 

 

3.2.6.7.2.

Tip

 

 

 

 

 

 

3.2.7.

Sistema tat-tkessiħ: likwidu/arja (1)

 

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.

Likwidu

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.1.

Tip ta' likwidu

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.2.

Pompa/i taċ-ċirkolazzjoni: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.3.

Karatteristiċi

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.3.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.3.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.7.2.4.

Proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.7.3.

Arja

 

 

 

 

 

 

3.2.7.3.1.

Fann: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.7.3.2.

Karatteristiċi

 

 

 

 

 

 

3.2.7.3.2.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.7.3.2.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.7.3.3.

Proporzjon(ijiet) tat-trażmissjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.8.

Sistema tad-dħul

 

 

 

 

 

 

3.2.8.1.

Ċarġer tal-pressjoni: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.1.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.8.1.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.1.3.

Deskrizzjoni tas-sistema (eż. pressjoni massima taċ-ċarġ … kPa, wastegate, jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.2.

Intercooler: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.2.1.

Tip: arja-arja/arja-ilma (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.3.

Dipressjoni tad-dħul tal-arja b'veloċità nominali tal-magna u b'tagħbija ta' 100 % (magni ta' tqabbid bil-kompressjoni biss)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.3.1.

Minimu permess (kPa)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.3.2.

Massimu permess (kPa)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.4.

Deskrizzjoni u disinni ta' pajpijiet ta' dħul u tal-aċċessorji tagħhom (il-kompartiment plenum, l-apparat tat-tisħin, dħul addizzjonali tal-arja, eċċ.)

 

 

 

 

 

 

3.2.8.4.1.

Deskrizzjoni tal-manifold tad-dħul (ehmeż id-disinni u/jew ritratti)

 

 

 

 

 

 

3.2.9.

Sistema tal-egżost

 

 

 

 

 

 

3.2.9.1.

Deskrizzjoni u/jew disinni tal-manifold tal-egżost

 

 

 

 

 

 

3.2.9.2.

Deskrizzjoni u/jew disinni tas-sistema tal-egżost

 

 

 

 

 

 

3.2.9.2.1.

Deskrizzjoni u/jew disinn tal-elementi tas-sistema tal-egżost li huma parti mis-sistema tal-magna

 

 

 

 

 

 

3.2.9.3.

Il-pressjoni ta' wara tal-egżost massima permissibbli b'veloċita nominali tal-magna u b'tagħbija ta' 100 % (magni ta' tqabbid bil-kompressjoni biss)(kPa) (7)

 

 

 

 

 

 

 

3.2.9.7.

Volum tas-sistema tal-egżost (dm3)

 

 

 

 

 

 

3.2.9.7.1.

Volum aċċettabbli tas-sistema tal-egżost: (dm3)

 

 

 

 

 

 

3.2.10.

Żoni trażversali minimi ta' portijiet tal-bokka u tal-iżbokk u l-ġeometrija tal-portijiet

 

 

 

 

 

 

3.2.11.

Tajming tal-valvi jew data ekwivalenti

3.2.11.1.

Irfigħ massimu tal-valvi, angoli ta' ftuħ u ta' għeluq, jew dettalji tat-timing ta' sistemi ta' distribuzzjoni alternattivi, meta mqabbla ma' puntimurti. Għal sistema ta' tajming varjabbli, tajming minimu u massimu

 

 

 

 

 

 

3.2.11.2.

Medda ta' referenza u/jew tal-issettjar (7)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.

Miżuri meħuda kontra t-tniġġis tal-arja

 

3.2.12.1.1.

Apparat għar-riċiklaġġ ta' gassijiet mill-kaxxa tal-krank: Iva/Le (1)

Jekk iva, deskrizzjoni u disinni

Jekk le, tinħtieġ il-konformità mal-paragrafu 6.10. tal-Anness 4 tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06.

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.

Tagħmir addizzjonali għall-kontroll tat-tniġġis (jekk ikun hemm, u jekk mhux kopert minn intestatura oħra)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.

Konvertitur katalitiku: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.1.

Għadd ta' konvertituri katalitiċi u ta' elementi (ipprovdi din l-informazzjoni hawn taħt għal kull unità separata)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.2.

Dimensjonijiet, forma u volum tal-konvertitur(i) katalitiku/ċi

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.3.

Tip ta' azzjoni katalitika

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.4.

Ċarġ totali tal-metalli prezzjużi

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.5.

Konċentrazzjoni relattiva

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.6.

Sottostrat (struttura u materjal)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.7.

Densità taċ-ċellula

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.8.

Tip ta' kisi għall-konvertitur(i) katalitiku/ċi

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.9.

Post tal-konvertitur(i) katalitiku/ċi (post u distanza ta' referenza fil-linja tal-egżost)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.10.

Ilqugħ kontra s-sħana: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.

Sistemi/metodu ta' riġenerazzjoni tas-sistemi tal-posttrattament tal-egżost, deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.5.

Medda normali tat-temperatura ta' tħaddim (K)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.6.

Reaġenti konsumabbli: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.7.

Tip u konċentrazzjoni ta' reaġent li hemm bżonnu għal azzjoni katalittika

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.8.

Medda normali tat-temperatura operattiva tar-reaġent K

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.9.

Standard internazzjonali

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.11.10.

Frekwenza tal-mili mill-ġdid tar-reaġent: kontinwa/manutenzjoni (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.12.

Għamla tal-konvertitur katalitiku

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.1.13.

Numru ta' identifikazzjoni tal-parti

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.2.

Sensur tal-ossiġenu: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.2.1.

Għamla

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.2.2.

Post

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.2.3.

Medda ta' kontroll

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.2.4.

Tip

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.2.5.

Numru ta' identifikazzjoni tal-parti

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.3.

Injezzjoni tal-arja: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.3.1.

Tip (arja pulsata, pompa tal-arja, eċċ.)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.4.

Riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost (EGR): Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.4.1.

Karatteristiċi (għamla, tip, fluss, eċċ.)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.

Filtru tal-partikuli (PT): Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.1.

Dimensjonijiet, forma u kapaċità tal-filtru tal-partikuli

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.2.

Disinn tal-filtru tal-partikuli

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.3.

Post (distanza ta' referenza fil-linja tal-egżost)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.4.

Metodu jew sistema ta' riġenerazzjoni, deskrizzjoni u/jew disinn

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.5.

Għamla tal-filtru tal-partikuli

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.6.

Numru tal-identifikazzjoni tal-parti

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.7.

Temperatura normali tat-tħaddim (K) u meded tal-pressjoni (kPa)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.8.

Fil-każ ta' riġenerazzjoni perjodika

 

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.8.1.1.

Numru ta' ċikli tat-test tad-WHTC mingħajr riġenerazzjoni (n)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.8.2.1.

Numru ta' ċikli tat-test tad-WHTC b'riġenerazzjoni (nR)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.9.

Sistemi oħra: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.6.9.1.

Deskrizzjoni u tħaddim

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.

Sistema dijanjostika abbord (OBD)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.0.1.

Numru ta' familji tal-magni OBD li huma parti mill-familja tal-magni

 

3.2.12.2.7.0.2.

Lista tal-familji tal-magni OBD (meta applikabbli)

Familja tal-magni OBD 1: …

Familja tal-magni OBD 2: …

eċċ…

3.2.12.2.7.0.3.

Numru tal-familja tal-magni OBD li għaliha tappartjeni l-magna referenzjarja / il-magna membru

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.0.4.

Referenzi tal-manifattur tad-dokumentazzjoni OBD rikjesta fil-paragrafu 3.1.4. (c) u l-paragrafu 3.3.4. tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06 u speċifikat fl-Anness 9A tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06 għall-iskop tal-approvazzjoni tas-sistema OBD

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.0.5.

Meta jkun xieraq, ir-referenza tal-manifattur tad-dokumentazzjoni għall-installazzjoni ta' sistema ta' magna mgħammra b'OBD fuq vettura

 

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.2.

Lista u għan tal-komponenti kollha monitorjati mis-sistema OBD (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.

Deskrizzjoni bil-miktub (prinċipji ġenerali tat-tħaddim) għal

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.1.

Magni ta' tqabbid bl-ispark (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.1.1.

Monitoraġġ tal-katalist (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.1.2.

Detezzjoni ta' misfire (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.1.3.

Monitoraġġ tas-sensur tal-ossiġenu (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.1.4.

Komponenti oħra mmonitorjati bis-sistema OBD

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.2.

Magni ta' tqabbid bil-kompressjoni (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.2.1.

Monitoraġġ tal-katalist (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.2.2.

Monitoraġġ tal-filtru tal-partikuli (8):

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.2.3.

Monitoraġġ elettroniku tas-sistema tal-fjuwil (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.2.4.

Monitoraġġ tas-sistema ta' deNOx (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.3.2.5.

Komponenti oħra mmonitorjati mis-sistema OBD (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.4.

Kriterji għall-attivazzjoni MI (numru fiss ta' ċikli ta' sewqan jew metodu statistiku) (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.5.

Lista tal-kodiċi tal-ouput OBD kollha u l-formats użati (bi spjegazzjoni ta' kull wieħed) (8)

 

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.6.5.

Standard tal-protokoll tal-komunikazzjoni OBD (8)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.7.

Referenzi tal-manifattur tal-informazzjoni marbuta mal-OBD rikjesta fil-paragrafu 3.1.4. (d) u 3.3.4. tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06 għall-iskop tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-vettura OBD, jew

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.7.7.1.

Bħala alternattiva għal referenza tal-manifattur prevista fil-paragrafu 3.2.12.2.7.7. referenza tal-hemża ta' dan l-Anness li fiha t-tabella li ġejja, ladarba mimlija skont l-eżempju mogħti:

Komponent - Kodiċi ta' difett - Strateġija ta' Monitoraġġ - Kriterji għall-identifikazzjoni ta' ħsarat - Kriterji għall-attivazzjoni MI - Parametri sekondarji –Prekundizzjonament - Test ta' dimostrazzjoni

Katalista SCR - P20EE - sinjali tas-sensur NOx 1 u 2 - Differenza bejn is-sinjali tas-sensur 1 u tas-sensur 2 - it-2ni ċiklu - Veloċità tal-magna, tagħbija tal-magna, temperatura tal-katalist, attività tar-reaġent, fluss tal-massa tal-egżost - Ċiklu wieħed tat-test OBD (WHTC, parti sħuna) - ċiklu tat-test OBD (WHTC, parti sħuna)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.8.

Sistema oħra (deskrizzjoni u tħaddim)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.8.1.

Sistemi biex jiġi żgurat l-operat korrett tal-miżuri għall-kontroll tal-NOx

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.8.2.

Magna b'diżattivazzjoni permanenti ta' stimolu tas-sewwieq, għall-użu mis-servizzi tas-salvataġġ jew f'vetturi ddisinjati u mibnija għall-użu mill-forzi armati, id-difiża ċivili, is-servizzi tat-tifi tan-nar u l-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubblika: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.8.3.

Numru tal-familji ta' magni OBD li huma parti mill-familja ta' magni kkunsidrat meta jiġi żgurat it-tħaddim kif suppost tal-miżuri ta' kontroll tal-NOx

 

3.2.12.2.8.4.

Lista tal-familji tal-magni OBD (meta applikabbli)

Familja tal-magni OBD 1: …

Familja tal-magni OBD 2: …

eċċ…

3.2.12.2.8.5.

Numru tal-familja tal-magni OBD li għaliha tappartjeni l-magna referenzjarja / il-magna membru

 

 

 

 

 

 

3.2.12.2.8.6.

L-inqas konċentrazzjoni tas-ingredjent attiv preżenti fir-reaġent li ma jattivax is-sistema ta' twissija (CDmin) (% vol)

 

3.2.12.2.8.7.

Meta jkun xieraq, referenza tal-manifattur tad-Dokumentazzjoni għall-installazzjoni f'vettura tas-sistemi li jiżguraw it-tħaddim kif suppost tal-miżuri ta' kontroll tal-NOx

 

 

 

 

 

 

 

3.2.17.

Informazzjoni speċifika relatata mal-magni li jaħdmu bil-fjuwil tal-gass għal vetturi tqal (fil-każ ta' sistemi stabbiliti b'mod differenti, ifornu informazzjoni ekwivalenti)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.1.

Fjuwil: LPG /NG-H/NG-L /NG-HL (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.

Regolatur(i) tal-pressjoni jew vaporizzatur/regolatur(i) tal-pressjoni (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.3.

Numru ta' stadji ta' tnaqqis fil-pressjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.4.

Pressjoni fl-istadju finali minima (kPa) – massima. (kPa)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.5.

Numru ta' punti prinċipali ta' aġġustament

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.6.

Numru ta' punti ta' aġġustament li mhu qegħdin jagħmlu xejn

 

 

 

 

 

 

3.2.17.2.7.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.3.

Sistema tal-alimentazzjoni: unità ta' taħlit/ injezzjoni bil-gass / injezzjoni bil-likwidu / injezzjoni diretta (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.3.1.

Regolazzjoni tas-saħħa tat-taħlita

 

 

 

 

 

 

3.2.17.3.2.

Deskrizzjoni tas-sistema u/jew dijagramma u disinni

 

 

 

 

 

 

3.2.17.3.3.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.

Unità tat-taħlit

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.1.

Numru

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.2.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.3.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.4.

Post

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.5.

Possibiltajiet ta' aġġustament

 

 

 

 

 

 

3.2.17.4.6.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.

Injezzjoni tal-manifold tad-dħul

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.1.

Injezzjoni: punt waħdieni/diversi punti (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.2.

Injezzjoni: kontinwa/ittajmjata simultanjament/ittajmjata sekwenzjalment (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.3.

Tagħmir tal-injezzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.3.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.3.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.3.3.

Possibiltajiet ta' aġġustament

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.3.4.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.4.

Pompa li tissupplixxi (jekk applikabbli)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.4.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.4.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.4.3.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.5.

Injettatur(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.5.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.5.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.5.5.3.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.

Injezzjoni diretta

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.1.

Pompa ta' injezzjoni/regolatur tal-pressjoni (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.1.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.1.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.1.3.

Tajming tal-injezzjoni

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.1.4.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.2.

Injettatur(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.2.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.2.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.2.3.

Pressjoni tal-ftuħ jew dijagramma karatteristika (1)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.6.2.4.

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

 

 

 

 

 

 

3.2.17.7.

Unità ta' kontroll elettroniku (ECU)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.7.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.2.17.7.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.7.3.

Possibiltajiet ta' aġġustament

 

 

 

 

 

 

3.2.17.7.4.

Numru/i ta' kalibrar tas-softwer

 

 

 

 

 

 

3.2.17.8.

Tagħmir speċifiku għall-fjuwil NG

 

 

 

 

 

 

3.2.17.8.1.

Varjant 1 (fil-każ biss ta' approvazzjonijiet ta' magni għal diversi kompożizzjonijiet speċifiċi tal-fjuwil)

 

 

 

 

 

 

3.2.17.8.1.0.1.

Karatteristika awtoadattiva? Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

▼M1 —————

▼B

3.2.17.8.1.1.

metan (CH4) … bażi (%mole)

etan (C2H6) … bażi (%mole)

propan (C3H8) … bażi (%mole)

butan (C4H10) … bażi (%mole)

C5/C5+: … bażi (%mole)

ossiġenu (O2) … bażi (%mole)

inert (N2, He, eċċ.) … bażi (%mole)

min (%mole)

min (%mole)

min (%mole)

min (%mole)

min (%mole)

min (%mole)

min (%mole)

mass (%mole)

mass (%mole)

mass (%mole)

mass (%mole)

mass (%mole)

mass (%mole)

mass (%mole)

3.5.5.

Konsum speċifiku tal-fjuwil u koeffiċjenti ta' korrezzjoni

 

 

 

 

 

 

3.5.5.1.

Konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC “SFCWHSC” b'konformità mal-paragrafu 5.3.3 g/kWh

 

 

 

 

 

 

3.5.5.2.

Konsum speċifiku kkoreġut tal-fjuwil tul id-WHSC “SFCWHSC,corr” b'konformità mal-paragrafu 5.3.3.1: ... g/kWh

 

 

 

 

 

 

3.5.5.3.

Koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-parti urbana tad-WHTC (mill-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.5.5.4.

Koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-parti rurali tad-WHTC (mill-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.5.5.5.

Koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-parti tal-awtostrada tad-WHTC (mill-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.5.5.6.

Fattur ta' bbilanċjar tal-emissjoni kiesaħ-sħun (mill-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.5.5.7.

Koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-magni mgħammrin b'sistemi ta' posttrattament tal-egżost li huma riġenerati fuq bażi perjodika CFRegPer (mill-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.5.5.8.

Koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-NCV standard (mill-output tal-għodda ta' preproċessar tal-magna)

 

 

 

 

 

 

3.6.

Temperaturi permessi mill-manifattur

 

 

 

 

 

 

3.6.1.

Sistema tat-tkessiħ

 

 

 

 

 

 

3.6.1.1.

Tkessiħ tal-likwidu, Temperatura massima fl-iżbokk (K)

 

 

 

 

 

 

3.6.1.2.

Tkessiħ tal-arja

 

 

 

 

 

 

3.6.1.2.1.

Punt ta' referenza

 

 

 

 

 

 

3.6.1.2.2.

Temperatura massima fil-punt ta' referenza (K)

 

 

 

 

 

 

3.6.2.

Temperatura massima tal-iżbokk tal-intercooler tal-bokka (K)

 

 

 

 

 

 

3.6.3.

Temperatura massima tal-egżost fil-punt tal-pajp(ijiet) tal-egżost viċin il-flanġ(ijiet) esterni tal-manifold(s) tal-eġżost jew turboċarġer(s) (K)

 

 

 

 

 

 

3.6.4.

Temperatura tal-fjuwil Minima (K) – massima (K)

Għal magni diżil fil-bokka tal-pompa tal-injezzjoni, għal magni li jużaw il-gass fl-istadju finali tar-regolatur tal-pressjoni

 

 

 

 

 

 

3.6.5.

Temperatura tal-lubrifikant

Minima (K) - massima (K)

 

 

 

 

 

 

 

3.8.

Sistema tal-lubrikazzjoni

 

 

 

 

 

 

3.8.1.

Deskrizzjoni tas-sistema

 

 

 

 

 

 

3.8.1.1.

Pożizzjoni tat-tank tal-lubrikant

 

 

 

 

 

 

3.8.1.2.

Sistema ta' alimentazzjoni (permezz ta' pompa/injezzjoni fid-dħul/taħlit mal-fjuwil, eċċ/) (1)

 

 

 

 

 

 

3.8.2.

Pompa lubrikanti

 

 

 

 

 

 

3.8.2.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.8.2.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

3.8.3.

Taħlita mal-fjuwil

 

 

 

 

 

 

3.8.3.1.

Perċentwal

 

 

 

 

 

 

3.8.4.

Berried taż-żejt: Iva/Le (1)

 

 

 

 

 

 

3.8.4.1.

Disinn(i)

 

 

 

 

 

 

3.8.4.1.1.

Għamla/iet

 

 

 

 

 

 

3.8.4.1.2.

Tip(i)

 

 

 

 

 

 

Noti:

(1) Ħassar fejn ma japplikax (hemm każijiet li fihom ma għandu jitħassar xejn meta jkunu applikabbli iktar minn entrata waħda)

(3) Din iċ-ċifra għandha tiżdied jew titnaqqas sal-eqreb parti minn għaxra ta' millimetru.

(4) Dan il-valur għandu jiġi kkalkolat u jitnaqqas jew jiżdied sal-eqreb cm3.

(5) Speċifika t-tolleranza.

(6) Iddeterminata skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 85.

(7) Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk il-valuri superjuri u infejuri għal kull varjant.

(8) Għandu jiġi ddokumentat f'każ ta' familja tal-magni OBD waħda u jekk mhux diġà ddokumentat fil-pakkett(i) ta' dokumentazzjoni msemmi(ja) fil-linja 3.2.12.2.7.0.4. tal-Parti 1 ta' dan l-Appendiċi.




Appendiċi tad-dokument ta' informazzjoni

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test

1.   Spark plaggs

1.1.

Għamla

1.2.

Tip

1.3.

Issettjar tal-fetħa tal-isparkplagg

2.   Kojl tal-ignixin

2.1.

Għamla

2.2.

Tip

3.   Lubrikant użat

3.1.

Għamla

3.2.

Tip (iddikjara l-perċentwali ta' żejt fit-taħlita jekk din tikkonsisti minn taħlita ta' lubrikant u ta' fjuwil)

3.3.

Speċifikazzjonijiet tal-lubrikant

4.   Fjuwil tat-test użat

4.1.

Tip ta' fjuwil (b'konformità mal-paragrafu 6.1.9 tal-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400)

4.2.

Numru uniku ta' identifikazzjoni (numru tal-lott tal-produzzjoni) tal-fjuwil użat

4.3.

Valur kalorifiku nett (NCV) (b'konformità mal-paragrafu 6.1.8 tal-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400)

▼M1

4.4.

Tip ta' fjuwil ta' referenza (it-tip ta' fjuwil ta' referenza użat għall-ittestjar skont il-punt 3.2 tal-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400)

▼B

5.   Tagħmir li jaħdem b'magna

5.1.

Il-potenza assorbita mill-awżiljarji/mit-tagħmir għandha tiġi ddeterminata biss,

(a) 

Jekk l-awżiljarji/it-tagħmir meħtieġa mhumiex installati fuq il-magna u/jew

(b) 

Jekk l-awżiljarji/it-tagħmir mhux meħtieġa huma installati fuq il-magna.

Nota:  Ir-rekwiżiti għal tagħmir li jaħdem b'magna huma differenti għat-testijiet tal-emissjonijiet u tal-potenza

5.2.

Enumerazzjoni u dettalji li jidentifikaw

5.3.

Potenza assorbita b'veloċitajiet tal-magna speċifiċi għat-test tal-emissjonijiet



Tabella 1

Potenza assorbita b'veloċitajiet tal-magna speċifiċi għat-test tal-emissjonijiet

Tagħmir

 

 

Idle

Veloċità baxxa

Veloċità għolja

Veloċità ppreferuta (2)

n95h

Pa

L-awżiljarji/it-tagħmir meħtieġa skont l-Anness 4, l-Appendiċi 6 tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06

 

 

 

 

 

Pb

L-awżiljarji/it-tagħmir mhux meħtieġa skont l-Anness 4, l-Appendiċi 6 tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06

 

 

 

 

 

5.4.

Fann konsistenti ddeterminat b'konformità mal-Appendiċi 5 għal dan l-Anness (jekk applikabbli)

5.4.1.

Cavg-fan (jekk applikabbli)

5.4.2.

Cind-fan (jekk applikabbli)



Tabella 2

Valur tal-kostanti tal-fann Cind-fan għal veloċitajiet differenti tal-magna

Valur

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

Veloċità tal-magna

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

veloċità tal-magna [min– 1]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

kostant tal-fann Cind-fan,i

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.   Prestazzjoni tal-magna (iddikjarata mill-manifattur)

6.1.   Veloċitajiet tat-test tal-magna għat-test tal-emissjonijiet skont l-Anness 4 tar-Regolament UN/ECE 49 Rev. 06 ( 4 )

Veloċità baxxa (nlo)

… min– 1

Veloċità għolja (nhi)

… min– 1

Veloċità idle

… min– 1

Veloċità ppreferuta

… min– 1

n95h

… min– 1

6.2.   Valuri ddikjarati għat-test tal-potenza skont ir-Regolament Nru 85

Veloċità idle

… min– 1

Veloċità bil-potenza massima

… min– 1

Potenza massima

… kW

Veloċità bit-torque massimu

… min– 1

Torque massimu

… Nm




Appendiċi 3

Familja ta' CO2 tal-Magni

1.   Parametri li jiddefinixxu l-familja ta' CO2 tal-magni

Il-familja ta' CO2 tal-magna, kif iddeterminata mill-manifattur, għandha tikkonforma mal-kriterji tas-sħubija ddefiniti b'konformità mal-paragrafu 5.2.3. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06. Familja ta' CO2 tal-magna tista' tikkonsisti f'magna waħda biss.

Minbarra dawk il-kriterji tas-sħubija, il-familja ta' CO2 tal-magni, kif iddeterminata mill-manifattur, għandha tikkofnorma mal-kriterji tas-sħubija elenkati fil-paragrafu 1.1 sa 1.9 ta' dan l-Appendiċi.

Minbarra l-parametri elenkati hawn taħt, il-manifattur jista' jintroduċi kriterji addizzjonali li jippermettu d-definizzjoni ta' familji ta' daqs aktar ristrett. Dawn il-parametri mhumiex neċessarjament parametri li jkollhom influwenza fuq il-livell tal-konsum tal-fjuwil.

1.1.   Data ġeometrika rilevanti għall-kombustjoni

1.1.1.

Ċilindrata għal kull ċilindru

1.1.2.

Numru ta' ċilindri

1.1.3.

Data dwar il-bor u l-istroke

1.1.4.

Ġeometrija tal-kompartiment ta' kombustjoni u proporzjon ta' kompressjoni

1.1.5.

Dijametri tal-valvi u ġeometrija tal-portijiet

1.1.6.

Injetturi tal-fjuwil (disinn u pożizzjoni)

1.1.7.

Disinn tas-cylinder head

1.1.8.

Disinn tal-pistun u tar-ring tal-pistun

1.2.   Komponenti rilevanti għall-ġestjoni tal-arja

1.2.1.

Tip tat-tagħmir ta' ċċarġjar tal-pressjoni (wastegate, VTG, 2 stadji, ieħor) u karatteristiċi termodinamiċi

1.2.2.

Kunċett tat-tkessiħ tal-arja wara li tkun għaddiet mit-turboċarġer

1.2.3.

Kunċett tat-tajming tal-valvi (fissi, parzjalment flessibbli, flessibbli)

1.2.4.

Kunċett tal-EGR (mhux imkessħa/imkessħa, pressjoni għolja/baxxa, kontroll tal-EGR)

1.3.

Sistema ta' injezzjoni

1.4.

Kunċett ta' propulsjoni tal-awżiljarji/tat-tagħmir (mekkanikament, elettrikament, oħra)

1.5.

Irkupru tas-sħana mitlufa (iva/le; kunċett u sistema)

1.6.

Sistema ta' posttrattament

1.6.1.

Karatteristiċi tas-sistema ta' dożaġġ tar-reaġent (kunċett tar-reaġent u tad-dożaġġ)

1.6.2.

Katalist u DPF (arranġament, materjal u kisi)

1.6.3.

Karatteristiċi tas-sistema ta' dożaġġ tal-HC (kunċett tad-disinn u tad-dożaġġ)

1.7.

Kurva tat-tagħbija sħiħa

1.7.1.

Il-valuri tat-torque f'kull veloċità tal-magna tal-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna referenzjarja ta' CO2 iddeterminati b'konformità mal-paragrafu 4.3.1. għandhom ikunu daqs jew ogħla minn kull magna oħra fl-istess familja ta' CO2 bl-istess veloċità tal-magna tul il-medda sħiħa rreġistrata ta' veloċità tal-magna.

1.7.2.

Il-valuri tat-torque f'kull veloċità tal-magna tal-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna bl-inqas potenza nominali mill-magni kollha fi ħdan il-familja ta' CO2 tal-magna ddeterminati b'konformità mal-paragrafu 4.3.1. għandhom ikunu daqs jew inqas minn kull magna oħra fl-istess familja ta' CO2 bl-istess veloċità tal-magna tul il-medda sħiħa rreġistrata ta' veloċità tal-magna.

▼M1

1.7.3.

Il-valuri tat-torque fi ħdan medda ta' tolleranza relatata mar-referenza deskritta fil-punti 1.7.1 u 1.7.2. huma meqjusa bħala ugwali. Il-medda ta' tolleranza hija definita bħala + 20 Nm jew + 2 fil-mija tat-torque tal-magna referenzjarja ta' CO2 bil-veloċità partikolari tal-magna, skont liema minnhom tkun l-akbar.

▼B

1.8.

Il-veloċitajiet karatteristiċi tat-test tal-magna

▼M1

1.8.1.

Il-veloċità idle tal-magna, nidle, tal-magna referenzjarja ta' CO2kif iddikjarata mill-manifattur fl-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni fid-dokument ta' informazzjoni skont il-punt 3.2.1.6 tal-Appendiċi 2 għal dan l-Anness għandha tkun ugwali jew inqas milli għall-magni l-oħra kollha fl-istess familja ta' CO2.

▼B

1.8.2.

Il-veloċità tal-magna n95h tal-magni kollha l-oħra apparti l-magna referenzjarja ta' CO2 fi ħdan l-istess familja ta' CO2, iddeterminata mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 bl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet tal-veloċitajiet karatteristiċi tal-magna b'konformità mal-paragrafu 7.4.6. tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, m'għandhiex tiddevja mill-veloċità tal-magna n95h tal-magna referenzjarja ta' CO2 b'iktar minn ±3 fil-mija.

1.8.3.

Il-veloċità tal-magna n57 tal-magni kollha l-oħra apparti l-magna referenzjarja ta' CO2 fi ħdan l-istess familja ta' CO2, iddeterminata mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna rreġistrata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1 bl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 4.3.5.2.1, m'għandhiex tiddevja mill-veloċità tal-magna n57 tal-magna referenzjarja ta' CO2 b'iktar minn ±3 fil-mija.

1.9.

Numru minimu ta' punti fil-mappa tal-konsum tal-fjuwil

1.9.1.

Il-magni kollha fi ħdan l-istess familja ta' CO2 għandu jkollhom numru minimu ta' 54 punt ta' mmappjar tal-mappa tal-konsum tal-fjuwil li tinsab taħt il-kurva rispettiva tagħhom tat-tagħbija sħiħa tal-magna ddeterminatata b'konformità mal-paragrafu 4.3.1.

2.   Għażla tal-magna referenzjarja ta' CO2

Il-magna referenzjarja ta' CO2 tal-familja ta' CO2 tal-magna għandha tingħażel b'konformità mal-kriterji li ġejjin:

2.1.

L-ogħla potenza nominali mill-magni kollha fi ħdan il-familja ta' CO2 tal-magna.




Appendiċi 4

Konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

1.   Dispożizzjonijiet ġenerali

1.1

Il-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vverifikata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikati pprovduti fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness u fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fid-dokument ta' informazzjoni pprovdut fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

1.2

Jekk ċertifikat tal-magna jkun ingħata estensjoni waħda jew iktar, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-magni deskritti fil-pakkett ta' informazzjoni dwar l-estensjoni rilevanti.

1.3

Il-magni kollha soġġetti għal testijiet għandhom jittieħdu mill-produzzjoni tas-serje li tissodisfa l-kriterji tal-għażla skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Appendiċi.

1.4

It-testijiet jistgħu jsiru bil-fjuwils kummerċjali applikabbli. Madankollu, fuq it-talba tal-manifattur, jistgħu jintużaw il-fjuwils ta' referenza speċifikati fil-paragrafu 3.2.

1.5

Jekk it-testijiet għall-finijiet tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-magni tal-gass (gass naturali, LPG) isiru bi fjuwils kummerċjali, il-manifattur tal-magna għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni d-determinazzjoni xierqa tal-kompożizzjoni tal-fjuwil tal-gass għad-determinazzjoni tal-NCV skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi b'ġudizzju inġiniriku tajjeb.

2.   Numru ta' magni u ta' familji ta' CO2 tal-magna li għandhom jiġu ttestjati

2.1

0.05 fil-mija tal-magni kollha prodotti fl-aħħar sena tal-produzzjoni fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament għandhom jirrappreżentaw il-bażi għad-derivazzjoni tan-numru ta' familji ta' CO2 tal-magna u tan-numru ta' magni fi ħdan dawk il-familji ta' CO2 li għandhom jiġu ttestjati kull sena għall-verifika tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil. Iċ-ċifra li tirriżulta ta' 0.05 fil-mija tal-magni rilevanti għandha titqarreb għall-eqreb numru sħiħ. Dan ir-riżultat għandu jissejjaħ nCOP,base.

2.2

Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-punt 2.1, għandu jintuża numru minimu ta' 30 għal nCOP,base.

2.3

Iċ-ċifra li tirriżulta għal nCOP,base iddeterminata b'konformità mal-punti 2.1 u 2.2 ta' dan l-Appendiċi għandha tiġi diviża b'10 u r-riżultat irid jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ biex jiġi ddeterminat in-numru ta' familji ta' CO2 tal-magna li għandhom jiġu ttestjati kull sena, nCOP,fam, għall-verifika tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

2.4

F'każ li manifattur ikollu inqas familji ta' CO2 minn nCOP,fam iddeterminati b'konformità mal-punt 2.3, in-numru ta' familji ta' CO2 li għandhom jiġu ttestjati, nCOP,fam, għandu jiġi ddefinit min-numru totali ta' familji ta' CO2 tal-manifattur.

3.   Għażla ta' familji ta' CO2 tal-magna li għandhom jiġu ttestjati

Min-numru ta' familji ta' CO2 tal-magna li għandhom jiġu ttestjati ddeterminat b'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Appendiċi, l-ewwel żewġ familji ta' CO2 għandhom ikunu dawk bl-ogħla volumi ta' produzzjoni.

In-numru li jifdal ta' familji ta' CO2 tal-magna li għandhom jiġu ttestjati għandhom jintgħażlu b'mod aleatorju mill-familji eżistenti kollha ta' CO2 tal-magna u għandhom ikunu miftehma bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni.

4.   Test ta' prova li għandu jsir

▼M1

In-numru minimu ta' magni li għandhom jiġu ttestjati għal kull familja ta' CO2 tal-magna, nCOP,min, għandu jiġi determinat bid-diviżjoni ta' nCOP, base b'nCOP, fam, biż-żewġ valuri ddeterminati skont il-punt 2. Ir-riżultat għal nCOP,min għandu jiġi arrotondat sal-eqreb numru sħiħ. Jekk il-valur li jirriżulta għal nCOP,min ikun iżgħar minn 4 għandu jiġi ssettjat għal 4, jekk ikun akbar minn 19 għandu jiġi ssettjat għal 19.

▼B

Għal kull waħda mill-familji ta' CO2 tal-magna ddeterminati b'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Appendiċi, numru minimu ta' magni nCOP,min fi ħdan dik il-familja għandu jiġi ttestjat biex tintlaħaq deċiżjoni ta' aċċettazzjoni b'konformità mal-paragrafu 9 ta' dan l-Appendiċi.

In-numru ta' testijiet ta' prova li għandhom isiru fi ħdan familja ta' CO2 tal-magna għandu jiġi assenjat b'mod aleatorju għall-magni differenti fi ħdan il-familja ta' CO2 u din l-assenjazzjoni għandha tkun maqbula bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni.

Il-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vverifikata billi jiġu ttestjati l-magni fit-test tad-WHSC b'konformità mal-paragrafu 4.3.4.

Għandhom ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet ta' limitu kollha kif speċifikati f'dan l-Anness għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni, ħlief dawn li ġejjin:

(1) 

Il-kundizzjonijiet tat-test tal-laboratorju b'konformità mal-paragrafu 3.1.1 ta' dan l-Anness. Il-kundizzjonijiet b'konformità mal-paragrafu 3.1.1 huma rrakkomandati imma m'għandhomx ikunu obbligatorji. Jistgħu jseħħu devjazzjonijiet f'ċerti kundizzjonijiet ambjentali fis-sit ta' ttestjar u jenħtieġ li dawn jiġu mminimizzati bl-użu ta' ġudizzju inġiniriku tajjeb.

(2) 

F'każ li jintuża l-fjuwil ta' referenza tat-tip B7 (Diżil / CI) b'konformità mal-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness, id-determinazzjoni tal-NCV b'konformità mal-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness m'għandhiex tkun meħtieġa.

(3) 

F'każ li jintuża fjuwil kummerċjali jew fjuwil ta' referenza għajr il-B7 (Diżil / CI), l-NCV tal-fjuwil għandu jiġi ddeterminat b'konformità mal-istandards applikabbli ddefiniti fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness. Bl-eżenzjoni tal-magni tal-gass, il-kejl tal-NCV għandu jsir minn laboratorju wieħed biss indipendenti mill-manifattur tal-magna u mhux minn tnejn, kif inhu meħtieġ b'konformità mal-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness. ►M1  L-NCV għall-fjuwils tal-gass ta' referenza (G25/GR, LPG fjuwil B) għandu jiġi kkalkolat skont l-istandards applikabbli fit-Tabella 1 ta' dan l-Anness mill-analiżi tal-fjuwil sottomessa mill-fornitur tal-fjuwil tal-gass ta' referenza. ◄

(4) 

Iż-żejt lubrikanti għandu jkun dak mimli matul il-produzzjoni tal-magna u m'għandux jinbidel għall-finijiet ta' ttestjar tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

5.    ►C1  Running in ◄ ta' magni mmanifatturati ġodda

5.1

It-testijiet għandhom isiru fuq magni mmanifatturati ġodda meħuda mill-produzzjoni tas-serje li jkollhom ħin massimu ta' ►C1  running in ◄ ta' 15-il siegħa qabel ma jinbeda t-test ta' ►C1  running in ◄ għall-verifika tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil b'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi.

▼C1

5.2

Fuq talba tal-manifattur, it-testijiet jistgħu jsiru fuq magni li jkunu wettqu running in ta' mhux aktar minn 125 siegħa. F'dan il-każ, il-proċedura tar-running in għandha titwettaq mill-manifattur, li m'għandux jagħmel aġġustamenti f'dawk il-magni.

▼B

5.3

Meta l-manifattur jitlob li ssir proċedura ta' ►C1  running in ◄ b'konformità mal-punt 5.2 ta' dan l-Appendiċi, dan ikollu l-għażla li jagħmilha fuq għażla minn fost dawn li ġejjin:

a. 

il-magni kollha li huma ttestjati

b. 

magna prodotta ġdida, bid-determinazzjoni ta' koeffiċjent ta' evoluzzjoni kif ġej:

A. 

Il-konsum speċifiku tal-fjuwil għandu jitkejjel tul it-test tad-WHSC darba fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin ta' ►C1  running in ◄ massimu ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi u fit-tieni test qabel il-massimu ta' 125 siegħa stabbilit fil-punt 5.2 ta' dan l-Appendiċi fuq l-ewwel magna ttestjata.

B. 

Il-valuri għall-konsum speċifiku tal-fjuwil taż-żewġ testijiet għandu jiġi aġġustat għal valur ikkoreġut b'konformità mal-paragrafi 7.2 u 7.3 ta' dan l-Appendiċi għall-fjuwil rispettiv użat matul kull wieħed miż-żewġ testijiet.

C. 

Il-koeffiċjent ta' evoluzzjoni tal-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkolat bid-diviżjoni tal-konsum speċifiku kkoreġut tal-fjuwil tat-tieni test bil-konsum speċifiku kkoreġut tal-fjuwil tal-ewwel test. Il-koeffiċjent ta' evoluzzjoni jista' jkollu valur ta' inqas minn wieħed.

▼C1

5.4

Jekk jiġu applikati d-dispożizzjonijiet iddefiniti fil-punt 5.3 (b) ta' dan l-Appendiċi, il-magni sussegwenti magħżula għall-ittestjar tal-konformità tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil m'għandhomx ikunu soġġetti għall-proċedura tar-running in, iżda l-konsum speċifiku tal-fjuwil tagħhom tul id-WHSC iddeterminat fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu tar-running in ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi mmoltiplikat bil-koeffiċjent ta' evoluzzjoni.

▼B

5.5

Fil-każ deskritt fil-punt 5.4 ta' dan l-Appendiċi, il-valuri għall-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC li għandhom jittieħdu għandhom ikunu dawn li ġejjin:

a. 

għall-magna użata għad-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta' evoluzzjoni b'konformità mal-punt 5.3 (b) ta' dan l-Appendiċi, il-valur mit-tieni test

b. 

għall-magni l-oħrajn, il-valuri ddeterminati fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu ta' ►C1  running in ◄ ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi mmultiplikati bil-koeffiċjent ta' evoluzzjoni ddeterminat b'konformità mal-punt 5.3 (b)(C) ta' dan l-Appendiċi.

▼C1

5.6

Minflok ma tintuża proċedura tar-running in b'konformità mal-punti 5.2 sa 5.5 ta' dan l-Appendiċi, jista' jintuża koeffiċjent ġeneriku ta' evoluzzjoni ta' 0.99 fuq it-talba tal-manifattur. F'dan il-każ, il-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC iddeterminat fuq il-magna mmanifatturata ġdida b'ħin massimu tar-running in ta' 15-il siegħa b'konformità mal-punt 5.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi mmoltiplikat bil-koeffiċjent ġeneriku ta' evoluzzjoni ta' 0.99.

▼B

5.7

Jekk il-koeffiċjent ta' evoluzzjoni b'konformità mal-punt 5.3 (b) ta' dan l-Appendiċi jiġi ddeterminat bl-użu tal-magna referenzjarja ta' familja tal-magna skont il-paragrafi 5.2.3. u 5.2.4. tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE R.49.06, dan jista' jiġi applikat għall-membri kollha ta' kwalunkwe familja ta' CO2 li tappartjeni għall-istess familja tal-magna skont il-paragrafu 5.2.3. tal-Anness 4 tar-Regolament NU/KEE R.49.06.

6.   Il-valur fil-mira għall-valutazzjoni tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

Il-valur fil-mira għall-valutazzjoni tal-konformità mal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandu jkun il-konsum speċifiku kkoreġut tal-fjuwil tul id-WHSC, l-SFCWHSC,corr, fi g/kWh iddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.3.3 u ddokumentat fid-dokument ta' informazzjoni bħala parti miċ-ċertifikati previsti fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness għall-magna speċifika ttestjata.

7.   Il-valur attwali għall-valutazzjoni tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

7.1

Il-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC, l-SFCWHSC, għandu jiġi ddeterminat b'konformità mal-paragrafu 5.3.3 ta' dan l-Anness mit-testijiet ta' prova mwettqa b'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi. Fuq it-talba tal-manifattur tal-valur tal-konsum speċifiku tal-fjuwil iddeterminat għandu jiġi mmodifikat bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet iddefiniti fil-punti 5.3 sa 5.6 ta' dan l-Appendiċi.

7.2

Jekk intuża fjuwil kummerċjali matul l-ittestjar b'konformità mal-punt 1.4 ta' dan l-Appendiċi, il-konsum speċifiku tal-fjuwil tul id-WHSC, l-SFCWHSC, iddeterminat fil-punt 7.1 ta' dan l-Appendiċi għandu jiġi aġġustat għal valur ikkoreġut, SFCWHSC,corr, b'konformità mal-paragrafu 5.3.3.1 ta' dan l-Anness.

7.3

Jekk intuża fjuwil kummerċjali matul l-ittestjar b'konformità mal-punt 1.4 ta' dan l-Appendiċi, id-dispożizzjonijiet speċjali ddefiniti fil-paragrafu 5.3.3.2 ta' dan l-Anness għandhom jiġu applikati għall-valur iddeterminat fil-punt 7.1 ta' dan l-Appendiċi.

7.4

L-emissjoni mkejla tal-inkwinanti gassużi tul id-WHSC imwettaq b'konformità mal-paragrafu 4 għandha tiġi aġġustata permezz tal-applikazzjoni tal-fatturi ta' deterjorament xierqa (DFs) għal dik il-magna kif irreġistrati fl-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħti b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011.

▼M1

8.   Limitu għall-konformità ta' test wieħed

Għal magni diżil, il-valuri limitu għall-valutazzjoni tal-konformità ta' magna waħda ttestjata għandhom ikunu l-valur fil-mira ddeterminat b'konformità mal-punt (6) + 4 fil-mija.

Għal magni tal-gass, il-valuri limitu għall-valutazzjoni tal-konformità ta' magna waħda ttestjata għandhom ikunu l-valur fil-mira ddeterminat b'konformità mal-punt (6) + 5 fil-mija.

▼B

9.   Valutazzjoni tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

9.1

Ir-riżultati tat-testijiet tal-emissjoni tul id-WHSC iddeterminati b'konformità mal-punt 7.4 ta' dan l-Appendiċi għandhom jirrispettaw il-valuri ta' limitu applikabbli ddefiniti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għall-inkwinanti gassużi kollha ħlief għall-ammonijaka, inkella t-test għandu jitqies null għall-valutazzjoni tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

9.2

Test wieħed ta' magna waħda ttestjata b'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi għandu jitqies bħala mhux konformi jekk il-valur attwali b'konformità mal-paragrafu 7 ta' dan l-Appendiċi jkun ogħla mill-valuri limitu ddefiniti b'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Appendiċi.

9.3

Għad-daqs kurrenti tal-kampjun ta' magni ttestjati fi ħdan familja waħda ta' CO2 b'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi, għandha tiġi ddeterminata l-istatistika tat-testijiet li tikkwantifika n-numru kumulattiv ta' testijiet mhux konformi b'konformità mal-punt 9.2 ta' dan l-Appendiċi fit-test numru n.

a. 

Jekk in-numru kumulattiv ta' testijiet mhux konformi fit-test numru n iddeterminat b'konformità mal-punt 9.3 ta' dan l-Appendiċi jkun inqas jew daqs in-numru ta' deċiżjonijiet ta' aċċettazzjoni għad-daqs tal-kampjun mogħti fit-Tabella 4 tal-Appendiċi 3 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, tinkiseb deċiżjoni ta' aċċettazzjoni.

b. 

Jekk in-numru kumulattiv ta' testijiet mhux konformi fit-test numru n iddeterminat b'konformità mal-punt 9.3 ta' dan l-Appendiċi jkun ikbar jew daqs in-numru ta' deċiżjonijiet ta' rifjut għad-daqs tal-kampjun mogħti fit-Tabella 4 tal-Appendiċi 3 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06, tinkiseb deċiżjoni ta' rifjut.

c. 

Inkella, tiġi ttestjata magna addizzjonali b'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Appendiċi u l-proċedura ta' kalkolu b'konformità mal-punt 9.3 ta' dan l-Appendiċi tiġi applikata għall-kampjun miżjud b'unità waħda oħra.

9.4

Jekk la tittieħed deċiżjoni ta' aċċettazzjoni u lanqas ta' rifjut, il-manifattur jista' f'kull ħin jiddeċiedi li jwaqqaf l-ittestjar. F'dak il-każ, tiġi rreġistrata deċiżjoni ta' rifjut.




Appendiċi 5

Determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija tal-komponenti tal-magna

1.   Fann

It-torque tal-magna għandu jitkejjel fil-motoraġġ tal-magna bil-fann attivat u mingħajr bil-proċedura li ġejja:

i. 

Installa l-fann skont l-istruzzjoni dwar il-prodott qabel ma jibda t-test.

ii. 

Fażi ta' tisħin: Il-magna għandha tissaħħan skont ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur u bl-ipprattikar ta' ġudizzju ta' inġinerija tajba (eż. operar tal-magna għal 20 minuta fil-modalità 9, kif iddefinit fit-Tabella 1 tal-paragrafu 7.2.2. tal-Anness 4 għar-Regolament NU/KEE 49 Rev.06).

▼M1

iii. 

Fażi ta' stabilizzazzjoni: Wara li jitlesta l-istadju ta' tisħin jew ta' tisħin fakultattiv (v), il-magna għandha tiġi operata b'domanda minima tal-operatur (motoraġġ) bil-veloċità tal-magna npref għal 130 ± 2 sekonda bil-fann diżattivat (nfan_disengage < 0,75*nengine*rfan). L-ewwel 60 ± 1 sekonda ta' dan il-perjodu jitqiesu bħala perjodu ta' stabbilizzazzjoni, li matulu l-veloċità proprja tal-magna għandha tinżamm fi ħdan ± 5 min-1 ta' npref.

▼B

iv. 

Fażi tal-kejl: Matul il-perjodu segwenti ta' 60±1 sekonda, il-veloċità attwali tal-magna għandha tinżamm fi ħdan ± 2 min– 1 ta' npref u t-temperatura tal-fluwidu berried fi ħdan ±5oC filwaqt li t-torque għall-motoraġġ tal-magna bil-fann diżattivat, il-veloċità tal-fann u l-veloċità tal-magna għandhom jiġu rreġistrati bħala valur medju tul dan il-perjodu ta' 60±1 sekonda. Il-perjodu li jifdal ta' 10±1 sekondi jista' jintuża għall-postproċessar u għall-ħżin tad-data, jekk ikun hemm bżonn.

v. 

Fażi fakultattiva ta' tisħin: Fuq it-talba tal-manifattur u skont ġudizzju inġiniriku tajjeb, l-istadju (ii) jista' jiġi ripetut (eż. jekk it-temperatura tkun naqset b'iktar minn 5 °C)

vi. 

Fażi ta' stabbilizzazzjoni: Wara li jitlesta l-istadju ta' tisħin fakultattiv il-magna għandha tiġi operata b'domanda minima tal-operatur (motoraġġ) bil-veloċità tal-magna npref għal 130 ± 2 sekonda bil-fann attivat (nfan_engage > 0.9 * nengine * rfan) L-ewwel 60±1 sekonda ta' dan il-perjodu jitqiesu bħala perjodu ta' stabbilizzazzjoni, li matulu l-veloċità attwali tal-magna għandha tinżamm fi ħdan ±5 min– 1 ta' npref.

vii. 

Fażi tal-kejl: Matul il-perjodu segwenti ta' 60±1 sekonda, il-veloċità attwali tal-magna għandha tinżamm fi ħdan ±2 min– 1 ta' npref u t-temperatura tal-fluwidu berried fi ħdan ± 5 °C filwaqt li t-torque għall-motoraġġ tal-magna bil-fann attivat, il-veloċità tal-fann u l-veloċità tal-magna għandhom jiġu rreġistrati bħala valur medju tul dan il-perjodu ta' 60±1 sekonda. Il-perjodu li jifdal ta' 10±1 sekondi jista' jintuża għall-postproċessar u għall-ħżin tad-data, jekk ikun hemm bżonn.

viii. 

L-istadji (iii) sa (vii) għandhom jiġu ripetuti bil-veloċitajiet tal-magna n95h u nhi minflok npref, bi stadju fakultattiv ta' tisħin qabel kull stadju ta' stabbilizzazzjoni jekk meħtieġ biex tinżamm temperatura stabbli tal-fluwidu berried (± 5°C), skont ġudizzju inġiniriku tajjeb.

ix. 

Jekk id-devjazzjoni standard ta' Ci ikkalkolati kollha skont l-ekwazzjoni ta' hawn taħt bit-tliet veloċitajiet npref, n95h u nhi hi daqs jew ikbar minn 3 fil-mija, il-kejl għandu jsir għall-veloċitajiet kollha tal-magna li jiddefinixxu l-grilja għall-proċedura ta' mmappjar tal-fjuwil (FCMC) skont il-paragrafu 4.3.5.2.1.

Il-kostant attwali tal-fann għandu jiġi kkalkolat mid-data tal-kejl skont l-ekwazzjoni li ġejja:

image

fejn:

Ci

il-kostant tal-fann b'ċerta veloċità tal-magna

MDfan_disengage

it-torque mkejjel tal-magna bil-motoraġġ bil-fann diżattivat (Nm)

MDfan_engage

it-torque mkejjel tal-magna bil-motoraġġ bil-fann attivat (Nm)

nfan_engage

il-veloċità tal-fann bil-fann attivat (min– 1)

nfan_disengage

il-veloċità tal-fann bil-fann diżattivat (min– 1)

▼M1

rfan

proporzjon tal-veloċità tal-ġenb tal-magna tal-klaċċ tal-fann għall-veloċità tal-krankxaft

▼B

Jekk id-devjazzjoni standard ta' Ci ikkalkolati kollha bit-tliet veloċitajiet npref, n95h u nhi tkun inqas minn 3 %, għandu jintuża valur medju ta' Cavg-fan iddeterminat tul it-tliet veloċitajiet npref, n95h u nhi għall-kostant tal-fann.

Jekk id-devjazzjoni standard ta' Ci ikkalkolati kollha bit-tliet veloċitajiet npref, n95h u nhi tkun daqs jew ikbar minn 3 %, għall-kostant tal-fann Cind-fan,i għandhom jintużaw il-valuri individwali ddeterminati għall-veloċitajiet kollha tal-magna skont il-punt (ix). Il-valur tal-kostant tal-fann għall-veloċità attwali tal-magna Cfan, għandu jiġi ddeterminat bl-interpolazzjoni lineari bejn il-valuri individwali Cind-fan,i tal-kostant tal-fann.

It-torque tal-magna għall-operar tal-fann għandu jiġi kkalkolat skont l-ekwazzjoni li ġejja:

Mfan = Cfan · nfan 2 · 10– 6

fejn:

Mfan

it-torque tal-magna għall-operar tal-fann (Nm)

Cfan

il-kostant tal-fann Cavg-fan jew Cind-fan,i li jikkorrispondi għal nengine

Il-potenza mekkanika kkonsmata mill-fann għandha tiġi kkalkolata mit-torque tal-magna għall-operar tal-fann u mill-veloċità attwali tal-magna. Il-potenza mekkanika u t-torque tal-magna għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni b'konformità mal-paragrafu 3.1.2.

2.   Komponenti/tagħmir elettriċi

Il-potenza elettrika fornita esternament lill-komponenti elettriċi tal-magna għandha titkejjel. Dan il-valur imkejjel għandu jiġi kkoreġut għall-potenza mekkanika billi jiġi diviż b'valur tal-effiċjenza ġenerika ta' 0.65. Din il-potenza mekkanika u t-torque tal-magna korrispondenti għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni b'konformità mal-paragrafu 3.1.2.




Appendiċi 6

1.   Marki

Fil-każ ta' magna li tiġi ċċertifikata b'konformità ma' dan l-Anness, il-magna għandu jkollha mmarkati fuqha:

▼M1

1.1.

L-isem u t-trademark tal-manifattur

▼B

1.2

L-għamla u l-indikazzjoni tat-tip ta' identifikazzjoni kif irreġistrati fl-informazzjoni msemmija fil-punti 0.1 u 0.2 tal-Appendiċi 2 għal dan l-Anness

1.3

Il-marka ta' ċertifikazzjoni bħala rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat:

1 għall-Ġermanja;
2 għal Franza;
3 għall-Italja;
4 għan-Netherlands;
5 għall-Iżvezja;
6 għall-Belġju;
7 għall-Ungerija;
8 għar-Repubblika Ċeka;
9 għal Spanja;
11 għar-Renju Unit;
12 għall-Awstrija;
13 għal-Lussemburgu;
17 għall-Finlandja;
18 għad-Danimarka;
19 għar-Rumanija;
20 għall-Polonja;
21 għall-Portugall;
23 għall-Greċja;
24 għall-Irlanda;
25 għall-Kroazja;
26 għas-Slovenja;
27 għas-Slovakkja;
29 għall-Estonja;
32 għal-Latvja;
34 għall-Bulgarija;
36 għal-Litwanja;
49 għal Ċipru;
50 għal Malta

1.4

Ħdejn ir-rettangolu, il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll “numru bażi ta' approvazzjoni” kif speċifikat għat-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament u minn karattru “E” li jindika li ngħatat l-approvazzjoni għal magna.

Għal dan ir-Regolament, in-numru tas-sekwenza għandu jkun 00.

1.4.1   Eżempju u dimensjonijiet tal-marka ta' ċertifikazzjoni (markar separat)

image

Il-marka ta' ċertifikazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' magna turi li t-tip ikkonċernat ġie ċċertifikat fil-Polonja (e20), skont dan ir-Regolament. L-ewwel żewġ ċifri (00) jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament. L-ittra segwenti tindika li ċ-ċertifikat inħareġ għal magna (E). L-aħħar erba' figuri (0004) huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni għall-magna bħala n-numru tal-approvazzjoni bażi.

▼M1

1.5.

F'każ li ċ-ċertifikazzjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament tingħata fl-istess ħin bħall-approvazzjoni tat-tip għal magna bħala unità teknika separata b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 582/2011, ir-rekwiżiti dwar il-markar stabbiliti fil-punt 1.4 jistgħu jsegwu, separati b'“/”, ir-rekwiżiti dwar il-markar stabbiliti fl-Appendiċi 8 għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.

1.5.1.   Eżempju tal-marka ta' ċertifikazzjoni (markar konġunt)

image

Il-marka ta' ċertifikazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' magna turi li t-tip ikkonċernat ġie ċċertifikat fil-Polonja (e20), skont ir-Regolament (UE) Nru 582/2011. Id-“D” tindika Diżil segwita minn “C” għall-istadju tal-emissjonijiet segwit minn erba' figuri (0004) li huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni għall-magna bħala n-numru ta' approvazzjoni bażi tar-Regolament (UE) Nru 582/2011. Wara l-linja djagonali, l-ewwel żewġ ċifri jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-aktar riċenti għal dan ir-Regolament, segwit minn ittra “E” għall-magna, segwita minn erba' figuri allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni b'konformità ma' dan ir-Regolament (“numru tal-approvazzjoni bażi” ta' dan ir-regolament).

▼B

1.6.

Fuq talba tal-approvazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u wara l-ftehim minn qabel mal-awtorità tal-approvazzjoni, jistgħu jintużaw daqsijiet oħrajn tat-tipa apparti dawk indikati fil-punt 1.4.1 u 1.5.1. Dawk id-daqsijiet oħrajn tat-tipa għandhom jibqgħu jinqraw b'mod ċar.

1.7.

L-immarkar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istikers iridu jkunu durabbli tul il-ħajja operattiva tal-magna u jridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Il-manifattur għandu jiżgura li l-immarkar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istikers ma jkunux jistgħu jitneħħew mingħajr ma jinqerdu jew jitgħarrqu.

2   Enumerazzjoni

▼M1

2.1

In-numru taċ-ċertifikazzjoni għall-magni għandu jkun jinkludi dawn li ġejjin:

eX*YYYY/YYYY*ZZZZ/ZZZZ*E*0000*00



Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Ittra addizzjonali għat-taqsima 3

Taqsima 4

Taqsima 5

Indikazzjoni tal-pajjiż li joħroġ iċ-ċertifikazzjoni

Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-HDV rigward is-CO2 (2017/2400)

Regolament emendatorju l-aktar riċenti (ZZZZ/ZZZZ)

E - magna

Numru taċ-ċertifikazzjoni bażi 0000

Estensjoni 00

▼B




Appendiċi 7

Parametri tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

Introduzzjoni

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-lista ta' parametri li jridu jiġu pprovduti mill-manifattur tal-komponent bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-iskema XML applikabbli kif ukoll id-data ta' eżempju huma disponibbli fil-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata.

L-XML jiġi ġġenerat b'mod awtomatiku mill-għodda ta' preproċessar tal-magna.

Definizzjonijiet

▼M1

(1)

“ID tal-Parametru”:Identifikatur uniku kif użat fl-għodda ta' simulazzjoni għal parametru speċifiku tal-input jew għal sett ta' data tal-input

▼B

(2)

“Tip”:

Tip ta' data tal-parametru

sensiela ta' karattri …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1

token …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1, ebda spazju abjad fil-bidu/fl-aħħar

data …

data u ħin f'ħin UTC fil-format: SSSS-XX-JJTSS:MM:SSZ bl-ittri bil-korsiv li jiddenotaw karattri fissi eż. “2002-05-30T09:30:10Z”

numru sħiħ …

valur b'tip ta' data integrali, ebda żero fil-bidu, eż. “1800”

doppju, X …

numru frazzjonali b'numru preċiż X ta' figuri wara l-punt deċimali (“.”) u ebda żero fil-bidu, eż. għal “doppju, 2': “2345.67”; għal “doppju, 4”: “45.6780”

(3)

“Unità” …unità fiżika tal-parametru

Sett ta' parametri tal-input



Tabella 1

Parametri tal-input “Engine/General”

▼C1

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P200

token

[-]

 

Model

P201

token

[-]

 

▼M1

CertificationNumber

P202

token

[-]

 

▼C1

Date

P203

dateTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

AppVersion

P204

token

[-]

Numru tal-verżjoni tal-għodda ta' preproċessar tal-magna

Displacement

P061

int

[cm3]

 

IdlingSpeed

P063

int

[1/min]

 

RatedSpeed

P249

int

[1/min]

 

RatedPower

P250

int

[W]

 

MaxEngineTorque

P259

int

[Nm]

 

WHTCUrban

P109

double, 4

[-]

 

WHTCRural

P110

double, 4

[-]

 

WHTCMotorway

P111

double, 4

[-]

 

BFColdHot

P159

double, 4

[-]

 

CFRegPer

P192

double, 4

[-]

 

CFNCV

P260

double, 4

[-]

 

▼M1

FuelType

P193

string

[-]

Valuri permessi: “Diesel CI”, “Etanol CI”, “Petrol PI”, “Etanol PI”, “LPG PI”, “NG PI”, “NG CI”

▼C1



Tabella 2

Parametri tal-input “Engine/FullloadCurve” għal kull punt ta' grilja fil-kurva tat-tagħbija sħiħa

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

EngineSpeed

P068

double, 2

[1/min]

 

MaxTorque

P069

double, 2

[Nm]

 

DragTorque

P070

double, 2

[Nm]

 



Tabella 3

Parametri tal-input “Engine/FuelMap” għal kull punt ta' grilja fil-mappa tal-fjuwil

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

EngineSpeed

P072

double, 2

[1/min]

 

Torque

P073

double, 2

[Nm]

 

FuelConsumption

P074

double, 2

[g/siegħa]

 

▼B




Appendiċi 8

L-istadji ta' evalwazzjoni u l-ekwazzjonijiet importanti tal-għodda ta' preproċessar tal-magna

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-iktar stadji importanti ta' evalwazzjoni u l-ekwazzjonijiet bażiċi sottostanti li jitwettqu mill-għodda ta' preproċessar tal-magna. L-istadji li ġejjin isiru matul l-evalwazzjoni tad-data tal-input fl-ordni elenkata:

2.   Qari tal-fajls tal-input u kontroll awtomatiku tad-data tal-input

1.1

Kontroll tar-rekwiżiti għad-data tal-input skont id-definizzjonijiet fil-paragrafu 6.1 ta' dan l-Anness

1.2

Kontroll tar-rekwiżiti għad-data rreġistrata tal-FCMC skont id-definizzjonijiet fil-paragrafu 4.3.5.2 u fis-subpunt (1) tal-paragrafu 4.3.5.5 ta' dan l-Anness

3.

Kalkolu tal-veloċitajiet karatteristiċi tal-magni mill-kurvi tat-tagħbija sħiħa tal-magna referenzjarja u tal-magna attwali għaċ-ċertifikazzjoni skont id-definizzjonijiet fil-paragrafu 4.3.5.2.1 ta' dan l-Anness

4.

Ipproċessar tal-mappa tal-konsum tal-fjuwil (FC)

3.1

Il-valuri tal-FC f'nidle huma kkupjati għall-veloċità tal-magna (nidle – 100 min– 1) fil-mappa

3.2

Il-valuri tal-FC f'n95h huma kkupjati għall-veloċità tal-magna (n95h + 500 min– 1) fil-mappa

3.3

Estrapolazzjoni tal-valuri tal-FC bil-valuri programmati kollha tal-veloċità tal-magna għal valur tat-torque ta' (1.1 darba t-Tmax_overall) billi tintuża rigressjoni lineari fuq il-bażi tat-3 punti tal-FC imkejla bl-ogħla valuri tat-torque f'kull valur programmat tal-veloċità tal-magna fil-mappa

3.4

Żieda tal-FC = 0 għal valuri interpolati tat-torque tal-motoraġġ bil-valuri programmati kollha tal-veloċità tal-magna fil-mappa

3.5

Żieda tal-FC = 0 għall-minimu tal-valuri interpolati tat-torque tal-motoraġġ mis-subpunt (3.4) neqes 100 Nm bil-valuri programmati kollha tal-veloċità tal-magna fil-mappa

4.

Simulazzjoni tal-FC u tax-xogħol taċ-ċiklu tul id-WHTC u s-subpartijiet rispettivi għall-magna attwali għaċ-ċertifikazzjoni

4.1.

Il-punti ta' referenza tad-WHTC huma denormalizzati billi jintuża l-input tal-kurva tat-tagħbija sħiħa fir-riżoluzzjoni rreġistrata oriġinarjament

4.2.

L-FC hu kkalkolat għall-valuri referenzjarji denormalizzati tad-WHTC għall-veloċità u għat-torque tal-magna mis-subpunt 4.1

4.3.

L-FC hu kkalkolat bl-inerzja tal-magna ssettjata għal 0

4.4.

L-FC hu kkalkolat bil-funzjoni standard tal-PT1 (bħal fis-simulazzjoni ewlenija tal-vettura) għar-rispons attiv tat-torque tal-magna

4.5.

L-FC għall-punti ta' motoraġġ kollha hu ssettjat għal 0

4.6.

L-FC għall-punti kollha tal-operar tal-magna mhux tal-motoraġġ hu kkalkolat mill-mappa tal-FC bil-metodu ta' interpolazzjoni Delaunay (bħal fis-simulazzjoni tal-vettura ewlenija)

4.7.

Ix-xogħol taċ-ċiklu u l-FC huma kkalkolati skont l-ekwazzjonijiet iddefiniti fil-paragrafi 5.1 u 5.2 ta' dan l-Anness

4.8.

Il-valuri speċifiċi ssimulati tal-FC huma kkalkolati analogi għall-ekwazzjonijiet iddefiniti fil-paragrafi 5.3.1 u 5.3.2 ta' dan l-Anness għall-valuri mkejla

5.

Kalkolu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni tad-WHTC

5.1.

Il-valuri mkejla mill-input għall-għodod ta' preproċessar u l-valuri ssimulati mill-punt (4) jintużaw b'konformità mal-ekwazzjonijiet fil-punti (5.2) sa (5.4)

5.2.

CFUrban = SFCmeas,Urban / SFCsimu,Urban

5.3.

CFRural = SFCmeas,Rural / SFCsimu,Rural

5.4.

CFMW = SFCmeas,MW / SFCsimu,MW

5.5.

F'każ li l-valur ikkalkolat għal koeffiċjent ta' korrezzjoni jkun inqas minn 1, il-koeffiċjent ta' korrezzjoni rispettiv jiġi stabbilit għal 1

6.

Kalkolu tal-fattur ta' bbilanċjar tal-emissjoni kiesaħ-sħun

6.1.

Dan il-fattur hu kkalkolat b'konformità mal-ekwazzjoni fil-punt (6.2)

6.2.

BFcold-hot = 1 + 0.1 x (SFCmeas,cold – SFCmeas,hot) / SFCmeas,hot

6.3.

F'każ li l-valur ikkalkolat għal dan il-koeffiċjent jkun inqas minn 1, il-koeffiċjent jiġi stabbilit għal 1

7.

Korrezzjoni tal-valuri tal-FC fil-mappa tal-FC għal NCV standard

7.1.

Din il-korrezzjoni ssir b'konformità mal-ekwazzjoni fil-punt (7.2)

7.2.

FCcorrected = FCmeasured,map x NCVmeas / NVCstd

7.3.

L-FCmeasured,map għandu jkun il-valur tal-FC fid-data tal-input tal-mappa tal-FC ipproċessata b'konformità mal-punt (3)

7.4.

L-NCVmeas u l-NVCstd għandhom jiġu ddefiniti b'konformità mal-paragrafu 5.3.3.1 ta' dan l-Anness

7.5.

F'każ li matul l-ittestjar intuża l-fjuwil ta' referenza tat-tip B7 (Diżil / CI) b'konformità mal-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness, ma ssirx il-korrezzjoni b'konformità mal-punti (7.1) sa (7.4).

8.

Konverżjoni tal-valuri tat-tagħbija sħiħa tal-magna u tat-torque tal-motoraġġ tal-magna attwali għaċ-ċertifikazzjoni għal frekwenza tal-loggjar tal-veloċità tal-magna ta' 8 min– 1

▼M1

8.1.

Jekk il-frekwenza medja tal-loggjar tal-veloċità tal-magna tal-kurva tat-tagħbija sħiħa rreġistrata oriġinarjament tkun iżgħar minn 6, il-konverżjoni ssir permezz ta' medja aritmetika f'intervalli ta' ± 4 min-1 tal-valur programmat partikolari għad-data tal-output ibbażata fuq il-kontribut tal-kurva tat-tagħbija sħiħa fir-riżoluzzjoni rreġistrata oriġinarjament. Jekk il-frekwenza medja tal-loggjar tal-veloċità tal-magna tal-kurva tat-tagħbija sħiħa rreġistrata oriġinarjament tkun akbar minn jew ugwali għal 6, il-konverżjoni titwettaq permezz ta' interpolazzjoni lineari bbażata fuq l-input tal-kurva tat-tagħbija sħiħa f'riżoluzzjoni rreġistrata oriġinarjament.

▼B




ANNESS VI

VERIFIKA TAD-DATA DWAR IT-TRAŻMISSJONI, IL-KONVERTITUR TAT-TORQUE, KOMPONENT IEĦOR LI JITTRASFERIXXI T-TORQUE U L-KOMPONENT ADDIZZJONALI TAD-DRIVELINE

1.   Introduzzjoni

Dan l-anness jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni rigward it-telf tat-torque tat-trażmissjonijiet, il-konvertitur tat-torque (TC), komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) u komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) għal vetturi tqal. Barra minn hekk, jiddefinixxi l-proċeduri ta' kalkolu għat-telf standard tat-torque.

Il-konvertitur tat-torque (TC), komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) u komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) jistgħu jiġu ttestjati kkombinati ma' trażmissjoni jew bħala unità separata. F'każ li dawk il-komponenti jiġu ttestjati b'mod separat, japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 4, 5 u 6. It-telf tat-torque li jirriżulta mill-mekkaniżmu tal-motorizzazzjoni bejn it-trażmissjoni u dawk il-komponenti jista' jiġi injorat.

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Kompartiment ta' trasferiment” tfisser apparat li jaqsam il-potenza tal-magna ta' vettura u jidderiġiha lejn il-fusien motorizzati ta' quddiem u ta' wara. Hu mmuntat wara t-trażmissjoni u kemm ix-xaft tat-trażmissjoni ta' quddiem kif ukoll dak ta' wara jaqbdu miegħu. Jinkludi sett ta' roti tal-ger jew sistema tat-trażmissjoni li fihom il-potenza tiġi distribwita mit-trażmissjoni lill-fusien. Il-kompartiment ta' trasferiment tipikament ikollu l-ħila li jaqleb bejn il-modalità standard tas-sewqan (trazzjoni fuq quddiem jew wara), modalità ta' trazzjoni b'medda għolja (trazzjoni fuq quddiem u wara), modalità ta' trazzjoni b'medda baxxa u newtrali;

(2) 

“Proporzjon tal-gerijiet” tfisser il-proporzjon tal-gerijiet 'il quddiem tal-veloċità tax-xaft tal-input (lejn il-prime mover) meta mqabbla mal-veloċità tax-xaft tal-output (lejn ir-roti motorizzati) mingħajr żliq (i = nin/nout );

(3) 

“Kopertura tal-proporzjon” tfisser il-proporzjon tal-ikbar meta mqabbla mal-iżgħar proporzjonijiet tal-gerijiet 'il quddiem fi trażmissjoni: φtot = imax/imin ;

(4) 

“Trażmissjoni komposta” tfisser trażmissjoni, b'numru kbir ta' gerijiet 'il quddiem u/jew b'kopertura kbira tal-proporzjon, imsawra minn subtrażmissjonijiet, li huma kombinati biex jużaw l-iktar partijiet li jittrasferixxu potenza f'diversi gerijiet 'il quddiem;

(5) 

“Taqsima ewlenija” tfisser is-subtrażmissjoni li għandha l-ikbar numru ta' gerijiet 'il quddiem fi trażmissjoni komposta;

(6) 

“Taqsima tal-medda” tfisser subtrażmissjoni normalment f'konnessjoni f'serje mat-taqsima ewlenija fi trażmissjoni komposta. Taqsima tal-medda normalment ikollha żewġ gerijiet 'il quddiem li jinqalbu. Il-gerijiet 'il quddiem inferjuri tat-trażmissjoni sħiħa jkunu inkorporati bl-użu tal-ger tal-medda baxxa. Il-gerijiet ogħla huma inkorporati bl-użu tal-ger ta' medda għolja;

(7) 

“Splitter” tfisser disinn li jaqsam il-gerijiet tat-taqsima ewlenija f'żewġ varjanti (normalment), gerijiet maqsuma baxxi u għoljin, li l-proporzjonijiet tal-gerijiet huma magħluqa meta mqabbla mal-kopertura tal-proporzjon tat-trażmissjoni. Splitter jista' jkun subtrażmissjoni separata, apparat supplimentari, integrat mat-taqsima ewlenija jew taħlita ta' dawn;

(8) 

“Klaċċ bis-snien” tfisser klaċċ li fih it-torque tiġi ttrasferita primarjament bil-forzi normali bejn is-snien rotanti. Klaċċ bis-snien jista' jkun attivat jew diżattivat. Jiġi operat f'kundizzjonijiet mingħajr tagħbija, biss (eż. matul il-qlib tal-gerijiet fi trażmissjoni manwali);

(9) 

“Angle drive” tfisser apparat li jittrażmetti potenza rotazzjonali bejn xaftijiet mhux paralleli, spiss użat ma' magna orjentata b'mod trażversali u input lonġitudinali fil-fus motorizzat;

(10) 

“Klaċċ tal-frizzjoni” tfisser klaċċ għat-trasferiment ta' torque propulsiva, meta t-torque tkun ittrasferita b'mod sostenibbli b'forzi tal-frizzjoni. Klaċċ tal-frizzjoni jista' jittrażmetti torque matul iż-żliq, u b'hekk jista' (iżda mhux bilfors) jiġi operat fix-xegħil u fil-qlib tal-potenza (trasferiment tal-potenza miżmuma matul qlib tal-ger);

(11) 

“Sinkronizzatur” tfisser tip ta' klaċċ bis-snien li fih jintuża apparat tal-frizzjoni biex jilħaq il-veloċitajiet tal-partijiet rotanti li jridu jiġu attivati;

(12) 

“Effiċjenza tal-konnessjoni tal-gerijiet” tfisser il-proporzjon tal-potenza tal-output għall-potenza tal-input meta trażmessa f'konnessjoni tal-gerijiet 'il quddiem b'ċaqliq relattiv;

(13) 

“Ger tat-tkaxkir (”crawler gear“)” tfisser ger baxx 'il quddiem (bi proporzjon ta' tnaqqis tal-veloċità li hu ikbar minn dak għal gerijiet li mhumiex tat-tkaxkir) li hu mfassal biex jintuża inqas spiss, eż. f'manuvri b'veloċitajiet baxxi jew f'xegħil okkażjonali fi tlajjiet;

(14) 

“Konnessjoni motorizzata (PTO)” tfisser apparat fi trażmissjoni jew f'magna li miegħu jista' jitqabbad apparat motorizzat awżiljarju, eż., pompa idrawlika;

(15) 

“Mekkaniżmu motorizzat tal-konnessjoni motorizzata” tfisser apparat fi trażmissjoni li jippermetti l-installazzjoni tal-konnessjoni motorizzata (PTO);

(16) 

“Klaċċ tal-lock-up” tfisser klaċċ tal-frizzjoni f'konvertitur tat-torque idrodinamiku; jista' jqabbad il-lati tal-input u tal-output, u b'hekk jelimina ż-żliq;

(17) 

“Klaċċ tax-xegħil” tfisser klaċċ li jadatta l-veloċità bejn il-magna u r-roti motorizzati meta tinxtegħel il-vettura. Il-klaċċ tax-xegħil normalment ikun jinsab bejn il-magna u t-trażmissjoni.

(18) 

“Trażmissjoni Manwali Sinkronizzata (SMT)” tfisser trażmissjoni operata manwalment b'żewġ proporzjonijiet tal-veloċità jew iktar li jistgħu jingħażlu u li jinkisbu bl-użu ta' sinkronizzaturi. It-tbiddil tal-proporzjon normalment jinkiseb matul skonnessjoni temporanja tat-trażmissjoni mill-magna bl-użu tal-klaċċ (normalment il-klaċċ tax-xegħil tal-vettura);

(19) 

“Trażmissjoni Manwali Awtomatizzata jew Trażmissjoni Awtomatika Attivata Mekkanikament (AMT)” tfisser trażmissjoni li taqleb awtomatikament b'żewġ proporzjonijiet tal-veloċità jew iktar li jistgħu jingħażlu u li jinkisbu bl-użu ta' klaċċijiet bis-snien (mhux/sinkronizzati). It-tbiddil tal-proporzjon jinkiseb matul skonnessjoni temporanja tat-trażmissjoni mill-magna. Ix-xifts tal-proporzjon isiru b'sistema kkontrollata elettronikament li timmaniġġja t-tajming tax-xift, l-operazzjoni tal-klaċċ bejn il-magna u l-gerboks u l-veloċità u t-torque tal-magna. Is-sistema tagħżel u tattiva l-iktar ger 'il quddiem xieraq b'mod awtomatiku, iżda s-sewwieq jista' jieħu prevalenza fuqha billi juża modalità manwali;

(20) 

“Trażmissjoni bi Klaċċ Doppju (DCT)” tfisser trażmissjoni li taqleb awtomatikament b'żewġ klaċċijiet tal-frizzjoni u b'diversi proporzjonijiet tal-veloċità li jistgħu jingħażlu u li jinkisbu bl-użu ta' klaċċijiet bis-snien. Ix-xifts tal-proporzjon isiru b'sistema kkontrollata elettronikament li timmaniġġja t-tajming tax-xift, l-operazzjoni tal-klaċċijiet u l-veloċità u t-torque tal-magna. Is-sistema tagħżel l-iktar ger xieraq b'mod awtomatiku, iżda s-sewwieq jista' jieħu prevalenza fuqha billi juża modalità manwali;

(21) 

“Tardjatur” tfisser apparat awżiljarju tal-ibbrejkjar f'sistema tal-motopropulsjoni ta' vettura; immirat għall-ibbrejkjar permanenti;

(22) 

“Każ S” tfisser l-arranġament f'serje ta' konvertitur tat-torque u l-partijiet mekkaniċi konnessi tat-trażmissjoni;

(23) 

“Każ P” tfisser l-arranġament parallel ta' konvertitur tat-torque u l-partijiet mekkaniċi konnessi tat-trażmissjoni (eż. f'installazzjoni bil-potenza maqsuma);

(24) 

“Trażmissjoni bil-Qlib Awtomatiku tal-Potenza (APT)” tfisser trażmissjoni li taqleb awtomatikament b'iktar minn żewġ klaċċijiet tal-frizzjoni u b'diversi proporzjonijiet tal-veloċità li jistgħu jingħażlu u li jinkisbu primarjament bl-użu ta' dawk il-klaċċijiet tal-frizzjoni. Ix-xifts tal-proporzjon isiru b'sistema kkontrollata elettronikament li timmaniġġja t-tajming tax-xift, l-operazzjoni tal-klaċċijiet u l-veloċità u t-torque tal-magna. Is-sistema tagħżel l-iktar ger xieraq b'mod awtomatiku, iżda s-sewwieq jista' jieħu prevalenza fuqha billi juża modalità manwali. Ix-xiftijiet normalment isiru mingħajr interruzzjoni tat-trazzjoni (klaċċ tal-frizzjoni għal klaċċ tal-frizzjoni);

(25) 

“Sistema ta' kundizzjonament taż-żejt” tfisser sistema esterna li tikkundizzjona ż-żejt ta' trażmissjoni fl-ittestjar. Is-sistema tiċċirkola ż-żejt lejn u mit-trażmissjoni. Hemm iż-żejt jiġi ffiltrat u/jew ikkundizzjonat għat-temperatura;

(26) 

“Sistema tal-lubrifikazzjoni intelliġenti” tfisser sistema li taffettwa t-telf indipendenti mit-tagħbija (imsejjaħ ukoll telf tat-tidwir jew telf tar-reżistenza tal-arja) tat-trażmissjoni dipendenti mit-torque tal-input u/jew mill-fluss tal-potenza permezz tat-trażmissjoni. Eżempji huma pompi tal-pressjoni idrawlika kkontrollati għall-brejkijiet u għall-klaċċijiet f'APT, livell ta' żejt varjabbli kkontrollat fit-trażmissjoni, fluss/pressjoni taż-żejt varjabbli kkontrollati għal-lubrikazzjoni u tkessiħ fit-trażmissjoni. Il-lubrifikazzjoni intelliġenti tista' tinkludi wkoll kontroll tat-temperatura taż-żejt tat-trażmissjoni, iżda sistemi tal-lubrifikazzjoni intelliġenti li huma mfassla biss għall-kontroll tat-temperatura mhumiex ikkunsidrati hawnhekk, peress li l-proċedura ta' ttestjar tat-trażmissjoni għandha temperaturi ta' ttestjar fissi;

(27) 

“Awżiljarju tal-elettriku tat-trażmissjoni” tfisser awżiljarju elettriku użat għall-funzjoni tat-trażmissjoni matul operazzjoni ta' tħaddim fi statiċità. Eżempju tipiku hu pompa tat-tkessiħ/lubrikanti elettrika (iżda mhux attwaturi elettriċi tal-qlib tal-gerijiet u sistemi ta' kontroll elettroniku inklużi valvi elettriċi tas-solenojd, peress li dawn ftit jikkonsmaw enerġija, speċjalment matul operazzjoni fi statiċità);

(28) 

“Grad tal-viskożità tat-tip taż-żejt” tfisser grad tal-viskożità kif iddefinit mis-SAE J306;

(29) 

“Żejt tal-mili tal-fabbrika” tfisser il-grad ta' viskożità tat-tip ta' żejt li jintuża għall-mili taż-żejt fil-fabbrika u li hu maħsub biex jibqa' fit-trażmissjoni, fil-konvertitur tat-torque, f'komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque jew f'komponent addizzjonali tad-driveline għall-ewwel intervall tas-servizz;

(30) 

“Skema tal-gerijiet” tfisser l-arranġament tax-xaftijiet, tar-roti tal-gerijiet u tal-klaċċijiet fi trażmissjoni;

(31) 

“Fluss tal-potenza” tfisser il-passaġġ tat-trasferiment tal-potenza mill-input għall-output fi trażmissjoni permezz tax-xaftijiet, tar-roti tal-gerijiet u tal-klaċċijiet.

3.   Proċedura ta' ttestjar għat-trażmissjonijiet

Għall-ittestjar tat-telf ta' trażmissjoni, għandha titfassal mappa tat-telf tat-torque għal kull tip individwali ta' trażmissjoni. It-trażmissjonijiet jistgħu jiġu raggruppati f'familji b'data rilevanti għas-CO2 simili jew ugwali skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 6 għal dan l-Anness.

Għad-determinazzjoni tat-telf tat-torque tat-trażmissjoni, l-applikant għal ċertifikat għandu japplika wieħed mill-metodi li ġejjin għal kull ger 'il quddiem individwali (gerijiet tat-tkaxkir esklużi).

(1) 

Għażla 1: Kejl tat-telf indipendenti mit-torque, kalkolu tat-telf dipendenti mit-torque.

(2) 

Għażla 2: Kejl tat-telf indipendenti mit-torque, kejl tat-telf tat-torque bit-torque massimu u interpolazzjoni tat-telf dipendenti mit-torque fuq il-bażi ta' mudell lineari

(3) 

Għażla 3: Kejl tat-telf totali tat-torque.

3.1

Għażla 1: Kejl tat-telf indipendenti mit-torque, kalkolu tat-telf dipendenti mit-torque.

It-telf tat-torque Tl ,in fuq ix-xaft tal-input tat-trażmissjoni għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

Tl,in (nin , Tin , gear) = T l,in,min_loss + fT * Tin + floss_corr * Tin + T l,in,min_el + fel_corr * Tin

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għat-telf tat-torque idrawliku dipendenti mit-torque għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għat-telf tat-torque elettriku dipendenti mit-torque għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

It-telf tat-torque fix-xaft tal-input tat-trażmissjoni kkaġunat mill-konsum tal-potenza tal-awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

Tl,in

=

It-telf tat-torque relatat max-xaft tal-input [Nm]

Tl,in,min_loss

=

It-telf indipendenti mit-torque f'livell minimu ta' telf idrawliku (pressjoni ewlenija minima, flussi tat-tkessiħ/lubrikazzjoni eċċ.), imkejel b'xaft tal-output b'rotazzjoni libera mill-ittestjar mingħajr tagħbija [Nm]

Tl,in,max_loss

=

It-telf indipendenti mit-torque f'livell massimu ta' telf idrawliku (pressjoni ewlenija massima, flussi tat-tkessiħ/lubrikazzjoni eċċ.), imkejjel b'xaft tal-output b'rotazzjoni libera mill-ittestjar mingħajr tagħbija [Nm]

floss_corr

=

Il-korrezzjoni tat-telf għal-livell ta' telf idrawliku dipendenti mit-torque tal-input [-]

nin

=

Il-veloċità fix-xaft tal-input tat-trażmissjoni (downstream mill-konvertitur tat-torque, jekk applikabbli) [rpm]

fT

=

Il-koeffiċjent tat-telf tat-torque = 1-ηT

Tin

=

Torque fix-xaft tal-input [Nm]

ηT

=

L-effiċjenza dipendenti mit-torque (trid tiġi kkalkolata); għal ger dirett fT = 0.007 (ηT= 0.993) [-]

fel_corr

=

Il-korrezzjoni tat-telf għal-livell ta' telf tal-potenza elettrika dipendenti mit-torque tal-input [-]

Tl,in, el

=

It-telf addizzjonali tat-torque fuq ix-xaft tal-input mill-konsumaturi tal-elettriku [Nm]

Tl,in,min_el

=

It-telf addizzjonali tat-torque fuq ix-xaft tal-input mill-konsumaturi tal-elettriku korrispondenti għall-potenza elettrika minima [Nm]

Tl,in,max_el

=

It-telf addizzjonali tat-torque fuq ix-xaft tal-input mill-konsumaturi tal-elettriku korrispondenti għall-potenza elettrika massima [Nm]

Pel

=

Il-konsum tal-potenza elettrika tal-konsumaturi tal-elettriku fi trażmissjoni mkejjel matul l-ittestjar tat-telf fit-trażmissjoni [W]

Tmax,in

=

It-torque tal-input massimu awtorizzat għal kwalunkwe ger 'il quddiem fit-trażmissjoni [Nm]

3.1.1.

It-telf dipendenti mit-torque ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jiġi ddeterminat kif deskritt kif ġej:

Fil-każ ta' diversi flussi tal-potenza paralleli u nominalment indaqs, eż., kontroxaftijiet doppji jew diversi roti tal-gerijiet pjaneti f'sett planetarju ta' gerijiet, dak jista' jiġi ttrattat bħala fluss wieħed tal-potenza f'din it-taqsima.

3.1.1.1.

Għal kull ger indirett g tat-trażmissjonijiet komuni bi fluss tal-potenza mhux maqsum u b'settijiet mhux planetarji, ordinarji tal-gerijiet, għandhom jitwettqu l-passi li ġejjin:

3.1.1.2.

Għal kull konnessjoni attiva tal-gerijiet, l-effiċjenza dipendenti mit-torque għandha tiġi ssettjata għal valuri kostanti ta' ηm:

konnessjonijiet tal-gerijiet esterni – esterni

:

ηm = 0.986

konnessjonijiet tal-gerijiet esterni – interni

:

ηm = 0.993

konnessjonijiet tal-gerijiet tal-angle drive

:

ηm = 0.97

(Inkella, it-telf tal-angle drive jista' jiġi ddeterminat permezz ta' ttestjar separat kif deskritt fil-paragrafu 6 ta' dan l-Anness)

3.1.1.3.

Ir-riżultat tal-moltiplikazzjoni ta' dawn l-effiċjenzi dipendenti mit-torque f'konnessjonijiet attivi tal-gerijiet għandu jiġi moltiplikat b'effiċjenza tal-bering dipendenti mit-torque ηb = 99.5 %.

3.1.1.4.

L-effiċjenza dipendenti għall-ger ηTg għandha tiġi kkalkolata permezz ta':

η Tg = η b * η m,1 * η m,2 * […] * η m,n

3.1.1.5.

Il-koeffiċjent tat-telf dipendenti mit-torque għall-ger fTg għandu jiġi kkalkolat permezz ta':

fTg = 1 – η Tg

3.1.1.6.

It-telf dipendenti mit-torque fuq ix-xaft tal-input għall-ger Tl,inTg għandu jiġi kkalkolat permezz ta':

Tl,inTg = fTg * Tin

3.1.1.7.

Inkella għall-proċedura deskritta fi 3.1.1.8, l-effiċjenza dipendenti mit-torque tat-taqsima tal-medda planetarja fi stat ta' medda baxxa għall-każ speċjali ta' trażmissjonijiet li jikkonsistu f'taqsima ewlenija tat-tip kontroxaft f'serje ma' taqsima tal-medda planetarja (b'rota tal-gerijiet b'ċirku mhux rotanti u bil-portatur tal-pjaneta mqabbad max-xaft tal-output) tista' tiġi kkalkolata permezz ta':

image

fejn:

ηm,ring

=

L-effiċjenza dipendenti mit-torque tal-konnessjoni tal-gerijiet ċirku għal pjaneta = 99.3 % [-]

ηm,sun

=

L-effiċjenza dipendenti mit-torque tal-konnessjoni tal-gerijiet pjaneta għal xemx = 98.6 % [-]

zsun

=

In-numru ta' snien tar-rota tal-gerijiet xemx tat-taqsima tal-medda [-]

zring

=

Numru ta' snien tar-rota tal-gerijiet ċirku tat-taqsima tal-medda [-]

It-taqsima tal-medda planetarja għandha titqies bħala konnessjoni tal-gerijiet addizzjonali fi ħdan it-taqsima ewlenija tal-kontroxaft, u l-effiċjenza tagħha dipendenti mit-torque ηlowrange għandha tkun inkluża fid-determinazzjoni tal-effiċjenzi totali dipendenti mit-torque ηTg għall-gerijiet tal-medda inferjuri fil-kalkolu fi 3.1.1.4.

3.1.1.8.

Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' trażmissjoni bi flussi tal-potenza maqsuma u/jew b'settijiet ta' gerijiet planetarji iktar kumplessi (eż. trażmissjoni planetarja awtomatika konvenzjonali), għandu jintuża l-metodu ssimplifikat li ġej biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza dipendenti mit-torque. Il-metodu jkopri sistemi ta' trażmissjoni komposti minn settijiet ta' gerijiet ordinarji, mhux planetarji u/jew minn settijiet ta' gerijiet planetarji tat-tip ċirku-pjaneta-xemx. Inkella, l-effiċjenza dipendenti mit-torque tista' tiġi kkalkolata fuq il-bażi tar-Regolament VDI Nru 2157. Iż-żewġ kalkoli għandhom jużaw l-istess valuri kostanti tal-effiċjenza tal-konnessjoni tal-gerijiet iddefiniti fi 3.1.1.2.

F'dan il-każ, għal kull ger indirett g, għandhom jitwettqu l-passi li ġejjin:

3.1.1.9.

Jekk tiġi ssoponuta veloċità tal-input ta' 1 rad/s u 1 Nm ta' torque tal-input, għandha tinħoloq tabella tal-valuri tal-veloċità (Ni ) u tat-torque (Ti ) għar-roti tal-gerijiet kollha b'assi rotazzjonali fiss (roti tal-gerijiet xemx, roti tal-gerijiet ċirku u roti tal-gerijiet ordinarji) u b'portaturi tal-pjaneti. Il-valuri tal-veloċità u tat-torque għandhom isegwu r-regola tal-lemin, bir-rotazzjoni tal-magna bħala direzzjoni pożittiva.

3.1.1.10.

Għal kull sett ta' gerijiet planetarju, il-veloċitajiet relattivi xemx għall-portatur u ċirku għall-portatur għandhom jiġu kkalkolati permezz ta':

Nsun–carrie r = Nsun Ncarrier
Nring–carrier = Nring Ncarrier

fejn:

Nsun

=

Il-veloċità tar-rotazzjoni tar-rota tal-gerijiet xemx [rad/s]

Nring

=

Il-veloċità tar-rotazzjoni tar-rota tal-gerijiet ċirku [rad/s]

Ncarrier

=

Il-veloċità tar-rotazzjoni tal-portatur [rad/s]

3.1.1.11.

Il-potenzi li jipproduċu telf fil-konnessjonijiet tal-gerijiet għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Għal kull sett ta' gerijiet ordinarju, mhux planetarju, il-potenza P għandha tiġi kkalkolata permezz ta':
P 1 = N 1 · T 1
P 2 = N 2 · T 2
fejn:

P

=

Il-potenza tal-konnessjoni tal-gerijiet [W]

N

=

Il-veloċità tar-rotazzjoni tar-rota tal-gerijiet [rad/s]

T

=

It-torque tar-rota tal-gerijiet [Nm]

Għal kull sett planetarju ta' gerijiet, il-potenza virtwali tar-roti tal-gerijiet xemx Pv,sun u ċirku Pv,ring għandha tiġi kkalkolata permezz ta':
Pv,sun = Tsun · (Nsun Ncarrier) = Tsun · Nsun/carrier
Pv,ring = Tring · (Nring Ncarrier ) = Tring · Nring/carrier
fejn:

Pv,sun

=

Il-potenza virtwali tar-rota tal-gerijiet xemx [W]

Pv,ring

=

Il-potenza virtwali tar-rota tal-gerijiet ċirku [W]

Tsun

=

It-torque tar-rota tal-gerijiet xemx [Nm]

Tcarrier

=

It-torque tal-portatur [Nm]

Tring

=

It-torque tar-rota tal-gerijiet ċirku [Nm]

Riżultati negattivi tal-potenza virtwali għandhom jindikaw potenza li titlaq mis-sett ta' gerijiet, riżultati pożittivi tal-potenza virtwali għandhom jindikaw potenza li tidħol fis-sett ta' gerijiet.
Il-potenzi aġġustati għat-telf Padj tal-konnessjonijiet tal-gerijiet għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
Għal kull sett ordinarju, mhux planetarju ta' gerijiet, il-potenza negattiva għandha tiġi moltiplikata bl-effiċjenza dipendenti xierqa fuq it-torqueηm :
Pi > 0⇒Pi,adj = Pi
Pi < 0⇒Pi,adj = Pi · η mi
fejn:

Padj

=

Il-potenzi aġġustati għat-telf tal-konnessjonijiet tal-gerijiet [W]

ηm

=

L-effiċjenza dipendenti mit-torque (xierqa għall-konnessjoni tal-gerijiet; ara 3.1.1.2.) [-]

Għal kull sett planetarju ta' gerijiet, il-potenza virtwali negattiva għandha tiġi moltiplikata bl-effiċjenzi dipendenti mit-torque tax-xemx għall-pjaneta ηmsun u taċ-ċirku għall-pjaneta ηmring :
Pv,i ≥ 0⇒Pi,adj = Pv,i
Pv,i < 0⇒Pi,adj = Pi · ηmsun · ηmring
fejn:

ηmsun

=

L-effiċjenza dipendenti mit-torque tax-xemx għall-pjaneta [-]

ηmring

=

L-effiċjenza dipendenti mit-torque taċ-ċirku għall-pjaneta [-]

3.1.1.12.

Il-valuri kollha tal-potenza aġġustati għat-telf għandhom jiżdiedu mat-telf tal-potenza tal-konnessjoni tal-gerijiet dipendenti mit-torque Pm,loss tas-sistema ta' trażmissjoni li tirreferi għall-potenza tal-input:

Pm,loss = ΣPi,adj

fejn:

i

=

Ir-roti tal-gerijiet kollha b'assi rotazzjonali fiss [-]

Pm,loss

=

It-telf tal-potenza tal-konnessjoni tal-gerijiet dipendenti mit-torque tas-sistema ta' trażmissjoni [W]

3.1.1.13.

Il-koeffiċjent tat-telf dipendenti mit-torque għall-berings,

fT,bear = 1 – ηbear = 1 – 0,995 = 0,005

u l-koeffiċjent tat-telf dipendenti mit-torque għall-konnessjoni tal-gerijiet

image

għandhom jingħaddu biex jiġi riċevut il-koeffiċjent totali ta' telf dipendenti mit-torque fT għas-sistema ta' trażmissjoni:

fT = fT,gearmesh + fT,bear

fejn:

fT

=

Il-koeffiċjent totali ta' telf dipendenti mit-torque għas-sistema ta' trażmissjoni [-]

fT,bear

=

Il-koeffiċjent tat-telf dipendenti mit-torque għall-berings [-]

fT,gearmesh

=

Il-koeffiċjent tat-telf dipendenti mit-torque għall-konnessjonijiet tal-gerijiet [-]

Pin

=

Potenza fissa tal-input tat-trażmissjoni; Pin = (1 Nm * 1 rad/s) [W]

3.1.1.14.

It-telf dipendenti mit-torque fuq ix-xaft tal-input għall-ger speċifiku għandu jiġi kkalkolat permezz ta':

Tl,inT = fT * Tin

fejn:

Tl,inT

=

It-telf dipendenti mit-torque relatat max-xaft tal-input [Nm]

Tin

=

Torque fix-xaft tal-input [Nm]

3.1.2.

It-telf indipendenti mit-torque għandu jitkejjel b'konformità mal-proċedura deskritta kif ġej.

3.1.2.1.   Rekwiżiti ġenerali

It-trażmissjoni użata għall-kejliet għandha tkun b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imfassla għat-trażmissjonijiet tal-produzzjoni ta' serje u għandha tkun ġdida.

Hu permess li jsiru modifiki fit-trażmissjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar l-ittestjar ta' dan l-Anness, eż. għall-inklużjoni ta' sensuri tal-kejl jew għall-adattament ta' sistema esterna għall-kundizzjonament taż-żejt.

Il-limiti ta' tolleranza f'dan il-paragrafu jirreferu għall-valuri tal-kejl mingħajr inċertezza tas-sensuri.

▼M1

Il-ħin totali ttestjat għal kull trażmissjoni individwali u kull ger ma għandux jaqbeż 5 darbiet tal-ħin proprja tal-ittestjar għal kull ger (li jippermetti l-ittestjar mill-ġdid tat-trażmissjoni jekk ikun hemm bżonn minħabba żball fil-kejl jew fil-bank tat-test).

▼B

L-istess trażmissjoni individwali tista' terġa' tintuża għal massimu ta' 10 testijiet differenti, eż. għal testijiet tat-telf tat-torque tat-trażmissjoni għal varjanti b'tardjatur u mingħajr (b'rekwiżiti ta' temperatura differenti) jew bi żjut differenti. Jekk tintuża l-istess trażmissjoni individwali għal testijiet ta' żjut differenti, iż-żejt tal-mili tal-fabbrika rakkomandat għandu jiġi ttestjat l-ewwel.

Mhuwiex permess li jsir ċertu test diversi drabi biex tingħażel sensiela tat-test bl-inqas riżultati.

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, l-applikant għal ċertifikat għandu jispeċifika u juri bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti ddefiniti f'dan l-Anness.

3.1.2.2.   Kejliet tad-differenxjal

Biex jitnaqqsu l-influwenzi kkaġunati mill-kompożizzjoni tal-bank tat-test (eż. berings, klaċċijiet) mit-telf tat-torque mkejjel, huma permessi kejliet tad-differenxjal biex jiġu ddeterminati dawn it-torques parasitiċi. Il-kejliet għandhom isiru bl-istess stadji tal-veloċità u bl-istess temperatura/i tal-bering tal-bank tat-test ±3 K użati għall-ittestjar. L-inċertezza tal-kejl tas-sensur tat-torque għandha tkun inqas minn 0.3 Nm.

▼C1

3.1.2.3.   Running In

Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura tar-running in fuq it-trażmissjoni. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura tar-running in.

▼B

3.1.2.3.1.

Il-proċedura m'għandhiex taqbeż it-30 siegħa għal kull ger u 100 siegħa b'kollox.

3.1.2.3.2.

L-applikazzjoni tat-torque tal-input għandha tkun limitata għal 100 % tat-torque massimu tal-input.

3.1.2.3.3.

Il-veloċità massima tal-input għandha tkun limitata mill-veloċità massima speċifikata għat-trażmissjoni.

3.1.2.3.4.

Il-profil tal-veloċità u tat-torque għall-proċedura ta' ►C1  running in ◄ għandu jkun speċifikat mill-manifattur.

3.1.2.3.5.

Il-proċedura ta' ►C1  running in ◄ għandha tiġi ddokumentata mill-manifattur fir-rigward tad-durata ►C1  tal-running in ◄ , tal-veloċità, tat-torque u tat-temperatura taż-żejt u tiġi rrapportata lill-Awtorità tal-approvazzjoni.

3.1.2.3.6.

Ir-rekwiżiti għat-temperatura ambjentali (3.1.2.5.1.), għall-akkuratezza tal-kejl (3.1.4.), għall-issettjar tat-test (3.1.8.) u għall-angolu tal-istallazzjoni (3.1.3.2) m'għandhomx japplikaw għall-proċedura ta' ►C1  running in ◄ .

3.1.2.4.   Prekundizzjonament

3.1.2.4.1.

Il-prekundizzjonament tat-trażmissjoni u tat-tagħmir tal-bank tat-test biex jinkisbu temperaturi korretti u stabbli qabel il-proċeduri ta' ►C1  running in ◄ u ta' ttestjar hu awtorizzat.

3.1.2.4.2.

Il-prekundizzjonament għandu jsir fuq il-ger motorizzat dirett mingħajr torque applikat fuq ix-xaft tal-output. Jekk it-trażmissjoni ma tkunx mgħammra b'ger motorizzat dirett, għandu jintuża l-ger bl-eqreb proporzjon għal 1:1.

3.1.2.4.3.

Il-veloċità massima tal-input għandha tkun limitata mill-veloċità massima speċifikata għat-trażmissjoni.

3.1.2.4.4.

Il-ħin massimu kombinat għall-prekundizzjonament m'għandux jaqbeż il-50 siegħa b'kollox għal trażmissjoni waħda. Peress li l-ittestjar sħiħ ta' trażmissjoni jista' jinqasam f'diversi sekwenzi tat-test (eż. kull ger ittestjat b'sekwenza separata), il-prekundizzjonament jista' jinqasam f'diversi sekwenzi. Kull waħda mis-sekwenzi tal-prekundizzjonament m'għandhiex taqbeż is-60 minuta.

3.1.2.4.5.

Il-ħin tal-prekundizzjonament m'għandux jingħadd mal-ħin imqatta' allokat għall-proċeduri ta' ►C1  running in ◄ jew tat-test.

3.1.2.5.   Kundizzjonijiet tat-test

3.1.2.5.1.   Temperatura ambjentali

It-temperatura ambjentali matul it-test għandha tkun fil-medda ta' 25 °C ± 10 K.

It-temperatura ambjentali għandha titkejjel 1 m 'il bogħod lateralment mit-trażmissjoni.

Il-limitu tat-temperatura ambjentali m'għandux japplika għall-proċedura ta' ►C1  running in ◄ .

3.1.2.5.2.   Temperatura taż-żejt

Ħlief għaż-żejt, mhu permess ebda tisħin estern.

Matul il-kejl (ħlief għall-istabbilizzazzjoni), għandhom japplikaw il-limiti tat-temperatura li ġejjin:

Għal trażmissjonijiet SMT/AMT/DCT, it-temperatura taż-żejt fit-tapp tal-iżbokk m'għandhiex taqbeż it-83°C meta titkejjel mingħajr tardjatur u is-87°C b'tardjatur immuntat mat-trażmissjoni. Jekk il-kejliet ta' trażmissjoni mingħajr tardjatur ikunu se jiġu kkombinati ma' kejliet separati ta' tardjatur, il-limitu inferjuri tat-temperatura għandu jkun japplika biex jikkumpensa għall-mekkaniżmu motorizzat tat-tardjatur u għall-ger step-up u għall-klaċċ f'każ ta' tardjatur li jista' jiġi diżattivat.
Għal trażmissjonijiet planetarji tal-konvertitur tat-torque u għal trażmissjonijiet b'iktar minn żewġ klaċċijiet tal-frizzjoni, it-temperatura taż-żejt fit-tapp tal-iżbokk m'għandhiex taqbeż it-93 °C mingħajr tardjatur u s-97 °C b'tardjatur.

Biex jiġu applikati l-limiti tat-temperatura miżjuda ddefiniti hawn fuq għall-ittestjar b'tardjatur, it-tardjatur għandu jiġi integrat fit-trażmissjoni jew inkella jkollu sistema integrata tat-tkessiħ jew taż-żejt mat-trażmissjoni.

Matul ►C1  ir-running-in ◄ , għandhom ikunu japplikaw l-istess speċifikazzjonijiet għat-temperatura taż-żejt bħal dawk tal-ittestjar regolari.

Tlugħ eċċezzjonali tat-temperatura taż-żejt eċċezzjonali sa 110 °C hu permess għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼C1

(1) 

matul proċedura tar-running in sa massimu ta' 10 % tal-ħin tar-running in applikat

▼B

(2) 

matul il-ħin ta' stabbilizzazzjoni.

It-temperatura taż-żejt għandha titkejjel fit-tapp tal-iżbokk jew fis-samp taż-żejt.

3.1.2.5.3.   Kwalità taż-żejt

Fit-test għandu jintuża żejt tal-ewwel mili ġdid, rakkomandat għas-suq Ewropew. L-istess żejt jista' jintuża ►C1  għar-running-in ◄ u għall-kejl tat-torque.

3.1.2.5.4.   Viskożità taż-żejt

Jekk huma rakkomandati diversi żjut għall-ewwel mili, dawn jitqiesu li huma ugwali jekk iż-żjut ikollhom viskożità kinematika fi ħdan 10 % minn xulxin fl-istess temperatura (fi ħdan il-medda ta' tolleranza għall-KV100). Kwalunkwe żejt b'viskożità inferjuri miż-żejt użat fit-test għandu jitqies li jirriżulta f'inqas telf għat-testijiet imwettqa fi ħdan din l-għażla. Kwalunkwe żejt tal-ewwel mili addizzjonali jrid ikun jaqa' fil-medda ta' tolleranza ta' 10 % jew inkella jkollu viskożità inferjuri miż-żejt fit-test li għandu jkun kopert mill-istess ċertifikat.

3.1.2.5.5.   Livell taż-żejt u kundizzjonament

Il-livell taż-żejt għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet nominali għat-trażmissjoni.

Jekk tintuża sistema esterna għall-kundizzjonament taż-żejt, iż-żejt fit-trażmissjoni għandu jinżamm għall-volum speċifikat li jikkorrispondi għal-livell ta' żejt speċifikat.

Biex jiġi ggarantit li s-sistema esterna ta' kundizzjonament taż-żejt ma tkunx qed tinfluwenza t-test, għandu jitkejjel punt wieħed tat-test bis-sistema ta' kundizzjonament mixgħula kif ukoll mitfija. Id-devjazzjoni bejn iż-żewġ kejliet tat-telf tat-torque (=torque tal-input) għandha tkun inqas minn 5 %. Il-punt tat-test hu speċifikat kif ġej:

(1) 

ger = l-ogħla ger indirett,

(2) 

veloċità tal-input = 1 600 rpm,

(3) 

temperaturi kif speċifikati taħt 3.1.2.5.

Għal trażmissjonijiet b'kontroll tal-pressjoni idrawlika jew b'sistemi tal-lubrifikazzjoni intelliġenti, il-kejl tat-telf indipendenti mit-torque għandu jsir b'żewġ tipi ta' ssettjar differenti: l-ewwel bil-pressjoni tas-sistema tat-trażmissjoni ssettjata għal mill-inqas il-valur minimu għall-kundizzjonijiet b'ger attivat u t-tieni darba bi pressjoni idrawlika massima possibbli (ara 3.1.6.3.1).

3.1.3.

Installazzjoni

3.1.3.1.

Il-magna elettrika u s-sensur tat-torque għandhom jiġu mmuntati man-naħa tal-input tat-trażmissjoni. Ix-xaft tal-output għandu jdur liberament.

3.1.3.2.

L-installazzjoni tat-trażmissjoni għandha ssir f'angolu ta' inklinazzjoni bħal fil-każ tal-installazzjoni fil-vettura skont it-tpinġija ta' omologazzjoni ± 1° jew f'0°± 1°.

3.1.3.3.

Il-pompa lubrikanti interna għandha tkun inkluża fit-trażmissjoni.

3.1.3.4.

Jekk berried taż-żejt hu fakultattiv jew meħtieġ mat-trażmissjoni, il-berried jista' jiġi eskluż mit-test jew jista' jintuża kwalunkwe berried taż-żejt fit-test.

3.1.3.5

L-ittestjar tat-trażmissjoni jista' jsir b'mekkaniżmu motorizzat tal-konnessjoni motorizzata jew mingħajr u/jew b'konnessjoni motorizzata jew mingħajr. Għall-istabbiliment tat-telf tal-potenza tal-konnessjonijiet motorizzati u/jew tal-mekkaniżmu motorizzat tal-konnessjoni motorizzata, jiġu applikati l-valuri fl-Anness VII għal dan ir-regolament. Dawn il-valuri jassumu li t-trażmissjoni tiġi ttestjata mingħajr mekkaniżmu motorizzat tal-konnessjoni motorizzata u /jew konnessjoni motorizzata.

3.1.3.6.

Il-kejl tat-trażmissjoni jista' jsir bi klaċċ xott wieħed installat (bi pjanċa waħda jew bi tnejn) jew mingħajr. Klaċċijiet ta' kwalunkwe tip ieħor għandhom jiġu installati matul it-test.

3.1.3.7.

L-influwenza individwali tat-tagħbijiet parasitiċi għandha tiġi kkalkolata għal kull kompożizzjoni speċifika tal-bank tat-test u għal kull sensur speċifiku tat-torque kif deskritt fi 3.1.8.

3.1.4.

Tagħmir tal-kejl

Il-faċilitajiet tal-laboratorju tal-kalibrar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ISO/TS 16949, tas-serje ISO 9000 jew ta' ISO/IEC 17025. It-tagħmir tal-kejl ta' referenza kollu tal-laboratorju, użat għall-kalibrar u/jew għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali (internazzjonali).

3.1.4.1.   Torque

L-inċertezza tal-kejl tas-sensur tat-torque għandha tkun inqas minn 0.3 Nm.

L-użu ta' sensuri tat-torque b'inċertezzi ikbar tal-kejl hu permess jekk il-parti tal-inċertezza li taqbeż iż-0.3 Nm tista' tiġi kkalkolata u hi miżjuda mat-telf tat-torque mkejjel kif deskritt fi 3.1.8. Inċertezza tal-kejl.

3.1.4.2.   Veloċità

L-inċertezza tas-sensuri tal-veloċità m'għandhiex taqbeż ± 1 rpm.

3.1.4.3.   Temperatura

L-inċertezza tas-sensuri tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura ambjentali m'għandhiex taqbeż il-± 1.5 K.

L-inċertezza tas-sensuri tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura taż-żejt m'għandhiex taqbeż il-± 1.5 K.

3.1.4.4.   Pressjoni

L-inċertezza tas-sensuri tal-pressjoni m'għandhiex taqbeż il-1 % tal-pressjoni massima mkejla.

3.1.4.5.   Vultaġġ

L-inċertezza tal-voltimetru m'għandhiex taqbeż il-1 % tal-vulgaġġ massimu mkejjel.

3.1.4.6.   Kurrent elettriku

L-inċertezza tal-amperemetru m'għandhiex taqbeż il-1 % tal-kurrent massimu mkejjel.

3.1.5.

Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Tal-inqas għandhom jiġu rreġistrati s-sinjali li ġejjin matul il-kejl:

(1) 

Torques tal-input [Nm]

(2) 

Veloċitajiet tar-rotazzjoni tal-input [rpm]

(3) 

It-temperatura ambjentali [°C]

(4) 

It-temperatura taż-żejt [°C]

Jekk it-trażmissjoni hi mgħammra b'sistema ta' xift u/jew ta' klaċċ li hi kkontrollata bi pressjoni idrawlika jew b'sistema tal-lubrifikazzjoni intelliġenti operata mekkanikament, trid tiġi rreġistrata wkoll:

(5) 

Il-pressjoni taż-żejt [kPa]

Jekk it-trażmissjoni hi mgħammra b'awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni, iridu jiġu rreġistrati wkoll:

(6) 

Il-vultaġġ tal-awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni [V]

(7) 

Il-kurrent tal-awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni [A]

Għal kejliet tad-differenxjal għall-kumpens tal-influwenzi kkaġunati mill-kompożizzjoni tal-bank tat-test, trid tiġi rreġistrata wkoll:

(8) 

It-temperatura tal-bering tal-bank tat-test [°C]

Ir-rata ta' kampjunar u ta' reġistrazzjoni għandha tkun ta' 100 Hz jew iktar.

Filtru low pass għandu jiġi applikat biex inaqqas l-erruri tal-kejl.

3.1.6.

Proċedura tat-test

3.1.6.1.   Kumpens għas-sinjal tat-torque żero:

Is-sinjal żero tas-sensur(i) tat-torque għandu jitkejjel. Għall-kejl, is-sensur(i) għandu/għandhom jiġi/jiġu installat(i) fil-bank tat-test. Is-sistema tal-mototrażmissjoni tal-bank tat-test (input u output) għandha tkun ħielsa mit-tagħbija. Id-devjazzjoni mkejla tas-sinjal minn żerġ għandha tiġi kkumpensata.

3.1.6.2.   Medda ta' veloċitajiet:

It-telf tat-torque għandu jitkejjel għall-passi tal-veloċità li ġejjin (veloċità għax-xaft tal-input): 600, 900, 1 200 , 1 600 , 2 000 , 2 500 , 3 000 , […] rpm sal-veloċità massima għal kull ger skont l-ispeċifikazzjonijiet tat-trażmissjoni jew l-aħħar pass tal-veloċità qabel il-veloċità massima ddefinita.

Ir-rampa tal-veloċità (ħin għat-tibdil bejn iż-żewġ passi tal-veloċità) m'għandhiex taqbeż l-20 sekonda.

3.1.6.3.   Sekwenza tal-kejl:

3.1.6.3.1. 

Jekk it-trażmissjoni hi mgħammra b'sistemi tal-lubrifikazzjoni intelliġenti u/jew b'awżiljarji elettriċi tat-trażmissjoni, il-kejl għandu jsirb'żewġ issettjar tal-kejl ta' dawn is-sistemi:

L-ewwel sekwenza tal-kejl (3.1.6.3.2. sa 3.1.6.3.4.) għandha ssir bl-inqas konsum tal-potenza minn sistemi idrawliċi u elettriċi meta operati fil-vettura (livell baxx ta' telf).
It-tieni sekwenza tal-kejl għandha ssir bis-sistemi ssettjati biex jaħdmu bl-ogħla konsum possibbli tal-potenza meta operati fil-vettura (livell għoli ta' telf).
3.1.6.3.2. 

Il-kejliet għandhom isiru bl-inqas veloċità l-ewwel sal-ogħla veloċità.

3.1.6.3.3. 

Għal kull pass tal-veloċità, hu meħtieġ ħin minimu ta' stabbilizzazzjoni ta' 5 sekondi fi ħdan il-limiti tat-temperatura ddefiniti fi 3.1.2.5. Jekk ikun hemm bżonn, il-ħin ta' stabbilizzazzjoni jista' jiġi estiż mill-manifattur sa massimu ta' 60 sekonda. It-temperaturi taż-żejt u ambjentali għandhom jiġu rreġistrati matul l-istabbilizzazzjoni.

3.1.6.3.4. 

Wara l-ħin ta' stabbilizzazzjoni, is-sinjali tal-kejl elenkati fi 3.1.5. għandhom jiġu rreġistrati għall-punt tat-test għal 05-15-il sekonda.

3.1.6.3.5. 

Kull kejl għandu jsir darbtejn għal kull issettjar tal-kejl.

3.1.7.

Validazzjoni tal-kejl

3.1.7.1.

Il-valuri aritmetiċi medji tat-torque, tal-veloċità, (jekk applikabbli) tal-vultaġġ u tal-kurrent għall-kejl ta' 05-15-il sekonda għandhom jiġu kkalkolati għal kull wieħed mill-kejliet.

3.1.7.2.

Id-devjazzjoni medja tal-veloċità għandha tkun inqas minn ± 5 rpm tal-valur programmat tal-veloċità għal kull punt imkejjel għas-serje sħiħa tat-telf tat-torque.

3.1.7.3.

It-telf tat-torque mekkaniku u (jekk applikabbli) il-konsum tal-potenza elettrika għandhom jiġu kkalkolati għal kull wieħed mill-kejliet kif ġej:

Tloss = Tin
Pel = I * U

Hu permess li jitnaqqsu l-influwenzi kkaġunati mill-kompożizzjoni tal-bank tat-test mit-telf tat-torque (3.1.2.2.).

3.1.7.4.

Għandha tittieħed medja tat-telf tat-torque mekkaniku u (jekk applikabbli) il-konsum tal-potenza elettrika miż-żewġ settijiet (valuri medji aritmetiċi).

3.1.7.5.

Id-devjazzjoni bejn it-telf medju tat-torque taż-żewġ punti tal-kejl għal kull issettjar għandha tkun inqas minn ± 5 % tal-medja jew ± 1 Nm, skont liema valur ikun l-ikbar. Imbagħad, għandha tittieħed il-medja aritmetika taż-żewġ valuri medji tal-potenza.

3.1.7.6.

Jekk id-devjazzjoni tkun ogħla, għandu jittieħed l-ikbar valur medju tat-telf tat-torque jew inkella t-test għandu jiġi ripetut għall-ger.

3.1.7.7.

Id-devjazzjoni bejn il-valuri medji tal-konsum tal-potenza elettrika (vultaġġ*kurrent) taż-żewġ kejliet għal kull issettjar tal-kejl għandha tkun inqas minn ± 10 % tal-medja jew ± 5 W, skont liema valur ikun l-ikbar. Imbagħad, għandha tittieħed il-medja aritmetika taż-żewġ valuri medji tal-potenza.

3.1.7.8.

Jekk id-devjazzjoni tkun ogħla, għandu jittieħed is-sett ta' valuri medji tal-vultaġġ u tal-kurrent li jagħti l-ikbar medja ta' konsum tal-potenza, jew inkella t-test għandu jiġi ripetut għall-ger.

3.1.8.

Inċertezza tal-kejl

Il-parti tal-inċertezza totali kkalkolata UT,loss li taqbeż iż-0.3 Nm għandha tiżdied ma' Tloss għat-telf irrapportat tat-torque Tloss,rep . Jekk UT,loss hi iżgħar minn 0.3 Nm, mela Tloss,rep  = Tloss .

Tloss,rep = Tloss + MAX (0, (UT,loss – 0.3 Nm))

L-inċertezza totali UT,loss tat-telf tat-torque għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-parametri li ġejjin:

(1) 

L-effett tat-temperatura

(2) 

It-tagħbijiet parasitiċi

(3) 

L-errur tal-kalibrar (inkl. tolleranza tas-sensittività, linearità, istereżi u ripetibbiltà)

L-inċertezza totali tat-telf tat-torque (UT,loss ) hi bbażata fuq l-inċertezzi tas-sensuri f'livell ta' fiduċja ta' 95 %. Il-kalkolu għandu jsir bħala l-għerq kwadrat tas-somma tal-kwadri (“il-liġi ta' Gauss tal-propagazzjoni tal-errur”).

image

image

image

image

image

wpara = senspara * ipara

fejn:

Tloss

=

It-telf tat-torque mkejjel (mhux ikkoreġut) [Nm]

Tloss,rep

=

It-telf tat-torque rrapportat (wara l-korrezzjoni tal-inċertezza) [Nm]

UT,loss

=

L-inċertezza totali espanduta tal-kejl tat-telf tat-torque b'livell ta' fiduċja ta' 95 % [Nm]

UT,in

=

L-inċertezza tal-kejl tat-telf tat-torque tal-input [Nm]

uTKC

=

L-inċertezza mill-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque kurrenti [Nm]

wtkc

=

L-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque kurrenti għal kull Kref, iddikjarata mill-manifattur tas-sensur [%]

uTK0

=

L-inċertezza mill-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque żero (relatat mat-torque nominali) [Nm]

wtk0

=

L-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque żero għal kull Kref (relatata mat-torque nominali), iddikjarata mill-manifattur tas-sensur [%]

Kref

=

Il-medda tat-temperaturi ta' referenza għal uTKC u uTK0, wtk0 u wtkc, iddikjarata mill-manifattur tas-sensur [K]

ΔK

=

Id-differenza fit-temperatura tas-sensur bejn il-kalibrar u l-kejl [K]. Jekk it-temperatura tas-sensur ma tistax titkejjel, għandu jintuża valur prestabbilit ta' ΔK = 15 K.

Tc

=

Il-valur tat-torque kurrenti / mkejjel fis-sensur tat-torque [Nm]

Tn

=

Il-valur nominali tat-torque tas-sensur tat-torque [Nm]

ucal

=

L-inċertezza mill-kalibrar tas-sensur tat-torque [Nm]

Wcal

=

L-inċertezza relattiva tal-kalibrar (relatata mat-torque nominali) [%]

kcal

=

Il-fattur ta' avvanzar tal-kalibrar (jekk iddikjarat mill-manifattur tas-sensur, inkella = 1)

upara

=

L-inċertezza mit-tagħbijiet parasitiċi [Nm]

wpara

=

senspara * ipara

L-influwenza relattiva tal-forzi u tat-torques tal-liwi kkaġunati minn allinjament ħażin

senspara

=

L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi għal sensur speċifiku tat-torque ddikjarat mill-manifattur tas-sensur [%]; jekk il-manifattur tas-sensur ma jiddikjara ebda valur speċifiku għat-tagħbijiet parasitiċi, il-valur għandu jiġi ssettjat għal 1.0 %.

ipara

=

L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi għal sensur speċifiku tat-torque skont il-kompożizzjoni tat-test (A/B/C, kif iddefinita hawn taħt).

=

A) 10 % fil-każ ta' berings li jiżolaw il-forzi parasitiċi fuq quddiem u fuq wara tas-sensur u akkoppjament flessibbli (jew ►C1  cardan shaft ◄ ) installat funzjonalment qrib is-sensur (downstream jew upstream); barra minn hekk, dawn il-berings jistgħu jiġu integrati fil-magna ta' sewqan/ta' bbrejkjar (eż. magna elettrika) u/jew fit-trażmissjoni dment li l-forzi fil-magna u/jew fit-trażmissjoni jiġu iżolati mis-sensur. Ara l-figura 1.
Figura 1
Kompożizzjoni A tat-test għall-Għażla 1 image

=

B) 50 % fil-każ ta' berings li jiżolaw il-forzi parasitiċi fuq quddiem u fuq wara tas-sensur u ebda akkoppjament flessibbli installat funzjonalment qrib is-sensur; barra minn hekk, dawn il-berings jistgħu jiġu integrati fil-magna ta' sewqan/ta' bbrejkjar (eż. magna elettrika) u/jew fit-trażmissjoni dment li l-forzi fil-magna u/jew fit-trażmissjoni jiġu iżolati mis-sensur. Ara l-figura 2.
Figura 2
Kompożizzjoni B tat-test għall-Għażla 1 image

=

C) 100 % għall-kompożizzjonijiet l-oħra kollha

3.2.

Għażla 2: Kejl tat-telf indipendenti mit-torque, kejl tat-telf tat-torque bit-torque massimu u interpolazzjoni tat-telf dipendenti mit-torque fuq il-bażi ta' mudell lineari

L-għażla 2 tiddeskrivi d-determinazzjoni tat-telf tat-torque b'taħlita ta' miżuri u b'interpolazzjoni lineari. Il-kejliet għandhom isiru għat-telf indipendenti mit-torque tat-trażmissjoni għal punt wieħed tat-tagħbija tat-telf dipendenti mit-torque (torque massimu tal-input). Fuq il-bażi tat-telf tat-torque mingħajr tagħbija u b'torque massimu tal-input, it-telf tat-torque għat-torques tal-input bejn dawn għandu jiġi kkalkolat bil-koeffiċjent tat-telf tat-torque fTlimo .

It-telf tat-torque Tl,in fuq ix-xaft tal-input tat-trażmissjoni għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

Tl,in (nin , Tin , gear) = Tl,in,min_loss + fTlimo * Tin + T l,in,min_el + fel_corr * Tin

Il-koeffiċjent tat-telf tat-torque bbażat fuq il-mudell lineari fTlimo għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

Tl,in

=

It-telf tat-torque relatat max-xaft tal-input [Nm]

Tl,in,min_loss

=

It-telf tat-torque tar-reżistenza tal-arja fl-input tat-trażmissjoni, imkejjel bix-xaft tal-output rotanti liberu mill-ittestjar mingħajr tagħbija [Nm]

nin

=

Il-veloċità fix-xaft tal-input [rpm]

fTlimo

=

Il-koeffiċjent tat-telf tat-torque bbażat fuq il-mudell lineari [-]

Tin

=

Torque fix-xaft tal-input [Nm]

Tin,maxT

=

It-torque massimu ttestjat fix-xaft tal-input (normalment 100 % tat-torque tal-input, irreferi għal 3.2.5.2. u għal 3.4.4.) [Nm]

Tl,maxT

=

It-telf tat-torque relatat max-xaft tal-input b'Tin = Tin,maxT

fel_corr

=

Il-korrezzjoni tat-telf għal-livell ta' telf tal-potenza elettrika dipendenti mit-torque tal-input [-]

Tl,in,el

=

It-telf addizzjonali tat-torque fuq ix-xaft tal-input mill-konsumaturi tal-elettriku [Nm]

Tl,in,min_el

=

It-telf addizzjonali tat-torque fuq ix-xaft tal-input mill-konsumaturi tal-elettriku korrispondenti għall-potenza elettrika minima [Nm]

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni għat-telf tat-torque elettrika dipendenti mit-torque fel_corr u għat-telf tat-torque fix-xaft tal-input tat-trażmissjoni kkaġunat mill-konsum tal-potenza tal-awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni Tl,in,el għandu jiġi kkalkolat kif deskritt fil-paragrafu 3.1.

3.2.1.

It-telf tat-torque għandu jitkejjel b'konformità mal-proċedura deskritta kif ġej.

3.2.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.1.

3.2.1.2.   Kejliet tad-differenxjal:

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.2.

3.2.1.3.    ►C1  Running in ◄

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.3.

3.2.1.4.   Prekundizzjonament

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.2.1.

3.2.1.5.   Kundizzjonijiet tat-test

3.2.1.5.1.   Temperatura ambjentali

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.5.1.

3.2.1.5.2.   Temperatura taż-żejt

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.5.2.

3.2.1.5.3.   Kwalità taż-żejt / Viskożità taż-żejt

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.5.3 u fi 3.1.2.5.4.

3.2.1.5.4.   Livell taż-żejt u kundizzjonament

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.3.4.

3.2.2.

Installazzjoni

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.3. għall-kejl tat-telf indipendenti mit-torque.

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.4. għall-kejl tat-telf dipendenti mit-torque.

3.2.3.

Tagħmir tal-kejl

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.4. għall-kejl tat-telf indipendenti mit-torque.

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.5. għall-kejl tat-telf dipendenti mit-torque.

3.2.4.

Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.5 għall-kejl tat-telf indipendenti mit-torque.

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.7 għall-kejl tat-telf dipendenti mit-torque.

3.2.5.

Proċedura tat-test

Il-mappa tat-telf tat-torque li trid tiġi applikata għall-għodda ta' simulazzjoni fiha l-valuri tat-telf tat-torque ta' trażmissjoni dipendenti mill-veloċità tal-input tar-rotazzjoni u fuq it-torque tal-input.

Biex tiġi ddeterminata l-mappa tat-telf tat-torque għal trażmissjoni, id-data bażika tal-mappa tat-telf tat-torque għandha titkejjel u tiġi kkalkolata kif speċifikat f'dan il-paragrafu. Ir-riżultati tat-telf tat-torque għandhom ikunu kkomplimentati b'konformità ma' 3.4 u fformattjati b'konformità mal-Appendiċi 12 għall-proċessar ulterjuri mill-għodda ta' simulazzjoni.

3.2.5.1.

It-telf indipendenti mit-torque għandu jiġi ddeterminat bil-proċedura deskritta fi 3.1.1. għat-telf indipendenti mit-torque għall-Għażla 1 biss għall-issettjar ta' livell baxx ta' telf tal-konsumaturi elettriċi u idrawliċi.

3.2.5.2.

Iddetermina t-telf dipendenti mit-torque għal kull wieħed mill-gerijiet billi tuża l-proċedura deskritta għall-Għażla 3 fi 3.3.6., b'diverġenza fil-medda applikabbli tat-torque:

Tal-medda tat-torque:

It-telf tat-torque għal kull ger għandu jitkejjel f'100 % tat-torque massimu tal-input tat-trażmissjoni għal kull ger.

F'każ li t-torque tal-output taqbeż l-10 kNm (għal trażmissjoni teorika mingħajr telf) jew il-potenza tal-input taqbeż il-potenza massima tal-input speċifikata, għandu jkun japplika l-punt 3.4.4.

3.2.6.

Validazzjoni tal-kejl

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.8.

3.2.7.

Inċertezza tal-kejl

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.8 għall-kejl tat-telf indipendenti mit-torque.

Kif speċifikat għall-Għażla 3 fi 3.3.9. għall-kejl tat-telf dipendenti mit-torque.

3.3.

Għażla 3: Kejl tat-telf totali tat-torque.

L-Għażla 3 tiddeskrivi d-determinazzjoni tat-telf tat-torque b'kejl sħiħ tat-telf dipendenti mit-torque inkluż it-telf indipendenti mit-torque tat-trażmissjoni.

3.3.1.   Rekwiżiti ġenerali

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.1.

3.3.1.1   Kejliet tad-differenzjal:

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.2.

3.3.2.    ►C1  Running in ◄

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.3.

3.3.2.1   Prekundizzjonament

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.4. b'eċċezzjoni għal dan li ġej:

Il-prekundizzjonament għandu jsir fuq il-ger motorizzat dirett mingħajr torque applikat fuq ix-xaft tal-output jew bit-torque fil-mira fuq ix-xaft tal-output issettjata għal żero. Jekk it-trażmissjoni ma tkunx mgħammra b'ger motorizzat dirett, għandu jintuża l-ger bl-eqreb proporzjon għal 1:1.
jew
Ir-rekwiżiti kif speċifikati fi 3.1.2.4. għandhom ikunu japplikaw, b'eċċezzjoni għal dawn li ġejjin:
Il-prekundizzjonament għandu jsir fuq il-ger motorizzat dirett mingħajr torque applikat fuq ix-xaft tal-output jew bit-torque fuq ix-xaft tal-output li tkun fi ħdan +/- 50 Nm. Jekk it-trażmissjoni ma tkunx mgħammra b'ger motorizzat dirett, għandu jintuża l-ger bl-eqreb proporzjon għal 1:1.
jew, jekk il-bank tat-test jinkludi klaċċ (prinċipali tal-frizzjoni) fix-xaft tal-input:
Ir-rekwiżiti kif speċifikati fi 3.1.2.4. għandhom ikunu japplikaw, b'eċċezzjoni għal dawn li ġejjin:
Il-prekundizzjonament għandu jsir fuq il-ger motorizzat dirett mingħajr torque applikat fuq ix-xaft tal-output jew mingħajr torque applikat fuq ix-xaft tal-input. Jekk it-trażmissjoni ma tkunx mgħammra b'ger motorizzat dirett, għandu jintuża l-ger bl-eqreb proporzjon għal 1:1.
Imbagħad, it-trażmissjoni tiġi motorizzata min-naħa tal-output. Dawk il-proposti jistgħu jiġu kkombinati wkoll.

3.3.3.   Kundizzjonijiet tat-test

3.3.3.1.   Temperatura ambjentali

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.5.1.

3.3.3.2.   Temperatura taż-żejt

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.5.2.

3.3.3.3.   Kwalità taż-żejt / Viskożità taż-żejt

Kif speċifikat għall-Għażla 1 fi 3.1.2.5.3 u fi 3.1.2.5.4.

3.3.3.4.   Livell taż-żejt u kundizzjonament

Ir-rekwiżiti kif speċifikati fi 3.1.2.5.5. għandhom ikunu japplikaw, b'diverġenza f'dan li ġej:

Il-punt tat-test għas-sistema esterna ta' kundizzjonament taż-żejt hu speċifikat kif ġej:

(1) 

l-ogħla ger indirett,

(2) 

veloċità tal-input = 1 600 rpm,

(3) 

torque tal-input = torque massimu tal-input għall-ogħla ger indirett

3.3.4.   Installazzjoni

Il-bank tat-test għandu jiġi mmotorizzat minn magni elettriċi (input u output).

Għandhom jiġu installati sensuri tat-torque fin-naħa tal-input u tal-output tat-trażmissjoni.

Għandhom ikunu japplikaw rekwiżiti oħra kif speċifikati fi 3.1.3..

3.3.5.   Tagħmir tal-kejl

Għall-kejl tat-telf indipendenti mit-torque, għandhom ikunu japplikaw ir-rekwiżiti dwar it-tagħmir tal-kejl kif speċifikati għall-Għażla 1 fi 3.1.4..

Għall-kejl tat-telf dipendenti mit-torque, għandhom ikunu japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

L-inċertezza tal-kejl tas-sensuri tat-torque għandha tkun inqas minn 5 % tat-telf imkejjel tat-torque jew 1 Nm (skont liema valur ikun l-ikbar).

L-użu tas-sensuri tat-torque bl-ikbar inċertezzi tal-kejl hu permess jekk il-partijiet tal-inċertezza li jaqbżu l-5 % jew 1 Nm jistgħu jiġu kkalkolati u l-iżgħar ta' dawk il-partijiet tiżdied mat-telf imkejjel tat-torque.

L-inċertezza tal-kejl tat-torque għandha tiġi kkalkolata u tiġi inkluża kif deskritt taħt 3.3.9.

Għandhom ikunu japplikaw rekwiżiti oħra tat-tagħmir ta' kejl kif speċifikati għall-Għażla 1 fi 3.1.4..

3.3.6.   Proċedura tat-test

3.3.6.1.   Kumpens għas-sinjal tat-torque żero:

Kif speċifikat fi 3.1.6.1.

3.3.6.2.   Medda ta' veloċitajiet

It-telf tat-torque għandu jitkejjel għall-passi tal-veloċità li ġejjin (veloċità għax-xaft tal-input): 600, 900, 1 200 , 1 600 , 2 000 , 2 500 , 3 000 , […] rpm sal-veloċità massima għal kull ger skont l-ispeċifikazzjonijiet tat-trażmissjoni jew l-aħħar pass tal-veloċità qabel il-veloċità massima ddefinita.

Ir-rampa tal-veloċità (ħin għat-tibdil bejn iż-żewġ passi tal-veloċità) m'għandhiex taqbeż l-20 sekonda.

3.3.6.3.   Medda tat-torque

Għal kull pass tal-veloċità, it-telf tat-torque għandu jitkejjel għat-torques tal-input li ġejjin: 0 (xaft tal-output b'rotazzjoni libera), 200, 400, 600, 900, 1 200 , 1 600 , 2 000 , 2 500 , 3 000 , 3 500 , 4 000 , […] Nm sat-torque massimu tal-input għal kull ger skont l-ispeċifikazzjonijiet tat-trażmissjoni jew l-aħħar pass tat-torque qabel it-torque massimu ddefinit u / jew l-aħħar pass tat-torque qabel it-torque tal-output ta' 10 kNm.

F'każ li t-torque tal-output taqbeż l-10 kNm (għal trażmissjoni teorika mingħajr telf) jew il-potenza tal-input taqbeż il-potenza massima tal-input speċifikata, għandu jkun japplika l-punt 3.4.4.

Il-mappa tat-torque (ħin għat-tibdil bejn iż-żewġ passi tat-torque) m'għandhiex taqbeż il-15-il sekonda (180 sekonda għall-għażla 2).

Biex tkun koperta l-medda sħiħa ta' torques ta' trażmissjoni fil-mappa ddefinita hawn fuq, jistgħu jintużaw sensuri differenti tat-torque b'meded tal-kejl limitati fuq in-naħa tal-input/tal-output. Għalhekk, il-kejl jista' jinqasam f'taqsimiet billi jintuża l-istess sett ta' sensuri tat-torque. Il-mappa kumplessiva tat-telf tat-torque għandha tkun imsawra minn dawn it-taqsimiet tal-kejl.

3.3.6.4.   Sekwenza tal-kejl

3.3.6.4.1.

Il-kejliet għandhom isiru bl-inqas veloċità l-ewwel sal-ogħla veloċità.

3.3.6.4.2.

It-torque tal-input għandu jkun varjat skont il-passi tat-torque ddefiniti iktar 'il fuq mill-inqas sal-ogħla torque li hu kopert mis-sensuri tat-torque kurrenti għal kull pass tal-veloċità.

3.3.6.4.3.

Għal kull pass tal-veloċità u tat-torque, hu meħtieġ ħin minimu ta' stabbilizzazzjoni ta' 5 sekondi fi ħdan il-limiti tat-temperatura ddefiniti fi 3.3.3. Jekk ikun hemm bżonn, il-ħin ta' stabbilizzazzjoni jista' jiġi estiż mill-manifattur sa massimu ta' 60 sekonda (massimu ta' 180 sekonda għall-għażla 2). It-temperaturi taż-żejt u ambjentali għandhom jiġu rreġistrati matul l-istabbilizzazzjoni.

3.3.6.4.4.

Is-sett ta' kejliet għandu jsir darbtejn b'kollox. Għal dak l-għan, ripetizzjoni f'sekwenza tat-taqsimiet bl-użu tal-istess sett ta' sensuri tat-torque hi permessa.

3.3.7.   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Tal-inqas għandhom jiġu rreġistrati s-sinjali li ġejjin matul il-kejl:

(1) 

Torques tal-input u tal-output [Nm]

(2) 

Veloċitajiet tar-rotazzjoni tal-input u tal-output [rpm]

(3) 

It-temperatura ambjentali [°C]

(4) 

It-temperatura taż-żejt [°C]

Jekk it-trażmissjoni hi mgħammra b'sistema ta' xift u/jew ta' klaċċ li hi kkontrollata bi pressjoni idrawlika jew b'sistema tal-lubrifikazzjoni intelliġenti operata mekkanikament, trid tiġi rreġistrata wkoll:

(5) 

Il-pressjoni taż-żejt [kPa]

Jekk it-trażmissjoni hi mgħammra b'awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni, iridu jiġu rreġistrati wkoll:

(6) 

Il-vultaġġ tal-awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni [V]

(7) 

Il-kurrent tal-awżiljarju elettriku tat-trażmissjoni [A]

Għal kejliet tad-differenxjal għall-kumpens tal-influwenzi mill-kompożizzjoni tal-bank tat-test, iridu jiġu rreġistrati wkoll:

(8) 

It-temperatura tal-bering tal-bank tat-test [°C]

Ir-rata ta' kampjunar u ta' reġistrazzjoni għandha tkun ta' 100 Hz jew iktar.

Filtru low pass għandu jiġi applikat biex jiġu evitati erruri tal-kejl.

3.3.8.   Validazzjoni tal-kejl

3.3.8.1.

Il-valuri aritmetiċi medji tat-torque, tal-veloċità u, jekk applikabbli, tal-vultaġġ u tal-kurrent għall-kejl ta' 05-15-il sekonda għandhom jiġu kkalkolati għal kull wieħed miż-żewġ kejliet.

3.3.8.2.

Il-veloċità mkejla u medja fix-xaft tal-input għandha tkun inqas minn ± 5 rpm tal-valur programmat tal-veloċità għal kull punt operatorju mkejjel għas-serje sħiħa tat-telf tat-torque. ►M1  It-torque mkejjel u medju fix-xaft tal-input għandu jkun inqas minn ± 5 Nm jew ± 0,5 % tal-valur programmat tat-torque, skont liema valur ikun l-ikbar, għal kull punt operatorju mkejjel għas-serje sħiħa tat-telf tat-torque. ◄

3.3.8.3.

It-telf tat-torque mekkaniku u (jekk applikabbli) il-konsum tal-potenza elettrika għandhom jiġu kkalkolati għal kull wieħed mill-kejliet kif ġej:

image

Pel = I * U

Hu permess li jitnaqqsu l-influwenzi kkaġunati mill-kompożizzjoni tal-bank tat-test mit-telf tat-torque (3.3.2.2.).

3.3.8.4.

Għandha tittieħed medja tat-telf tat-torque mekkaniku u (jekk applikabbli) tal-konsum tal-potenza elettrika miż-żewġ settijiet (valuri medji aritmetiċi).

3.3.8.5.

Id-devjazzjoni bejn it-telf medju tat-torque taż-żewġ settijiet ta' kejl għandha tkun inqas minn ± 5 % tal-medja jew ± 1 Nm (skont liema valur ikun l-ikbar). Għandha tittieħed il-medja arimetika taż-żewġ valuri medji tat-telf tat-torque. Jekk id-devjazzjoni tkun ogħla, għandu jittieħed l-ikbar valur medju tat-telf tat-torque jew inkella t-test għandu jiġi ripetut għall-ger.

3.3.8.6.

Id-devjazzjoni bejn il-valuri medji tal-konsum tal-potenza elettrika (vultaġġ*kurrent) taż-żewġ settijiet ta' kejl għandha tkun inqas minn ± 10 % tal-medja jew ± 5 W, skont liema valur ikun l-ikbar. Imbagħad, għandha tittieħed il-medja aritmetika taż-żewġ valuri medji tal-potenza.

3.3.8.7.

Jekk id-devjazzjoni tkun ogħla, għandu jittieħed is-sett ta' valuri medji tal-vultaġġ u tal-kurrent li jagħti l-ikbar medja ta' konsum tal-potenza, jew inkella t-test għandu jiġi ripetut għall-ger.

3.3.9.   Inċertezza tal-kejl

Il-parti tal-inċertezza totali kkalkolata UT,loss li taqbeż il-5 % ta' Tloss jew 1 Nm (ΔUT,loss ), skont liema valur ta' ΔUT,loss ikun l-iżgħar, għandha tiżdied ma' Tloss għat-telf tat-torque rrapportat Tloss,rep . Jekk UT,loss tkun iżgħar minn 5 % ta' Tloss jew 1 Nm, mela Tloss,rep  = Tloss .

Tloss,rep = Tloss +MAX (0, ΔUT,loss)

ΔUT,loss = MIN ((UT,loss - 5 % * Tloss), (UT,loss – 1 Nm))

Għal kull sett ta' kejl, l-inċertezza totali UT,loss tat-telf tat-torque għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-parametri li ġejjin:

(1) 

L-effett tat-temperatura

(2) 

It-tagħbijiet parasitiċi

(3) 

L-errur tal-kalibrar (inkl. tolleranza tas-sensittività, linearità, istereżi u ripetibbiltà)

L-inċertezza totali tat-telf tat-torque (UT,loss ) hi bbażata fuq l-inċertezzi tas-sensuri f'livell ta' fiduċja ta' 95 %. Il-kalkolu għandu jsir bħala l-għerq kwadrat tas-somma tal-kwadri (“il-liġi ta' Gauss tal-propagazzjoni tal-errur”).

image

image

image

image

image

image

wpara = senspara * ipara

fejn:

Tloss

=

It-telf tat-torque mkejjel (mhux ikkoreġut) [Nm]

Tloss,rep

=

It-telf tat-torque rrapportat (wara l-korrezzjoni tal-inċertezza) [Nm]

UT,loss

=

L-inċertezza totali espanduta tal-kejl tat-telf tat-torque b'livell ta' fiduċja ta' 95 % [Nm]

uT,in/out

=

L-inċertezza tal-kejl tat-telf tat-torque tal-input / tal-output separatament għas-sensur tat-torque tal-input u tal-output[Nm]

igear

=

Il-proporzjon tal-gerijiet [-]

uTKC

=

L-inċertezza mill-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque kurrenti [Nm]

wtkc

=

L-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque kurrenti għal kull Kref, iddikjarata mill-manifattur tas-sensur [%]

uTK0

=

L-inċertezza mill-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque żero (relatat mat-torque nominali) [Nm]

wtk0

=

L-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque żero għal kull Kref (relatata mat-torque nominali), iddikjarata mill-manifattur tas-sensur [%]

Kref

=

Medda tat-temperaturi ta' referenza għal uTKC u uTK0, wtk0 u wtkc, iddikjarata mill-manifattur tas-sensur [K]

ΔK

=

Id-differenza fit-temperatura tas-sensur bejn il-kalibrar u l-kejl [K]. Jekk it-temperatura tas-sensur ma tistax titkejjel, għandu jintuża valur prestabbilit ta' ΔK = 15 K.

Tc

=

Il-valur tat-torque kurrenti / mkejjel fis-sensur tat-torque [Nm]

Tn

=

Il-valur nominali tat-torque tas-sensur tat-torque [Nm]

ucal

=

L-inċertezza mill-kalibrar tas-sensur tat-torque [Nm]

Wcal

=

L-inċertezza relattiva tal-kalibrar (relatata mat-torque nominali) [%]

kcal

=

il-fattur ta' avvanzar tal-kalibrar (jekk iddikjarat mill-manifattur tas-sensur, inkella = 1)

upara

=

L-inċertezza mit-tagħbijiet parasitiċi [Nm]

wpara

=

senspara * ipara

L-influwenza relattiva tal-forzi u tat-torques tal-liwi kkaġunati minn allinjament ħażin [%]

senspara

=

L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi għal sensur speċifiku tat-torque ddikjarat mill-manifattur tas-sensur [%]; jekk il-manifattur tas-sensur ma jiddikjara ebda valur speċifiku għat-tagħbijiet parasitiċi, il-valur għandu jiġi ssettjat għal 1.0 %.

ipara

=

L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi għal sensur speċifiku tat-torque skont il-kompożizzjoni tat-test (A/B/C, kif iddefinita hawn taħt).

=

A) 10 % fil-każ ta' berings li jiżolaw il-forzi parasitiċi fuq quddiem u fuq wara tas-sensur u akkoppjament flessibbli (jew ►C1  cardan shaft ◄ ) installat funzjonalment qrib is-sensur (downstream jew upstream); barra minn hekk, dawn il-berings jistgħu jiġu integrati fil-magna ta' sewqan/ta' bbrejkjar (eż. magna elettrika) u/jew fit-trażmissjoni dment li l-forzi fil-magna u/jew fit-trażmissjoni jiġu iżolati mis-sensur. Ara l-figura 3.
Figura 3
Kompożizzjoni A tat-test għall-Għażla 3 image

=

B) 50 % fil-każ ta' berings li jiżolaw il-forzi parasitiċi fuq quddiem u fuq wara tas-sensur u ebda akkoppjament flessibbli installat funzjonalment qrib is-sensur; barra minn hekk, dawn il-berings jistgħu jiġu integrati fil-magna ta' sewqan/ta' bbrejkjar (eż. magna elettrika) u/jew fit-trażmissjoni dment li l-forzi fil-magna u/jew fit-trażmissjoni jiġu iżolati mis-sensur. Ara l-figura 4.
Figura 4
Kompożizzjoni B tat-test għall-Għażla 3 image

=

C) 100 % għall-kompożizzjonijiet l-oħra kollha

3.4.

Komplement tal-fajls tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

Għal kull ger, għandha tiġi ddeterminata mappa tat-telf tat-torque li tkopri l-veloċità tal-input iddefinita u l-passi tat-torque tal-input b'waħda mill-għażliet ta' ttestjar speċifikati jew wieħed mill-valuri tat-telf standard tat-torque. Għall-fajl tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni, din il-mappa bażika tat-telf tat-torque għandha tkun ikkomplimentata kif deskritt hawn:

3.4.1.

F'każijiet li fihom l-ogħla veloċità tal-input ittestjata kienet l-aħħar pass tal-veloċità taħt il-veloċità tat-trażmissjoni permissibbli massima ddefinita, għandha tiġi applikata estrapolazzjoni tat-telf tat-torque sal-veloċità massima b'rigressjoni lineari fuq il-bażi tal-aħħar żewġ passi tal-veloċità mkejla.

3.4.2.

F'każijiet li fihom l-ogħla torque tal-input ittestjata kienet l-aħħar pass tat-torque taħt it-torque tat-trażmissjoni permissibbli massima ddefinita, għandha tiġi applikata estrapolazzjoni tat-telf tat-torque sat-torque massimu b'rigressjoni lineari fuq il-bażi tal-aħħar żewġ passi tat-torque mkejla għall-pass tal-veloċità korrispondenti. Biex jiġu mmaniġġjati t-tolleranzi tat-torque tal-magna, eċċ., l-għodda ta' simulazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel estrapolazzjoni tat-telf tat-torque għat-torques tal-input sa 10 % iktar mit-tali torque tat-trażmissjoni massima permissibbli ddefinita.

3.4.3.

F'każ ta' estrapolazzjoni tal-valuri tat-telf tat-torque għall-veloċità massima tal-input u għat-torque massimu tal-input fl-istess ħin, it-telf tat-torque għall-punt kombinat tal-ogħla veloċità u tal-ogħla torque għandu jiġi kkalkolat b'estrapolazzjoni lineari b'żewġ dimensjonijiet.

3.4.4.

Jekk it-torque massimu tal-output jaqbeż l-10 kNm (għal trażmissjoni teorika ħielsa mit-telf), u/jew għall-punti kollha tal-veloċità u tat-torque b'potenza tal-input ogħla mill-potenza massima speċifikata tal-input, il-manifattur jista' jagħżel li jieħu l-valuri tat-telf tat-torque għat-torques kollha li huma ogħla minn 10 kNm, u/jew għall-punti tal-veloċità u tat-torque kollha b'potenza tal-input ogħla mill-potenza massima speċifikata tal-input, rispettivament, minn fost wieħed minn dawn:

(1) 

Valuri ta' riżerva kkalkolati (Appendiċi 8)

(2) 

Għażla 1

(3) 

Għażla 2 jew 3 flimkien ma' sensur tat-torque għal torques tal-output ogħla (jekk meħtieġ)

Għall-każijiet (i) u (ii) fl-Għażla 2, it-telf tat-torque fit-tagħbija għandu jitkejjel fit-torque tal-input li jikkorrispondi għat-torque tal-output 10 kNm u/jew għall-potenza massima speċifikata tal-input.

3.4.5.

Għal veloċitajiet taħt il-veloċità minima ddefinita u għall-pass tal-veloċità tal-input addizzjonali ta' 0 rpm, għandu jiġi kkupjat it-telf tat-torque rrapportat iddeterminat għall-pass minimu tal-veloċità.

3.4.6.

Biex tkun koperta l-medda ta' torques negattivi tal-input matul kundizzjonijiet ta' deċelerazzjoni tal-vettura, il-valuri tat-telf tat-torque għat-torques pożittivi tal-input għandhom jiġu kkupjati għat-torqies negattivi relatati tal-input.

3.4.7.

Bi qbil ma' awtorità tal-approvazzjoni, it-telf tat-torque għall-veloċitajiet tal-input taħt l-1 000 rpm jistgħu jiġu sostitwiti mit-telf tat-torque f'1 000 rpm meta l-kejl ma jkunx teknikament possibbli.

3.4.8.

Jekk il-kejl tal-punti tal-veloċità ma jkunx teknikament possibbli (eż. minħabba l-frekwenza naturali), il-manifattur jista', bi qbil mal-awtorità tal-approvazzjoni, jikkalkula t-telf tat-torque b'interpolazzjoni jew b'estrapolazzjoni (limitat għal mass. ta' pass 1 tal-veloċità għal kull ger).

3.4.9.

Id-data tal-mappa tat-telf tat-torque għandha tiġi fformattjata u ssejvjata kif speċifikat fl-Appendiċi 12 għal dan l-Anness.

4.   Konvertitur tat-torque (TC)

Il-karatteristiċi tal-konvertitur tat-torque li għandhom jiġu ddeterminati għall-input tal-għodda ta' simulazzjoni jikkonssitu f'Tpum 1000 (it-torque ta' referenza b'veloċità tal-input ta' 1 000 rpm) u μ (il-proporzjon tat-torque tal-konvertitur tat-torque). It-tnejn jiddependu fuq il-proporzjon tal-veloċità v (= veloċità (tat-turbina) tal-output / veloċità (tal-pompa) tal-input għall-konvertitur tat-torque) tal-konvertitur tat-torque.

Għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi tat-TC, l-applikant għal ċertifikat għandu japplika l-metodu li ġej, indipendentement mill-għażla magħżula għall-valutazzjoni tat-telf tat-torque tat-trażmissjoni.

Biex jittieħdu f'kunsiderazzjoni ż-żewġ arranġamenti possibbli tat-TC u l-partijiet tat-trażmissjoni mekkanika, għandha tkun tapplika d-differenzazzjoni bejn il-każijiet S u P:

Każ S

:

TC u partijiet tat-trażmissjoni mekkanika f'arranġament serjali

Każ P

:

TC u partijiet tat-trażmissjoni mekkanika f'arranġament parallel (installazzjoni bil-potenza maqsuma)

Għal arranġamenti tal-każ S, il-karatteristiċi tat-TC jistgħu jiġu evalwati separati mit-trażmissjoni mekkanika jew inkella flimkien mat-trażmissjoni mekkanika. Għal arranġametni tal-każ P, l-evalwazzjoni tal-karatteristika tat-TC hi possibbli biss flimkien mat-trażmissjoni mekkanika. Madankollu, f'dan il-każ u għall-gerijiet idromekkaniċi soġġetti għall-kejl, l-arranġament sħiħ, il-konvertitur tat-torque u t-trażmissjoni mekkanika, huma meqjusa bħala TC b'kurvi tal-karatteristiċi simili bħala konvertitur uniku tat-torque.

Għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi tal-konvertitur tat-torque, jistgħu jiġu applikati żewġ għażliet tal-kejl:

(i) 

Għażla A: kejl b'veloċità tal-input kostanti

(ii) 

Għażla B: kejl b'torque tal-input kostanti skont SAE J643

Il-manifattur jista' jagħżel l-għażla A jew B għall-arranġamenti tal-każ S u tal-każ P.

Għall-input fl-għodda ta' simulazzjoni, il-proporzjon tat-torque μ u t-torque ta' referenza Tpum tal-konvertitur tat-torque għandhom jitkejlu għal medda ta' v ≤ 0.95 (= modalità ta' propulsjoni tal-vettura). Il-medda ta' v ≥ 1.00 (= modalità ta' deċelerazzjoni tal-vettura) tista' titkejjel jew inkella tiġi koperta bl-użu tal-valuri standard tat-Tabella 1.

F'każ ta' kejliet flimkien ma' trażmissjoni mekkanika, il-punt tal-inerzja jista' jkun differenti minn v = 1.00 u, għalhekk, il-medda tal-proporzjonijiet tal-veloċità mkejla għandha tiġi aġġustata kif xieraq.

Fil-każ tal-użu ta' valuri standard, id-data dwar il-karatteristiċi tal-konvertitur tat-torque pprovduti lill-għodda ta' simulazzjoni għandhom ikopru biss il-medda ta' v ≤ 0.95 (jew il-proporzjon aġġustat tal-veloċità). L-għodda ta' simulazzjoni żżid il-valuri standard għal kundizzjonijiet ta' inerzja b'mod awtomatiku.



Tabella 1

Valuri prestabbiliti għal v ≥ 1,00

v

μ

T pum 1000

1,000

1,0000

0,00

1,100

0,9999

– 40,34

1,222

0,9998

– 80,34

1,375

0,9997

– 136,11

1,571

0,9996

– 216,52

1,833

0,9995

– 335,19

2,200

0,9994

– 528,77

2,500

0,9993

– 721,00

3,000

0,9992

– 1 122,00

3,500

0,9991

– 1 648,00

4,000

0,9990

– 2 326,00

4,500

0,9989

– 3 182,00

5,000

0,9988

– 4 242,00

4.1.   Għażla A: Karatteristiċi mkejla tal-konvertitur tat-torque b'veloċità kostanti

4.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

Il-konvertitur tat-torque użat għall-kejliet għandu jkun b'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imfassla għall-konvertituri tat-torque tal-produzzjoni tas-serje.

Hu permess li jsiru modifiki fit-TC biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar l-ittestjar ta' dan l-Anness, eż. għall-inklużjoni ta' sensuri tal-kejl.

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, l-applikant għal ċertifikat għandu jispeċifika u juri bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti ddefiniti f'dan l-Anness.

4.1.2.   Temperatura taż-żejt

It-temperatura taż-żejt tal-input għat-TC għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

It-temperatura taż-żejt għall-kejliet tat-TC b'mod separat mit-trażmissjoni għandha tkun ta' 90 °C +7 / -3 K.
It-temperatura taż-żejt għall-kejliet tat-TC flimkien mat-trażmissjoni (każ S u każ P) għandha tkun ta' 90 °C +20 / -3 K.

It-temperatura taż-żejt għandha titkejjel fit-tapp tal-iżbokk jew fis-samp taż-żejt.

F'każ li l-karatteristiċi tat-TC jitkejlu b'mod separat mit-trażmissjoni, it-temperatura taż-żejt għandha titkejjel qabel id-dħul fit-tanbur/fil-bank tat-test tal-konvertitur.

4.1.3.   Rata tal-fluss u pressjoni taż-żejt

Ir-rata tal-fluss taż-żejt tat-TC tal-input u l-pressjoni taż-żejt tal-output tat-TC għandhom jinżammu fi ħdan il-limiti operazzjonali speċifikati għall-konvertitur tat-torque, skont it-tip ta' trażmissjoni relatata u l-veloċità massima ttestjata tal-input.

4.1.4.   Kwalità taż-żejt / Viskożità taż-żejt

Kif speċifikat għall-ittestjar tat-trażmissjoni fi 3.1.2.5.3 u fi 3.1.2.5.4.

4.1.5.   Installazzjoni

Il-konvertitur tat-torque għandu jiġi installat fuq bank tat-test b'sensur tat-torque, b'sensur tal-veloċità u b'magna elettrika installata fix-xaft tal-input u tal-output tat-TC.

4.1.6.   Tagħmir tal-kejl

Il-faċilitajiet tal-laboratorju tal-kalibrar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ISO/TS 16949, tas-serje ISO 9000 jew ta' ISO/IEC 17025. It-tagħmir tal-kejl ta' referenza kollu tal-laboratorju, użat għall-kalibrar u/jew għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali (internazzjonali).

4.1.6.1.   Torque

L-inċertezza tal-kejl tas-sensuri tat-torque għandha tkun inqas minn 1 % tal-valur imkejjel tat-torque.

L-użu ta' sensuri tat-torque b'inċertezzi ikbar tal-kejl hu permess jekk il-parti tal-inċertezza li taqbeż il-1 % tat-torque mkejla tista' tiġi kkalkolata u hi miżjuda mat-telf tat-torque mkejjel kif deskritt fi 4.1.7.

4.1.6.2.   Veloċità

L-inċertezza tas-sensuri tal-veloċità m'għandhiex taqbeż ± 1 rpm.

4.1.6.3.   Temperatura

L-inċertezza tas-sensuri tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura ambjentali m'għandhiex taqbeż ± 1.5 K.

L-inċertezza tas-sensuri tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura taż-żejt m'għandhiex taqbeż ± 1.5 K.

4.1.7.   Proċedura tat-test

4.1.7.1.   Kumpens għas-sinjal tat-torque żero

Kif speċifikat fi 3.1.6.1.

4.1.7.2.   Sekwenza tal-kejl

4.1.7.2.1.

Il-veloċità tal-input npum tat-TC għandha tiġi ffissata għal veloċità kostanti fi ħdan il-medda ta':

1 000 rpm ≤ npum ≤ 2 000 rpm

4.1.7.2.2.

Il-proporzjon tal-veloċità v għandu jiġi aġġustat billi tiżdied il-veloċità tal-output ntur minn 0 rpm sal-valur programmat ta' npum .

4.1.7.2.3.

Il-wisa' tal-pass għandha tkun ta' 0.1 għall-meddatal-proporzjon tal-veloċità ta' 0 sa 0.6 u ta' 0.05 għall-medda ta' 0.6 sa 0.95.

4.1.7.2.4.

Il-limitu massimu tal-proporzjon tal-veloċità jista' jiġi limitat sa valur inqas minn 0.95 mill-manifattur. F'dan il-każ, il-kejl irid ikopri tal-inqas seba' punti distribwiti b'mod regolari bejn v = 0 u valur ta' v < 0.95.

4.1.7.2.5.

Għal kull pass, hu meħtieġ ħin minimu ta' stabbilizzazzjoni ta' 3 sekondi fi ħdan il-limiti tat-temperatura ddefiniti fi 4.1.2.. Jekk ikun hemm bżonn, il-ħin ta' stabbilizzazzjoni jista' jiġi estiż mill-manifattur sa massimu ta' 60 sekonda. It-temperatura taż-żejt għandha tiġi rreġistrata matul l-istabbilizzazzjoni.

4.1.7.2.6.

Għal kull pass, is-sinjali speċifikati f'4.1.8. għandhom jiġu rreġistrati għall-punt tat-test għal 3-15-il sekonda.

4.1.7.2.7.

Is-sekwenza tal-kejl (4.1.7.2.1. sa 4.1.7.2.6.) għandha ssir darbtejn b'kollox.

4.1.8.   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Tal-inqas għandhom jiġu rreġistrati s-sinjali li ġejjin matul il-kejl:

(1) 

Torque (tal-pompa) tal-input Tc,pum [Nm]

(2) 

Torque (tat-turbina) tal-output Tc,tur [Nm]

(3) 

Veloċità tar-rotazzjoni (tal-pompa) tal-input npum [rpm]

(4) 

Veloċità tar-rotazzjoni (tat-turbina) tal-output ntur [rpm]

(5) 

Temperatura taż-żejt tal-input tat-TC KTCin [°C]

Ir-rata ta' kampjunar u ta' reġistrazzjoni għandha tkun ta' 100 Hz jew iktar.

Filtru low pass għandu jiġi applikat biex jiġu evitati erruri tal-kejl.

4.1.9.   Validazzjoni tal-kejl

4.1.9.1.

Il-valuri aritmetiċi medji tat-torque u tal-veloċità għall-kejl ta' 03-15-il sekonda għandhom jiġu kkalkolati għal kull wieħed miż-żewġ kejliet.

4.1.9.2.

Għandha tittieħed medja tat-torques u tal-veloċitajiet imkejla miż-żewġ settijiet (valuri medji aritmetiċi).

4.1.9.3.

Id-devjazzjoni bejn it-torque medja taż-żewġ settijiet ta' kejl għandha tkun inqas minn ± 5 % tal-medja jew ± 1 Nm (skont liema valur ikun l-ikbar). Għandha tittieħed il-medja arimetika taż-żewġ valuri medji tat-torque. Jekk id-devjazzjoni tkun ikbar, għandu jittieħed il-valur li ġej għall-punti 4.1.10. u 4.1.11. jew inkella t-test għandu jiġi ripetut għat-TC.

— 
għall-kalkolu ta' ΔUT,pum/tur: l-iżgħar valur medju tat-torque għal Tc,pum/tur
— 
għall-kalkolu tal-proporzjon tat-torque μ: l-ikbar valur medju tat-torque għal Tc,pum
— 
għall-kalkolu tal-proporzjon tat-torque μ: l-iżgħar valur medju tat-torque għal Tc,tur
— 
għall-kalkolu tat-torque ta' referenza Tpum1000: l-iżgħar valur medju tat-torque għal Tc,pum

4.1.9.4.

Il-veloċità u t-torque mkejla u medji fix-xaft tal-input għandhom ikunu inqas minn ± 5 rpm u ± 5 Nm mill-valur programmat tal-veloċità u tat-torque għal kull punt operatorju mkejjel għas-serje sħiħa tal-proporzjon tal-veloċità.

4.1.10.   Inċertezza tal-kejl

Il-parti tal-inċertezza tal-kejl ikkalkolata UT,pum/tur li taqbeż il-1 % tat-torque mkejla Tc,pum/tur għandha tintuża biex jiġi kkoreġut il-valur karatteristiku tat-TC kif iddefinit hawn taħt.

ΔUT,pum/tur = MAX ( 0, (UT,pum/tur - 0.01 * Tc,pum/tur))

L-inċertezza UT,pum/tur tal-kejl tat-torque għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-parametru li ġej:

(i) 

L-errur tal-kalibrar (inkl. tolleranza tas-sensittività, linearità, istereżi u ripetibbiltà)

L-inċertezza UT,pum/tur tal-kejl tat-torque hi bbażata fuq l-inċertezzi tas-sensuri f'livell ta' fiduċja ta' 95 %.

UT,pum/tur = 2 * ucal

image

fejn:

Tc,pum/tur

=

Il-valur tat-torque kurrenti / mkejjel fis-sensur tat-torque tal-input/output (mhux ikkoreġut) [Nm]

Tpum

=

It-torque (tal-pompa) tal-input (wara l-korrezzjoni tal-inċertezza) [Nm]

UT,pum/tur

=

Il-kejl tal-inċertezza tal-kejl tat-torque tal-input / tal-output b'livell ta' fiduċja ta' 95 % separatament għas-sensur tat-torque tal-input u tal-output

Tn

=

Il-valur nominali tat-torque tas-sensur tat-torque [Nm]

ucal

=

L-inċertezza mill-kalibrar tas-sensur tat-torque [Nm]

Wcal

=

L-inċertezza relattiva tal-kalibrar (relatata mat-torque nominali) [%]

kcal

=

Il-fattur ta' avvanzar tal-kalibrar (jekk iddikjarat mill-manifattur tas-sensur, inkella = 1)

4.1.11.   Kalkolu tal-karatteristiċi tat-TC

Għal kull punt ta' kejl, il-kalkoli li ġejjin għandhom jiġu applikati għad-data tal-kejl:

Il-proporzjon tat-torque tat-TC għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

Il-proporzjon tal-veloċità tat-TC għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

It-torque ta' referenza f'1 000 rpm għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

μ

=

Il-proporzjon tat-torque tat-TC [-]

v

=

Il-proporzjon tal-veloċità tat-TC [-]

Tc,pum

=

It-torque (tal-pompa) tal-input (ikkoreġut) [Nm]

npum

=

Il-veloċità tar-rotazzjoni (tal-pompa) tal-input [rpm]

ntur

=

Il-veloċità tar-rotazzjoni (tat-turbina) tal-output [rpm]

Tpum1000

=

It-torque ta' referenza f'1 000 rpm [Nm]

4.2.   Għażla B: Kejl b'torque tal-input kostanti (b'konformità mal-SAE J643)

4.2.1.   Rekwiżiti ġenerali

Kif speċifikat f'4.1.1.

4.2.2.   Temperatura taż-żejt

Kif speċifikat f'4.1.2.

4.2.3.   Rata tal-fluss u pressjoni taż-żejt

Kif speċifikat f'4.1.3.

4.2.4.   Kwalità taż-żejt

Kif speċifikat f'4.1.4.

4.2.5.   Installazzjoni

Kif speċifikat f'4.1.5.

4.2.6.   Tagħmir tal-kejl

Kif speċifikat f'4.1.6.

4.2.7.   Proċedura tat-test

4.2.7.1.   Kumpens għas-sinjal tat-torque żero

Kif speċifikat fi 3.1.6.1.

4.1.7.2.   Sekwenza tal-kejl

4.2.7.2.1.

It-torque tal-input Tpum għandu jiġi ssettjat għal livell pożittiv f'npum = 1 000 rpm bix-xaft tal-output tat-TC miżmum mhux rotanti (veloċità tal-output ntur = 0 rpm).

4.2.7.2.2.

Il-proporzjon tal-veloċità v għandu jiġi aġġustat billi tiżdied il-veloċità tal-output ntur minn 0 rpm sa valur ta' ntur li jkopri l-medda utilizzabbli ta' v b'tal-inqas seba' punti tal-veloċità mqassma fuq distanza regolari minn xulxin.

4.2.7.2.3.

Il-wisa' tal-pass għandha tkun ta' 0.1 għall-medda tal-proporzjon tal-veloċità ta' 0 sa 0.6 u ta' 0.05 għall-medda ta' 0.6 sa 0.95.

4.2.7.2.4.

Il-limitu massimu tal-proporzjon tal-veloċità jista' jiġi limitat sa valur inqas minn 0.95 mill-manifattur.

4.2.7.2.5.

Għal kull pass, hu meħtieġ ħin minimu ta' stabbilizzazzjoni ta' 5 sekondi fi ħdan il-limiti tat-temperatura ddefiniti fi 4.2.2. Jekk ikun hemm bżonn, il-ħin ta' stabbilizzazzjoni jista' jiġi estiż mill-manifattur sa massimu ta' 60 sekonda. It-temperatura taż-żejt għandha tiġi rreġistrata matul l-istabbilizzazzjoni.

4.2.7.2.6.

Għal kull pass, il-valuri speċifikati f'4.2.8. għandhom jiġu rreġistrati għall-punt tat-test għal 05-15-il sekonda.

4.2.7.2.7.

Is-sekwenza tal-kejl (4.2.7.2.1.sa 4.2.7.2.6.) għandha ssir darbtejn b'kollox.

4.2.8.   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Kif speċifikat f'4.1.8.

4.2.9.   Validazzjoni tal-kejl

Kif speċifikat f'4.1.9.

4.2.10.   L-inċertezza tal-kejl

Kif speċifikat f'4.1.9.

4.2.11.   Kalkolu tal-karatteristiċi tat-TC

Kif speċifikat f'4.1.11.

5.   Komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-taqsima jinkludi tardjaturi tal-magna, tardjaturi tat-trażmissjoni, tardjaturi tad-driveline, u komponenti li huma ttrattati fl-għodda ta' simulazzjoni bħala tardjatur. Dawn il-komponenti jinkludu apparati għax-xegħil tal-vettura bħal klaċċ tal-input bi trażmissjoni niedja waħda jew klaċċ idrodinamiku.

5.1.   Metodi għall-istabbiliment tat-telf tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur

It-telf tat-torque tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur hu funzjoni tal-veloċità tar-rotor tardjatur. Peress li t-tardjatur jista' jiġi integrat f'partijiet differenti tad-driveline tal-vettura, il-veloċità tar-rotor tardjatur tiddependi mill-parti motorizzata (= referenza tal-veloċità) u l-proporzjon ta' step-up bejn il-parti motorizzata u r-rotor tardjatur kif muri fit-Tabella 2.



Tabella 2

Veloċitajiet tar-rotor tardjatur

Konfigurazzjoni

Referenza tal-veloċità

Kalkolu tal-veloċità tar-rotor tardjatur

A.  Tardjatur tal-Magna

Veloċità tal-Magna

nretarder = nengine * istep-up

B.  Tardjatur tal-Input tat-Trażmissjoni

Veloċità tax-Xaft tal-Input tat-Trażmissjoni

nretarder = ntransm.input * istep-up

= ntransm.output * itransm * istep-up

C.  Tardjatur tal-Output jew Tardjatur tal-Propxaft tat-Trażmissjoni

Veloċità tax-Xaft tal-Output tat-Trażmissjoni

nretarder = ntransm.output * istep-up

fejn:

istep-up

=

proporzjon ta' step-up = veloċità tar-rotor tardjatur / veloċità tal-parti motorizzata

itransm

=

proporzjon tat-trażmissjoni = veloċità tal-input tat-trażmissjoni/ veloċità tal-output tat-trażmissjoni

Konfigurazzjonijiet tat-tardjatur li huma integrati fil-magna u li ma jistgħux jiġu sseparati mill-magna għandhom jiġu ttestjati flimkien mal-magna. Din it-taqsima ma tkoprix dawn it-tardjaturi integrati tal-magna li mhumiex separabbli.

It-tardjaturi li jistgħu jinqalgħu minn mad-driveline jew mill-magna bi kwalunkwe tip ta' klaċċ jitqiesu li għandhom veloċità żero tar-rotor f'kundizzjoni maqlugħa u, għalhekk, m'għandhom ebda telf ta' potenza.

It-telf tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur għandu jitkejjel b'wieżed miż-żewġ metodi li ġejjin:

(1) 

Kejl fuq it-tardjatur bħala unità awtonoma

(2) 

Kejl flimkien mat-trażmissjoni

5.1.1.   Rekwiżiti ġenerali

F'każ li t-telf jitkejjel fuq it-tardjatur bħala unità awtonoma, ir-riżultati huma affettwati mit-telf tat-torque fil-berings tal-kompożizzjoni tat-test. Hu permess li jitkejjel dan it-telf tal-berings u li dan jitnaqqas mill-kejliet tat-telf tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur.

Il-manifattur għandu jiggarantixxi li t-tardjatur użat għall-kejliet ikun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet imfassla għat-tardjaturi tal-produzzjoni tas-serje.

Hu permess li jsiru modifiki fit-tardjatur biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti dwar l-ittestjar ta' dan l-Anness, eż. għall-inklużjoni ta' sensuri tal-kejl jew għall-adattament ta' sistemi esterni għall-kundizzjonament taż-żejt.

Fuq il-bażi tal-familja fl-Appendiċi 6 għal dan l-Anness, it-telf imkejjel tar-reżistenza tal-arja għat-trażmissjonijiet b'tardjatur jista' jintuża għall-istess trażmissjoni (ekwivalenti) mingħajr tardjatur.

Hu permess l-użu tal-istess unità tat-trażmissjoni għall-kejl tat-telf tat-torque tal-varjanti b'tardjatur u mingħajr.

Fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, l-applikant għal ċertifikat għandu jispeċifika u juri bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti ddefiniti f'dan l-Anness.

▼C1

5.1.2.   Running in

Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura tar-running in fuq it-tardjatur. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għall-proċedura tar-running in.

5.1.2.1. Jekk il-manifattur japplika proċedura tar-running in fuq it-tardjatur, il-ħin tar-running in għat-tardjatur m'għandux jaqbeż il-100 siegħa b'torque żero applikata fuq it-tardjatur. Jista' jkun inkluż b'mod fakultattiv sehem ta' massimu ta' 6 sigħat b'torque applikat fuq it-tardjatur.

▼B

5.1.3.   Kundizzjonijiet tat-test

5.1.3.1.   Temperatura ambjentali

It-temperatura ambjentali matul it-test għandha tkun fil-medda ta' 25°C ± 10 K.

It-temperatura ambjentali għandha titkejjel 1 m 'il bogħod lateralment mit-tardjatur.

5.1.3.2.   Pressjoni ambjentali

Għal tardjaturi manjetiċi, il-pressjoni ambjentali minima għandha tkun ta' 899 hPa skont l-Atmosfera Internazzjonali Standard (ISA) ISO 2533.

5.1.3.3.   Temperatura taż-żejt jew tal-ilma

Għal tardjaturi idrodinamiċi:

Ħlief għall-fluwidu, mhu permess ebda tisħin estern.

F'każ ta' ttestjar bħala unità awtonoma, it-temperatura tal-fluwidu tat-tardjatur (żejt jew ilma) m'għandhiex taqbeż is-87°C.

F'każ ta' ttestjar flimkien mat-trażmissjoni, għandhom ikunu japplikaw il-limiti tat-temperatura taż-żejt għall-ittestjar tat-trażmissjoni.

5.1.3.4.   Kwalità taż-żejt jew tal-ilma

Fit-test għandu jintuża l-ewwel żejt tal-mili rakkomandat u ġdid għas-suq Ewropew.

Għal tardjaturi tal-ilma, il-kwalità tal-ilma għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mill-manifattur għat-tardjatur. Il-pressjoni tal-ilma għandha tiġi stabbilita għal valur fiss qrib il-kundizzjonijiet tal-vettura (pressjoni relattiva ta' 1 ± 0.2 bar fil-pajp flessibbli tal-input tat-tardjatur).

5.1.3.5.   Viskożità taż-żejt

Jekk huma rakkomandati diversi żjut għall-ewwel mili, dawn jitqiesu li huma ugwali jekk iż-żjut ikollhom viskożità kinematika fi ħdan 50 % minn xulxin fl-istess temperatura (fi ħdan il-medda ta' tolleranza għall-KV100).

5.1.3.6.   Livell taż-żejt jew tal-ilma

Il-livell taż-żejt/tal-ilma għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet nominali għat-tardjatur.

5.1.4.   Installazzjoni

Il-magna elettrika, is-sensur tat-torque u s-sensur tal-veloċità għandhom jiġu mmuntati fin-naħa tal-input tat-tardjatur jew tat-trażmissjoni.

L-installazzjoni tat-tardjatur (u tat-trażmissjoni) għandha ssir f'angolu ta' inklinazzjoni bħal fil-każ tal-installazzjoni fil-vettura skont it-tpinġija ta' omologazzjoni ± 1° jew f'0° ± 1°.

5.1.5.   Tagħmir tal-kejl

Kif speċifikat għall-ittestjar tat-trażmissjoni fi 3.1.4.

5.1.6.   Proċedura tat-test

5.1.6.1.   Kumpens għas-sinjal tat-torque żero:

Kif speċifikat għall-ittestjar tat-trażmissjoni fi 3.1.6.1.

5.1.6.2.   Sekwenza tal-kejl

Is-sekwenza tal-kejl tat-telf tat-torque għall-ittestjar tat-tardjatur għandha ssegwi d-dispożizzjonijiet għall-ittestjar tat-trażmissjoni ddefiniti fi 3.1.6.3.2. sa 3.1.6.3.5.

5.1.6.2.1.   Kejl fuq it-tardjatur bħala unità awtonoma

Meta t-tardjatur jiġi ttestjat bħala unità awtonoma, il-kejliet tat-telf tat-torque għandhom isiru bl-użu tal-punti tal-veloċità li ġejjin:

200, 400, 600, 900, 1 200 , 1 600 , 2 000 , 2 500 , 3 000 , 3 500 , 4 000 , 4 500 , 5 000 , sal-veloċità massima tar-rotor tardjatur.

5.1.6.2.2.   Kejl flimkien mat-trażmissjoni

5.1.6.2.2.1.

F'każ li t-tardjatur jiġi ttestjat flimkien ma' trażmissjoni, il-ger tat-trażmissjoni magħżul għandu jippermetti lit-tardjatur jopera bil-veloċità massima tar-rotor tiegħu.

5.1.6.2.2.   It-telf tat-torque għandu jitkejjel bil-veloċitajiet operazzjonali kif indikati għall-ittestjar tat-trażmissjoni relatat.

5.1.6.2.2.3.

Il-punti tal-kejl jistgħu jiżdiedu għall-veloċitajiet tal-input tat-trażmissjoni ta' inqas minn 600 rpm jekk jintalbu mill-manifattur.

5.1.6.2.2.4.

Il-manifattur jista' jissepara t-telf tat-tardjatur mit-telf totali tat-trażmissjoni bl-ittestjar fl-ordni deskritta hawn taħt:

▼M1

(1) 

It-telf tat-torque indipendenti mit-tagħbija għat-trażmissjoni sħiħa inkluż it-tardjatur għandu jitkejjel kif iddefinit fil-punt 3.1. għall-ittestjar tat-trażmissjoni f'wieħed mill-gerijiet ogħla tat-trażmissjoni:

= Tl,in,withret

▼B

(2) 

It-tardjatur u l-partijiet relatati għandhom jiġu sostitwiti ma' partijiet meħtieġa għall-varjant tat-trażmissjoni ekwivalenti mingħajr tardjatur. Il-kejl tal-punt (1) għandu jiġi ripetut.

= Tl,in,withoutret

(3) 

It-telf tat-torque indipendenti mit-tagħbija għas-sistema tat-tardjatur għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkalkolati d-differenzi bejn iż-żewġ settijiet ta' data tat-test

= Tl,in,retsys = Tl,in,withret – Tl,in,withoutret

5.1.7.   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Kif speċifikat għall-ittestjar tat-trażmissjoni fi 3.1.5.

5.1.8.   Validazzjoni tal-kejl

Id-data rreġistrata kollha għandha tiġi vverifikata u pproċessata kif iddefinit għall-ittestjar tat-trażmissjoni fi 3.1.7.

5.2.   Komplement tal-fajls tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

5.2.1

It-telf tat-torque tat-tardjatur għal veloċitajiet inqas mill-inqas veloċità tal-kejl għandu jiġi ssettjat daqs it-telf imkejjel tat-torque f'din l-inqas veloċità tal-kejl.

5.2.2

F'każ li t-telf tat-tardjatur ġie separat mit-telf totali bil-kalkolu tad-differenza fis-settijiet ta' data ta' ttestjar b'tardjatur u mingħajr (ara 5.1.6.2.2.4.), il-veloċitajiet attwali tar-rotor tat-tardjatur jiddependu mill-post tat-tardjatur, u/jew mill-proporzjon tal-gerijiet magħżula u mill-proporzjon set-up tat-tardjatur u b'hekk jistgħu jvarjaw mill-veloċitajiet imkejla tax-xaft tal-input tat-trażmissjoni. Il-veloċitajiet attwali tar-rotor tardjatur relatati mad-data dwar it-telf imkejjel tar-reżistenza tal-arja għandhom jiġu kkalkolati kif deskritt fit-Tabella 2 ta' 5.1.

5.2.3

Id-data tal-mappa tat-telf tat-torque għandha tiġi fformattjata u ssejvjata kif speċifikat fl-Appendiċi 12 għal dan l-Anness.

6.   Komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) / angle drive

6.1.   Metodi għall-istabbiliment tat-telf tal-angle drive

It-telf tal-angle drive għandu jiġi ddeterminat billi jintuża wieħed mill-każijiet li ġejjin:

6.1.1.   Każ A: Kejl fuq angle drive separata

Għall-kejl tat-telf tat-torque ta' angle drive separata, għandhom ikunu japplikaw it-tliet għażliet kif iddefiniti għad-determinazzjoni tat-telf tat-torque:

Għażla 1

:

Telf imkejjel indipendenti mit-torque u telf ikkalkolat dipendenti mit-torque (Għażla 1 tat-test tat-trażmissjoni)

Għażla 2

:

Telf imkejjel indipendenti mit-torque u telf imkejjel dipendenti mit-torque b'tagħbija sħiħa (Għażla 2 tat-test tat-trażmissjoni)

Għażla 3

:

Kejl taħt punti ta' tagħbija sħiħa (Għażla 3 tat-test tat-trażmissjoni)

Il-kejl tat-telf tal-angle drive għandu jsegwi l-proċedura deskritta għall-għażla relatata tat-test tat-trażmissjoni fil-paragrafu 3 b'diverġenza fir-rekwiżiti li ġejjin:

6.1.1.1   Medda applikabbli tal-veloċità:

Minn 200 rpm (fix-xaft li miegħu hi mqabbda l-angle drive) sal-veloċità massima skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-angle drive jew l-aħħar pass tal-veloċità qabel il-veloċità massima ddefinita.

6.1.1.2

Daqs tal-pass tal-veloċità: 200 rpm

6.1.2.   Każ B: Kejl individwali ta' angle drive mqabbda ma' trażmissjoni

F'każ li l-angle drive tiġi ttestjata flimkien ma' trażmissjoni, l-ittestjar għandu jsegwi waħda mill-għażliet iddefiniti għall-ittestjar tat-trażmissjoni:

Għażla 1

:

Telf imkejjel indipendenti mit-torque u telf ikkalkolat dipendenti mit-torque (Għażla 1 tat-test tat-trażmissjoni)

Għażla 2

:

Telf imkejjel indipendenti mit-torque u telf imkejjel dipendenti mit-torque b'tagħbija sħiħa (Għażla 2 tat-test tat-trażmissjoni)

Għażla 3

:

Kejl taħt punti ta' tagħbija sħiħa (Għażla 3 tat-test tat-trażmissjoni)

6.1.2.1

Il-manifattur jista' jissepara t-telf tal-angle drive mit-telf totali tat-trażmissjoni bl-ittestjar fl-ordni deskritta hawn taħt:

(1) 

It-telf tat-torque għat-trażmissjoni sħiħa inkluż l-angle drive għandu jitkejjel kif iddefinit għall-għażla applikabbli ta' ttestjar tat-trażmissjoni

= Tl,in,withad

(2) 

L-angle drive u l-partijiet relatati għandhom jiġu sostitwiti minn partijiet meħtieġa għall-varjant tat-trażmissjoni ekwivalenti mingħajr angle drive. Il-kejl tal-punt (1) għandu jiġi ripetut.

= Tl,in,withoutad

(3) 

It-telf tat-torque għas-sistema tal-angle drive għandu jiġi ddeterminat billi jiġu kkalkolati d-differenzi bejn iż-żewġ settijiet ta' data tat-test

= Tl,in,adsys = Tl,in,withad – Tl,in,withoutad

6.2.   Komplement tal-fajls tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

6.2.1.

It-telf tat-torque għal veloċitajiet inqas mill-veloċità minima ddefinita iktar 'il fuq għandu jiġi ssettjat daqs it-telf tat-torque bil-veloċità minima.

6.2.2.

F'każijiet li fihom l-ogħla veloċità ttestjata tal-input tal-angle drive kienet l-aħħar pass tal-veloċità taħt il-veloċità permissibbli massima ddefinita tal-angle drive, għandha tiġi applikata estrapolazzjoni tat-telf tat-torque sal-veloċità massima b'rigressjoni lineari fuq il-bażi tal-aħħar żewġ passi tal-veloċità mkejla.

6.2.3.

Biex tiġi kkalkolata d-data dwar it-telf tat-torque għax-xaft tal-input tat-trażmissjoni, l-angle drive għandha tiġi kkombinata magħha, għandhom jintużaw interpolazzjoni lineari u estrapolazzjoni.

7.   Konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

7.1.

Kull trażmissjoni, konvertitur tat-torque (TC), komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) u komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) għandhom jiġu mmanifatturati b'tali mod li jkunu konofrmi mat-tip approvat fir-rigward tad-deskrizzjoni mogħtija fiċ-ċertifikat u fl-annessi tiegħu. Il-proċeduri tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

7.2

Il-konvertitur tat-torque (TC), komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) u komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) għandhom jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet dwar l-ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni tat-taqsima 8 għal dan l-Anness.

7.3

Il-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vverifikata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikati previsti fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness.

7.4

Il-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vvalutata b'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-paragrafu.

7.5

Il-manifattur għandu jittestja ta' kull sena tal-inqas in-numru ta' trażmissjonijiet indikat fit-Tabella 3 fuq il-bażi tan-numru totali tal-produzzjoni annwali tat-trażmissjonijiet prodotti mill-manifattur. Għall-fini ta' stabbiliment tan-numri tal-produzzjoni, huma biss trażmissjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li għandhom jiġu kkunsidrati.

7.6

Kull trażmissjoni li tiġi ttestjata mill-manifattur għandha tkun rappreżentattiva għal familja speċifika. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-punt 7.10., għandha tiġi ttestjata trażmissjoni waħda biss għal kull familja.

7.7

Għall-volumi totali annwali tal-produzzjoni bejn 1 001 u 10 000 trażmissjoni, l-għażla tal-familja li għaliha għandhom isiru t-testijiet għandha tkun miftiehma bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni.

7.8

Għall-volumi annwali totali tal-produzzjoni ta' iktar minn 10 000 trażmissjoni, dejjem għandha tiġi ttestjata l-familja tat-trażmissjoni bl-ogħla volum tal-produzzjoni. Il-manifattur għandu jiġġustifika (eż. billi juri n-numri tal-bejgħ) lill-awtorità tal-approvazzjoni n-numru ta' testijiet li jkunu saru u l-għażla tal-familji. Il-familji li jifdal li għalihom ikunu se jsiru t-testijiet għandhom ikunu miftiehma bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni.



Tabella 3

Ittestjar tal-konformità tad-daqs tal-kampjun

Produzzjoni annwali totali tat-trażmissjonijiet

Għadd ta' testijiet

0 – 1 000

0

>1 000 – 10 000

1

>10 000 – 30 000

2

>30 000

3

>100 000

4

7.9.

Għall-fini tal-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tidentifika flimkien mal-manifattur it-tip(i) ta' trażmissjoni li se jiġi/u ttestjat(i). L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li t-tip(i) ta' trażmissjoni magħżul(in) hu(ma) mmanifatturat(i) skont l-istess standards bħall-produzzjoni tas-serje.

7.10

Jekk ir-riżultat ta' test imwettaq b'konformità mal-punt 8 ikun ogħla minn dak speċifikat fil-punt 8.1.3., għandhom jiġu ttestjati 3 trażmissjonijiet addizzjonali mill-istess familja. Jekk tal-inqas teħel waħda minnhom, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

8.   Ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni

Għall-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, għandu jkun japplika l-metodu li ġej qabel il-ftehim bejn awtorità tal-approvazzjoni u l-applikant għal ċertifikat:

8.1   Ittestjar tal-konformità tat-trażmissjonijiet

8.1.1

L-effiċjenza tat-trażmissjoni għandha tiġi ddeterminata billi tiġi segwita l-proċedura simplifikata deskritta f'dan il-paragrafu.

8.1.2.1

Għandhom ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet ta' limitu kollha kif speċifikati f'dan l-Anness għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni.

Jekk jintużaw kundizzjonijiet ta' limitu oħrajn għat-tip ta' żejt, għat-temperatura taż-żejt u għall-angolu ta' inklinazzjoni, il-manifattur għandu juri biċ-ċar l-influwenza ta' dawn il-kundizzjonijiet u dawk użati għaċ-ċertifikazzjoni dwar l-effiċjenza.

8.1.2.2

Għall-kejl għandha tintuża l-istess għażla ta' ttestjar bħal dik użata għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni, limitata għall-punti operatorji speċifikati f'dan il-paragrafu.

8.1.2.2.1.

F'każ li ntużat l-Għażla 1 għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni, it-telf indipendenti mit-torque għaż-żewġ veloċitajiet iddefiniti fil-punt 3 ta' 8.1.2.2.2. għandu jitkejjel u jintuża għall-kalkolu tat-telf tat-torque fl-ogħla tliet passi tat-torque.

F'każ li ntużat l-Għażla 2 għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni, it-telf indipendenti mit-torque għaż-żewġ veloċitajiet iddefiniti fil-punt 3 ta' 8.1.2.2.2. għandu jitkejjel. It-telf dipendenti mit-torque bit-torque massimu għandu jitkejjel bl-istess żewġ veloċitajiet. It-telf tat-torque bl-ogħla tliet passi tat-torque għandu jiġi interpolat kif deskritt mill-proċedura ta' ċertifikazzjoni.

F'każ li ntużat l-Għażla 3 għall-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni, għandu jitkejjel it-telf tat-torque għat-18-il punt operatorju ddefiniti fi 8.1.2.2.2.

8.1.2.2.2.

L-effiċjenza tat-trażmissjoni għandha tiġi ddeterminata għat-18-il punt operatorju ddefiniti bir-rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

Gerijiet li għandhom jintużaw:

L-ogħla 3 gerijiet tat-trażmissjoni għandhom jintużaw għall-ittestjar.

(2) 

Tal-medda tat-torque:

Għandhom jiġu ttestjati l-ogħla 3 passi tat-torque kif irrapportati għaċ-ċertifikazzjoni.

(3) 

Medda ta' veloċitajiet:

Għandhom jiġu ttestjati ż-żewġ veloċitajiet tal-input tat-trażmissjoni ta' 1 200 rpm u 1 600 rpm.

8.1.2.3

Għal kull wieħed mit-18-il punt operatorju, l-effiċjenza tat-trażmissjoni għandha tiġi kkalkolata permezz ta':

image

fejn:

η i

=

L-effiċjenza ta' kull punt operatorju 1 sa 18

Tout

=

It-torque tal-output [Nm]

Tin

=

It-torque tal-input [Nm]

nin

=

Il-veloċità tal-input [rpm]

nout

=

Il-veloċità tal-output [rpm]

8.1.2.4

L-effiċjenza totali matul il-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ηA,CoP għandha tiġi kkalkolata bil-valur medju aritmetiku tal-effiċjenza ta' kull wieħed mit-18-il punt operatorju.

image

8.1.3

Il-konformità tat-test tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tgħaddi meta tapplika l-kundizzjoni li ġejja:

L-effiċjenza tat-trażmissjoni ttestjata matul il-konofrmità tat-test tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ηA,CoP ma tkunx inqas minn X% tal-effiċjenza tat-trażmissjoni tat-tip approvat ηA,TA .

ηA,TA ηA,CoP X

▼M1

X għandha tiġi sostitwita b'1,5 % għal trażmissjonijiet MT/AMT/DCT u b'3 % għal trażmissjonijiet AT jew għal trażmissjoni b'iktar minn 2 klaċċijiet tax-xift tal-frizzjoni.

▼B




Appendiċi 1

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KOMPONENT, TA' UNITÀ TEKNIKA JEW SISTEMA SEPARATA

Format massimu: A4 (210 × 297mm)

ĊERTIFIKAT DWAR IL-KARATTERISTIĊI RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TA' FAMILJA TAT-TRAŻMISSJONIJIET / TAL-KONVERTITURI TAT-TORQUE / TA' KOMPONENTI OĦRA LI JITTRASFERIXXU T-TORQUE/ TA' KOMPONENTI ADDIZZJONALI TAD-DRIVELINE ( 5 )



Timbru tal-amministrazzjoni

— l-għoti (1)

— l-estensjoni (1)

— ir-rifjut (1)

— l-irtirar (1)

Komunikazzjoni dwar:

ta' ċertifikat fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, kif ġie implimentat mir-Regolament (UE) 2017/2400.

Ir-Regolament (KE) Nru XXXXX u r-Regolament (UE) 2017/2400 kif emendati l-aħħar bi …

numru ta' ċertifikazzjoni:

Hash:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2

Tip:

0.3

Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-komponent

0.3.1

Fejn jinsab il-markar:

0.4

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.5

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-UE:

0.6

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.7

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm)

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

1.1.   Għażla użata għad-determinazzjoni tat-telf tat-torque

1.1.1

Fil-każ ta' trażmissjoni: speċifika għaż-żewġ meded tat-torque tal-output 0-10 kNm u >10 kNm b'mod separat għal kull ger tat-trażmissjoni

2.

Awtorità tal-approvazzjoni responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test

4.

Numru tar-rapport tat-test

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum

6.

Post

7.

Data

8.

Firma

Dokumenti mehmużin:

1. 

Dokument ta' informazzjoni

2. 

Rapport tat-test




Appendiċi 2

Dokument ta' informazzjoni dwar it-trażmissjoni



Dokument ta' informazzjoni nru:

Suġġett:

Data tal-ħruġ:

Data tal-Emenda:

skont …

▼M1

Tip ta' trażmissjoni/familja (jekk applikabbli):

▼B

0.   ĠENERALI

0.1.

Isem u indirizz tal-manifattur

0.2.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.3.

Tip ta' trażmissjoni:

0.4.

Familja tat-trażmissjoni:

0.5.

Tip tat-trażmissjoni bħala unità teknika separata / Familja tat-trażmissjoni bħala unità teknika separata

0.6.

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):

0.7.

Mezz ta' identifikazzjoni tal-mudell, jekk immarkati fuq it-trażmissjoni:

0.8.

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-UE:

0.9.

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.10.

Isem u indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur:

PARTI 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAT-TRAŻMISSJONI (REFERENZJARJA) U T-TIPI TA' TRAŻMISSJONI FI ĦDAN FAMILJA TAT-TRAŻMISSJONI



 

Trażmissjoni referenzjarja

Membri tal-familja

 

 

jew tip ta' trażmissjoni

 

 

 

#1

#2

#3

 

 

▼M1 —————

▼B

1.0   INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA DWAR IT-TRAŻMISSJONI / IL-FAMILJA TAT-TRAŻMISSJONI

1.1

Proporzjon tal-gerijiet. Skema tal-gerijiet u fluss tal-potenza

1.2

Distanza miċ-ċentru għat-trażmissjonijiet tal-kontroxaft

1.3

Tip ta' berings fil-pożizzjonijiet korrispondenti (jekk imqabbda)

1.4

Tip ta' elementi tax-xift (klaċċijiet bis-snien, inklużi sinkronizzaturi jew klaċċijiet tal-frizzjoni) bil-pożizzjonijiet korrispondenti (meta mqabbda)

1.5

Wisa' wieħed tal-gerijiet għall-Għażla 1 jew Wisa' wieħed tal-ger ± 1 mm għall-Għażla 2 jew għall-Għażla 3

1.6

Numru totali ta' gerijiet 'il quddiem

1.7

Numru ta' klaċċijiet tax-xift bis-snien

1.8

Numru ta' sinkronizzaturi

1.9

Numru ta' pjanċi tal-klaċċ tal-frizzjoni (ħlief għal klaċċ xott wieħed bi pjanċa 1 jew 2)

1.10

Dijametru ta' barra tal-pjanċi tal-klaċċ tal-frizzjoni (ħlief għal klaċċ xott wieħed bi pjanċa 1 jew 2)

1.11

Ħruxija tas-superfiċje tas-snien (inkl. tpinġijiet)

1.12

Numru ta' siġilli dinamiċi tax-xaft

1.13

Fluss taż-żejt għal-lubrikazzjoni u għat-tkessiħ għal kull revoluzzjoni tax-xaft tal-input tat-trażmissjoni

1.14

Viskożità taż-żejt f'100oC (± 10 %)

1.15

Pressjoni tas-sistema għal gerboksijiet ikkontrollati b'mod idrawliku

1.16

Livell speċifikat ta' żejt b'referenza għall-assi ċentrali u b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (fuq il-bażi tal-valur medju bejn it-tolleranza inferjuri u superjuri) f'kundizzjoni statika jew operatorja. Il-livell taż-żejt hu meqjus ugwali jekk il-partijiet rotanti kollha tat-trażmissjoni (ħlief il-pompa lubrikanti u l-aċċelleratur tagħha) jinsabu f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt

1.17

Livell speċifikat taż-żejt (± 1mm)

1.18

Proporzjonijiet tal-gerijiet [-] u torque massimu tal-input [Nm], potenza massima tal-input (kW) u veloċità massima tal-input [rpm]

1 ger
2 ger
3 ger
4 ger
5 ger
6 ger
7 ger
8 ger
9 ger
10 ger
11 ger
12 ger
n ger

LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA



Nru.:

Deskrizzjoni:

Data tal-ħruġ:

1

Informazzjoni dwar il-Kundizzjonijiet tat-test tat-trażmissjoni

2

 




Dokument mehmuż Nru 1 mad-Dokument ta' informazzjoni tat-trażmissjoni

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test (jekk applikabbli)



1.1  Kejl bit-tardjatur

iva / le

1.2  Kejl bl-angle drive

iva / le

1.3  Veloċità massima ttestjata tal-input [rpm]

 

1.4  Torque massimu ttestjat tal-input [Nm]

 




Appendiċi 3

Dokument ta' informazzjoni tal-konvertitur tat-torque (TC) idrodinamiku



Dokument ta' informazzjoni nru:

Suġġett:

Data tal-ħruġ:

Data tal-Emenda:

skont …

▼M1

TC (jekk applikabbli):

▼B

0.   ĠENERALI

0.1

Isem u indirizz tal-manifattur

0.2

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.3

Tip tat-TC:

0.4

Familja tat-TC:

0.5

Tip tat-TC bħala unità teknika separata / Familja tat-TC bħala unità teknika separata

0.6

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):

0.7

Mezz ta' identifikazzjoni tal-mudell, jekk immarkat fuq it-TC:

0.8

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-UE:

0.9

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.10

Isem u indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur:

PARTI 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAT-TC (REFERENZJARJU) U T-TIPI TAT-TC FI ĦDAN FAMILJA TAT-TC



 

TC referenzjarju jew

Membri tal-familja

 

 

Tip tat-TC

#1

#2

#3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

▼M1 —————

▼B

1.0   INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA GĦALL-KONVERTITUR TAT-TORQUE / GĦALL-FAMILJA TAL-KONVERTITUR TAT-TORQUE

1.1

Għal konvertitur tat-torque idrodinamiku mingħajr trażmissjoni mekkanika (arranġament serjali).

1.1.1

Dijametru estern tat-torus

1.1.2

Dijametru intern tat-torus

1.1.3

Arranġament tal-pompa (P), tat-turbina (T) u tal-istatur (S) fid-direzzjoni tal-fluss

1.1.4

Wisa' tat-torus

1.1.5

Tip ta' żejt skont l-ispeċifikazzjoni tat-test

1.1.6

Disinn tal-pala

1.2

Għal konvertitur tat-torque idrodinamiku bi trażmissjoni mekkanika (arranġament parallel).

1.2.1

Dijametru estern tat-torus

1.2.2

Dijametru intern tat-torus

1.2.3

Arranġament tal-pompa (P), tat-turbina (T) u tal-istatur (S) fid-direzzjoni tal-fluss

1.2.4

Wisa' tat-torus

1.2.5

Tip ta' żejt skont l-ispeċifikazzjoni tat-test

1.2.6

Disinn tal-pala

1.2.7

Skema tal-gerijiet u fluss tal-potenza fil-modalità tal-konvertitur tat-torque

1.2.8

Tip ta' berings fil-pożizzjonijiet korrispondenti (jekk imqabbda)

1.2.9

Tip ta' tkessiħ/pompa lubrikanti (riferiment għal-lista tal-partijiet)

1.2.10

Tip ta' elementi tax-xift (klaċċijiet bis-snien (inklużi sinkronizzaturi) JEW klaċċijiet tal-frizzjoni) f'pożizzjonijiet korrispondenti meta mqabbdin

1.2.11

Livell taż-żejt skont it-tpinġija b'referenza għall-assi ċentrali

LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA



Nru.:

Deskrizzjoni:

Data tal-ħruġ:

1

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test tal-Konvertitur tat-Torque

2

 




Dokument mehmuż Nru 1 mad-Dokument ta' informazzjoni tal-Konvertitur tat-Torque

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test (jekk applikabbli)

1.   Metodu ta' kejl

1.1

TC bi trażmissjoni mekkanika

iva /le

1.2

TC bħala unità separata

iva / le




Appendiċi 4

Dokument ta' informazzjoni ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC)



Dokument ta' informazzjoni nru:

Suġġett:

Data tal-ħruġ:

Data tal-Emenda:

skont …

▼M1

Tip/familja OTTC (jekk applikabbli):

▼B

0.   ĠENERALI

0.1

Isem u indirizz tal-manifattur

0.2

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.3

Tip tal-OTTC:

0.4

Familja tal-OTTC:

0.5

Tip tal-OTTC bħala unità teknika separata / Familja tal-OTTC bħala unità teknika separata

0.6

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):

0.7

Mezz ta' identifikazzjoni tal-mudell, jekk immarkati fuq l-OTTC:

0.8

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-UE:

0.9

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.10

Isem u indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur:

PARTI 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-OTTC (REFERENZJARJI) U T-TIPI TAL-OTTC FI ĦDAN FAMILJA TAL-OTTC



 

OTTC Referenzjarji

Membru tal-familja

 

 

 

#1

#2

#3

 

 

▼M1 —————

▼B

1.0   INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA DWAR L-OTTC

1.1

Għal komponenti idrodinamiċi li jittrasferixxu t-torque (OTTC) / Tardjatur

1.1.1

Dijametru estern tat-torus

1.1.2

Wisa' tat-torus

1.1.3

Disinn tal-pala

1.1.4

Fluwidu operazzjonali

1.1.5

Dijametru estern tat-torus - dijametru intern tat-torus (OD-ID)

1.1.6

Numru ta' pali

1.1.7

Viskożità tal-fluwidu operazzjonali

1.2

Għal komponenti manjetiċi li jittrasferixxu t-torque (OTTC) / tardjatur

1.2.1

Disinn tat-tanbur (tardjatur elettromanjetiku jew tardjatur manjetiku permanenti)

1.2.2

Dijametru estern tar-rotor

1.2.3

Disinn tal-pali tat-tkessiħ

1.2.4

Disinn tal-pala

1.2.5

Fluwidu operazzjonali

1.2.6

Dijametru estern tar-rotor - dijametru intern tar-rotor (OD-ID)

1.2.7

Numru ta' rotors

1.2.8

Numru ta' pali tat-tkessiħ / ta' pali

1.2.9

Viskożità tal-fluwidu operazzjonali

1.2.10

Numru ta' friegħi

1.3

Għal komponenti li jittrasferixxu t-torque (OTTC) / klaċċ idrodinamiku

1.3.1

Dijametru estern tat-torus

1.3.2

Wisa' tat-torus

1.3.3

Disinn tal-pala.

1.3.4

Viskożità tal-fluwidu operazzjonali

1.3.5

Dijametru estern tat-torus - dijametru intern tat-torus (OD-ID)

1.3.6

Numru ta' pali

LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA



Nru.:

Deskrizzjoni:

Data tal-ħruġ:

1

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test tal-OTTC

2

 




Dokument mehmuż Nru 1 mad-Dokument ta' informazzjoni tal-OTTC

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test (jekk applikabbli)

1.   Metodu ta' kejl

bit-trażmissjoni
iva / le
bil-magna
iva / le
b'mekkaniżmu motorizzat
iva / le
dirett
iva / le

2.

Veloċità massima tat-test tal-assorbitur ewlieni tat-torque tal-OTTC eż. rotor tardjatur [rpm]




Appendiċi 5

Dokument ta' informazzjoni tal-komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC)



Dokument ta' informazzjoni nru:

Suġġett:

Data tal-ħruġ:

Data tal-Emenda:

skont …

▼M1

Tip/familja ADC (jekk applikabbli):

▼B

0.   ĠENERALI

0.1

Isem u indirizz tal-manifattur

0.2

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.3

Tip tal-ADC:

0.4

Familja tal-ADC:

0.5

Tip tal-ADC bħala unità teknika separata / Familja tal-ADC bħala unità teknika separata

0.6

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):

0.7

Mezz ta' identifikazzjoni tal-mudell, jekk immarkati fuq l-ADC:

0.8

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' approvazzjoni tal-UE:

0.9

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.10

Isem u indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur:

PARTI 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAl-ADC (REFERENZJARJI) U T-TIPI TAL-ADC FI ĦDAN FAMILJA TAL-OTTC



 

ADC referenzjarji

Membru tal-familja

 

 

 

#1

#2

#3

 

 

▼M1 —————

▼B

1.0   INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA DWAR ADC / ANGLE DRIVE

1.1

Proporzjon tal-gerijiet u skema tal-gerijiet

1.2

Angolu bejn ix-xaft tal-input/tal-output

1.3

Tip ta' berings fil-pożizzjonijiet korrispondenti

1.4

Numru ta' snien għal kull rota tal-gerijiet

1.5

Wisa' ta' ger wieħed

1.6

Numru ta' siġilli dinamiċi tax-xaft

1.7

Viskożità taż-żejt (± 10 %)

1.8

Ħruxija tas-superfiċje tas-snien

1.9

Livell taż-żejt speċifikat b'referenza għall-assi ċentrali u b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (fuq il-bażi tal-valur medju bejn it-tolleranza inferjuri u superjuri) f'kundizzjoni statika jew operatorja. Il-livell taż-żejt hu meqjus ugwali jekk il-partijiet rotanti kollha tat-trażmissjoni (ħlief il-pompa lubrikanti u l-aċċelleratur tagħha) jinsabu f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt

1.10

Livell taż-żejt intern (± 1mm).

LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA



Nru.:

Deskrizzjoni:

Data tal-ħruġ:

1

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test tal-ADC

2

 




Dokument mehmuż Nru 1 mad-Dokument ta' informazzjoni tal-ADC

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test (jekk applikabbli)

1.   Metodu ta' kejl



bit-trażmissjoni

iva / le

b'mekkaniżmu motorizzat

iva / le

dirett

iva / le

2.

Veloċità massima tat-test fl-input tal-ADC [rpm]




Appendiċi 6

Kunċett tal-Familja

1.   Ġenerali

Familja tat-trażmissjonijiet, tal-konvertituri tat-torque, ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew ta' komponenti addizzjonali tad-driveline hi kkaratterizzata minn parametri tad-disinn u tal-prestazzjoni. Dawn għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan il-familja. Il-manifattur jista' jiddeċiedi liema trażmissjoni, konvertitur tat-torque, komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew komponenti addizzjonali tad-driveline jappartjenu għal familja, dment li l-kriterji tas-sħubija elenkati f'dan l-Appendiċi jiġu rrispettati. Il-familja relatata għandha tiġi approvata mill-Awtorità tal-Approvazzjoni. Il-manifattur għandu jipprovdi lill-Awtorità tal-Approvazzjoni l-informazzjoni xierqa relatata mal-membri tal-familja.

1.1   Każijiet speċjali

F'ċerti każijiet jista' jkun hemm azzjoni reċiproka bejn il-parametri. Dan għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni biex jiġi żgurat li trażmissjonijiet, konvertitur tat-torque, komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew komponenti addizzjonali tad-driveline b'karatteristiċi simili biss jiġu inklużi fi ħdan l-istess familja. Dawn il-każijiet għandhom jiġu identifikati mill-manifattur u nnotifikati lill-Awtorità tal-Approvazzjoni. Imbagħad għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni bħala kriterju għall-ħolqien ta' familja ġdida tat-trażmissjoni, tal-konvertitur tat-torque, ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew ta' komponenti addizzjonali tad-driveline.

Fil-każ ta' apparati jew ta' karatteristiċi, li mhumiex elenkati fil-paragrafu 9 u li għandhom influwenza qawwija fuq il-livell tal-prestazzjoni, dan it-tagħmir għandu jiġi identifikat mill-manifattur fuq il-bażi ta' prattika tal-inġinerija tajba, u għandu jiġi nnotifikat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni. Imbagħad għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni bħala kriterju għall-ħolqien ta' familja ġdida tat-trażmissjoni, tal-konvertitur tat-torque, ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew ta' komponenti addizzjonali tad-driveline.

1.2

Il-kunċett tal-familja jiddefinixxi kriterji u parametri li jippermettu lill-manifattur jixħet fi grupp trażmissjoni, konvertitur tat-torque, komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew komponenti addizzjonali tad-driveline f'familji u f'tipi b'data rilevanti għas-CO2 simili jew ugwali.

2.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tista' tikkonkludi li l-ogħla telf tat-torque tal-familja tat-trażmissjoni, tal-konvertitur tat-torque, ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew ta' komponenti addizzjonali tad-driveline jista' jiġi kkaratterizzat bl-aħjar mod bl-ittestjar addizzjonali. F'dan il-każ, il-manifattur għandu jissottometti l-informazzjoni xierqa biex jiddetermina t-trażmissjoni, il-konvertitur tat-torque, komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew komponenti addizzjonali tad-driveline fi ħdan il-familja li aktarx li jkollhom l-ogħla livell ta' telf tat-torque.

Jekk il-membri fi ħdan familja jinkorporaw karatteristiċi oħra li jistgħu jitqiesu li jaffettwaw it-telf tat-torque, dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu identifikati u meħuda f'kunsiderazzjoni wkoll fl-għażla tar-referenzjarji.

3.

Parametri li jiddefinixxu l-familja tat-trażmissjoni

3.1

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha fi ħdan familja tat-trażmissjoni.

(a) 

Proporzjon tal-gerijiet, skema tal-gerijiet u fluss tal-potenza (għal gerijiet 'il quddiem biss, gerijiet tat-tkaxkir esklużi);

(b) 

Distanza ċentru għat-trażmissjonijiet tal-kontroxaft;

(c) 

Tip ta' berings fil-pożizzjonijiet korrispondenti (jekk imqabbda);

(d) 

Tip ta' elementi tax-xift (klaċċijiet bis-snien, inklużi sinkronizzaturi jew klaċċijiet tal-frizzjoni) f'pożizzjonijiet korrispondenti (meta mqabbdin).

3.2

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan familja tat-trażmissjoni. L-applikazzjoni ta' firxa speċifika għall-parametri elenkati hawn taħt hi permessa wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni

(a) 

Wisa' ta' ger wieħed ± 1mm;

(b) 

Numru totali ta' gerijiet 'il quddiem;

(c) 

Numru ta' klaċċijiet tax-xift bis-snien;

(d) 

Numru ta' sinkronizzaturi;

(e) 

Numru ta' pjanċi tal-klaċċ tal-frizzjoni (ħlief għal klaċċ xott wieħed bi pjanċa 1 jew 2);

(f) 

Dijametru ta' barra tal-pjanċi tal-klaċċ tal-frizzjoni (ħlief għal klaċċ xott wieħed bi pjanċa 1 jew 2);

(g) 

Ħruxija tas-superfiċje tas-snien;

(h) 

Numru ta' siġilli dinamiċi tax-xaft;

(i) 

Fluss taż-żejt għal-lubrikazzjoni u għat-tkessiħ għal kull revoluzzjoni tax-xaft tal-input;

(j) 

Viskożità taż-żejt (± 10 %);

(k) 

Pressjoni tas-sistema għal gerboksijiet ikkontrollati b'mod idrawliku;

(l) 

Livell speċifikat ta' żejt b'referenza għall-assi ċentrali u b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (fuq il-bażi tal-valur medju bejn it-tolleranza inferjuri u superjuri) f'kundizzjoni statika jew operatorja. Il-livell taż-żejt hu meqjus ugwali jekk il-partijiet rotanti kollha tat-trażmissjoni (ħlief il-pompa lubrikanti u l-aċċelleratur tagħha) jinsabu f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt;

(m) 

Livell speċifikat taż-żejt (± 1mm).

4.

Għażla tat-trażmissjoni referenzjarja

It-trażmissjoni referenzjarja għandha tingħażel billi jintużaw il-kriterji li ġejjin elenkati hawn taħt.

(a) 

L-ikbar wisa' ta' ger wieħed għall-Għażla 1 jew l-ikbar Wisa' ta' ger wieħed ± 1 mm għal-Għażla 2 jew għall-Għażla 3;

(b) 

L-ikbar numru totali ta' gerijiet;

(c) 

L-ikbar numru ta' klaċċijiet tax-xift bis-snien;

(d) 

L-ikbar numru ta' sinkronizzaturi;

(e) 

L-ikbar numru ta' pjanċi tal-klaċċ tal-frizzjoni (ħlief għal klaċċ xott wieħed bi pjanċa 1 jew 2);

(f) 

L-ikbar valur tad-dijametru ta' barra tal-pjanċi tal-klaċċ tal-frizzjoni (ħlief għal klaċċ xott wieħed bi pjanċa 1 jew 2 pjanċi);

(g) 

L-ikbar valur għall-ħruxija tas-superfiċje tas-snien;

(h) 

L-ikbar numru ta' siġilli dinamiċi tax-xaft;

(i) 

L-ikbar fluss taż-żejt għal-lubrikazzjoni u għat-tkessiħ għal kull revoluzzjoni tax-xaft tal-input;

(j) 

L-ikbar viskożità taż-żejt;

(k) 

L-ikbar pressjoni tas-sistema għal gerboksijiet ikkontrollati b'mod idrawliku;

(l) 

L-ikbar livell speċifikat ta' żejt b'referenza għall-assi ċentrali u b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (fuq il-bażi tal-valur medju bejn it-tolleranza inferjuri u superjuri) f'kundizzjoni statika jew operatorja. Il-livell taż-żejt hu meqjus ugwali jekk il-partijiet rotanti kollha tat-trażmissjoni (ħlief il-pompa lubrikanti u l-aċċelleratur tagħha) jinsabu f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt;

(m) 

L-ikbar livell speċifikat taż-żejt (± 1mm).

5.

Parametri li jiddefinixxu l-familja tal-konvertitur tat-torque

5.1

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha fi ħdan familja tal-konvertitur tat-torque (TC).

5.1.1

Għal konvertitur tat-torque idrodinamiku mingħajr trażmissjoni mekkanika (arranġament serjali).

(a) 

Dijametru estern tat-torus;

(b) 

Dijametru intern tat-torus;

(c) 

Arranġament tal-pompa (P), tat-turbina (T) u tal-istatur (S) fid-direzzjoni tal-fluss;

(d) 

Wisa' tat-torus;

(e) 

Tip ta' żejt skont l-ispeċifikazzjoni tat-test;

(f) 

Disinn tal-pala;

5.1.2

Għal konvertitur tat-torque idrodinamiku bi trażmissjoni mekkanika (arranġament parallel).

(a) 

Dijametru estern tat-torus;

(b) 

Dijametru intern tat-torus;

(c) 

Arranġament tal-pompa (P), tat-turbina (T) u tal-istatur (S) fid-direzzjoni tal-fluss;

(d) 

Wisa' tat-torus;

(e) 

Tip ta' żejt skont l-ispeċifikazzjoni tat-test;

(f) 

Disinn tal-pala

(g) 

Skema tal-gerijiet u fluss tal-potenza fil-modalità tal-konvertitur tat-torque

(h) 

Tip ta' berings fil-pożizzjonijiet korrispondenti (jekk imqabbda)

(i) 

Tip ta' tkessiħ/pompa lubrikanti (riferiment għal-lista tal-partijiet)

(j) 

Tip ta' elementi tax-xift (klaċċijiet bis-snien (inklużi sinkronizzaturi) jew klaċċijiet tal-frizzjoni) f'pożizzjonijiet korrispondenti meta mqabbdin

5.1.3

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan familja tal-konvertitur tat-torque idrodinamiku bi trażmissjoni mekkanika (arranġament parallel). L-applikazzjoni ta' firxa speċifika għall-parametri elenkati hawn taħt hi permessa wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni

(a) 

Livell taż-żejt skont it-tpinġija b'referenza għall-assi ċentrali.

6.

Għażla tal-konvertitur tat-torque referenzjarju

6.1

Għal konvertitur tat-torque idrodinamiku mingħajr trażmissjoni mekkanika (arranġament serjali).

Diment li l-kriterji kollha elenkati f'5.1.1 huma identiċi, kull membru tal-familja tal-konvertitur tat-torque mingħajr trażmissjoni mekkanika jista' jintgħażel bħala dak referenzjarju.

6.2

Għal konvertitur tat-torque idrodinamiku bi trażmissjoni mekkanika.

Il-konvertitur tat-torque idrodinamiku referenzjarju bi trażmissjoni mekkanika (arranġament parallel) għandu jintgħażel billi tintuża l-lista ta' kriterji elenkati hawn taħt.

(a) 

L-ikbar livell taż-żejt skont it-tpinġija b'referenza għall-assi ċentrali.

7.

Parametri li jiddefinixxu l-familja ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC)

7.1

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti idrodinamiċi li jittrasferixxu t-torque / tat-tardjatur.

(a) 

Dijametru estern tat-torus;

(b) 

Wisa' tat-torus;

(c) 

Disinn tal-pala;

(d) 

Fluwidu operazzjonali.

7.2

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti manjetiċi li jittrasferixxu t-torque / tat-tardjatur.

(a) 

Disinn tat-tanbur (tardjatur elettromanjetiku jew tardjatur manjetiku permanenti);

(b) 

Dijametru estern tar-rotor;

(c) 

Disinn tal-pali tat-tkessiħ;

(d) 

Disinn tal-pala;

7.3

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti li jittrasferixxu t-torque / tal-klaċċ idrodinamiku.

(a) 

Dijametru estern tat-torus;

(b) 

Wisa' tat-torus;

(c) 

Disinn tal-pala.

7.4

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti idrodinamiċi li jittrasferixxu t-torque / tat-tardjatur. L-applikazzjoni ta' firxa speċifika għall-parametri elenkati hawn taħt hi permessa wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni.

(a) 

Dijametru estern tat-torus - dijametru intern tat-torus (OD-ID);

(b) 

Numru ta' pali;

(c) 

Viskożità tal-fluwidu operazzjonali (± 50 %).

7.5

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti manjetiċi li jittrasferixxu t-torque / tat-tardjatur. L-applikazzjoni ta' firxa speċifika għall-parametri elenkati hawn taħt hi permessa wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni.

(a) 

Dijametru estern tar-rotor - dijametru intern tar-rotor (OD-ID);

(b) 

Numru ta' rotors;

(c) 

Numru ta' pali tat-tkessiħ / ta' pali;

(d) 

Numru ta' friegħi.

7.6

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti li jittrasferixxu t-torque / tal-klaċċ idrodinamiku. L-applikazzjoni ta' firxa speċifika għall-parametri elenkati hawn taħt hi permessa wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni.

(a) 

Viskożità tal-fluwidu operazzjonali (± 10 %);

(b) 

Dijametru estern tat-torus - dijametru intern tat-torus (OD-ID);

(c) 

Numru ta' pali.

8.

Għażla tal-komponent referenzjarju li jittrasferixxi t-torque

8.1

Il-komponent idrodinamiku referenzjarju li jittrasferixxi t-torque / it-tardjatur għandu jingħażel billi tintuża l-lista ta' kriterji elenkati hawn taħt.

(a) 

L-ogħla valur: dijametru estern tat-torus – dijametru intern tat-torus (OD-ID);

(b) 

L-ikbar numru ta' pali;

(c) 

L-ikbar viskożità tal-fluwidu operazzjonali.

8.2

Il-komponent manjetiku referenzjarju li jittrasferixxi t-torque / it-tardjatur għandu jingħażel billi tintuża l-lista ta' kriterji elenkati hawn taħt.

(a) 

L-ikbar dijametru estern tar-rotor – l-ikbar dijametru intern tar-rotor (OD-ID);

(b) 

L-ikbar numru ta' rotors;

(c) 

L-ikbar numru ta' pali tat-tkessiħ / ta' pali;

(d) 

L-ikbar numru ta' friegħi.

8.3

Il-komponent referenzjarju li jittrasferixxi t-torque / il-klaċċ idrodinamiku għandu jingħażel billi tintuża l-lista ta' kriterji elenkati hawn taħt.

(a) 

L-ikbar viskożità tal-fluwidu operazzjonali(± 10 %);

(b) 

L-ikbar dijametru estern tat-torus – l-ikbar dijametru intern tat-torus (OD-ID);

(c) 

L-ikbar numru ta' pali.

9.

Parametri li jiddefinixxu l-familja ta' komponenti addizzjonali tad-driveline

9.1

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu l-istess għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti addizzjonali tad-driveline / tal-angle drive.

(a) 

Proporzjon tal-gerijiet u skema tal-gerijiet;

(b) 

Angolu bejn ix-xaft tal-input/tal-output;

(c) 

Tip ta' berings fil-pożizzjonijiet korrispondenti

9.2

Il-kriterji li ġejjin għandhom ikunu komuni għall-membri kollha fi ħdan familja ta' komponenti addizzjonali tad-driveline / tal-angle drive. L-applikazzjoni ta' firxa speċifika għall-parametri elenkati hawn taħt hi permessa wara l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni.

(a) 

Wisa' ta' ger wieħed;

(b) 

Numru ta' siġilli dinamiċi tax-xaft;

(c) 

Viskożità taż-żejt (± 10 %);

(d) 

Ħruxija tas-superfiċje tas-snien;

(e) 

Livell speċifikat ta' żejt b'referenza għall-assi ċentrali u b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (fuq il-bażi tal-valur medju bejn it-tolleranza inferjuri u superjuri) f'kundizzjoni statika jew operatorja. Il-livell taż-żejt hu meqjus ugwali jekk il-partijiet rotanti kollha tat-trażmissjoni (ħlief il-pompa lubrikanti u l-aċċelleratur tagħha) jinsabu f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt;

10.

Għażla tal-komponent addizzjonali referenzjarju tad-driveline

10.1

Il-komponent addizzjonali referenzjarju tad-driveline / l-angle drive għandhom jingħażlu billi tintuża l-lista ta' kriterji elenkati hawn taħt.

(a) 

L-ikbar wisa' ta' ger wieħed;

(a) 

L-ikbar numru ta' siġilli dinamiċi tax-xaft;

(c) 

L-ikbar viskożità taż-żejt (± 10 %);

(d) 

L-ikbar ħruxija tas-superfiċje tas-snien;

(e) 

L-ikbar livell speċifikat ta' żejt b'referenza għall-assi ċentrali u b'konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (fuq il-bażi tal-valur medju bejn it-tolleranza inferjuri u superjuri) f'kundizzjoni statika jew operatorja. Il-livell taż-żejt hu meqjus ugwali jekk il-partijiet rotanti kollha tat-trażmissjoni (ħlief il-pompa lubrikanti u l-aċċelleratur tagħha) jinsabu f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt.




Appendiċi 7

Markar u enumerazzjoni

1.   Markar

Fil-każ ta' komponent li jiġi ċċertifikat b'konformità ma' dan l-Anness, il-komponent għandu jkollu mmarkat fuqu:

▼M1

1.1

L-isem jew it-trademark tal-manifattur

1.2

L-għamla u l-indikazzjoni tat-tip ta' identifikazzjoni kif irreġistrati fl-informazzjoni msemmija fil-punt 0.2 u 0.3 tal-Appendiċijiet 2 - 5 għal dan l-Anness

▼B

1.3

Il-marka ta' ċertifikazzjoni (jekk applikabbli) bħala rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat:

1 għall-Ġermanja;
2 għal Franza;
3 għall-Italja;
4 għan-Netherlands;
5 għall-Iżvezja;
6 għall-Belġju;
7 għall-Ungerija;
8 għar-Repubblika Ċeka;
9 għal Spanja;
11 għar-Renju Unit;
12 għall-Awstrija;
13 għal-Lussemburgu;
17 għall-Finlandja;
18 għad-Danimarka;
19 għar-Rumanija;
20 għall-Polonja;
21 għall-Portugall;
23 għall-Greċja;
24 għall-Irlanda;
25 għall-Kroazja;
26 għas-Slovenja;
27 għas-Slovakkja;
29 għall-Estonja;
32 għal-Latvja;
34 għall-Bulgarija;
36 għal-Litwanja;
49 għal Ċipru;
50 għal Malta

1.4

Ħdejn ir-rettangolu, il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll “numru bażi ta' approvazzjoni” kif speċifikat għat-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament u minn karattru alfabetiku li jindika l-parti li għaliha ngħata ċ-ċertifikat.

Għal dan ir-Regolament, in-numru tas-sekwenza għandu jkun 00.

Għal dan ir-Regolament, il-karattru alfabetiku għandu jkun dak stabbilit fit-Tabella 1.



Tabella 1

▼M1

G

Trażmissjoni

▼B

C

Konvertitur tat-Torque (TC)

O

Komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque (OTTC)

D

Komponent addizzjonali tad-driveline (ADC)

▼M1

1.5

Eżempju tal-marka taċ-ċertifikazzjoniimage

Il-marka taċ-ċertifikazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' trażmissjoni, ma' konvertitur tat-torque (TC), ma' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque (OTTC) jew ma' komponent addizzjonali tad-driveline (ADC) turi li t-tip ikkonċernat ġie ċċertifikat fil-Polonja (e20), skont dan ir-Regolament. L-ewwel żewġ ċifri (00) jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament. Iċ-ċifra segwenti tindika li ċ-ċertifikazzjoni ngħatat għal trażmissjoni (G). L-aħħar erba' ċifri (0004) huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni lit-trażmissjoni, bħala numru ta' approvazzjoni bażi.

▼B

1.6

Fuq talba tal-applikant għaċ-ċertifikat u wara l-ftehim minn qabel mal-awtorità tal-approvazzjoni, jistgħu jintużaw daqsijiet oħrajn tat-tipa apparti dawk indikati fil-punt 1.5. Dawk id-daqsijiet oħrajn tat-tipa għandhom jibqgħu jinqraw b'mod ċar.

1.7

Il-markar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istikers iridu jkunu durabbli għall-ħajja operattiva tat-tikketta, tal-konvertitur tat-torque (TC), ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) jew ta' komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) u jridu jkunu jinqraw ċari u ma jitħassrux. Il-manifattur għandu jiżgura li l-markar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istiker ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jinqerdu jew jitgħarrqu.

1.8

F'każ li jingħataw ċertifikazzjonijiet separati mill-istess awtorità tal-approvazzjoni għal trażmissjoni, għal konvertitur tat-torque, għal komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jew għal komponenti addizzjonali tad-driveline u dawk il-partijiet jiġu installati f'kombinazzjoni, l-indikazzjoni ta' marka taċ-ċertifikazzjoni waħda msemmija fil-punt 1.3 hi biżżejjed. Din il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha tkun segwita mill-markar applikabbli speċifikat fil-punt 1.4 għat-trażmissjoni, għall-konvertitur tat-torque, għal komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque jew għal komponent addizzjonali tad-driveline rispettivi separati b' “/”.

1.9.

Il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha tkun viżibbli meta jiġu installati t-trażmissjoni, il-konvertitur tat-torque, komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque jew komponent addizzjonali tad-driveline fuq il-vettura u din għandha titwaħħal ma' parti neċessarja għall-operar normali u li normalment ma tkunx meħtieġa li tinbidel tul il-ħajja tal-komponent.

1.10

F'każ li l-konvertitur tat-torque jew komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque jinbnew b'tali mod li ma jkunux aċċessibbli u / jew viżibbli wara li jiġu mmuntati ma' trażmissjoni, il-marka taċ-ċertifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque jew ta' komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque għandha titqiegħed fuq it-trażmissjoni.

Fil-każ deskritt fl-ewwel paragrafu, jekk konvertitur tat-torque jew komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque ma jkunx ġie ċċertifikat, għandu jiġi indikat “–” minflok in-numru taċ-ċertifikazzjoni fuq it-trażmissjoni maġenb il-karattru alfabetiku speċifikat fil-punt 1.4.

2.   Enumerazzjoni

▼M1

2.1.

Numru taċ-ċertifikazzjoni għat-trażmissjonijiet, għall-konvertitur tat-torque, għal komponent ieħor li jittrasferixxi t-torque u għal komponent addizzjonali tad-driveline għandu jinkludi dan li ġej:

eX*YYYY/YYYY*ZZZZ/ZZZZ*X*0000*00



Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Ittra addizzjonali għat-taqsima 3

Taqsima 4

Taqsima 5

Indikazzjoni tal-pajjiż li joħroġ iċ-ċertifikat

Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-HDV rigward is-CO2 (2017/2400)

Regolament emendatorju l-aktar riċenti (ZZZZ/ZZZZ)

Ara t-Tabella 1 ta' dan l-appendiċi

Numru taċ-ċertifikazzjoni bażi 0000

Estensjoni 00

▼B




Appendiċi 8

Valuri tat-telf standard tat-torque - Trażmissjoni

Valuri ta' riżerva kkalkolati fuq il-bażi tat-torque massimu nominali tat-trażmissjoni:

It-telf tat-torque Tl,in relatat max-xaft tal-input tat-trażmissjoni għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

Tl,in

=

It-telf tat-torque relatat max-xaft tal-input [Nm]

Tdx

=

It-torque tar-reżistenza tal-arja b'x rpm [Nm]

Taddx

=

It-torque tar-reżistenza tal-arja tal-ger tal-angle drive addizzjonali b'x rpm [Nm]

(jekk applikabbli)

nin

=

Il-veloċità fix-xaft tal-input [rpm]

fT

=

1-η

η

=

effiċjenza

fT

=

0.01 għal ger dirett, 0.04 għal gerijiet indiretti

fT_add

=

0.04 għal ger tal-angle drive (jekk applikabbli)

Tin

=

Torque fix-xaft tal-input [Nm]

Għal trażmissjonijiet bi klaċċijiet tax-xift bis-snien (Trażmissjonijiet Manwali Sinkronizzati (SMT), Trażmissjonijiet Manwali Awtomatizzati jew Trażmissjonijiet Awtomatiċi attivati Mekkanikament (AMT) u Trażmissjonijiet bi Klaċċ Doppju (DCT)), it-torque tar-reżistenza tal-arja Tdx hu kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

Tmax,in

=

It-torque tal-input massimu awtorizzat fi kwalunkwe ger 'il quddiem tat-trażmissjoni [Nm]

=

max(Tmax in, gear)

Tmax,in,gear

=

It-torque massimu tal-input permess f'ger, fejn il-ger = 1, 2, 3,…l-ikbar ger). Għal trażmissjonijiet b'konvertitur tat-torque idrodinamiku, dan it-torque tal-input għandu jkun it-torque fl-input tat-trażmissjoni qabel il-konvertitur tat-torque.

Għal trażmissjonijiet bi klaċċijiet tax-xift tal-frizzjoni (> 2 klaċċijiet tal-frizzjoni), it-torque tar-reżistenza tal-arja Tdx hu kkalkolat permezz ta'

image

Hawn, “klaċċ tal-frizzjoni” tintuża fil-kuntest ta' klaċċ jew ta' brejk li jopera bil-frizzjoni, u li hu meħtieġ għal trasferiment sostnut tat-torque f'tal-inqas ger wieħed.
Għal trażmissjonijiet inkluża angle drive (eż. ger koniku), it-torque tar-reżistenza tal-arja tal-angle drive addizzjonali Taddx għandu jkun inkluż fil-kalkolu ta' Tdx :

image

(jekk applikabbli biss)




Appendiċi 9

Mudell ġeneriku – konvertitur tat-torque

Mudell ġeneriku tal-konvertitur tat-torque bbażat fuq teknoloġija standard:

Għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi tal-konvertitur tat-torque, jista' jiġi applikat mudell ġeneriku tal-konvertitur tat-torque skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-magna.

Il-mudell ġeneriku tat-TC hu bbażat fuq id-data karatteristika li ġejja tal-magna:

nrated

=

Il-veloċità massima tal-magna bil-potenza massima (iddeterminata mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna kif ikkalkolata mill-għodda ta' preproċessar tal-magna) [rpm]

Tmax

=

It-torque massimu tal-magna (iddeterminat mill-kurva tat-tagħbija sħiħa tal-magna kif ikkalkolata mill-għodda ta' preproċessar tal-magna) [Nm]

U b'hekk il-karatteristiċi ġeneriċi tat-TC huma validi biss għal taħlita tat-TC ma' magna li taqsam magħha l-istess data karatteristika speċifika tal-magna.

Deskrizzjoni tal-mudell b'erba' punti għall-kapaċità tat-torque tat-TC:

Kapaċità ġenerika tat-torque u proporzjon ġeneriku tat-torque:

Figura 1

Kapaċità ġenerika tat-torque

image

Figura 2

Proporzjon ġeneriku tat-torque

image

fejn:

TP1000

=

It-torque ta' referenza tal-pompa;

image

[Nm]

v

=

Il-proporzjon tal-veloċità;

image

[-]

μ

=

Il-proporzjon tat-torque;

image

[-]

vs

=

Il-proporzjon tal-veloċità fil-punt tal-inerzja;

image

[-]

Għal TC b'ħawsing rotatorju (Tip bi Tliet Lokkijiet) tipikament vs tkun 1. Għal kunċetti oħra tat-TC, speċjalment kunċetti ta' qsim tal-potenza, vs jista' jkollha valuri differenti minn 1.

vc

=

Il-proporzjon tal-veloċità fil-punt tal-akkoppjament;

image

[-]

v0

=

Il-punt tal-waqfien; v 0 = 0 [rpm]

vm

=

Il-proporzjon tal-veloċità intermedja;

image

[-]

Il-mudell jeħtieġ id-definizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-kapaċità ġenerika tat-torque:

Punt tal-waqfien:
— 
Punt tal-waqfien b'70 % tal-veloċità nominali tal-magna.
— 
Torque tal-magna f'punt tal-waqfien bi 80 % tat-torque massimu tal-magna.
— 
Torque referenzjarju tal-magna/pompa f'punt tal-waqfien:

image

Punt intermedju:
— 
Proporzjon tal-veloċità intermedja vm = 0,6 * vs
— 
Torque referenzjarju tal-magna/pompa f'punt intermedju bi 80 % tat-torque referenzjarju fil-punt tal-waqfien:

image

Punt ta' akkoppjament:
— 
Punt ta' akkoppjament f'kundizzjonijiet tal-inerzja ta' 90 %: vc = 0,90 * vs
— 
Torque referenzjarju tal-magna/pompa f'punt tal-klaċċ b'50 % tat-torque referenzjarju fil-punt tal-waqfien:

image

Punt tal-inerzja:
— 
Torque ta' referenza f'kundizzjonijiet tal-inerzja = vs :

image

Il-mudell jeħtieġ id-definizzjonijiet li ġejjin għall-kalkolu tal-proporzjon ġeneriku tat-torque:

Punt tal-waqfien:
— 
Proporzjon tat-torque fil-punt tal-waqfien v0 = vs = 0:

image

Punt intermedju:
— 
Interpolazzjoni lineari bejn il-punt tal-waqfien u l-punt tal-akkoppjament
Punt ta' akkoppjament:
— 
Proporzjon tat-torque fil-punt tal-akkoppjament vc = 0,9 * vs :

image

Punt tal-inerzja:
— 
Proporzjon tat-torque f'kundizzjonijiet tal-inerzja = vs :

image

Effiċjenza:
n = μ * v

Għandha tintuża interpolazzjoni lineari bejn il-punti speċifiċi kkalkolati.




Appendiċi 10

Valuri tat-telf standard tat-torque – komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque

Valuri kkalkolati tat-telf standard tat-torque għal komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque

Għal tardjaturi idrodinamiċi (żejt jew ilma), it-torque tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

Għal tardjaturi manjetiċi (permanenti jew elettromanjetiċi), it-torque tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur għandu jiġi kkalkolat permezz ta':

image

fejn:

Tretarder

=

It-telf tar-reżistenza tal-arja tat-tardjatur [Nm]

nretarder

=

Il-veloċità tar-rotor tat-tardjatur [rpm] (ara l-paragrafu 5.1 ta' dan l-Anness)

istep-up

=

Il-proporzjon ta' step-up = il-veloċità tar-rotor tardjatur / il-veloċità tal-komponent tat-trażmissjoni (ara l-paragrafu 5.1 ta' dan l-Anness)




Appendiċi 11

Valuri tat-telf standard tat-torque – angle drive bil-ger

B'mod konsistenti mal-valuri tat-telf standard tat-torque għall-kombinazzjoni ta' trażmissjoni ma' angle drive bil-ger fl-Appendiċi 8, it-telf standard tat-torque ta' angle drive bil-ger mingħajr trażmissjoni għandu jiġi kkalkolat minn:

image

fejn:

Tl,in

=

It-telf tat-torque relatat max-xaft tal-input tat-trażmissjoni [Nm]

Taddx

=

It-torque tar-reżistenza tal-arja tal-ger tal-angle drive addizzjonali b'x rpm [Nm]

(jekk applikabbli)

nin

=

Il-veloċità fix-xaft tal-input tat-trażmissjoni [rpm]

fT

=

1-η;

η = effiċjenza

fT_add = 0.04 għal ger tal-angle drive

Tin

=

It-torque fix-xaft tal-input tat-trażmissjoni [Nm]

Tmax,in

=

It-torque tal-input massimu awtorizzat fi kwalunkwe ger 'il quddiem tat-trażmissjoni [Nm]

=

max(Tmax in,gear)

Tmax,in,gear

=

It-torque massimu tal-input permess f'ger, fejn il-ger = 1, 2, 3,…l-ikbar ger)

image

It-telf standard tat-torque miksub bil-kalkoli ta' hawn fuq jista' jiżdied ma-telf tat-torque ta' trażmissjoni miksub bl-Għażliet 1-3 biex jinkiseb it-telf tat-torque għall-kombinazzjoni tat-trażmissjoni speċifika ma' angle drive.




Appendiċi 12

Parametri tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

Introduzzjoni

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-lista ta' parametri li jridu jiġu pprovduti mill-manifattur tat-trażmissjoni, tal-konvertitur tat-torque (TC), ta' komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque (OTTC) u ta' komponenti addizzjonali tad-driveline (ADC) bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-iskema XML applikabbli kif ukoll id-data ta' eżempju huma disponibbli fil-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata.

Definizzjonijiet

(1)

“ID tal-Parametru”:Identifikatur uniku kif użat fl-“Għodda ta' simulazzjoni” għal parametru speċifiku tal-input jew għal sett ta' data tal-input

(2)

“Tip”:

Tip ta' data tal-parametru

sensiela ta' karattri …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1

token …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1, ebda spazju abjad tad-data fil-bidu/fl-aħħar

data …

data u ħin f'ħin UTC fil-format: SSSS-XX-JJTSS:MM:SSZ bl-ittri bil-korsiv li jiddenotaw karattri fissi eż. “2002-05-30T09:30:10Z”

numru sħiħ …

valur b'tip ta' data integrali, ebda żero fil-bidu, eż. “1800”

doppju, X …

numru frazzjonali b'X figuri bl-eżatt wara l-punt deċimali (“.”) u ebda żero fil-bidu, eż. għal “doppju, 2': “2345.67”; għal “doppju, 4”: “45.6780”

(3)

“Unità” …unità fiżika tal-parametru

Sett ta' parametri tal-input

▼M1



Tabella 1

Parametri tal-inputTransmission/General

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P205

token

[-]

 

Model

P206

token

[-]

 

CertificationNumber

P207

token

[-]

 

Date

P208

dateTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

AppVersion

P209

token

[-]

 

TransmissionType

P076

string

[-]

Valuri permessi (1): “SMT”, “AMT”, “APT-S”, “APT-P”

MainCertificationMethod

P254

string

[-]

Valuri permessi: “Option 1”, “Option 2”, “Option 3”, “Standard values”

(1)   DCT għandu jiġi ddikjarat bħala tip ta' trażmissjoni AMT.



Tabella 2

Parametri tal-input “Transmission/Gears” għal kull ger

▼C1

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

GearNumber

P199

integer

[-]

 

Ratio

P078

double, 3

[-]

 

MaxTorque

P157

integer

[Nm]

mhux obbligatorja

MaxSpeed

P194

integer

[1/min]

mhux obbligatorja



Tabella 3

Parametri tal-input “Trażmissjoni/MappaTelf” għal kull ger u għal kull punt ta' grilja fil-mappa tat-telf

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

InputSpeed

P096

double, 2

[1/min]

 

InputTorque

P097

double, 2

[Nm]

 

TorqueLoss

P098

double, 2

[Nm]

 



Tabella 4

Parametri tal-input “TorqueConverter/General”

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P210

token

[-]

 

Model

P211

token

[-]

 

▼M1

CertificationNumber

P212

token

[-]

 

▼C1

Date

P213

dateTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

AppVersion

P214

string

[-]

 

CertificationMethod

P257

string

[-]

Valuri permessi: “Measured”, “Standardvalues”



Tabella 5

Parametri tal-input “TorqueConverter/Characteristics” għal kull punt ta' grilja fil-kurva tal-karatteristiċi

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

SpeedRatio

P099

double, 4

[-]

 

TorqueRatio

P100

double, 4

[-]

 

InputTorqueRef

P101

double, 2

[Nm]

 



Tabella 6

Parametri tal-input “Angledrive/General” (meħtieġa biss jekk il-komponent hu applikabbli)

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P220

token

[-]

 

Model

P221

token

[-]

 

▼M1

CertificationNumber

P222

token

[-]

 

▼C1

Date

P223

dataTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

AppVersion

P224

string

[-]

 

Ratio

P176

double, 3

[-]

 

CertificationMethod

P258

string

[-]

Valuri permessi: “Option 1”, “Option 2”, “Option 3”, “Standard values”



Tabella 7

Parametri tal-input “Angledrive/LossMap” għal kull punt ta' grilja fil-mappa tat-telf (meħtieġa biss jekk il-komponent hu applikabbli)

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

InputSpeed

P173

double, 2

[1/min]

 

InputTorque

P174

double, 2

[Nm]

 

TorqueLoss

P175

double, 2

[Nm]

 



Tabella 8

Parametri tal-input “Retarder/General” (meħtieġa biss jekk il-komponent hu applikabbli)

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P225

token

[-]

 

Model

P226

token

[-]

 

▼M1

CertificationNumber

P227

token

[-]

 

▼C1

Date

P228

dataTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

AppVersion

P229

string

[-]

 

CertificationMethod

P255

string

[-]

Valuri permessi: “Measured”, “Standardvalues standard”



Tabella 9

Parametri tal-input “Retarder/LossMap” għal kull punt ta' grilja fil-kurva tal-karatteristiċi (meħtieġa biss jekk il-komponent hu applikabbli)

Isem tal-Parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

RetarderSpeed

P057

double, 2

[1/min]

 

TorqueLoss

P058

double, 2

[Nm]

 

▼B




ANNESS VII

VERIFIKA TAD-DATA DWAR IL-FUSIEN

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni rigward it-telf tat-torque tal-fusien tal-propulsjoni għal vetturi tqal. B'mod alternattiv għaċ-ċertifikazzjoni tal-fusien, il-proċeduri ta' kalkolu għat-telf standard tat-torque kif iddefinita fl-Appendiċi 3 għal dan l-Anness tista' tiġi applikata għall-fini tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vettura.

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Fus waħdieni ta' riduzzjoni (SR)” tfisser fus motorizzat b'riduzzjoni waħda tal-ger, tipikament sett ta' gerijiet koniċi bi spustar ipojde jew mingħajr.

(2) 

“Fus waħdieni ta' portal” tfisser fus, li tipikament ikollu spustar vertikali bejn l-assi rotanti tal-ger kuruna u tal-assi rotanti tar-rota minħabba d-domanda ta' għoli ikbar mill-art jew qiegħ baxxut biex ikun jista' jsir kunċett ta' qiegħ baxx għal karozzi tal-linja fiċ-ċentri tal-ibliet. Tipikament, l-ewwel riduzzjoni tkun sett ta' gerijiet koniċi, it-tieni sett ta' gerijiet maqtugħin dritti bi spustar vertikali qrib ir-roti.

(3) 

“Fus ta' riduzzjoni tal-buttun (HR)” tfisser fus motorizzat b'żewġ riduzzjonijiet tal-ger. Tipikament l-ewwel wieħed ikun sett ta' gerijiet koniċi bi spustar ipojde jew mingħajr. L-ieħor ikun sett pjanetarju ta' gerijiet, li tipikament jitqiegħed fiż-żona tal-buttuni tar-roti.

(4) 

“Fus tandem waħdieni b'riduzzjoni (SRT)” tfisser fus motorizzat li bażikament hu simili għal fus motorizzat waħdieni, iżda li jkollu wkoll l-iskop li jittrasferixxi t-torque mill-flanġ tal-input fuq flanġ tal-output għal fus ieħor. It-torque jista' jiġi ttrasferit b'sett ta' gerijiet maqtugħin qrib fil-flanġ tal-input biex jiġġenera spustar vertikali għall-flanġ tal-output. Possibbiltà oħra hi li jintuża pinion ieħor fis-sett ta' gerijiet koniċi, li jiskatta t-torque fir-rota kuruna.

(5) 

“Fus tandem ta'riduzzjoni tal-buttun (HRT)” tfisser fus ta' riduzzjoni tal-buttun li għandu l-possibbiltà li jittrasferixxi t-torque fuq wara kif deskritt taħt il-fus tandem uniku ta' riduzzjoni (SRT).

(6) 

“Ilqugħ tal-fus” tfisser il-partijiet tal-ħawsing li huma meħtieġa għall-kapaċità strutturali kif ukoll għall-ġarr tal-partijiet tad-driveline, tal-berings u tas-siġilli tal-fus.

(7) 

“Pinion” tfisser parti minn sett ta' gerijiet koniċi li normalment tikkonsisti f'żewġ gerijiet. Il-pinion hu l-ger tas-sewqan li jitqabbad mal-flanġ tal-input. Fil-każ ta' SRT / HRT, jista' jiġi installat it-tieni pinion biex jiskatta t-torque mir-rota kuruna.

(8) 

“Rota kuruna” tfisser parti mis-sett ta' gerijiet koniċi li normalment tikkonsisti f'żewġ gerijiet. Ir-rota kuruna hi l-ger misjuq u hi mqabbda mal-gaġġa tad-differenxjal.

(9) 

“Riduzzjoni tal-buttun” tfisser is-sett pjanetarju ta' gerijiet li komunement jiġi installat barra mill-bering planetarju fil-fusien ta' riduzzjoni tal-buttun. Is-sett ta' gerijiet jikkonsisti fi tliet gerijiet differenti. Ix-xemx, il-gerijiet planetarji u l-ger ċirku. Ix-xemx hi fiċ-ċentru, il-gerijiet planetarji jduru madwar ix-xemx u jiġu mmuntati mal-portatur planetarju li hu mqabbad mal-buttun. Tipikament, in-numru ta' gerijiet planetarji jkun ta' bejn tlieta u ħamsa. Il-ger ċirku ma jdurx u jitqabbad mal-virga tal-fusien.

(10) 

“Roti tal-gerijiet planetarji” tfisser il-gerijiet li jduru madwar ix-xemx fi ħdan il-ger ċirku ta' sett pjanetarju ta' gerijiet. Dawn huma mmuntati b'berings fuq portatur planetarju, li jitqabbad ma' buttun.

(11) 

“Grad tal-viskożità tat-tip ta' żejt” tfisser grad tal-viskożità kif iddefinit mis-SAE J306.

(12) 

“Żejt tal-mili mill-fabbrika” tfisser il-grad tal-viskożità tat-tip ta' żejt li jintuża għall-mili taż-żejt fil-fabbrika u li hu maħsub biex joqgħod fil-fus għall-ewwel intervall tas-servizz.

(13) 

“Linja tal-fusien” tfisser grupp ta' fusien li jaqsmu bejniethom l-istess funzjoni bażika tal-fusien kif iddefinita fil-kunċett tal-familja.

(14) 

“Familja tal-fusien” tfisser ir-raggruppament tal-fusien ta' manifattur li, permezz tad-disinn tagħhom, kif iddefinit fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness, għandhom karatteristiċi tad-disinn u proprjetajiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li huma simili.

(15) 

“Torque tar-reżistenza tal-arja” tfisser it-torque meħtieġ biex tingħeleb il-frizzjoni interna ta' fus meta t-truf tar-roti jkunu qed iduru liberament b'torque tal-output ta' 0 Nm.

(16) 

“Kejsing tal-fusien invertit bil-mera” tfisser il-kejsing tal-fus hu rifless fil-livell tal-pjan vertikali.

(17) 

“Input tal-fus” tfisser in-naħa tal-fus li fuqha jiġi fornit it-torque lill-fus.

(18) 

“Output tal-fus” tfisser in-naħa(t) tal-fus fejn it-torque jiġi fornit lir-roti.

3.   Rekwiżiti ġenerali

Il-gerijiet tal-fusien u l-berings kollha, ħlief il-berings tat-truf tar-rota użati għall-kejliet, m'għandhomx jintużaw.

Fuq talba tal-applikant, jistgħu jiġu ttestjati proporzjonijiet tal-gerijiet differenti f'ħawsing tal-fus wieħed billi jintużaw l-istess truf tar-roti.

Proporzjonijiet tal-fusien differenti tal-fusien ta' riduzzjoni tal-buttun u tal-fusien waħdiena tal-portal (HR, HRT, SP) jistgħu jitkejlu bl-iskambju tar-riduzzjoni tal-buttun biss. Għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet kif speċifikati fl-Appendiċi 4 għal dan l-Anness.

Il-ħin ta' ►C1  running in ◄ totali ►C1  għall-prova ◄ fakultattiva u għall-kejl ta' fus individwali (ħlief għall-ħawsing tal-fus u għat-truf tar-roti) m'għandux jaqbeż il-120 siegħa.

Għall-ittestjar tat-telf ta' fus, għandha titkejjel il-mappa tat-telf tat-torque għal kull proporzjon ta' fus individwali, iżda minkejja dan il-fusien ma jistgħux jiġu raggruppati f'familji ta' fusien skont id-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

▼C1

3.1   Running in

Fuq talba tal-applikant, tista' tiġi applikata proċedura tar-running in fuq il-fus. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu japplikaw għal proċedura tar-running in.

3.1.1

Żejt tal-mili mill-fabbrika biss għandu jintuża għall-proċedura tar-running in. Iż-żejt użat għar-running in m'għandux jintuża għall-ittestjar deskritt fil-paragrafu 4.

▼B

3.1.2

Il-profil tal-ispid u tat-torque għall-proċedura ta' ►C1  running in ◄ għandu jiġi speċifikat mill-manifattur.

3.1.3

Il-proċedura ta' ►C1  running in ◄ għandha tiġi ddokumentata mill-manifattur fir-rigward tal-ħin ta' ►C1  running in ◄ , tal-ispid, tat-torque u tat-temperatura taż-żejt, u tiġi rrapportata lill-awtorità tal-approvazzjoni.

3.1.4

Ir-rekwiżiti għat-temperatura taż-żejt (4.3.1), għall-akkuratezza tal-kejl (4.4.7) u għall-kompożizzjoni tat-test (4.2) ma japplikawx għall-proċedura ta' ►C1  running in ◄ .

4.   Proċedura ta' ttestjar għall-fusien

4.1   Kundizzjonijiet tat-test

4.1.1   Temperatura ambjentali

It-temperatura fiċ-ċellula tat-test għandha tinżamm għal 25oC ± 10oC. It-temperatura ambjentali għandha titkejjel fi ħdan distanza ta' metru (1 m) mill-ħawsing tal-fus. Tisħin furzat tal-fus jista' jiġi applikat biss minn sistema ta' kundizzjonament estern taż-żejt kif deskritta f'4.1.5.

4.1.2   Temperatura taż-żejt

It-temperatura taż-żejt għandha titkejjel fiċ-ċentru tas-samp taż-żejt jew fi kwalunkwe punt xieraq ieħor b'konformità mal-prattika tal-inġinerija tajba. F'każ ta' kundizzjonament estern taż-żejt, l-alternattiva hi li t-temperatura taż-żejt tista' titkejjel fil-linja tal-iżbokk mill-ħawsing tal-fus għas-sistema ta' kundizzjonament sa 5 cm downstream mill-iżbokk. Fiż-żewġ każijiet, it-temperatura taż-żejt m'għandhiex taqbeż is-70oC.

4.1.3   Kwalità taż-żejt

Għall-kejl għandhom jintużaw biss żjut tal-mili mill-fabbrika rakkomandati biss kif speċifikati mill-manifattur tal-fusien biss. F'każ ta' ttestjar ta' varjanti differenti ta' proporzjon tal-gerijiet b'ħawsing wieħed tal-fus, għandu jimtela żejt ġdid għal kull kejl individwali.

4.1.4   Viskożità taż-żejt

Jekk jiġu speċifikati żjut differenti b'diversi gradi tal-viskożità għall-mili mill-fabbrika, il-manifattur għandu jagħżel iż-żejt bl-ogħla grad tal-viskożità għat-twettiq tal-kejl fuq il-fus referenzjarju.

Jekk jiġi speċifikat iktar minn żejt wieħed fi ħdan l-istess grad tal-viskożità f'familja waħda tal-fusien bħala żejt tal-mili mill-fabbrika, l-applikant jista' jagħżel żejt wieħed minn dawn għall-kejl relatat maċ-ċertifikazzjoni.

4.1.5   Livell taż-żejt u kundizzjonament

Il-livell taż-żejt jew il-volum tal-mili għandu jiġi ssettjat għal-livell massimu kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-manutenzjoni tal-manifattur.

Sistema ta' kundizzjonament estern u ta' ffiltrar taż-żejt hi permessa. Il-ħawsing tal-fus jista' jiġi mmodifikat għall-inklużjoni tas-sistema ta' kundizzjonament taż-żejt.

Is-sistema ta' kundizzjonament taż-żejt m'għandhiex tiġi installata b'mod li jagħmilha possibbli li jitbiddlu l-livelli taż-żejt tal-fus biex tiżdied l-effiċjenza jew b'mod li jiġu ġġenerati torques tal-propulsjoni b'konformità mal-prattika tal-inġinerija tajba.

4.2   Kompożizzjoni tat-test

Għall-finijiet tal-kejl tat-telf tat-torque, huma permessi kompożizzjonijiet differenti tat-test kif deskritti fil-paragrafi 4.2.3 u 4.2.4.

4.2.1   Installazzjoni tal-fus

Fil-każ ta' fus tandem, kull fus għandu jitkejjel b'mod separat. L-ewwel fus b'differenxjal lonġitudinali għandu jiġi llokkjat. Ix-xaft tal-output tal-fusien drive-through għandu jiġi installat b'tali mod li jkun jista' jdur liberament.

4.2.2   Installazzjoni tal-apparati li jkejlu t-torque

4.2.2.1

Għal kompożizzjoni ta' test b'żewġ magni elettriċi, l-apparati li jkejlu t-torque għandhom jiġu installati fuq il-flanġ tal-input u fuq tarf wieħed tar-rota filwaqt li l-ieħor ikun illokkjat.

4.2.2.2

Għal kompożizzjoni tat-test bi tliet magni elettriċi, l-apparati li jkejlu t-torque għandhom jiġu installati fuq il-flanġ tal-input u fuq kull tarf tar-rota.

4.2.2.3

Nofs xaftijiet ta' tul differenti huma permessi f'kompożizzjoni b'żewġ magni biex jiġi llokkjat id-differenxjal u biex jiġi żgurat li ż-żewġ truf tar-roti qed iduru.

4.2.3   Kompożizzjoni tat-test tat-“Tip A”

Kompożizzjoni tat-test meqjusa tat-“Tip A” tikkonsisti f'dinamometru fuq in-naħa tal-input tal-fus u tal-inqas dinamometru wieħed fuq in-naħa(t) tal-output tal-fus. L-apparati li jkejlu t-torque għandhom jiġu installati fuq in-naħa(t) tal-input u tal-output tal-fus. Għal kompożizzjonijiet tat-tip A b'dinamometru wieħed biss fuq in-naħa tal-output, it-tarf li jdur liberament tal-fus għandu jiġi llokkjat.

Biex jiġi evitat telf parasitiku, l-apparati tal-kejl tat-torque għandhom jitqiegħdu fl-iktar post qrib possibbli tan-naħa(t) tal-input u tal-output tal-fusien li huma sostnuti b'berings xierqa.

Barra minn dan, jista' jiġi applikat iżolament mekkaniku tas-sensuri tat-torque minn tagħbijiet parasitiċi tax-xaftijiet, pereżempju bl-installazzjoni ta' berings addizzjonali u ta' akkoppjament flessibbli jew ta' ►C1  cardan shaft ◄ ħafif bejn is-sensuri u wieħed minn dawn il-berings. Il-Figura 1 turi eżempju għal kompożizzjoni tat-test tat-Tip A f'tifsila b'żewġ dinamometri.

Għal konfigurazzjonijiet tal-kompożizzjoni tat-test tat-Tip A, il-manifattur għandu jipprovdi analiżi tat-tagħbijiet parasitiċi. Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiddeċiedi dwar l-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi. Madankollu, il-valur ipara ma jistax ikun inqas minn 10 %.

Figura 1

Eżempju tal-Kompożizzjoni tat-test tat-“Tip A”

image

4.2.4   Kompożizzjoni tat-test tat-“Tip B”

Kwalunkwe konfigurazzjoni oħra tal-kompożizzjoni tat-test tissejjaħ kompożizzjoni tat-test tat-Tip B. L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi ipara għal dawk il-konfigurazzjonijiet għandha tiġi stabbilita għal 100 %.

Jistgħu jintużaw valuri inqas għal ipara bi ftehimi mal-awtorità tal-approvazzjoni.

4.3   Proċedura tat-test

Biex tiġi ddeterminata l-mappa tat-telf tat-torque għal fus, id-data bażika tal-mappa tat-telf tat-torque għandha titkejjel u tiġi kkalkolata kif speċifikat fil-paragrafu 4.4. ►M1  Ir-riżultati tat-telf tat-torque għandhom ikunu kkomplimentati b'konformità ma' 4.4.8 u fformattjati b'konformità mal-Appendiċi 6 għall-proċessar ulterjuri mill-għodda ta' simulazzjoni. ◄

4.3.1   Tagħmir tal-kejl

Il-faċilitajiet tal-laboratorji tal-kalibrar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' ISO/TS 16949, tas-serje ISO 9000 jew ta' ISO/IEC 17025. It-tagħmir kollu ta' referenza tal-laboratorji għall-kejl, użat għall-kalibrar u/jew għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali (internazzjonali).

4.3.1.1   Kejl tat-torque

L-inċertezza tal-kejl tat-torque għandha tiġi kkalkolata u inkluża kif deskritt fil-paragrafu 4.4.7.

Ir-rata tal-kampjun tas-sensuri tat-torque għandha tkun konformi ma' 4.3.2.1.

4.3.1.2   Veloċità tar-rotazzjoni

L-inċertezza tas-sensuri tal-veloċità tar-rotazzjoni għall-kejl tal-veloċità tal-input u tal-output m'għandhiex taqbeż ±2 rpm.

4.3.1.3   Temperaturi

L-inċertezza tas-sensuri tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura ambjentali m'għandhiex taqbeż ± 1 °C.

L-inċertezza tas-sensuri tat-temperatura għall-kejl tat-temperatura taż-żejt m'għandhiex taqbeż ± 0.5 °C.

4.3.2   Sinjali tal-kejl u reġistrazzjoni tad-data

Is-sinjali li ġejjin għandhom jiġu rreġistrati għall-fini tal-kalkolu tat-telf tat-torque:

(i) 

Torques tal-input u tal-output [Nm]

(ii) 

Veloċitajiet tar-rotazzjoni tal-input u/jew tal-output [rpm]

(iii) 

Temperatura ambjentali [oC]

(iv) 

Temperatura taż-żejt [oC]

(v) 

Temperatura fis-sensur tat-torque

4.3.2.1

Għandhom jiġu applikati l-frekwenzi tal-kampjunar minimi tas-sensuri li ġejjin:

Torque: 1 kHz
Veloċità tar-rotazzjoni: 200 Hz
Temperaturi: 10 Hz

4.3.2.2

Ir-rata ta' reġistrazzjoni tad-data użata għad-determinazzjoni tal-valuri medji arimetiċi ta' kull punt ta' grilja għandha tkun ta' 10 Hz jew ogħla. Id-data mhux ipproċessata m'hemmx bżonn li tiġi rrapportata.

Jista' jiġi applikat l-iffiltrar tas-sinjali bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni. Kwalunkwe effett ta' psewdonimu għandu jiġi evitat.

4.3.3   Medda tat-torque:

Il-firxa tal-mappa tat-telf tat-torque li għandha titkejjel hi limitata għal:

— 
torque tal-output ta' 10 kNm
— 
jew torque tal-input ta' 5 kNm
— 
jew għall-potenza massima tal-magna ttollerata mill-manifattur għal fus speċifiku jew fil-każ ta' diversi fusien motorizzati skont id-distribuzzjoni tal-potenza nominali.

4.3.3.1

Il-manifattur jista' jestendi l-kejl sa torque tal-output ta' 20 kNm permezz ta' estrapolazzjoni lineari tat-telf tat-torque jew billi jsiru kejliet sa torque tal-output ta' 20 kNm bi stadji ta' 2 000 Nm. Għal din il-medda addizzjonali ta' torque, għandhom jintużaw sensur ieħor tat-torque fuq in-naħa tal-output b'torque massimu ta' 20 kNm (tifsila b'2 magni) jew żewġ sensuri ta' 10 kNm (tifsila ta' 3 magni).

Jekk ir-raġġ tal-iżgħar tajer jitnaqqas (eż. bl-iżvilupp ta' prodott) wara t-tlestija tal-kejl ta' fus jew meta jintlaħqu l-limiti fiżiċi tal-bank tat-test (eż. b'tibdiliet fl-iżvilupp ta' prodott), il-punti neqsin jistgħu jiġu estrapolati mill-manifattur mill-mappa eżistenti. Il-punti estrapolati m'għandhomx jaqbżu b'iktar minn 10 % tal-punti kollha fil-mappa u l-penali għal dawn il-punti hi telf tat-torque ta' 5 % li għandu jiżdied mal-punti estrapolati.

4.3.3.2

Passi tat-torque tal-output li għandhom jitkejlu:

250 Nm < Tout < 1 000 Nm

:

passi ta' 250 Nm

1 000 Nm ≤ Tout ≤ 2 000 Nm

:

passi ta' 500 Nm

2 000 Nm ≤ Tout ≤ 10 000 Nm

:

passi ta' 1 000 Nm

Tout > 10 000 Nm

:

passi ta' 2 000 Nm

Jekk it-torque massimu tal-input ikun limitat mill-manifattur, l-aħħar pass tat-torque li għandu jitkejjel hu dak taħt dan il-massimu mingħajr kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe telf. F'dak il-każ, għandha tiġi applikata estrapolazzjoni tat-telf tat-torque sat-torque korrispondenti għal-limitazzjoni tal-manifatturi mar-rigressjoni lineari fuq il-bażi tal-passi tat-torque tal-pass tal-veloċità korrispondenti.

4.3.4   Medda ta' veloċitajiet

Il-medda tal-veloċitajiet tat-test għandha tinkludi minn veloċità tar-rota ta' 50 rpm sal-veloċità massima. Il-veloċità massima tat-test li għandha titkejjel hi ddefinita mill-veloċità massima tal-input tal-fus jew mill-veloċità massima tar-rota, skont liema waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tintlaħaq l-ewwel:

4.3.4.1 

Il-veloċità massima applikabbli tal-input tal-fus tista' tkun limitata għall-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-fus.

4.3.4.2 

Il-veloċità massima tar-rota titkejjel taħt kunsiderazzjoni tal-iżgħar dijametru applikabbli tat-tajers b'veloċità tal-vettura ta' 90 km/siegħa għat-trakkijiet u 110 km/siegħa għall-kowċis. Jekk mhuwiex iddefinit l-iżgħar dijametru applikabbli tat-tajers, għandu jkun japplika l-paragrafu 4.3.4.1.

4.3.5   Passi tal-veloċità tar-rota li għandhom jitkejlu

Il-pass tal-veloċità tar-rota għall-ittestjar għandu jkun ta' 50 rpm.

4.4   Kejl tal-mapep tat-telf tat-torque għall-fusien

4.4.1   Sekwenza ta' ttestjar tal-mappa tat-telf tat-torque

Għal kull pass tal-ispid, it-telf tat-torque għandu jitkejjel għal kull pass tat-torque tal-output minn 250 Nm 'il fuq sal-massimu u 'l isfel sal-minimu. Il-passi tal-ispid jistgħu jsiru fi kwalunkwe ordni. ►M1  Is-sekwenza tal-kejl tat-torque għandha titwettaq u tiġi rreġistrata darbtejn. ◄

Huma permessi interruzzjonijiet tas-sekwenza għall-finijiet ta' tkessiħ jew ta' tisħin.

4.4.2   Durata tal-kejl

▼M1

Id-durata tal-kejl għal punt ta' grilja individwali wieħed għandha tkun ta' 5-20 sekonda.

▼B

4.4.3   Teħid ta' medja tal-punti ta' grilja

▼M1

Għandha tittieħed medja għal medja aritmetika tal-valuri rreġistrati għal kull punt ta' grilja fi ħdan l-intervall ta' 5-20 sekonda skont il-punt 4.4.2.

▼B

Għall-erba' intervalli kollha kemm huma li tittieħed il-medja tal-punti ta' grilja tal-ispid u tat-torque korrispondenti tagħhom miż-żewġ sekwenzi mkejla kemm 'il fuq kif ukoll 'l isfel, għandha tittieħed medja għal medja aritmetika u dawn għandhom jirriżultaw f'valur wieħed tat-telf tat-torque.

4.4.4

It-telf tat-torque (fin-naħa tal-input) tal-fus għandu jiġi kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

Tloss

=

It-telf tat-torque tal-fus fuq in-naħa tal-input [Nm]

Tin

=

It-torque tal-input [Nm]

igear

=

Il-proporzjon tal-gerijiet tal-fus [-]

Tout

=

It-torque tal-output [Nm]

4.4.5

Validazzjoni tal-kejl

▼M1

4.4.5.1

Il-valuri medji tal-veloċità għal kull punt ta' grilja (intervall ta' 5-20 s) m'għandhomx jiddevjaw mill-valuri programmati b'iktar minn ± 5 rpm għall-veloċità tal-output.

▼B

4.4.5.2

Il-valuri medji tat-torque tal-output kif deskritti taħt 4.4.3 għal kull punt ta' grilja m'għandhomx jiddevjaw b'iktar minn ± 20 Nm jew ± 1 % mill-valur programmat tat-torque għall-punt ta' grilja korrispondenti, skont liema jkun l-ogħla valur.

4.4.5.3

Jekk il-kriterji speċifikati hawn fuq ma jkunux issodisfati, il-kejl ikun null. F'dan il-każ, il-kejl għall-pass sħiħ affettwat tal-veloċità għandu jiġi ripetut. Wara li jgħaddi l-kejl ripetut, id-data għandha tiġi kkonsolidata.

4.4.6

Kalkolu tal-inċertezza

L-inċertezza totali UT,loss tat-telf tat-torque għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-parametri li ġejjin:

i. 

Effett tat-temperatura

ii. 

Tagħbijiet parasitiċi

iii. 

Inċertezza (inkl. tolleranza tas-sensittività, linearità, istereżi u ripetibbiltà)

L-inċertezza totali tat-telf tat-torque (UT,loss) hi bbażata fuq l-inċertezzi tas-sensuri fil-livell ta' fiduċja ta' 95 %. Il-kalkolu għandu jsir għal kull sensur applikat (eż. tifsila ta' tliet magni: UT,in, UT,out,1, UTout,2) bħala l-għerq kwadrat tas-somma tal-kwadri (“il-liġi ta' Gauss tal-propagazzjoni tal-errur”).

image

image

image

image

image

image

wpara = senspara * ipara

fejn:

UT,in/out

=

L-inċertezza tal-kejl tat-telf tat-torque tal-input / tal-output b'mod separat għat-torque tal-input u tal-output; [Nm]

igear

=

Il-proporzjon tal-gerijiet tal-fus [-]

UTKC

=

L-inċertezza mill-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal kurrenti tat-torque; [Nm]

wtkc

=

L-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal kurrenti tat-torque għal kull Kref, iddikjarata mill-manifattur tas-sensur; [%]

UTK0

=

L-inċertezza mill-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque żero (relatat mat-torque nominali) [Nm]

wtk0

=

L-influwenza tat-temperatura fuq is-sinjal tat-torque żero għal kull Kref (relatat mat-torque nominali), iddikjarata mill-manifattur tas-sensur; [%]

Kref

=

Medda tat-temperaturi ta' referenza għal tkx u għal tk0, iddikjarata mill-manifattur tas-sensur; [oC]

ΔK

=

Differenza assoluta fit-temperatura tas-sensur imkejla fis-sensur tattorque bejn il-kalibrar u l-kejl; Jekk it-temperatura tas-sensur ma tistax titkejjel, għandu jintuża valur prestabbilit ta' ΔK =15K [oC]

Tc

=

Il-valur tat-torque kurrenti / mkejjel fis-sensur tat-torque; [Nm]

Tn

=

Il-valur nominali tat-torque tas-sensur tat-torque; [Nm]

Ucal

=

L-inċertezza mill-kalibrar tas-sensur tat-torque; [Nm]

wcal

=

L-inċertezza relattiva tal-kalibrar (relatata mat-torque nominali); [%]

kcal

=

il-fattur ta' avvanzament tal-kalibrar (jekk iddikjarat mill-manifattur tas-sensur, inkella = 1)

Upara

=

L-inċertezza mit-tagħbijiet parasitiċi; [Nm]

wpara

=

senspara * ipara

L-influwenza relattiva tal-forzi u tat-torques tal-liwi kkaġunati minn allinjament ħażin

senspara

=

L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi għal sensur tat-torque speċifiku ddikjarat mill-manifattur tas-sensur [%[; jekk il-manifattur tas-sensur ma jiddikjara ebda valur speċifiku għat-tagħbijiet parasitiċi, il-valur għandu jiġi ssettjat għal 1.0 %.

ipara

=

L-influwenza massima tat-tagħbijiet parasitiċi għal sensur tat-torque speċifiku skont il-kompożizzjoni tat-test kif indikat fit-taqsima 4.2.3 u 4.2.4 ta' dan l-Anness.

4.4.7

Valutazzjoni tal-inċertezza totali tat-telf tat-torque

Fil-każ li l-inċertezzi kkalkolati UT,in/out ikunu inqas mil-limiti li ġejjin, it-telf tat-torque rrapportat Tloss,rep għandu jitqies li hu daqs it-telf tat-torque mkejjel Tloss .

UT,in : 7.5 Nm jew 0.25 % tat-torque mkejjel, skont liema valur tal-inċertezza permess ikun l-ogħla

UT,out : 15 Nm jew 0.25 % tat-torque mkejjel, skont liema valur tal-inċertezza permess ikun l-ogħla

Fil-każ ta' inċertezzi kkalkolati ogħla, il-parti tal-inċertezza kkalkolata li taqbeż il-limiti speċifikati hawn fuq għandha tiżdied ma' Tloss għat-telf tat-torque rrapportat Tloss,rep kif ġej:

Jekk jinqabżu l-limiti ta' UT,in :

Tloss,rep = Tloss + ΔUTin
ΔUT,in = MIN((UT,in – 0.25 % * Tc) jew (UT,in – 7.5 Nm))

Jekk jinqabżu l-limiti ta' UT,out :

Tloss,rep = Tloss + ΔUT,out /igear
ΔUT,out = MIN((UT,out – 0.25 % * Tc) jew (UT,out – 15Nm))

fejn:

UT,in/out

=

L-inċertezza tal-kejl tat-telf tat-torque tal-input / tal-output b'mod separat għat-torque tal-input u tal-output; [Nm]

igear

=

Il-proporzjon tal-gerijiet tal-fus [-]

ΔUT

=

Il-parti tal-inċertezza kkalkolata li taqbeż il-limiti speċifikati

4.4.8

Komplement tad-data tal-mappa tat-telf tat-torque

4.4.8.1

Jekk il-valuri tat-torque jaqbżu l-limitu superjuri tal-medda, għandha tiġi applikata l-estrapolazzjoni. Għall-estrapolazzjoni, għandu jiġi applikat il-pendil tar-rigressjoni lineari bbażat fuq il-punti mkejla kollha tat-torque għall-pass tal-veloċità korrispondenti.

4.4.8.2

Għall-valuri tal-medda tat-torque tal-output inqas minn 250 Nm, għandhom jiġu applikati l-valuri tat-telf tat-torque tal-punt ta' 250 Nm.

4.4.8.3

Għal rpm tal-veloċità tar-rota ta' 0 rpm, għandhom jiġu applikati l-valuri tat-telf tat-torque tal-pass tal-veloċità ta' 50 rpm.

4.4.8.4

Għal torques tal-input negattivi (eż. inerzja, dawrien liberu), għandu jiġi applikat il-valur tat-telf tat-torque mkejjel għat-torque tal-input pożittiv relatat.

▼M1

4.4.8.5

Fil-każ ta' fus tandem, il-mappa tat-telf tat-torque kombinata għaż-żewġ fusien għandha tiġi kkalkolata mir-riżultati tat-testijiet għall-fusien singoli fuq in-naħa tal-input. It-torques tal-input għandhom jiġu miżjuda wkoll

Tloss,rep,tdm = Tloss,rep, 1 + Tloss,rep, 2

Tin,tdm = Tin, 1 + Tin, 2

▼B

5.   Konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

5.1.

Kull tip ta' fus approvat b'konformità ma' dan l-Anness għandu jkun immanifatturat b'tali mod li jikkonforma, fir-rigward tad-deskrizzjoni kif mogħtija fil-formola taċ-ċertifikazzjoni u fl-annessi għaliha, mat-tip approvat. Il-proċeduri tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu konformi ma' dawk stipulati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2007/46/KE.

5.2.

Il-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vverifikata fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat stipulat fl-Appendiċi 1 għal dan l-Anness u fil-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan il-paragrafu.

5.3.

Il-manifattur għandu jittestja ta' kull sena tal-inqas in-numru ta' fusien indikat fit-Tabella 1 fuq il-bażi tan-numri tal-produzzjoni annwali. Għall-finijiet ta' stabbiliment tan-numri tal-produzzjoni, huma biss fusien li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament li għandhom jiġu kkunsidrati.

5.4.

Kull fus li jiġi ttestjat mill-manifattur għandu jkun rappreżentattiv għal familja speċifika.

5.5.

In-numru ta' familji ta' fusien ta' riduzzjoni waħdiena (SR) u ta' fusien oħra li għalihom għandhom isiru t-testijiet hu muri fit-Tabella 1.



Tabella 1

Daqs tal-kampjun għall-ittestjar tal-konformità

Numru tal-produzzjoni

Numru tat-test għall-fusien SR

Numru ta' testijiet għal fusien oħra apparti SR

0 – 40 000

2

1

40 001 – 50 000

2

2

50 001 – 60 000

3

2

60 001 – 70 000

4

2

70 001 – 80 000

5

2

80 001 u iktar

5

3

5.6.

Dejjem għandhom jiġu ttestjati ż-żewġ familji ta' fusien bl-ogħla volumi ta' produzzjoni. Il-manifattur għandu jiġġustifika (eż. billi juri n-numri tal-bejgħ) lill-awtorità tal-approvazzjoni n-numru ta' testijiet li jkunu saru u l-għażla tal-familji. Il-familji li jifdal li għalihom ikunu se jsiru t-testijiet għandhom ikunu miftiehma bejn il-manifattur u l-awtorità tal-approvazzjoni.

5.7.

Għall-finijiet tal-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tidentifika flimkien mal-manifattur it-tip(i) ta' fusien li se jiġi/u ttestjat(i). L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li t-tip(i) ta' fus magħżul(in) hu(ma) mmanifatturat(i) skont l-istess standards bħall-produzzjoni tas-serje.

5.8.

Jekk ir-riżultat ta' test imwettaq b'konformità mal-punt 6 ikun ogħla minn dak speċifikat fil-punt 6.4, għandhom jiġu ttestjati tliet fusien addizzjonali mill-istess familja. Jekk tal-inqas teħel waħda minnhom, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

6.   Ittestjar tal-konformità tal-produzzjoni

6.1

Għall-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, għandu jkun japplika wieħed mill-metodi li ġejjin qabel il-ftehim bejn l-awtorità tal-approvazzjoni u l-applikant għal ċertifikat:

a) 

Il-kejl tat-telf tat-torque skont dan l-Anness billli tiġi segwuta l-proċedura sħiħa limitata għall-punti ta' grilja deskritti f'6.2.

▼C1

b) 

Il-kejl tat-telf tat-torque skont dan l-Anness billi tiġi segwuta l-proċedura sħiħa limitata għall-punti ta' grilja deskritti f'6.2, b'eċċezzjoni tal-proċedura tar-running in. Biex tiġi kkunsidrata l-karatteristika tar-running in ta' fus, jista' jiġi applikat koeffiċjent ta' korrezzjoni. Dan il-fattur għandu jiġi ddeterminat skont ġudizzju inġiniriku tajjeb u bil-qbil tal-awtorità tal-approvazzjoni.

c) 

Kejl tar-reżistenza tal-arja skont il-paragrafu 6.3. Il-manifattur għandu jagħżel proċedura tar-running in skont ġudizzju inġiniriku tajjeb sa 100 siegħa.

▼B

6.2

Jekk il-konformità tal-valutazzjoni tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil issir skont 6.1. a) jew b), il-punti ta' grilja għal dan il-kejl huma limitati għal 4 punti ta' grilja mill-mappa tat-telf tat-torque approvata.

6.2.1

Għal dak l-għan, il-mappa tat-telf tat-torque sħiħa tal-fus li għandu jiġi ttestjat għall-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi segmentata fi tliet meded ekwidistanti tal-veloċità u fi tliet meded tat-torque biex jiġu ddefiniti disa' erjas ta' kontroll kif muri fil-figura 2.

▼M1

Figura 2

Il-medda tal-veloċità u tat-torque għall-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2

image

▼B

6.2.2

Għall-erba' erjas ta' kontroll, għandu jingħażel, jitkejjel u jiġi evalwat punt wieħed skont il-proċedura sħiħa kif deskritta fit-taqsima 4.4. Kull punt ta' kontroll għandu jingħażel bil-mod li ġej:

(i) 

L-erjas ta' kontroll għandhom jingħażlu skont il-linja tal-fusien:

— 
il-fusien SR inklużi l-kombinazzjonijiet tandem: L-erjas ta' kontroll 5, 6, 8 u 9
— 
il-fusien HR inklużi l-kombinazzjonijiet tandem: L-erjas ta' kontroll 2, 3, 4 u 5
(ii) 

Il-punt magħżul għandu jkun jinsab fiċ-ċentru tal-erja li tirreferi għall-medda tal-veloċità u għall-medda applikabbli tat-torque għall-veloċità korrispondenti.

(iii) 

Biex ikun hemm punt korrispondenti għat-tqabbil mal-mappa tat-telf imkejla għaċ-ċertifikazzjoni, il-punt magħżul għandu jiċċaqlaq lejn l-eqreb punt imkejjel mill-mappa approvata.

6.2.3

Għal kull punt imkejjel tat-test tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil u għall-punt korrispondenti tiegħu tal-mappa tat-tip approvat, l-effiċjenza għandha tiġi kkalkolata permezz ta':

image

fejn:

ηi

=

L-effiċjenza tal-punt ta' grilja minn kull erja ta' kontroll individwali 1 sa 9

Tout

=

It-torque tal-output [Nm]

Tin

=

It-torque tal-input [Nm]

iaxle

=

il-proporzjon tal-fus [-]

6.2.4

L-effiċjenza medja tal-erja ta' kontroll għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

Għal fusien SR:

image

image

image

Għal fusien HR:

image

image

image

fejn:

ηavr,low speed

=

l-effiċjenza medja għall-veloċità baxxa

ηavr,mid speed

=

l-effiċjenza medja għall-veloċità medja

ηavr,high speed

=

l-effiċjenza medja għall-veloċità għolja

ηavr,total

=

l-effiċjenza medja ssimplifikata għall-fus

▼C1

6.2.5

Jekk il-konformità tal-valutazzjoni tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil issir b'konformità ma' 6.1. c), it-torque tar-reżistenza tal-arja tal-fus referenzjarju tal-familja li għaliha jappartjeni l-fus ittestjat għandu jiġi ddeterminat matul iċ-ċertifikazzjoni. Dan jista' jsir qabel il-proċedura tar-running in jew wara l-proċedura tar-running in skont il-paragrafu 3.1 jew b'estrapolazzjoni lineari tal-valuri kollha tal-mappa tat-torque għal kull pass tal-veloċità 'l isfel lejn 0 Nm.

▼B

6.3

Determinazzjoni tat-torque tar-reżistenza tal-arja

6.3.1

Għad-determinazzjoni tat-torque tar-reżistenza tal-arja ta' fus, hu meħtieġ li ssir kompożizzjoni ssimplifikata tat-test b'magna elettrika waħda u b'sensur wieħed tat-torque fuq in-naħa tal-input.

6.3.2

Għandhom ikunu japplikaw il-kundizzjonijiet tat-test skont il-paragrafu 4.1. Il-kalkolu tal-inċertezza rigward it-torque jista' jitħalla barra.

6.3.3

It-torque tar-reżistenza tal-arja għandu jitkejjel fil-medda tal-veloċità tat-tip approvat skont il-paragrafu 4.3.4 b'kunsiderazzjoni tal-passi tal-veloċità skont 4.3.5.

6.4.

Il-konformità tal-valutazzjoni tat-test tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

6.4.1

Test tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil jgħaddi meta tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(a) 

Jekk isir kejl tat-telf tat-torque skont il-punti 6.1.(a) jew (b), l-effiċjenza medja tal-fus ittestjat matul il-konformità tal-proċedura tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil m'għandhiex tkun inqas minn 1,5 % fil-każ tal-fusien SR u minn 2,0 % għal-linji tal-fusien kollha l-oħra taħt l-effiċjenza medja korrispondenti tal-fus tat-tip approvat.

(b) 

Jekk isir kejl tat-torque tar-reżistenza tal-arja skont il-punt 6.1(c), it-torque tar-reżistenza tal-arja tal-fus ittestjat matul il-proċedura tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tkun inqas mit-torque tar-reżistenza tal-arja korrispondenti tal-fus tat-tip approvat jew fi ħdan it-tolleranza fit-Tabella 2.

▼B



Tabella 2

▼C1

Linja tal-fusien

Tolleranzi għall-fusien imkejla fis-CoP wara r-running in

Tqabbil ma' Td0

Tolleranzi għall-fusien imkejla fis-CoP mingħajr running in

Tqabbil ma' Td0

għal i

tolleranza

Td0_input

[Nm]

għal i

tolleranza

Td0_input

[Nm]

għal i

tolleranza

Td0_input

[Nm]

għal i

tolleranza

Td0_input

[Nm]

▼B

SR

≤ 3

15

> 3

12

≤ 3

25

> 3

20

SRT

≤ 3

16

> 3

13

≤ 3

27

> 3

21

PA

≤ 6

11

> 6

10

≤ 6

18

> 6

16

HR

≤ 7

10

> 7

9

≤ 7

16

> 7

15

HRT

≤ 7

11

> 7

10

≤ 7

18

> 7

16

i

=

proporzjon tal-gerijiet




Appendiċi 1

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KOMPONENT, TA' UNITÀ TEKNIKA JEW SISTEMA SEPARATA

Format massimu: A4 (210 x 297 mm)

ĊERTIFIKAT DWAR IL-PROPRJETAJIET RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TA' FAMILJA TAL-FUS



Timbru tal-amministrazzjoni

— l-għoti (1)

— l-estensjoni (1)

— ir-rifjut (1)

— l-irtirar (1)

Komunikazzjoni dwar:

(1)   Ħassar meta mhux applikabbli (hemm każijiet li fihom ma jkun meħtieġ li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn entrata waħda)

ta' ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' familja tal-fusien b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400, kif emendat l-aħħar bi …

Numru ta' ċertifikazzjoni:

Hash:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2

Tip:

0.3

Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-fus

0.3.1

Fejn jinsab il-markar:

0.4

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.5

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE:

0.6

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.7

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm)

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.

Awtorità tal-approvazzjoni responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test

4.

Numru tar-rapport tat-test

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum

6.

Post

7.

Data

8.

Firma

Dokumenti mehmużin:

1. 

Dokument ta' informazzjoni

2. 

Rapport tat-test




Appendiċi 2

Dokument ta' informazzjoni dwar il-fus



Dokument ta' informazzjoni nru:

Suġġett:

Data tal-ħruġ:

Data tal-Emenda:

skont …

▼M1

Tip/familja tal-fus (jekk applikabbli):

▼B

0.   ĠENERALI

0.1

Isem u indirizz tal-manifattur

0.2

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.3

Tip ta' fus:

0.4

Familja tal-fus (jekk applikabbli):

0.5

Tip tal-fus bħala unità teknika separata / Familja tal-fus bħala unità teknika separata

0.6

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli):

0.7

Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat fuq il-fus:

0.8

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' ċertifikazzjoni:

0.9

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.10

Isem u indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur:

PARTI 1

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAT-FUS (REFERENZJARJA) U T-TIPI TA' FUS FI ĦDAN FAMILJA TAL-FUS



 

Fus referenzjarju

Membru tal-familja

 

 

jew tip ta' fus

#1

#2

#3

 

 

▼M1 —————

▼B

1.0   INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA DWAR IL-FUS



1.1

Linja tal-fusien (SR, HR, SP, SRT, HRT)

 

 

1.2

Proporzjon tal-gerijiet tal-fus

 

 

1.3

Ħawsing tal-fus (numru / ID / tpinġija)

 

 

1.4

Speċifikazzjonijiet tal-gerijiet

 

 

 

1.4.1

Dijametru tar-rota kuruna; [mm]

 

 

 

 

1.4.2

Pinion ta' spustar vertikali / rota kuruna; [mm]

 

 

 

 

 

1.4.3

Angolu tal-pinion fir-rigward tal-pjan orizzontali; [o]

1.4.4

Għal fusien tal-portal biss:

Angolu bejn il-fus tal-pinion u l-fus tar-rota kuruna; [o]

1.4.5

Numru ta' snien tal-pinion

1.4.6

Numru ta' snien tal-ger kuruna

1.4.7

Spustar orizzontali tal-pinion; [mm]

1.4.8

Spustar orizzontali tar-rota kuruna; [mm]

1.5

Volum taż-żejt; [cm3]

1.6

Livell taż-żejt; [mm]

1.7

Speċifikazzjoni taż-żejt

1.8

Tip ta' bering (numru / ID / tpinġija)

1.9

Tip ta' siġill (dijametru prinċipali, numru tal-lip); [mm]

1.10.

Truf tar-roti (numru / ID / tpinġija)

1.10.1

Tip ta' bering (numru / ID / tpinġija)

1.10.2

Tip ta' siġill (dijametru prinċipali, numru tas-saff); [mm]

1.10.3

Tip ta' grass

1.11.

Numru ta' gerijiet planetarji / maqtugħin dritti

1.12

L-iżgħar wisa' tal-gerijiet planetarji/ maqtugħin dritti; [mm]

1.13

Proporzjon tal-gerijiet tar-riduzzjoni tal-buttun

LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA



Nru.:

Deskrizzjoni:

Data tal-ħruġ:

1

2

 




Appendiċi 3

Kalkolu tat-telf standard tat-torque

It-telf standard tat-torque għall-fusien hu muri fit-Tabella 1. Il-valuri tat-tabella standard jikkonsistu fis-somma ta' valur tal-effiċjenza ġenerika kostanti li jkopri t-telf dipendenti mit-tagħbija u telf bażiku ġeneriku tat-torque tar-reżistenza tal-arja biex jiġi kopert it-telf tar-reżistenza tal-arja b'tagħbijiet baxxi.

Il-fusien tandem għandhom jiġu kkalkolati bl-użu ta' effiċjenza kombinata għal fus inkluż fus drive-thru (SRT, HRT) flimkien mal-fus waħdieni li jaqbel (SR, HR).



Tabella 1

Effiċjenza ġenerika u telf tar-reżistenza tal-arja

Funzjoni bażika

Effiċjenza ġenerika

η

Torque tar-reżistenza tal-arja

(naħa tar-rota)

Td0 = T0 + T1 * igear

Fus waħdieni ta' riduzzjoni (SR)

0.98

T 0 = 70 Nm

T 1 = 20 Nm

Fus tandem waħdieni ta' riduzzjoni (SRT) /

fus waħdieni tal-portal

0.96

T 0 = 80 Nm

T 1 = 20 Nm

Fus ta' riduzzjoni tal-buttun (HR)

0.97

T 0 = 70 Nm

T 1 = 20 Nm

Fus tandem ta' riduzzjoni tal-buttun (HRT)

0.95

T 0 = 90 Nm

T 1 = 20 Nm

It-torque bażiku tar-reżistenza tal-arja (naħa tar-rota) Td0 hu kkalkolat permezz ta'

Td0 = T0 + T1 * igear

bl-użu tal-valuri mit-Tabella 1.

It-telf standard tat-torque Tloss,std fuq in-naża tar-rota tal-fus hu kkalkolat permezz ta'

image

fejn:

Tloss,std

=

It-telf standard tat-torque fin-naħa tar-rota [Nm]

Td0

=

It-torque bażiku tar-reżistenza tal-arja fuq il-medda sħiħa tal-veloċità [Nm]

igear

=

Il-proporzjon tal-gerijiet tal-fus [-]

η

=

L-effiċjenza ġenerika għat-telf dipendenti fuq it-tagħbija [-]

Tout

=

It-torque tal-output [Nm]




Appendiċi 4

Kunċett tal-Familja

1.

L-applikant għal ċertifikat għandu jissottometti lill-awtorità tal-approvazzjoni applikazzjoni għal ċertifikat għal familja tal-fus fuq il-bażi tal-kriterji tal-familja kif indikati fil-paragrafu 3.

Familja tal-fus hi kkaratterizzata mill-parametri tad-disinn u tal-prestazzjoni. Dawn għandhom ikunu komuni għall-fusien kollha fi ħdan il-familja. Il-manifattur tal-fus jista' jiddeċiedi dwar liema fus jappartjeni għal familja tal-fus, dment li jiġu rrispettati l-kriterji tal-familja tal-paragrafu 4. Minbarra l-parametri elenkati fil-paragrafu 4, il-manifattur tal-fus jista' jintroduċi kriterji addizzjonali li jippermettu d-definizzjoni ta' familji ta' daqs aktar ristrett. Dawn il-parametri mhumiex neċessarjament parametri li jkollhom influwenza fuq il-livell tal-prestazzjoni. Il-familja tal-fus għandha tiġi approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni. Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni l-informazzjoni xierqa relatata mal-prestazzjoni tal-membri tal-familja tal-fus.

2.

Każijiet speċjali

F'ċerti każijiet jista' jkun hemm azzjoni reċiproka bejn il-parametri. Dan għandu jitqies sabiex jiġi żgurat li fusien b'karatteristiċi simili biss jiġu inklużi fl-istess familja tal-fus. Dawn il-każijiet għandhom jiġu identifikati mill-manifattur u jiġu nnotifikati lill-awtorità tal-approvazzjoni. Imbagħad dan għandu jitqies bħala kriterju biex tinħoloq familja tal-fus ġdida.

Fil-każ ta' parametri li mhumiex elenkati fil-paragrafu 3 u li għandhom influwenza qawwija fuq il-livell tal-prestazzjoni, dawn il-parametri għandhom jiġu identifikati mill-manifattur fuq il-bażi ta' prattika tal-inġinerija tajba, u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità tal-approvazzjoni.

3.

Parametri li jiddefinixxu familja tal-fus:

3.1   Kategorija tal-fus

(a) 

Fus waħdieni ta' riduzzjoni (SR)

(b) 

Fus ta' riduzzjoni tal-buttun (HR)

(c) 

Fus waħdieni tal-portal (SP)

(d) 

Fus tandem waħdieni ta' riduzzjoni (SRT)

(e) 

Fus tandem ta' riduzzjoni tal-buttun (HRT)

(f) 

L-istess ġeometrija tal-ħawsing tal-fus intern bejn il-berings tad-differenxjal u l-pjan orizzontali taċ-ċentru tax-xaft tal-pinion skont l-ispeċifikazzjoni tat-tpinġija (ħlief għal fusien waħdiena tal-portal (SP)). Tibdiliet fil-ġeometrija odvuti għal integrazzjoni fakultattiva ta' lokk tad-differenxjal huma permessi fi ħdan l-istess familja tal-fusien. Fil-każ ta' kejsings tal-fus invertiti bil-mera, il-fusien invertiti bil-mera jistgħu jiġu kkombinati fl-istess familja tal-fus bħall-fusien oriġinali, għar- raġuni li s-settijiet ta' gerijiet koniċi huma adattati għad-direzzjoni l-oħra tal-mixi (tibdil fid-direzzjoni spirali).

▼M1

(g) 

Dijametru tar-rota kuruna (+ 1,5 %/– 8 % ref. għall-akbar dijametru tat-tpinġija)

▼B

(h) 

Pinion ta' spustar ipojde vertikali/rota kuruna fi ħdan ± 2 mm

(i) 

Fil-każ ta' fusien waħdiena tal-portal (SP): Angolu tal-pinion fir-rigward tal-pjan orizzontali fi ħdan ± 5°

(j) 

Fil-każ ta' fusien waħdiena tal-portal (SP): Angolu bejn il-fus tal-pinion u l-fus tar-rota kuruna fi ħdan ± 3.5°

(k) 

Fil-każ ta' fusien ta' riduzzjoni tal-buttun u fusien waħdiena tal-portal (HR, HRT, FHR, SP): L-istess numru ta' gerijiet planetarji u ta' gerijiet maqtugħin dritti

▼M1

(l) 

Proporzjon tal-gerijiet ta' kull pass tal-gerijiet fi ħdan fus f'medda ta' 2, dment li jinbidel sett wieħed biss ta' gerijiet

▼B

(m) 

Livell taż-żejt fi ħdan ±10mm jew volum taż-żejt ta' ± 0.5 litru b'riferiment għall-ispeċifikazzjoni tat-tpinġikja u għall-pożizzjoni tal-installazzjoni fil-vettura

(n) 

L-istess grad tal-viskożità tat-tip ta' żejt (mili mill-fabbrika rakkomandat)

(o) 

Għall-berings kollha: l-istess dijametru taċ-ċirku tat-tidwir/taż-żliq tal-bering (intern/estern) u wisa' fi ħdan ± 2 mm ref. għat-tpinġija

▼M1 —————

▼B

4.

Għażla tal-fus referenzjarju:

4.1

Il-fus referenzjarju fi ħdan familja tal-fus hu ddeterminat bħala l-fus bl-ogħla proporzjon tal-fus. F'każ ta' iktar minn żewġ fusien li jkollhom l-istess proporzjon tal-fus, il-manifattur għandu jipprovdi analiżi biex jiddetermina l-fus tal-agħar xenarju bħala l-fus referenzjarju.

4.2.

L-awtorità tal-approvazzjoni tista' tikkonkludi li l-agħar xenarju tat-telf tat-torque tal-familja jista' jiġi kkaratterizzat l-aħjar billi jiġu ttestjati fusien oħra. F'dan il-każ, il-manifattur tal-fus għandu jissottometti l-informazzjoni xierqa biex jiġi ddeterminat l-fus fi ħdan il-familja li jkun probabbli li jkollu l-ogħla livell ta' telf tat-torque.

4.3.

Jekk il-fusien fi ħdan il-familja jinkorporaw karatteristiċi oħra li jistgħu jitqiesu li jaffettwaw it-telf tat-torque, dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu identifikati u meħuda f'kunsiderazzjoni wkoll fl-għażla tar-referenzjarji.




Appendiċi 5

Markar u enumerazzjoni

1.   Markar

Fil-każ ta' fus li jkun tat-tip approvat skont dan l-Anness, il-fus għandu jkollu mmarkati fuqu:

▼M1

1.1 

L-isem jew it-trademark tal-manifattur

▼B

1.2 

L-għamla u l-indikazzjoni tat-tip ta' identifikazzjoni kif irreġistrati fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 0.2 u 0.3 tal-Appendiċi 2 għal dan l-Anness

1.3 

Il-marka ta' ċertifikazzjoni bħala rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat:

1 għall-Ġermanja;
2 għal Franza;
3 għall-Italja;
4 għan-Netherlands;
5 għall-Iżvezja;
6 għall-Belġju;
7 għall-Ungerija;
8 għar-Repubblika Ċeka;
9 għal Spanja;
11 għar-Renju Unit;
12 għall-Awstrija;
13 għal-Lussemburgu;
17 għall-Finlandja;
18 għad-Danimarka;
19 għar-Rumanija;
20 għall-Polonja;
21 għall-Portugall;
23 għall-Greċja;
24 għall-Irlanda;
25 għall-Kroazja;
26 għas-Slovenja;
27 għas-Slovakkja;
29 għall-Estonja;
32 għal-Latvja;
34 għall-Bulgarija;
36 għal-Litwanja;
49 għal Ċipru;
50 għal Malta

1.4

Ħdejn ir-rettangolu, il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll “numru bażi ta' ċertifikazzjoni” kif speċifikat għat-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament u minn karattru “L” li jindika li ngħata ċ-ċertifikat għal fus.

Għal dan ir-Regolament, in-numru tas-sekwenza għandu jkun 00.

1.4.1   Eżempju u dimensjonijiet tal-marka ta' ċertifikazzjoni

image

Il-marka ta' ċertifikazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' fus turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Polonja (e20), skont dan ir-Regolament. L-ewwel żewġ ċifri (00) jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament. L-ittra segwenti tindika li ċ-ċertifikat inħareġ għal fus (L). L-aħħar erba' figuri (0004) huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għall-fus bħala n-numru taċ-ċertifikazzjoni bażi.

1.5

Fuq talba tal-applikant għaċ-ċertifikat u wara l-ftehim minn qabel mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jistgħu jintużaw daqsijiet oħrajn tat-tipa apparti dawk indikati fil-punt 1.4.1. Dawk id-daqsijiet oħrajn tat-tipa għandhom jibqgħu jinqraw b'mod ċar.

1.6

Il-markar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istikers iridu jkunu durabbli tul il-ħajja operattiva tal-fus u jridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. Il-manifattur għandu jiżgura li l-markar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istiker ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jinqerdu jew jitgħarrqu.

1.7

In-numru ta' ċertifikazzjoni għandu jkun viżibbli meta l-fus jiġi installat fuq il-vettura u għandu jitwaħħal ma' parti tal-magna neċessarja għat-tħaddim normali u li normalment ma jkunx meħtieġ li tinbidel tul il-ħajja tal-komponent.

2.   Enumerazzjoni

▼M1

2.1.

Numru taċ-ċertifikazzjoni għall-fusien għandu jkun jinkludi dawn li ġejjin:

eX*YYYY/YYYY*ZZZZ/ZZZZ*L*0000*00



Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Ittra addizzjonali għat-taqsima 3

Taqsima 4

Taqsima 5

Indikazzjoni tal-pajjiż li joħroġ iċ-ċertifikat

Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-HDV rigward is-CO2 (2017/2400)

Regolament emendatorju l-aktar riċenti (ZZZZ/ZZZZ)

L = Fus

Numru taċ-ċertifikazzjoni bażi 0000

Estensjoni 00

▼B




Appendiċi 6

Parametri tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

Introduzzjoni

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-lista ta' parametri li jridu jiġu pprovduti mill-manifattur tal-komponent bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-iskema XML applikabbli kif ukoll id-data ta' eżempju huma disponibbli fil-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata.

Definizzjonijiet

▼M1

(1)

“ID tal-Parametru”:Identifikatur uniku kif użat fl-għodda ta' simulazzjoni għal parametru speċifiku tal-input jew għal sett ta' data tal-input

▼B

(2)

“Tip”:

Tip ta' data tal-parametru

sensiela ta' karattri …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1

token …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1, ebda spazju abjad fil-bidu/fl-aħħar

data …

data u ħin f'ħin UTC fil-format: SSSS-XX-JJ T SS:MM:SS Z bl-ittri bil-korsiv li jiddenotaw karattri fissi eż. “2002-05-30T09:30:10Z”

numru sħiħ …

valur b'tip ta' data integrali, ebda żero fil-bidu, eż. “1800”

doppju, X …

numru frazzjonali b'X figuri bl-eżatt wara l-punt deċimali (“.”) u ebda żero fil-bidu, eż. għal “doppju, 2': “2345.67”; għal “doppju, 4”: “45.6780”

(3)

“Unità” …unità fiżika tal-parametru

Sett ta' parametri tal-input



Tabella 1

Parametri tal-input “Axlegear/General”

▼C1

Isem tal-parametru

ID Param

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P215

token

[-]

 

Model

P216

token

[-]

 

▼M1

CertificationNumber

P217

token

[-]

 

▼C1

Date

P218

dataTime

[-]

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent

AppVersion

P219

token

[-]

 

LineType

P253

string

[-]

Valuri permessi: “Single reduction axle”, “Single portal axle”, “Hub reduction axle”, “Single reduction tandem axle”, “Hub reduction tandem axle”

Ratio

P150

double, 3

[-]

 

CertificationMethod

P256

string

[-]

Valuri permessi: “Measured”, “Standard values”



Tabella 2

Parametri tal-input “Axlegear/LossMap” għal kull punt ta' grilja fil-mappa tat-telf

Isem tal-parametru

ID Param

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

InputSpeed

P151

double, 2

[1/min]

 

InputTorque

P152

double, 2

[Nm]

 

TorqueLoss

P153

double, 2

[Nm]

 

▼B




ANNESS VIII

VERIFIKA TAD-DATA DWAR IR-REŻISTENZA TAL-ARJA

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċedura tat-test għall-verifika tad-data dwar ir-reżistenza tal-arja.

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Apparat ajrudinamiku attiv” tfisser miżuri li huma attivati b'unità ta' kontroll biex titnaqqas ir-reżistenza tal-arja tal-vettura sħiħa.

(2) 

“Aċċessorji ajrudinamiċi” tfisser apparati fakultattivi li għandhom l-iskop li jinfluwenzaw il-fluss tal-arja madwar il-vettura sħiħa.

(3) 

“Pilastru A” tfisser il-konnessjoni bi struttura ta' appoġġ bejn is-saqaf tal-kabina u l-paratija ta' quddiem.

(4) 

“Karozzerija f'ġeometrija bajda” tfisser l-istruttura ta' appoġġ inkl. il-windshield tal-kabina.

(5) 

“Pilastru B” tfisser il-konnessjoni bi struttura ta' appoġġ bejn l-art tal-kabina u s-saqaf tal-kabina f'nofs il-kabina.

(6) 

“Qiegħ tal-kabina” tfisser l-istruttura ta' appoġġ tal-art tal-kabina.

(7) 

“Sovraqafas tal-kabina” tfisser id-distanza mill-qafas sa punt ta' referenza tal-kabina fiz-Z vertikali. Id-distanza titkejjel minn fuq il-qafas orizzontali sal-punt ta' referenza tal-kabina fiz-Z vertikali.

(8) 

“Punt ta' referenza tal-kabina” tfisser il-punt ta' referenza (X/Y/X = 0/0/0) mis-sistema ta' koordinati CAD tal-kabina jew minn punt definit biċ-ċar tal-pakkett tal-kabina eż. punt tal-għarqub.

(9) 

“Wisa' tal-kabina” tfisser id-distanza orizzontali tal-pilastru B tax-xellug u tal-lemin tal-kabina.

(10) 

“Test tal-ispid kostanti” tfisser il-proċedura ta' kejl li għandha titwettaq fuq korsa tat-testijiet biex tiġi ddeterminata r-reżistenza tal-arja.

(11) 

“Sett tad-data” tfisser id-data rreġistrata matul passaġġ wieħed ta' taqsima ta' kejl.

(12) 

“EMS” tfisser is-Sistema Modulari Ewropea (EMS) b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE.

(13) 

“Għoli tal-qafas” tfisser id-distanza taċ-ċentru tar-rota sal-quċċata tal-qafas orizzontali f'Z.

(14) 

“Punt tal-għarqub” tfisser il-punt li jirrappreżenta l-għarqub ta' fejn tinsab iż-żarbuna fuq il-kopertura tal-art dipressa, meta l-qiegħ taż-żarbun ikun f'kuntatt mal-pedala tal-aċċeleratur mhux magħfusa u l-angolu tal-għaksa jkun ta' 87o. (ISO 20176:2011)

(15) 

“Erja(s) ta' kejl” tfisser il-parti(jiet) deżinjata/i tal-korsa tat-testijiet li tal-inqas tikkonsisti f'taqsima waħda ta' kejl u taqsima ta' stabbilizzazzjoni preċeduta.

(16) 

“Taqsima ta' kejl” tfisser parti ddeżinjata tal-korsa tat-testijiet li hi rilevanti għar-reġistrazzjoni tad-data u għall-evalwazzjoni tad-data.

(17) 

“Għoli tas-saqaf” tfisser id-distanza f'Z vertikali mill-punt ta' referenza tal-kabina sal-ogħla punt mingħajr tamboċċ

3.   Determinazzjoni tar-reżistenza tal-arja

Il-proċedura tat-test tal-ispid kostanti għandha tiġi applikata biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi tar-reżistenza tal-arja. Matul it-test tal-ispid kostanti, is-sinjali ewlenin tal-kejl tat-torque tas-sewqan, tal-ispid tal-vettura, tal-ispid tal-fluss tal-arja u tal-angolu tal-imbardata għandhom jitkejlu f'żewġ spids kostanti differenti tal-vettura (spid baxx u għoli) f'kundizzjonijiet definiti fuq korsa tat-testijiet. Id-data tal-kejl irreġistrata matul it-test tal-ispid kostanti għandha tiddaħħal fl-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja li tiddetermina l-prodott tal-koeffiċjent tar-reżistenza tal-arja b'erja trasversali għal kundizzjonijiet ta' riħ trasversali żero Cd Acr (0) bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-applikant għal ċertifikat għandu jiddikjara valur Cd · Adeclared f'medda minn daqs sa massimu ta' + 0.2 m2 ogħla minn Cd · Acr (0). Il-valur Cd · Adeclared għandu jkun l-input għall-għodda ta' simulazzjoni tas-CO2 u l-valur referenzjarju għall-konformità tal-ittestjar tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

▼M1

Vetturi li mhumiex membri ta' familja għandhom jużaw il-valuri standard għalCd·Adeclared kif deskritt fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness. f'dan il-każ, ma għandha tiġi pprovduta ebda data tal-input dwar ir-reżistenza tal-arja. L-allokazzjoni tal-valuri standard issir b'mod awtomatiku mill-għodda ta' simulazzjoni.

▼B

3.1.   Rekwiżiti tal-korsa tat-testijiet

3.1.1.

Il-ġeometrija tal-korsa tat-testijiet għandha tkun:

i. 

Korsa taċ-ċirkwit (b'sewqan f'direzzjoni waħda (*)):

b'żewġ erjas ta' kejl, waħda fuq kull naħa dritta, b'devjazzjoni massima ta' inqas minn 20 grad);

(*) tal-inqas għall-korrezzjoni tal-allinjament ħażin tal-anemometru mobbli (ara 3.6), il-korsa tat-testijiet trid tinstaq fiż-żewġ direzzjonijiet

jew

ii. 

Korsa taċ-ċirkwit jew ta' linja dritta (b'sewqan fiż-żewġ direzzjonijiet):

b'erja ta' kejl waħda (jew tnejn bid-devjazzjoni massima msemmija iktar 'il fuq); żewġ għażliet: alternanza tad-direzzjoni tas-sewqan wara kull taqsima tat-test; jew wara sett li jista' jingħażel ta' taqsimiet tat-test eż. sewqan għal għaxar darbiet fid-direzzjoni 1 segwit minn sewqan għal għaxar darbiet fid-direzzjoni 2.

3.1.2.

Taqsimiet tal-kejl

Fuq il-korsa tat-testijiet għandha/għandhom tiġi/jiġu ddefinita/i taqsima/iet b'tul ta' 250 m b'tolleranza ta' ± 3 m.

3.1.3.

Erjas tal-kejl

Erja tal-kejl għandha tikkonsisti f'tal-inqas taqsima waħda ta' kejl u f'taqsima ta' stabbilizzazzjoni. L-ewwel taqsima ta' kejl ta' erja tal-kejl għandha tkun ippreċeduta minn taqsima ta' stabbilizzazzjoni biex jiġu stabbilizzati l-veloċità u t-torque. It-taqsima ta' stabbilizzazzjoni għandu jkollha tul minimu ta' 25 m. It-tifsila tal-korsa tat-testijiet għandha tippermetti li l-vettura tidħol fit-taqsima ta' stabbilizzazzjoni diġà bil-veloċità massima intiża tal-vettura matul it-test.

Il-latitudni u l-lonġitudni tal-punt tat-tluq u tat-tmiem ta' kull taqsima ta' kejl għandhom jiġu ddeterminati b'akkuratezza ta' mill-inqas 0.15 m 95 % Errur Probabbli Ċirkulari (akkuratezza ta' DGPS).

3.1.4.

Forma tat-taqsimiet tal-kejl

It-taqsima tal-kejl u t-taqsima ta' stabbilizzazzjoni jridu jkunu linja dritta.

3.1.5.

Pendil lonġitudinali tat-taqsimiet tal-kejl

Il-pendil medju lonġitudinali ta' kull kejl u t-taqsima ta' stabbilizzazzjoni m'għandhomx jaqbżu ± 1 fil-mija. Varjazzjonijiet tal-pendil fuq it-taqsima tal-kejl m'għandhomx iwasslu għal varjazzjonijiet fil-veloċità u fit-torque f'livelli ogħla minn dawk speċifikati fl-entrata f'3.10.1.1 entrati vii. u viii. ta' dan l-Anness.

3.1.6.

Superfiċje tal-korsa

Il-korsa tat-testijiet għandha tikkonsisti f'asfalt jew f'konkrit. It-taqsimiet tal-kejl għandu jkollhom superfiċje waħda. Hu permess li taqsimiet tal-kejl differenti jkollhom superfiċi differenti.

3.1.7.

Erja ta' waqfien

Għandu jkun hemm erja ta' waqfien fuq il-korsa tat-testijiet fejn il-vettura tista' titwaqqaf biex isiru l-ażżerar u l-kontroll tad-deriva tas-sistema ta' kejl tat-torque.

3.1.8.

Distanza mill-ostakli fit-triq u qtugħ vertikali mill-art

M'għandu jkun hemm ebda ostaklu fi ħdan distanza ta' 5 m miż-żewġ naħat tal-vettura. Ostakli tas-sikurezza sa għoli ta' 1 m f'distanza ta' iktar minn 2.5 m mill-vettura huma permessi. Kwalunkwe pont jew kostruzzjoni simili tul it-taqsimiet tal-kejl mhumiex permessi. Il-korsa tat-testijiet għandu jkollha biżżejjed qtugħ vertikali mill-art biex tkun tista' ssir l-installazzjoni tal-anemometru fuq il-vettura kif speċifikat fi 3.4.7 ta' dan l-Anness.

3.1.9.

Profil tal-altitudni

Il-manifattur għandu jiddefinixxi jekk il-korrezzjoni tal-altitudni għandhiex tiġi applikata fl-evalwazzjoni tat-test. F'każ li tiġi applikata korrezzjoni tal-altitudni, għal kull taqsima tal-kejl, għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni l-profil tal-altitudni. Id-data għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

i. 

Il-profil tal-altitudni għandu jitkejjel f'distanza tal-grilja ta' 50 m jew inqas fid-direzzjoni tas-sewqan.

ii. 

Għal kull punt ta' grilja, il-lonġitudni, il-latitutdni u l-altitudni għandhom jitkejlu f'tal-inqas punt wieħed (“punt ta' kejl tal-altitudni”) fuq kull naħa tal-linja taċ-ċentru tal-korsija u mbagħad jiġu pproċessati għal valur medju għall-punt ta' grilja.

iii. 

Il-punti ta' grilja kif ipprovduti għall-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja għandu jkollhom distanza mil-linja taċ-ċentru tat-taqsima tal-kejl ta' inqas minn 1 m.

iv 

Il-pożizzjonament tal-punti ta' kejl tal-altitudni mil-linja taċ-ċentru tal-korsija (distanza perpendikulari, numru ta' punti) għandu jingħażel b'mod li l-profil tal-altitudni li jirriżulta jkun rappreżentattiv għall-gradjent misjuq mill-vettura tat-test.

v. 

Il-profil tal-altitudni għandu jkollu akkuratezza ta' ± 1cm jew aħjar.

vi. 

Id-data tal-kejl m'għandhiex tkun eqdem minn 10 snin. Tiġdid tas-superfiċje fl-erja tal-kejl jeħtieġ kejl ġdid tal-profil tal-altitudni.

3.2.   Rekwiżiti għal kundizzjonijiet ambjentali

3.2.1.

Il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jitkejlu bit-tagħmir speċifikat fi 3.4.

3.2.2.

It-temperatura ambjentali għandha tkun fil-medda ta' 0oC sa 25oC. Dan il-kriterju hu vverifikat mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja fuq il-bażi tas-sinjal għat-temperatura ambjentali mkejla fuq il-vettura. Dan il-kriterju japplika biss għas-settijiet tad-data rreġistrati fis-sekwenza ta' veloċità baxxa - veloċità għolja – veloċità baxxa u mhux għat-test tal-allinjament ħażin u għall-fażijiet ta' tisħin.

3.2.3.

It-temperatura tal-art m'għandhiex taqbeż l-40oC. Dan il-kriterju hu vverifikat mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja fuq il-bażi tas-sinjal għat-temperatura tal-art mkejla fuq il-vettura b'Sensur IR. Dan il-kriterju japplika biss għas-settijiet tad-data rreġistrati fis-sekwenza ta' veloċità baxxa - veloċità għolja – veloċità baxxa u mhux għat-test tal-allinjament ħażin u għall-fażijiet ta' tisħin.

3.2.4.

Is-superfiċje tat-triq għandha tkun xotta matul is-sekwenza ta' veloċità baxxa – veloċità għolja - veloċità baxxa biex jiġu pprovduti koeffiċjenti komparabbli tar-reżistenza għad-dawrien.

3.2.5.

Il-kundizzjonijiet tar-riħ għandhom ikunu fi ħdan il-limiti li ġejjin:

i. 

Veloċità medja tar-riħ: ≤ 5 m/s

ii. 

Veloċità tal-buffura riħ (medja varjabbli ċentrali ta' 1s): ≤ 8 m/s

L-entrati i. u ii. huma applikabbli għal settijiet tad-data rreġistrati fit-test tal-veloċità għolja u fit-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin iżda mhux għat-testijiet tal-veloċità baxxa.

iii. 

Angolu medju tal-imbardata (β):

≤ 3 gradi għas-settijiet tad-data rreġistrati fit-test tal-veloċità għolja
≤ 5 gradi għas-settijiet tad-data rreġistrati matul it-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin

Il-validità tal-kundizzjonijiet tar-riħ hi vverifikata mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja fuq il-bażi tas-sinjali rreġistrati fil-vettura wara l-applikazzjoni tal-korrezzjoni tas-saff ta' limitu. Id-data tal-kejl miġbura f'kundizzjonijiet li jaqbżu l-limiti msemmija iktar 'il fuq jiġu esklużi b'mod awtomatiku mill-kalkolu.

3.3.   Installazzjoni tal-vettura

▼M1

3.3.1.

Ix-xażi tal-vettura għandu jaqbel mad-dimensjonijiet tal-karozzerija standard jew tas-semitrejler kif iddefiniti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

3.3.2.

L-għoli tal-vettura ddeterminat skont 3.5.3.1 il-punt vii għandu jkun fi ħdan il-limiti kif speċifikati fl-Appendiċi 3 għal dan l-Anness.

▼B

3.3.3.

Id-distanza minima bejn il-kabina u l-kaxxa jew is-semitrejler għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-manifattur u mal-istruzzjonijiet tal-bennej tal-karozzerija tal-manifattur.

3.3.4.

Il-kabina u l-aċċessorji ajrudinamiċi (eż. spojlers) għandhom jiġu adattati biex jaqblu bl-aħjar mod mal-karozzerija standard jew mas-semitrejler definit.

3.3.5.

Il-vettura għandha tissodisfa r-rekwiżiti legali għal approvazzjoni tat-tip ta' vettura sħiħa. It-tagħmir li hu neċessarju għall-eżekuzzjoni tat-testijiet tal-veloċità kostanti (eż. għoli kumplessiv tal-vettura inkluż l-anemometru hu eskluż minn din id-dispożizzjoni).

3.3.6.

Il-kompożizzjoni tas-semitrejler għandha tkun kif iddefinita fl-Appendiċi 4 għal dan l-Anness.

3.3.7.

Il-vettura għandha tkun mgħammra b'tajers li jissodisfaw id-domandi li ġejjin:

i. 

L-aħjar jew it-tieni l-aħjar tikketta għar-reżistenza għad-dawrien li hi disponibbli fil-mument li fih isir it-test

ii. 

Il-fond massimu ta' 10 mm ta' wiċċ it-tajer fuq il-vettura sħiħa inkluż it-trejler

▼M1

iii. 

Tajers minfuħa sal-ogħla pressjoni permessa mill-manifattur tat-tajers fi ħdan tolleranza ta' ± 0,2 bar

▼B

3.3.8.

L-allinjament tal-fus għandu jkun fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur.

3.3.9.

Ma hu permess li tintuża ebda sistema attiva ta' kontroll tal-pressjoni tat-tajers matul il-kejliet tat-testijiet ta' veloċità baxxa - veloċità għolja - veloċità baxxa.

3.3.10.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b'apparat ajrudinamiku attiv, irid jinwera lill-awtorità tal-approvazzjoni li

i. 

L-apparat dejjem hu attivat u effettiv biex inaqqas ir-reżistenza tal-arja bil-veloċità tal-vettura ta' iktar minn 60 km/siegħa

ii. 

L-apparat hu installat u effettiv b'mod simili fuq il-vetturi kollha tal-familja.

Jekk i. u ii. mhumiex applikabbli, l-apparat ajrudinamiku attiv irid jiġi diżattivat bis-sħiħ matul it-test tal-veloċità kostanti.

3.3.11.

Il-vettura m'għandu jkollha ebda karatteristika, modifika jew apparat provviżorji li huma mmirati biss biex inaqqsu l-valur tar-reżistenza tal-arja, eż. spazji ssiġillati. Modifiki li għandhom l-għan li jallinjaw il-karatteristiċi ajrudinamiċi tal-vettura ttestjata mal-kundizzjonijiet iddefiniti għall-vettura referenzjarja (eż. issiġillar tat-toqob tal-immuntar għat-tamboċċi) huma permessi.

3.3.12.

Il-partijiet supplimentari differneti kollha li jitneħħew bħal viżiera tax-xemx, ħornijiet, fanali ta' quddiem addizzjonali, dwal tas-sinjali jew bull bars mhumiex ikkunsidrati fir-reżistenza tal-arja għar-regolamentazzjoni tas-CO2. Kwalunkwe parti supplimentari bħal din fuq il-partijiet għandha titneħħa mill-vettura qabel il-kejl tar-reżistenza tal-arja

3.3.13.

Il-vettura għandha titkejjel mingħajr tagħbija.

3.4.   Tagħmir tal-kejl

Il-laboratorju tal-kalibrar għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta' ISO/TS 16949, tas-serje ISO 9000 jew ta' ISO/IEC 17025. It-tagħmir kollu ta' referenza tal-laboratorji għall-kejl, użat għall-kalibrar u/jew għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali (internazzjonali).

3.4.1.   Torque

3.4.1.1.

It-torque dirett fil-fusien motorizzati kollha għandu jitkejjel b'waħda mis-sistemi ta' kejl li ġejjin:

a. 

Apparat li jkejjel it-torque tal-buttun

b. 

Apparat li jkejjel it-torque tar-rimm

c. 

Apparat li jkejjel it-torque tan-nofs xaft

3.4.1.2.

Ir-rekwiżiti tas-sistema li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati minn apparat individwali li jkejjel it-torque bil-kalibrar:

i. 

Nonlinearità: < ± 6 Nm

ii. 

Ripetibbiltà: < ± 6 Nm

iii. 

Crosstalk: < ± 1 % FSO (applikabbli biss għal apparati li jkejlu t-torque tar-rimm)

iv. 

Rata tal-kejl: ≥ 20 Hz

fejn:

“Nonlinearità” tfisser id-devjazzjoni massima bejn il-karatteristiċi ideali u attwali tas-sinjal tal-output fir-rigward tal-mikjel f'medda speċifika tal-kejl.
“Ripetibbiltà” tfisser qrubija tal-qbil bejn ir-riżultati ta' kejliet suċċessivi tal-istess kejl imwettqa fl-istess kundizzjonijiet tal-kejl.
“Crosstalk” tfisser sinjal fl-output prinċipali ta' sensur (My), prodott minn mikjel (Fz) li jaġixxi fuq is-sensur, li hu differenti mill-mikjel assenjat lil dan l-output. Assenjament tas-sistema ta' koordinati hu ddefinit skont ISO 4130.
“FSO” tfisser output fuq skala sħiħa tal-medda kalibrata.

Id-data reġistrata dwar it-torque għandha tiġi kkoreġuta għall-errur tal-istrument iddeterminat mill-fornitur.

3.4.2.   Veloċità tal-vettura

Il-veloċità tal-vettura hi ddeterminata mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja fuq is-sinjal tal-fus ta' quddiem tas-CAN-bus li hu kkalibrat fuq il-bażi ta':

Għażla a)

:

veloċità ta' referenza kkalkolata minn ħin delta minn żewġ ostakli ottoelettroniċi fissi (ara 3.4.4 ta' dan l-Anness) u t-tul magħruf tat-taqsima/iet tal-kejl jew

Għażla b)

:

sinjal tal-veloċità ddeterminat bil-ħin delta mis-sinjal tal-pożizzjoni ta' DGPS u t-tul magħruf tat-taqsima/iet tal-kejl, derivati mill-koordinati tad-DGPS

Għall-kalibrar tal-veloċità tal-vettura, tintuża d-data rreġistrata matul it-testijiet tal-veloċità għolja.

3.4.3.   Is-sinjal ta' referenza għall-kalkolu tal-veloċità tar-rotazzjoni tar-roti fil-fus motorizzat

Għall-kalkolu tal-veloċità tar-rotazzjoni tar-roti fil-fus motorizzat, is-sinjal tal-veloċità tal-magna tas-CAN flimkien mal-proporzjonijiet tat-trażmissjoni (gerijiet għal test tal-veloċità baxxa u test tal-veloċità għolja, proporzjon tal-fus) għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni. Għas-sinjal tal-veloċità tal-magna tas-CAN, għandu jintwera li s-sinjal ipprovdut lill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja hu l-istess bħas-sinjal li għandu jintuża għall-ittestjar fis-servizz kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 582/2011.

Għal vetturi b'konvertitur tat-torque li ma jistgħux jinstaqu fit-test tal-veloċità baxxa bi klaċċ ta' llokkjar magħluq, barra minn dan is-sinjal tal-veloċità ►C1  tal-cardan shaft ◄ u l-proporzjon tal-fus jew is-sinjal tal-veloċità medja tar-rota għall-fus motorizzat għandhom jiġu pprovduti lill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja. Għandu jintwera li l-veloċità tal-magna kkalkolata minn dan is-sinjal addizzjonali hi fi ħdan il-medda ta' 1 % meta mqabbla mal-veloċità tal-magna tas-CAN. Dan għandu jintwera għall-valur medju tul taqsima tal-kejl misjuqa bl-inqas veloċità possibbli tal-vettura fil-modalità llokkjata tal-konvertitur tat-torque u bil-veloċità applikabbli tal-vettura għat-test tal-veloċità għolja.

3.4.4.   Ostakli ottoelettroniċi

Is-sinjal tal-ostakli għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja għall-iskattar tal-bidu u tat-tmiem tat-taqsima tal-kejl u għall-kalibrar tas-sinjal tal-veloċità tal-vettura. Ir-rata ta' kejl tas-sinjal tal-iskattar għandha tkun ta' 100 Hz jew iktar. Inkella tista' tintuża sistema ta' DGPS.

3.4.5.   Sistema ta' (D)GPS

Għażla a) għall-kejl tal-pożizzjoni biss: GPS

Akkuratezza meħtieġa:

Pożizzjoni

:

< 3 m 95 % Errur Ċirkulari Probabbli

Rata ta' aġġornament

:

≥ 4 Hz

Għażla b) għall-kalibrar tal-veloċità u għall-kejl tal-pożizzjoni tal-vettura: Sistema tal-GPS tad-differenxjal (DGPS)

Akkuratezza meħtieġa:

Pożizzjoni

:

0.15 m 95 % Errur Ċirkulari Probabbli

Rata ta' aġġornament

:

≥ 100 Hz

3.4.6.   Stazzjon meteoroloġiku stazzjonarju

Il-pressjoni u l-umdità ambjentali tal-arja ambjentali huma ddeterminati minn stazzjon meteoroloġiku stazzjonarju. Din l-istrumentazzjoni meteoroloġika għandha titqiegħed f'distanza ta' inqas minn 2 000 m minn waħda mill-erjas tal-kejl, u għandha titqiegħed f'altitudni daqs jew ikbar minn dik tal-erjas tal-kejl.

Akkuratezza meħtieġa:

Temperatura

:

± 1 °C

Umdità

:

± 5 %RH

Pressjoni

:

± 1 mbar

Rata ta' aġġornament

:

≤ 6 minuti

3.4.7.   Anemometru mobbli

Għandu jintuża anemometru mobbli biex jitkejlu l-kundizzjonijiet tal-fluss tal-arja, jiġifieri l-veloċità tal-fluss tal-arja u l-angolu tal-imbardata (β) bejn il-fluss totali tal-arja u l-assi lonġitudinali tal-vettura.

3.4.7.1.   Rekwiżiti tal-akkuratezza

L-anemometru għandu jiġi kkalibrat f'faċilità skont l-ISO 16622. Ir-rekwiżiti tal-akkuratezza skont it-Table 1 iridu jiġu ssodisfati:



Tabella 1

Rekwiżiti tal-akkuratezza tal-anemometru

medda tal-veloċità tal-arja

[m/s]

akkuratezza tal-veloċità tal-arja

[m/s]

akkuratezza tal-angolu tal-imbardata f'medda ta' angoli tal-imbardata ta' 180 ±7 grad

[gradi]

20 ± 1

± 0.7

± 1.0

27 ± 1

± 0.9

± 1.0

35 ± 1

± 1.2

± 1.0

3.4.7.2.   Pożizzjoni tal-installazzjoni

L-anemometru mobbli għandu jiġi installat fuq il-vettura fil-pożizzjoni stipulata:

i. 

Pożizzjoni X:

trakk: il-faċċata ± 0.3 m tas-semitrejler jew tal-kaxxa tal-karozzerija

ii. 

Pożizzjoni Y: pjan ta' simmetrija fi ħdan tolleranza ta' ± 0.1 m

iii. 

Pożizzjoni Z:

L-għoli tal-installazzjoni fuq il-vettura għandu jkun terz mill-għoli totali tal-vettura fi ħdan tolleranza ta' 0.0 m sa +0.2 m.

L-istrumentazzjoni għandha ssir bl-iktar mod eżatt possibbli bl-użu ta' għajnuniet ġeometriċi/ottiċi. Kwalunkwe allinjament ħażin li jifdal hu soġġett għall-kalibrar tal-allinjament ħażin li għandu jsir b'konformità ma' 3.6 dan l-Anness.

3.4.7.3.

Ir-rata ta' aġġornament tal-anemometru għandha tkun ta' 4 Hz jew iktar.

3.4.8.   Transdjuser tat-temperatura għat-temperatura ambjentali fuq il-vettura

It-temperatura ambjentali għandha titkejjel fuq l-arblu tal-anemometru mobbli. L-għoli tal-installazzjoni għandu jkun massimu ta' 600 mm taħt l-anemometru mobbli. Is-sensur għandu jkollu lqugħ mix-xemx.

Akkuratezza meħtieġa: ± 1 °C

Rata ta' aġġornament: ≥ 1 Hz

3.4.9.   Temperatura tal-art tat-testijiet

It-temperatura tal-art tat-testijiet għandha tiġi rreġistrata fuq il-vettura permezz ta' sensur IR bla kuntatt b'banda wiesgħa (8 sa 14-il μm). Għal tarmak u konkrit għandu jintuża fattur ta' emissività ta' 0.90. Is-sensur IR għandu jiġi kkalibrat skont l-ASTM E2847.

Akkuratezza meħtieġa fil-kalibrar: Temperatura: ± 2.5 °C

Rata ta' aġġornament: ≥ 1 Hz

3.5.   Proċedura tat-test tal-veloċità kostanti

Fuq kull taħlita applikabbli tat-taqsima tal-kejl u tad-direzzjoni tas-sewqan, il-proċedura tat-test tal-veloċità kostanti li tikkonsisti fis-sekwenza tat-test tal-veloċità baxxa, veloċità għolja u veloċità baxxa kif speċifikata hawn taħt għandha titwettaq fl-istess direzzjoni.

3.5.1.

Il-veloċità medja fi ħdan taqsima tal-kejl fit-test tal-veloċità baxxa għandha tkun fil-medda ta' 10 sa 15-il km/siegħa.

3.5.2.

Il-veloċità medja fi ħdan taqsima tal-kejl fit-test tal-veloċità għolja għandha tkun fil-medda li ġejja:

veloċità massima: 95 km/siegħa:
veloċità minima: 85 km/siegħa jew 3 km/siegħa inqas mill-veloċità massima tal-vettura li biha l-vettura tista' tiġi operata fil-korsa tat-testijiet, skont liema valur ikun l-inqas.

3.5.3.

L-ittestjar għandu jsir strettament skont is-sekwenza kif speċifikata fi 3.5.3.1 sa 3.5.3.9 ta' dan l-Anness.

3.5.3.1.   Preparazzjoni tal-vettura u tas-sistemi ta' kejl

i. 

Installazzjoni tal-apparati li jkejlu t-torque fuq il-fusien motorizzati tal-vettura tat-test u kontroll tal-installazzjoni u tad-data dwar is-sinjali skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.

ii. 

Dokumentazzjoni tad-data ġenerali rilevanti dwar il-vettura għall-mudell ta' ttestjar uffiċjali b'konformità ma' 3.7 dan l-Anness.

iii. 

Għall-kalkolu tal-korrezzjoni tal-aċċellerazzjoni mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja, il-piż proprju tal-vettura għandu jiġi ddeterminat qabel it-test fi ħdan medda ta' ± 500 kg.

iv. 

Kontroll tat-tajers għall-pressjoni massima permessa ta' nfiħ u dokumentazzjoni tal-valuri tal-pressjoni tat-tajers.

v. 

Preparazzjoni tal-ostakli ottoelettroniċi fit-taqsima/iet tal-kejl jew kontroll tal-funzjoni xierqa tas-sistema tad-DGPS.

vi. 

Installazzjoni tal-anemometru mobbli fuq il-vettura u/jew kontroll tal-installazzjoni, tal-pożizzjoni u tal-orjentazzjoni. Test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin irid isir kull darba li l-anemometru jiġi mmuntat mill-ġdid fuq il-vettura.

▼M1

vii. 

Kontroll tal-kompożizzjoni tal-vettura rigward l-għoli massimu u l-ġeometrija, bil-magna għaddejja. L-għoli massimu tal-vettura għandu jiġi ddeterminat bil-kejl fl-erba' rkejjen tal-kaxxa/semitrejler.

▼B

viii. 

Aġġustament tal-għoli tas-semitrejler għall-valur fil-mira u determinazzjoni mill-ġdid tal-għoli massimu tal-vettura jekk ikun hemm bżonn.

ix. 

Mirja jew sistemi ottiċi, l-illixxar għall-ajrudinamika tas-saqaf jew apparati ajrudinamiċi oħra għandhom ikunu fil-kundizzjonijiet tas-sewqan regolari tagħhom.

3.5.3.2.   Fażi ta' tisħin

Sewqan tal-vettura għal minimu ta' 90 minuta bil-veloċità fil-mira tat-test tal-veloċità għolja biex tisħon is-sistema. Tisħin ripetut (eż. wara tibdil fil-konfigurazzjoni, test invalidu eċċ.) tal-inqas għandu jkun twil daqs il-ħin tal-waqfien. Il-fażi tat-tisħin tista' tintuża biex isir it-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin kif speċifikat fi 3.6 ta' dan l-Anness.

▼M1

F'każ li ma jkunx possibbli li tinżamm veloċità għolja għal dawra kompluta, eż. minħabba li l-kurvi jkunu dojoq wisq, huwa permess li jkun hemm devjazzjoni mir-rekwiżiti tal-veloċità fil-mira waqt il-kurvi, inklużi l-porzjonijiet dritti viċin li huma meħtieġa biex tnaqqas u żżid il-veloċità l-vettura.

Id-devjazzjonijiet għandhom jiġu minimizzati kemm jista' jkun.

Inkella, il-fażi ta' tisħin tista' ssir fuq triq viċin, jekk il-veloċità fil-mira tinżamm sa ± 10 km/h għal 90 % tal-ħin ta' tisħin. Il-parti tal-fażi ta' tisħin użata għas-sewqan mit-triq saż-żona ta' waqfien tal-korsa tat-testijiet għall-ażżerar tal-miters tat-torque għandha tkun inkluża fil-fażi l-oħra ta' tisħin stabbilita fil-punt 3.5.3.4. Il-ħin għal din il-parti m'għandux jaqbeż 20 minuta. Il-veloċità u l-ħin matul il-fażi ta' tisħin għandhom jiġu rrekordjati mit-tagħmir tal-kejl.

▼B

3.5.3.3.   Ażżerar tal-apparati li jkejlu t-torque

L-ażżerar tal-apparati li jkejlu t-torque għandu jsir kif ġej:

i. 

Il-vettura titwaqqaf

ii. 

Ir-roti strumentati jintrefgħu mill-art

iii. 

Isir l-ażżerar tal-qari tal-amplifikatur tal-apparati li jkejlu t-torque

Il-fażi tal-waqfien m'għandhiex taqbeż l-10 minuti.

▼M1

3.5.3.4.

Sewqan għal fażi ta' tisħin oħra għal minimu ta' 10 minuti, jekk applikabbli, is-sewqan mit-triq għaż-żona ta' waqfien tal-korsa tat-testijiet għall-ażżerar tal-miters tat-torque bil-veloċità fil-mira tat-test tal-veloċità għolja. Il-fażi ta' tisħin skont dan il-punt m'għandhiex taqbeż 20 minuta.

▼B

3.5.3.5.

L-ewwel test tal-veloċità baxxa

Isir l-ewwel kejl bil-veloċità baxxa. Għandu jiġi żgurat li:

i. 

il-vettura tinstaq fit-taqsima tal-kejl tul l-iktar linja dritta possibbli

ii. 

il-veloċità medja tas-sewqan hi konformi ma' 3.5.1 ta' dan l-Anness għat-taqsima tal-kejl u għat-taqsima preċedenti ta' stabbilizzazzjoni

iii. 

l-istabbiltà tal-veloċità tas-sewqan fit-taqsimiet tal-kejl u fit-taqsimiet tal-istabbilizzazzjoni hi konofrmi mal-entrata vii. ta' 3.10.1.1 ta' dan l-Anness

iv. 

l-istabbiltà tat-torque mkejjel fit-taqsimiet tal-kejl u fit-taqsimiet tal-istabbilizzazzjoni hi konofrmi mal-entrata viii. ta' 3.10.1.1 ta' dan l-Anness

v. 

il-bidu u t-tmiem tat-taqsimiet tal-kejl jingħarfu biċ-ċar fid-data tal-kejl permezz tas-sinjal ta' skattar irreġistrat (ostakli ottoelettroniċi flimkien mad-data reġistrata tal-GPS) jew bl-użu ta' sistema ta' DGPS

vi. 

is-sewqan fil-partijiet tal-korsa tat-testijiet barra mit-taqsimiet tal-kejl u mit-taqsimiet ta' stabbilizzazzjoni preċedenti għandu jsir mingħajr ebda dewmien. Kwalunkwe manuvra żejda għandha tiġi evitata matul dawn il-fażijiet (eż. sewqan f'linji b'ħafna liwjiet)

vii. 

il-ħin massimu għat-test tal-veloċità baxxa m'għandux jaqbeż l-20 minuta biex jiġi evitat milli jibirdu t-tajers.

3.5.3.6.

Sewqan għal fażi ta' tisħin oħra għal minimu ta' 5 minuti bil-veloċità fil-mira tat-test tal-veloċità għolja.

3.5.3.7.

Test b'veloċità għolja

Twettiq tal-kejl bil-veloċità għolja. Għandu jiġi żgurat li:

i. 

il-vettura qed tinstaq fit-taqsima tal-kejl tul l-iktar linja dritta possibbli

ii. 

il-veloċità medja tas-sewqan hi konformi ma' 3.5.2 ta' dan l-Anness għat-taqsima tal-kejl u għat-taqsima preċedenti ta' stabbilizzazzjoni

iii. 

l-istabbiltà tal-veloċità tas-sewqan fit-taqsimiet tal-kejl u fit-taqsimiet tal-istabbilizzazzjoni hi konofrmi mal-entrata vii. ta' 3.10.1.1 ta' dan l-Anness

iv. 

l-istabbiltà tat-torque mkejjel fit-taqsimiet tal-kejl u fit-taqsimiet tal-istabbilizzazzjoni hi konformi mal-entrata viii. ta' 3.10.1.1 ta' dan l-Anness

v. 

il-bidu u t-tmiem tat-taqsimiet tal-kejl jingħarfu biċ-ċar fid-data tal-kejl permezz tas-sinjal ta' skattar irreġistrat (ostakli ottoelettroniċi flimkien mad-data reġistrata tal-GPS) jew bl-użu ta' sistema ta' DGPS

vi. 

fil-fażijiet tas-sewqan barra mit-taqsimiet tal-kejl u mit-taqsimiet ta' stabbilizzazzjoni preċedenti, kwalunkwe manuvra żejda għandha tiġi evitata (eż. sewqan f'linji b'ħafna liwjiet, aċċellerazzjonijiet jew deċellerazzjonijiet żejda)

vii. 

id-distanza bejn il-vettura mkejla u vettura oħra misjuqa fil-korsa tat-testijiet għandha tkun ta' mill-inqas 500 m.

viii. 

tal-inqas huma rreġistrati 10 passaġġi validi għal kull intestatura

It-test tal-veloċità għolja jista' jintuża biex jiġi ddeterminat l-allinjament ħażin tal-anemometru jekk jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet stipulati fi 3.6.

3.5.3.8.

It-tieni test tal-veloċità baxxa

It-tieni kejl tal-veloċità baxxa għandu jsir eżatt wara t-test tal-veloċità għolja. Għandhom jiġu ssodisfati dispożizzjonijiet simili għal dawk tal-ewwel test tal-veloċità baxxa.

3.5.3.9.

Kontroll tad-deriva tal-apparati li jkejlu t-torque

Eżatt wara t-tlestija tat-tieni test tal-veloċità baxxa, il-kontroll tad-deriva tal-apparati li jkejlu t-torque għandu jsir b'konformità mal-proċedura li ġejja:

1. 

Il-vettura titwaqqaf

2. 

Ir-roti strumentati jintrefgħu mill-art

3. 

Id-deriva ta' kull apparat li jkejjel it-torque kkalkolata mill-medja tas-sekwenza minima ta' 10 sekondi għandha tkun inqas minn 25 Nm.

Jekk jinqabeż dan il-limitu, it-test isir invalidu.

3.6.   Test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin

L-allinjament ħażin tal-anemometru għandu jiġi ddeterminat b'test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin fuq il-korsa tat-testijiet.

3.6.1.

Tal-inqas għandhom isiru 5 passaġġi validi ta' 250 ± 3 m f'taqsima dritta misjuqa f'kull direzzjoni b'veloċità għolja tal-vettura.

3.6.2.

Il-kriterji tal-validità għall-kundizzjonijiet tar-riħ kif speċifikati fit-taqsima 3.2.5 ta' dan l-Anness u l-kriterji tal-korsa tat-testijiet kif speċifikati fit-taqsima 3.1 ta' dan l-Anness huma applikabbli.

3.6.3.

Id-data rreġistrata matul it-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin għandha tintuża mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja biex jiġi kkalkolat l-errur tal-allinjament ħażin u ssir il-korrezzjoni xierqa. Is-sinjali għat-torques tar-roti u għall-veloċità tal-magna ma jintużawx fl-evalwazzjoni.

3.6.4.

It-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin jista' jsir b'mod indipendenti mill-proċedura tat-test tal-veloċità kostanti. Jekk it-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin isr b'mod separat, dan għandu jiġi eżegwit kif ġej:

i. 

Preparazzjoni tal-ostakli ottoelettroniċi fit-taqsima ta' 250 m ± 3 m, jew kontroll tal-funzjoni xierqa tas-Sistema tad-DGPS.

ii. 

Kontroll tal-kompożizzjoni tal-vettura rigward l-għoli u l-ġeometrija b'konformità ma' 3.5.3.1 ta' dan l-Anness. Aġġustament tal-għoli tas-semitrejler għar-rekwiżiti kif speċifikati fl-appendiċi 4 għal dan l-Anness, jekk ikun hemm bżonn.

iii. 

Ma tapplika ebda struzzjoni prestabbilita għat-tisħin

iv 

It-test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin għandu jsir b'tal-inqas 5 passaġġi validi kif deskritt iktar 'il fuq.

3.6.5.

Għandu jsir test tal-allinjament ħażin ġdid fil-każijiet li ġejjin:

a. 

l-anemometru ġie żmontat mill-vettura

b. 

l-anemometru tmexxa

c. 

jintuża trattur jew trakk differenti

▼M1

d. 

il-familja tar-reżistenza tal-arja nbidlet

▼B

3.7.   Mudell ta' Ttestjar

Minbarra r-reġistrazzjoni tad-data tal-kejl modali, l-ittestjar għandu jiġi ddokumentat f'mudell li tal-inqas ikun fih id-data li ġejja:

i. 

Deskrizzjoni ġenerali tal-vettura (speċifikazzjonijiet ara l-Appendiċi 2 - Dokument ta' Informazzjoni)

ii. 

L-għoli massimu attwali tal-vettura kif iddeterminat skont 3.5.3.1. entrata vii.

iii. 

Il-ħin u d-data tal-bidu tat-test

iv. 

Il-massa tal-vettura fi ħdan medda ta' ± 500 kg

v. 

Il-pressjonijiet tat-tajers

vi. 

L-ismijiet tal-fajls tad-data tal-kejl

vii. 

Dokumentazzjoni ta' avvenimenti straordinarji (bil-ħin u n-numru tat-taqsimiet tal-kejl), eż.

— 
għaddiet vettura oħra fil-qrib
— 
manuvri biex jiġu evitati aċċidenti, żbalji tas-sewqan
— 
erruri tekniċi
— 
erruri tal-kejl

3.8.   Ipproċessar tad-data

3.8.1.

Id-data rreġistrata għandha tiġi sinkronizzata u allinjata għal riżoluzzjoni temporali ta' 100 Hz, jew b'medja aritmetika, bl-eqreb ġar jew b'interpolazzjoni lineari.

3.8.2.

Id-data rreġistrata kollha għandha tiġi vverifikata għal kwalunkwe errur. Id-data tal-kejl għandha tiġi eskluża minn kunsiderazzjoni ulterjuri fil-każijiet li ġejjin:

— 
Is-settijiet tad-data jsiru invalidi minħabba avvenimenti matul il-kejl (ara l-entrata vii ta' 3.7)
— 
Saturazzjoni tal-istrumenti matul it-taqsimiet tal-kejl (eż. buffuri riħ qawwijin li setgħu wasslu għal saturazzjoni tas-sinjal tal-anemometru)
— 
Kejliet li fihom inqabżu l-limiti permessi għad-deriva tal-apparat li jkejjel it-torque

3.8.3.

Għall-evalwazzjoni tat-testijiet tal-veloċità kostanti, l-applikazzjoni tal-aħħar verżjoni disponibbli tal-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja għandha tkun obbligatorja. Minbarra l-ipproċessar tad-data msemmi hawn fuq, l-istadji ta' evalwazzjoni kollha inklużi l-kontrolli tal-validità (b'eċċezzjoni tal-lista kif speċifikat iktar 'il fuq) jitwettqu mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja.

3.9.    ►M1  Data tal-input għall-għodda tal-ipproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja ◄

It-tabelli li ġejjin juru r-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni tad-data tal-kejl u għall-ipproċessar preparatorju tad-data għall-input fl-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja:

Table 2 għall-fajl tad-data tal-vettura
Table 3 għall-fajl tal-kundizzjonijiet ambjentali
Table 4 għall-fajl ta' konfigurazzjoni tat-taqsimiet tal-kejl
Table 5 għall-fajl tad-data tal-kejl
Table 6 għall-fajls tal-profil tal-altitudni (data tal-input fakultattiva)

►M1  Deskrizzjoni dettaljata tal-formati tad-data mitluba, tal-fajls tal-input u tal-prinċipji tal-evalwazzjoni tista' tinstab fid-dokumentazzjoni teknika tal-għodda tal-ipproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja. ◄ L-ipproċessar tad-data għandu jiġi applikat kif speċifikat fit-taqsima 3.8 ta' dan l-Anness.



Tabella 2

Data tal-input għall-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja – fajl tad-data tal-vettura

Data tal-input

Unità

Rimarki

Kodiċi tal-grupp ta' vetturi

[-]

1 - 17 għat-trakkijiet

Konfigurazzjoni tal-vettura bi trejler

[-]

jekk il-vettura tkejlet mingħajr trejler (daħħal “Le”) jew bit-trejler, jiġifieri bħala kombinazzjoni trakk/trejler jew trattur semitrejler (daħħal “Iva”)

Massa tat-test tal-vettura

[kg]

massa attwali matul il-kejliet

▼M1

Massa grossa tal-vettura

[kg]

massa grossa tal-vettura tat-trakk riġidu jew tat-trattur (mingħajr trejler jew semitrejler)

▼B

Proporzjon tal-fus

[-]

proporzjon tat-trażmissjoni tal-fus (1) (2)

Veloċità għolja tal-proporzjon tal-gerijiet

[-]

proporzjon tat-trażmissjoni tal-ger użat matul it-test tal-veloċità għolja (1)

Veloċità baxxa tal-proporzjon tal-gerijiet

[-]

proporzjon tat-trażmissjoni tal-ger użat matul it-test tal-veloċità baxxa (1)

Għoli tal-anemometru

[m]

għoli mill-art tal-punt tal-kejl tal-anemometru installat

Għoli tal-vettura

[m]

għoli massimu tal-vettura skont l-entrata vii. ta' 3.5.3.1

▼M1

Tip tal-gerboks

[-]

trażmissjoni manwali jew awtomatizzata: “SMT”, “AMT”, “DCT”, trażmissjoni awtomatika b'konvertitur tat-torque: “APT”

▼B

Veloċità massima tal-vettura

[km/siegħa]

veloċità massima li biha l-vettura tista' tiġi operata fil-prattika fuq il-korsa tat-testijiet (3)

(1)   speċifikazzjoni tal-proporzjonijiet tat-trażmissjoni b'tal-inqas 3 figuri wara s-separatur deċimali

(2)   jekk is-sinjal tal-veloċità tar-rota hu pprovdut fl-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja (għażla għal vetturi b'konvertituri tat-torque, ara t-taqsima 3.4.3) il-proporzjon tal-fus għandu jġi stabbilit għal “1.000”

(3)   tidħil meħtieġ biss jekk il-valur hu inqas minn 88 km/h



Tabella 3

Data tal-input għall-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja – fajl tal-kundizzjonijiet ambjentali

Sinjal

Identifikatur tal-kolonna fil-fajl tal-input

Unità

Rata tal-kejl

Rimarki

Ħin

<t>

[s] mill-bidu tal-ġurnata (l-ewwel jum)

Temperatura ambjentali

<t_amb_stat>

[°C]

Tal-inqas valur medju 1 kull 6 minuti

Stazzjon meteoroloġiku stazzjonarju

Pressjoni ambjentali

<p_amb_stat>

[mbar]

Stazzjon meteoroloġiku stazzjonarju

Umdità relattiva tal-arja

<rh_stat>

[%]

Stazzjon meteoroloġiku stazzjonarju



Tabella 4

Data tal-input għall-għodda ta' pproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja – fajl ta' konfigurazzjoni tat-taqsimiet tal-kejl

▼M1

Data tal-input

Unità

Rimarki

Sinjal tal-iskattatur użat

[-]

1 = sinjal tal-iskattatur użat; 0 = ebda sinjal tal-iskattatur użat;

ID tat-taqsima tal-kejl

[-]

numru tal-ID iddefinit mill-utent

ID tad-direzzjoni tas-sewqan

[-]

numru tal-ID iddefinit mill-utent

Intestatura

[°]

intestatura tat-taqsima tal-kejl

Tul tat-taqsima tal-kejl

[m]

Latitudni tal-punt tat-tluq tat-taqsima

gradi deċimali jew minuti deċimali

GPS standard, unità ta' gradi deċimali:

minimu ta' 5 figuri wara s-separatur deċimali

Lonġitudni tal-punt tat-tluq tat-taqsima

GPS standard, unità ta' minuti deċimali:

minimu ta' 3 figuri wara s-separatur deċimali

Latitudni tal-punt tat-tmiem tat-taqsima

DGPS, unità ta' gradi deċimali:

minimu ta' 7 figuri wara s-separatur deċimali

Lonġitudni tal-punt tat-tmiem tat-taqsima

DGPS, unità ta' minuti deċimali:

minimu ta' 5 figuri wara s-separatur deċimali

Direttorju u/jew isem tal-fajl tal-altitudni

[-]

meħtieġ biss għat-testijiet tal-veloċità kostanti (mhux it-test tal-allinjament ħażin) u jekk tkun attivata l-korrezzjoni tal-altitudni.



Tabella 5

Data tal-input għall-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja – fajl tad-data tal-kejl

Sinjal

Identifikatur tal-kolonna fil-fajl tal-input

Unità

Rata tal-kejl

Rimarki

Ħin

<t>

[s] mill-bidu tal-ġurnata (tal-ewwel jum)

100 Hz

rata stabbilita għal 100Hz; sinjal tal-ħin użat għall-korrelazzjoni mad-data dwar it-temp u għall-kontroll tal-frekwenza

Latitudni ta' (D)GPS

<lat>

gradi deċimali jew minuti deċimali

GPS: ≥ 4 Hz

DGPS: ≥ 100 Hz

GPS standard, unità ta' gradi deċimali:

minimu ta' 5 figuri wara s-separatur deċimali

Lonġitudni ta' (D)GPS

<long>

GPS standard, unità ta' minuti deċimali:

minimu ta' 3 figuri wara s-separatur deċimali

DGPS, unità ta' gradi deċimali:

minimu ta' 7 figuri wara s-separatur deċimali

DGPS, unità ta' minuti deċimali:

minimu ta' 5 figuri wara s-separatur deċimali

Intestatura ta' (D)GPS

<hdg>

[°]

≥ 4Hz

 

Veloċità ta' DGPS

<v_veh_GPS>

[km/siegħa]

≥ 20 Hz

 

Veloċità tal-vettura

<v_veh_CAN>

[km/siegħa]

≥ 20 Hz

sinjal mhux ipproċessat tal-fus ta' quddiem tas-CAN bus

Veloċità tal-arja

<v_air>

[m/s]

≥ 4 Hz

data mhux ipproċessata (qari tal-istrument)

Angolu tat-tifrigħ (beta)

<beta>

[°]

≥ 4 Hz

data mhux ipproċessata (qari tal-istrument); “180°” tirreferi għall-fluss tal-arja minn quddiem

▼C1

Veloċità tal-magna jew veloċità tal-cardan shaft

<n_eng> jew <n_card>

[rpm]

≥ 20 Hz

veloċità tal-cardan shaft għal vetturi b'konvertitur tat-torque mhux illokkjat matul it-test tal-veloċità baxxa

▼B

Apparat li jkejjel it-torque (rota tax-xellug)

<tq_l>

[Nm]

≥ 20 Hz

Apparat li jkejjel it-torque (rota tal-lemin)

<tq_r>

[Nm]

≥ 20 Hz

Temperatura ambjentali fuq il-vettura

<t_amb_veh>

[°C]

≥ 1 Hz

 

Sinjal tal-iskattatur

<trigger>

[-]

100 Hz

sinjal fakultattiv; meħtieġ jekk it-taqsimiet tal-kejl jiġu identifikati minn ostakli ottoelettroniċi (għażla “trigger_used=1”)

Temperatura tal-art tat-testijiet

<t_ground>

[°C]

≥ 1 Hz

 

Validità

<valid>

[-]

sinjal fakultattiv (1=valid; 0=invalid);



Tabella 6

Data tal-input għall-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja – fajl tal-profil tal-altitudni

Data tal-input

Unità

Rimarki

Latitudni

gradi deċimali jew minuti deċimali

unità ta' gradi deċimali:

minimu ta' 7 figuri wara s-separatur deċimali

Lonġitudni

unità ta' minuti deċimali:

minimu ta' 5 figuri wara s-separatur deċimali

Altitudni

[m]

minimu ta' 2 figuri wara s-separatur deċimali

3.10.   Kriterji tal-validità

Din it-taqsima tistabbilixxi l-kriterji għall-kisba ta' riżultati validi fl-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja.

3.10.1.   Kriterji tal-validità għat-test tal-veloċità kostanti

3.10.1.1.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja taċċetta settijiet tad-data kif irreġistrati matul it-test tal-veloċità kostanti f'każ li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-validità li ġejjin:

i. 

il-veloċità medja tal-vettura taqa' fi ħdan il-kriterji kif iddefiniti fi 3.5.2

ii. 

it-temperatura ambjentali taqa' fi ħdan il-medda kif deskritta fi 3.2.2. Il-kriterju hu vverifikat mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja fuq il-bażi tat-temperatura ambjentali mkejla fuq il-vettura.

iii. 

it-temperatura tal-art tat-testijiet taqa' fi ħdan il-medda kif deskritta fi 3.2.3

iv. 

il-kundizzjonijiet validi tal-veloċità medja tar-riħ skont l-entrata i tal-punt 3.2.5

v. 

il-kundizzjonijiet validi tal-veloċità tal-buffuri riħ skont l-entrata ii tal-punt 3.2.5

vi. 

il-kundizzjonijiet validi tal-angolu medju tal-imbardata skont l-entrata iii tal-punt 3.2.5

vii. 

il-kriterji ta' stabbiltà għall-veloċità tal-vettura huma ssodisfati:

Test tal-veloċità baxxa:

image

fejn:

vlms,avrg

=

il-medja tal-veloċità tal-vettura għal kull taqsima tal-kejl [km/siegħa]

vlm,avrg

=

il-medja ċentrali varjabbli tal-veloċità tal-vettura b'Xms sekondi bażi tal-ħin [km/siegħa]

Xms

=

il-ħin meħtieġ biex tinstab distanza ta' 25 m bil-veloċità attwali tal-vettura [s]

Test tal-veloċità għolja:

image

fejn:

vhms,avrg

=

il-medja tal-veloċità tal-vettura għal kull taqsima tal-kejl [km/siegħa]

vhm,avrg

=

il-medja ċentrali varjabbli ta' 1 s tal-veloċità tal-vettura [km/siegħa]

viii. 

il-kriterji ta' stabbiltà għat-torque tal-vettura huma ssodisfati:

Test tal-veloċità baxxa:

image

image

fejn:

Tlms,avrg

=

il-medja ta' Tsum għal kull taqsima tal-kejl

Tgrd

=

it-torque medju mill-forza tal-gradjent

Fgrd,avrg

=

il-forza medja tal-gradjent tul it-taqsima tal-kejl

rdyn,avrg

=

ir-raġġ medju effettiv tat-tidwir tul it-taqsima tal-kejl (formula ara l-entrata ix.) [m]

Tsum

=

TL + TR ; is-somma tal-valuri kkoreġuti tat-torque tar-rota tax-xellug u tal-lemin [Nm]

Tlm,avrg

=

bażi tal-ħin tal-medja ċentrali varjabbli ta' Tsum b'Xms sekonda

Xms

=

il-ħin meħtieġ biex tinstab distanza ta' 25 m bil-veloċità attwali tal-vettura [s]

Test tal-veloċità għolja

image

fejn:

Thms,avrg

=

il-medja ta' Tsum għal kull taqsima tal-kejl [Nm]

Tgrd

=

it-torque medja mill-forza tal-gradjent (ara t-Test tal-veloċità baxxa) [Nm]

Tsum

=

TL+TR ; is-somma tal-valuri kkoreġuti tat-torque tar-rota tax-xellug u tal-lemin [Nm]

Thm,avrg

=

il-medja ċentrali varjabbli ta' 1 s ta' Tsum [Nm]

ix. 

intestatura valida tal-vettura matul il-passaġġ minn taqsima tal-kejl (devjazzjoni < 10o mill-intestatura fil-mira applikabbli għal test tal-veloċità baxxa, għal test tal-veloċità għolja u għal test tal-allinjament ħażin)

x. 

id-distanza misjuqa fit-taqsima tal-kejl ikkalkolata mill-veloċità kkalibrata tal-vettura ma tvarjax mid-distanza fil-mira b'iktar minn 3 metri (applikabbli għal test tal-veloċità baxxa u għal test tal-veloċità għolja)

▼M1

xi. 

kontroll b'suċċess tal-plawżibbiltà għall-veloċità tal-magna jew għall-veloċità tal-cardan shaft skont liema minnhom tkun applikabbli:

Kontroll tal-veloċità tal-magna għat-test tal-veloċità għolja:

image

image

image

fejn:

igear

=

il-proporzjon tat-trażmissjoni tal-ger magħżul fit-test tal-veloċità għolja [-]

iaxle

=

il-proporzjon tat-trażmissjoni tal-fus [-]

vhms,avrg

=

il-veloċità medja tal-vettura (taqsima tal-kejl tal-veloċità għolja) [km/h]

neng,1s

=

il-medja ċentrali varjabbli ta' 1 s tal-veloċità tal-vettura (taqsima tal-kejl ta' veloċità għolja) [rpm]

neng,avrg

=

veloċità medja tal-magna (taqsima tal-kejl ta' veloċità għolja) [rpm]

rdyn,avrg

=

ir-raġġ medju effettiv tat-tidwir għal taqsima tal-kejl waħda waħda tal-veloċità għolja [m]

rdyn,ref,HS

=

ir-raġġ effettiv referenzjarju tat-tidwir ikkalkolat mit-taqsimiet validi kollha tal-kejl tal-veloċità għolja (numru = n) [m]

Kontroll tal-veloċità tal-magna għat-test tal-veloċità baxxa:

image

image

image

fejn:

igear

=

il-proporzjon tat-trażmissjoni tal-ger magħżul fit-test tal-veloċità baxxa [-]

iaxle

=

il-proporzjon tat-trażmissjoni tal-fus [-]

vlms,avrg

=

il-veloċità medja tal-vettura (taqsima tal-kejl tal-veloċità baxxa) [km/h]

neng,float

=

il-medja ċentrali varjabbli tal-veloċità tal-magna b'bażi tal-ħinXms sekondi (taqsima tal-kejl tal-veloċità baxxa) [rpm]

neng,avrg

=

veloċità medja tal-magna (taqsima tal-kejl ta' veloċità baxxa) [rpm]

Xms

=

ħin meħtieġ biex tinstaq distanza ta' 25 metru b'veloċità baxxa [s]

rdyn,avrg

=

raġġ medju effettiv tat-tidwir għal veloċità baxxa waħda taqsima tal-kejl [m]

rdyn,ref,LS1/LS2

=

ir-raġġ effettiv referenzjarju tat-tidwir ikkalkolat mit-taqsimiet validi kollha tal-kejl għat-test 1 tal-veloċità baxxa jew għat-test 2 tal-veloċità baxxa (numru = n) [m]

Il-kontroll tal-plawżibbiltà għall-veloċità tal-cardan shaft jsir b'mod analogu ma' neng, 1s sotitwita minn ncard, 1s (medja ċentrali varjabbli ta' 1s tal-veloċità tal-cardan shaft fit-taqsima tal-kejl tal-veloċità għolja) u neng, float sostitwita minn ncard, float (medja ċentrali varjabbli tal-veloċità tal-cardan shaft b'bażi tal-ħin ta' Xms sekonda fit-taqsima tal-kejl tal-veloċità baxxa) u igear stabbilit għal valur ta' 1.

▼B

xii. 

il-parti patikolari tad-data tal-kejl ma kinitx immarkata bħala “invalida” fil-fajl tal-input tal-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja.

3.10.1.2.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja teskludi settijiet tad-data individwali mill-evalwazzjoni fil-każ ta' numru mhux indaqs ta' settijiet tad-data għal taħlita partikolari tat-taqsima tal-kejl u ta' direzzjoni tas-sewqan għall-ewwel u għat-tieni test tal-veloċità baxxa. F'dan il-każ, l-ewwel settijiet tad-data mill-prova tal-veloċità baxxa bin-numru għoli ta' settijiet tad-data huma esklużi.

3.10.1.3.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja teskludi kombinazzjonijiet individwali ta' taqsimiet tal-kejl u ta' direzzjonijiet tas-sewqan mill-evalwazzjoni jekk:

i. 

ma jkun hemm ebda sett tad-data validu disponibbli mit-test 1 tal-veloċità baxxa jew/u mit-test 2 tal-veloċità baxxa

ii. 

ikun hemm inqas minn żewġ settijiet tad-data validi disponibbli mit-test tal-veloċità għolja

3.10.1.4.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja tikkunsidra t-test sħiħ tal-veloċità kostanti invalidu fil-każijiet li ġejjin:

i. 

ir-rekwiżiti tal-korsa tat-testijiet kif deskritti fi 3.1.1 mhumiex issodisfati

ii. 

inqas minn 10 settijiet tad-data għal kull intestatura disponibbli (test tal-veloċità għolja)

iii. 

inqas minn 5 settijiet tad-data validi għal kull intestatura disponibbli (test tal-kalibrar tal-allinjament ħażin)

iv. 

il-koeffiċjenti tar-reżistenza għad-dawrien (RRC) għall-ewwel u għat-tieni test tal-veloċità baxxa jvarjaw b'iktar minn 0.40 kg/t. Dan il-kriterju hu kkontrollat għal kull taħlita tat-taqsima tal-kejl u ta' direzzjoni tas-sewqan b'mod separat.

3.10.2.   Kriterji tal-validità għat-test tal-allinjament ħażin

3.10.2.1.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja taċċetta settijiet tad-data kif irreġistrati matul it-test tal-allinjament ħażin f'każ li jiġu ssodisfati l-kriterji tal-validità li ġejjin:

i. 

il-veloċità medja tal-vettura taqa' fi ħdan il-kriterji kif iddefiniti fi 3.5.2 għat-test tal-veloċità għolja

ii. 

il-kundizzjonijiet validi tal-veloċità medja tar-riħ skont l-entrata i tal-punt 3.2.5

iii. 

il-kundizzjonijiet validi tal-veloċità tal-buffuri riħ skont l-entrata ii tal-punt 3.2.5

iv. 

il-kundizzjonijiet validi tal-angolu medju tal-imbardata skont l-entrata iii tal-punt 3.2.5

v. 

il-kriterji ta' stabbiltà għall-veloċità tal-vettura huma ssodisfati:

image

fejn:

vhms,avrg

=

il-medja tal-veloċità tal-vettura għal kull taqsima tal-kejl [km/siegħa]

vhm,avrg

=

il-medja ċentrali varjabbli ta' 1 s tal-veloċità tal-vettura [km/siegħa]

3.10.2.2.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja tikkunsidra d-data minn taqsima tal-kejl individwali invalida fil-każijiet li ġejjin:

i. 

l-ispids medji tal-vettura mis-settijiet tad-data validi kollha minn kull direzzjoni tas-sewqan ivarjaw b'iktar minn 2 km/siegħa.

ii. 

inqas minn 5 settijiet tad-data għal kull intestatura disponibbli

3.10.2.3.

L-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja tqis it-test sħiħ tal-allinjament ħażin invalidu f'każ li ma jkun hemm ebda riżultat validu għal taqsima individwali tal-kejl disponibbli.

3.11.   Dikjarazzjoni tal-valur tar-reżistenza tal-arja

Il-valur bażi għad-dikjarazzjoni tal-valur tar-reżistenza tal-arja hu r-riżultat finali għal Cd · Acr (0) kif ikkalkolat mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja. L-applikant għal ċertifikat għandu jiddikjara valur Cd · Adeclared f'medda minn daqs sa massimu ta' +0.2 m2 ogħla minn Cd · Acr (0). Din it-tolleranza għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-inċertezzi fl-għażla tal-vetturi referenzjarji bħala l-agħar xenarju għall-membri kollha tal-familja li jistgħu jiġu ttestjati. Il-valur Cd · Adeclared għandu jkun l-input għall-għodda ta' simulazzjoni u l-valur referenzjarju għall-konformità tal-ittestjar tal-karatteristiċi ċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

▼M1

Jistgħu jinħolqu diversi valuri ddikjarati Cd· Adeclared abbażi ta' kejl wieħed Cd· Acr (0) sakemm id-dispożizzjonijiet tal-familja skont il-punt 4 tal-Appendiċi 5 ikunu ssodisfati.

▼B




Appendiċi 1

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KOMPONENT, TA' UNITÀ TEKNIKA SEPARATA JEW TA' SISTEMA

Format massimu: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT DWAR IL-PROPRJETAJIET RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TA' FAMILJA TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA



Timbru tal-amministrazzjoni

— l-għoti (1)

— l-estensjoni (1)

— ir-rifjut (1)

— l-irtirar (1)

Komunikazzjoni dwar:

ta' ċertifikat dwar il-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' familja tar-reżistenza tal-arja b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400. kif emendat l-aħħar bi …

Numru ta' ċertifikazzjoni:

Hash:

Raġuni għall-estensjoni:

TAQSIMA I

0.1.

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):

0.2.

Tip / familja tal-karozzerija tal-vettura u tar-reżistenza tal-arja (jekk applikabbli):

0.3.

Membru tal-familja tal-karozzerija u reżistenza tal-arja tal-vettura (fil-każ ta' familja)

0.3.1.

Karozzerija tal-vettura u reżistenza tal-arja referenzjarji

0.3.2.

Tipi tal-karozzerija tal-vettura u tar-reżistenza tal-arja fi ħdan il-familja

0.4.

Mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkat

0.4.1.

Fejn jinsab il-markar:

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:

0.6.

Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE:

0.7.

Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:

0.9.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm)

TAQSIMA II

1.

Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-Addendum

2.

Awtorità tal-approvazzjoni responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:

3.

Data tar-rapport tat-test:

4.

Numru tar-rapport tat-test:

5.

Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum

6.

Post:

7.

Data:

8.

Firma:

Dokumenti mehmużin:

Pakkett ta' informazzjoni. Rapport tat-test.

▼M1




Appendiċi 2

Dokument ta' informazzjoni dwar ir-reżistenza tal-arja



Nru tal-folja ta' deskrizzjoni:

Suġġett:

minn:

Emenda:

skont …

Tip jew familja tar-Reżistenza tal-Arja (jekk applikabbli):

Rimarka ġenerali: Għad-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni jeħtieġ jiġi ddefinit format tal-fajl elettroniku li jista' jintuża għall-importazzjoni tad-data għall-għodda ta' simulazzjoni. Id-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni tista' tkun differenti mid-data mitluba fid-dokument ta' informazzjoni u viċi versa (għandha tiġi definita). Fajl tad-data hu partikolarment neċessarju kull meta tkun trid tiġi mmaniġġjata data kbira bħal mapep tal-effiċjenza (ebda trasferiment/input manwali neċessarju).

0.0.   ĠENERALI

0.1. L-isem u l-indirizz tal-manifattur

0.2. L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

0.3. Tip tar-reżistenza tal-arja (familja jekk applikabbli)

0.4. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli)

0.5. Il-mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura

0.6. Fil-każ ta' komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-post u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' ċertifikazzjoni

0.7. L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:

0.8. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentat tal-manifattur:

PARTI I

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA (REFERENZJARJA) U T-TIPI TA' REŻISTENZA TAL-ARJA FI ĦDAN FAMILJA TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA



 

Reżistenza tal-arja referenzjarja

Membru tal-familja

 

 

jew it-tip ta' reżistenza tal-arja

#1

#2

#3

 

 

1.0.   INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA DWAR IR-REŻISTENZA TAL-ARJA

1.1.0. VETTURA

1.1.1. Grupp tal-HDV skont l-iskema tas-CO2 tal-HDV

1.2.0. Mudell tal-vettura

1.2.1. Konfigurazzjoni tal-fusien

1.2.2. Piż gross mass. tal-vettura

1.2.3. Linja tal-kabina

1.2.4. Wisa' tal-kabina (valur mass. fid-direzzjoni Y)

1.2.5. Tul tal-kabina (valur mass. fid-direzzjoni X)

1.2.6. Għoli tas-saqaf

1.2.7. Bażi tar-roti

1.2.8. Għoli tal-kabina fuq il-qafas

1.2.9. Għoli tal-qafas

1.2.10. Aċċessorji jew supplimenti ajrudinamiċi (eż. spojler tas-saqaf, extender laterali, side skirts, paletti tal-kantunieri)

1.2.11. Dimensjonijiet tat-tajers tal-fus ta' quddiem

1.2.12. Dimensjonijiet tat-tajers tal-fus(ien) motorizzat(i)

1.3.

Speċifikazzjonijiet tal-karozzerija (skont id-definizzjoni standard tal-karozzerija)

1.4.

Speċifikazzjonijiet ta' (Semi)Trejler (skont l-ispeċifikazzjoni standard ta' (semi)trejler mill-korp tal-istandards)

1.5.

Parametru li jiddefinixxi l-familja b'konformità mad-deskrizzjoni tal-applikant (kriterji referenzjarji u kriterji tal-familja ddevjati)

LISTA TAD-DOKUMENTI MEHMUŻA



Nru.:

Deskrizzjoni:

Data tal-ħruġ:

1.

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test

2.

 

Dokument Mehmuż Nru 1 għad-Dokument ta' Informazzjoni

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-test (jekk applikabbli)

1.1. Korsa tat-testijiet li fuqha saru t-testijiet

1.2. Massa totali tal-vettura matul il-kejl [kg]

1.3. Għoli massimu tal-vettura matul il-kejl [m]

1.4. Kundizzjonijiet ambjentali medji matul l-ewwel test tal-veloċità baxxa [°C]

1.5. Veloċità medja tal-vettura matul testijiet tal-veloċità għolja [km/h]

1.6. Multiplikazzjoni tal-koeffiċjent tar-reżistenza tal-arja (Cd ) bl-erja trasversali (Ac r) għal kundizzjonijiet ta' riħ trasversali CdAcr(0) [m2]

1.7. Multiplikazzjoni tal-koeffiċjent tar-reżistenza tal-arja (Cd ) bl-erja trasversali (Acr ) għal kundizzjonijiet ta' riħ trasversali medju matul test tal-veloċità kostanti CdAcr(β) [m2]

1.8. Angolu medju tal-imbardata matul it-test tal-veloċità kostanti β [o]

1.9. Valur iddikjarat tar-reżistenza tal-arja Cd· Adeclared [m2]

1.10. Numru tal-verżjoni tal-għodda ta' pproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja

▼B




Appendiċi 3

Rekwiżiti tal-għoli tal-vettura

1. Il-vetturi mkejla fit-test tal-veloċità kostanti skont it-taqsima 3 ta' dan l-Anness iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-għoli tal-vettura kif muri fit-Table 7.

2. L-għoli tal-vettura jrid jiġi ddeterminat kif deskritt fl-entrata vii ta' 3.5.3.1.

3. Vetturi ta' gruppi ta' vetturi mhux murija fit-Table 7 mhumiex soġġetti għall-ittestjar tal-veloċità kostanti.



Tabella 7

Rekwiżiti tal-Għoli tal-Vettura

Grupp tal-vettura

għoli minimu tal-vettura [m]

għoli massimu tal-vettura [m]

1

3.40

3.60

2

3.50

3.75

3

3.70

3.90

4

3.85

4.00

5

3.90

4.00

▼M1

9

valuri simili għal trakk riġidu bl-istess piż massimu gross tal-vettura (grupp 1, 2, 3 jew 4)

▼B

10

3.90

4.00




Appendiċi 4

Konfigurazzjonijiet standard tal-karozzerijai u tas-semitrejlers

1. Il-vetturi mkejla fit-test tal-veloċità kostanti skont it-taqsima 3 ta' dan l-Anness iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-krpi standard u s-semitrejlers standard kif deskritti f'dan l-Appendiċi.

2. Il-karozzerija jew is-semitrejler standard applikabbli għandhom jiġu ddeterminati mit-Table 8.



Tabella 8

Allokazzjoni tal-karozzeriji u tas-semitrejlers standard għall-ittestjar tal-veloċità kostanti

Grupp tal-vettura

Karozzerija jew trejler standard

1

B1

2

B2

3

B3

4

B4

5

ST1

9

skont il-piż massimu gross tal-vettura:

7.5 – 10t: B1

>10 – 12t: B2

>12 – 16t: B3

>16t: B5

10

ST1

3. Il-karozzeriji standard B1, B2, B3, B4 u B5 għandhom jinbnew bħala karozzerija b'qoxra iebsa f'disinn tal-kaxxa mnixxfa. Dawn għandhom ikunu mgħammra b'żewġ bibien ta' wara u mingħajr ebda bieba fil-ġenb. Il-karozzeriji standard m'għandhomx ikunu mgħammra b'tail lifts, bi spojlers ta' quddiem jew b'illixxar għall-ajrudinamika fil-ġnub għat-tnaqqis tar-reżistenza ajrudinamika. L-ispeċifikazzjonijiet tal-karozzeriji standard jingħataw:

Fit-Table 9 għall-karozzerija standard “B1”
Fit-Table 10 għall-karozzerija standard “B2”
Fit-Table 11 għall-karozzerija standard “B3”
Fit-Table 12 għall-karozzerija standard “B4”
Fit-Table 13 għall-karozzerija standard “B5”

L-indikazzjonijiet tal-massa kif mogħtija fit-Table 9 sat-Table 13 mhumiex soġġetti għal spezzjoni għall-ittestjar tar-reżistenza tal-arja.

4. Ir-rekwiżiti dwar it-tip u x-xażì għas-semitrejler standard ST1 huma elenkati fit-Table 14. L-ispeċifikazzjonijiet jingħataw fit-Table 15.

5. Id-dimensjonijiet u l-mases kollha mingħajr tolleranzi msemmija b'mod espliċitu għandhom ikunu konformi mal-Appendiċi 2 tal-Anness 1 tar-Reg.1230/2012/KE (jiġifieri fil-medda ta' ± 3 % tal-valur fil-mira).



Tabella 9

Speċifikazzjonijiet tal-karozzerija standard “B1”

Speċifikazzjoni

Unità

Id-dimensjoni esterna

(tolleranza)

Rimarki

Tul

[mm]

6 200

 

Wisa'

[mm]

2 550 (-10)

 

Għoli

[mm]

2 680 (±10)

kaxxa: għoli estern: 2 560

raġġ lonġitudinali: 120

Ġenb u saqaf tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil ta' quddiem

[mm]

50 - 80

 

Ġenb tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil tas-saqaf

[mm]

50 - 80

 

Kantunieri li jifdal

[mm]

miksura b'raġġ ta' ≤10

 

Massa

[kg]

1 600

ma ġietx ivverifikata matul l-ittestjar tar-reżistenza tal-arja



Tabella 10

Speċifikazzjonijiet tal-karozzerija standard “B2”

Speċifikazzjoni

Unità

Dimensjoni esterna

(tolleranza)

Rimarki

Tul

[mm]

7 400

 

Wisa'

[mm]

2 550 (-10)

 

Għoli

[mm]

2 760 (±10)

kaxxa: għoli estern: 2 640

raġġ lonġitudinali: 120

Ġenb u saqaf tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil ta' quddiem

[mm]

50 - 80

 

Ġenb tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil tas-saqaf

[mm]

50 - 80

 

Kantunieri li jifdal

[mm]

miksura b'raġġ ta' ≤ 10

 

Massa

[kg]

1 900

ma ġietx ivverifikata matul l-ittestjar tar-reżistenza tal-arja



Tabella 11

Speċifikazzjonijiet tal-karozzerija standard “B3”

Speċifikazzjoni

Unità

Dimensjoni esterna

(tolleranza)

Rimarki

Tul

[mm]

7 450

 

Wisa'

[mm]

2 550 (-10)

limitu legali (96/53/KE),

interna ≥ 2 480

Għoli

[mm]

2 880 (±10)

kaxxa: għoli estern: 2 760

raġġ lonġitudinali: 120

Ġenb u saqaf tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil ta' quddiem

[mm]

50 - 80

 

Ġenb tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil tas-saqaf

[mm]

50 - 80

 

Kantunieri li jifdal

[mm]

miksura b'raġġ ta' ≤ 10

 

Massa

[kg]

2 000

ma ġietx ivverifikata matul l-ittestjar tar-reżistenza tal-arja



Tabella 12

Speċifikazzjonijiet tal-karozzerija standard “B4”

Speċifikazzjoni

Unità

Dimensjoni esterna

(tolleranza)

Rimarki

Tul

[mm]

7 450

 

Wisa'

[mm]

2 550 (-10)

 

Għoli

[mm]

2 980 (±10)

kaxxa: għoli estern: 2 860

raġġ lonġitudinali: 120

Ġenb u saqaf tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil ta' quddiem

[mm]

50 - 80

 

Ġenb tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil tas-saqaf

[mm]

50 - 80

 

Kantunieri li jifdal

[mm]

miksura b'raġġ ta' ≤ 10

 

Massa

[kg]

2 100

ma ġietx ivverifikata matul l-ittestjar tar-reżistenza tal-arja



Tabella 13

Speċifikazzjonijiet tal-karozzerija standard “B5”

Speċifikazzjoni

Unità

Dimensjoni esterna

(tolleranza)

Rimarki

Tul

[mm]

7 820

interna ≥ 7 650

Wisa'

[mm]

2 550 (– 10)

limitu legali (96/53/KE),

interna ≥ 2 460

Għoli

[mm]

2 980 (±10)

kaxxa: għoli estern: 2 860

raġġ lonġitudinali: 120

Ġenb u saqaf tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil ta' quddiem

[mm]

50 - 80

 

Ġenb tar-raġġ tal-kantuniera bil-panil tas-saqaf

[mm]

50 - 80

 

Kantunieri li jifdal

[mm]

miksura b'raġġ ta' ≤ 10

 

Massa

[kg]

2 200

ma ġietx ivverifikata matul l-ittestjar tar-reżistenza tal-arja



Tabella 14

Tip u konfigurazzjoni tax-xażì ta' semitrejler standard “ST1”

Tip ta' trejler

Semitrejler bi 3 fusien mingħajr fus(ien) tal-iggwidar

Konfigurazzjoni tax-xażì

— Qafas tas-sellum minn tarf sa tarf

— Qafas bla għata taħt l-art

— 2 strixxi fuq kull naħa bħala protezzjoni tal-qiegħ

— Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara (UPS)

— Pjanċa tal-ħowlder tal-lampa ta' wara

— mingħajr kaxxa tal-palits

— Żewġ stepni wara t-tielet fus

— Kaxxa tal-għodod waħda fi tmiem il-karozzerija qabel il-UPS (naħa tax-xellug jew tal-lemin)

— Mud flaps quddiem u wara l-assemblaġġ tal-fus

— Sospensjoni tal-arja

— Brejkijiet diska

— Daqs tat-tajer: 385/65 R 22.5

— 2 bibien ta' wara

— mingħajr bieba/bibien tal-ġenb

— mingħajr tail lift

— mingħajr spojler ta' quddiem

— mingħajr illixxar għall-ajrudinamika fil-ġenb għall-ajrudinamika



Tabella 15

▼M1

Speċifikazzjonijiet tas-semitrejler standard“ST1”

▼B

Speċifikazzjoni

Unità

Dimensjoni esterna

(tolleranza)

Rimarki

Tul totali

[mm]

13 685

 

Wisa' totali (Wisa' tal-karozzerija)

[mm]

2 550 (–10)

 

Għoli tal-karozzerija

[mm]

2 850 (± 10)

għoli sħiħ mass.: 4 000 (96/53/KE)

Għoli sħiħ, mingħajr tagħbija

[mm]

4 000 (– 10)

għoli matul it-tul sħiħ speċifikazzjoni għas-semitrejler, mhux rilevanti għall-verifika tal-għoli tal-vettura matul it-test tal-ispid kostanti

Għoli tal-akkoppjament tat-trejler, mingħajr tagħbija

[mm]

1 150

speċifikazzjoni għas-semitrejler, mhux soġġetta għal spezzjoni matul it-test tal-ispid kostanti

Bażi tar-roti

[mm]

7 700

 

Distanzi tal-fusien

[mm]

1 310

Assemblaġġ bi 3 fusien, 24t (96/53/KE)

Sporġenza ta' quddiem

[mm]

1 685

raġġ: 2 040 (limitu legali, 96/53/KE)

Ħajt ta' quddiem

 

 

ħajt ċatt b'aċċessorji għall-arja kkompressata u għall-elettriku

Panil ta' quddiem/tal-ġenb tal-kantuniera

[mm]

miksura bi strixxa u b'raġġi tat-truf ta' ≤ 5

secant ta' ċirku bil-kingpin bħala ċ-ċentru u raġġ ta' 2 040 (limitu legali, 96/53/KE)

Kantunieri li jifdal

[mm]

miksura b'raġġ ta' ≤ 10

 

Dimensjoni tal-kaxxa tal-għodod tal-vettura fl-assi-x

[mm]

655

Tolleranza: ± 10 % tal-valur fil-mira

Dimensjoni tal-kaxxa tal-għodod tal-vettura fl-assi-y

[mm]

445

Tolleranza: ± 5 % tal-valur fil-mira

Dimensjoni tal-kaxxa tal-għodod tal-vettura fl-assi-z

[mm]

495

Tolleranza: ± 5 % tal-valur fil-mira

Tul tal-protezzjoni tal-qiegħ tal-ġenb

[mm]

3 045

2 stixxi fuq kull naħa, acc. ECE- R 73, Emenda 01 (2010), +/– 100 skont il-bażi tar-roti

Profil tal-istrixxa

[mm2]

100 × 30

ECE- R 73, Emenda 01 (2010),

Piż tekniku gross tal-vettura

[kg]

39 000

GVWR legali: 24 000 (96/53/KE)

Piż ►C1  tal-vettura mingħajr tagħbija ◄

[kg]

7 500

ma ġietx ivverifikata matul l-ittestjar tar-reżistenza tal-arja

Tagħbija permessibbli fuq il-fus

[kg]

24 000

limitu legali (96/53/KE)

Tagħbija teknika fuq il-fus

[kg]

27 000

3 × 9 000




Appendiċi 5

Familja tar-reżistenza tal-arja għat-trakkijiet

1.   Ġenerali

Familja tar-reżistenza tal-arja hi kkaratterizzata mill-parametri tad-disinn u tal-prestazzjoni. Dawn għandhom ikunu komuni għall-vetturi kollha fi ħdan il-familja. Il-manifattur jista' jiddeċiedi liema vetturi jappartjenu għal familja tar-reżistenza tal-arja sakemm jiġu rispettati l-kriterji tal-appartenenza elenkati fil-paragrafu 4. Il-familja tar-reżistenza tal-arja għandha tiġi approvata mill-awtorità tal-approvazzjoni. Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni l-informazzjoni xierqa dwar ir-reżistenza tal-arja tal-membri tal-familja tar-reżistenza tal-arja.

2.   Każijiet speċjali

F'ċerti każijiet jista' jkun hemm azzjoni reċiproka bejn il-parametri. Dan għandu jitqies sabiex jiġi żgurat li vetturi b'karatteristiċi simili biss jiġu inklużi fl-istess familja tar-reżistenza tal-arja. Dawn il-każijiet għandhom jiġu identifikati mill-manifattur u jiġu nnotifikati lill-awtorità tal-approvazzjoni. Imbagħad dan għandu jitqies bħala kriterju biex tinħoloq familja tar-reżistenza tal-arja ġdida.

Minbarra l-parametri elenkati fil-paragrafu 4, il-manifattur jista' jintroduċi kriterji addizzjonali li jippermettu d-definizzjoni ta' familji ta' daqs iktar ristrett.

▼M1 —————

▼B

4.   Parametru li jiddefinixxi l-familja tar-reżistenza tal-arja:

4.1.

Il-vetturi jistgħu jiġu raggruppati fi ħdan familja jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

a) 

L-istess wisa' u karozzerija tal-kabina f'ġeometrija bajda sal-pilastru B u f'livell ogħla mill-punt tal-għarqub eskluż il-qiegħ tal-kabina (eż. mina tal-magna). Il-membri kollha tal-familja joqogħdu fi ħdan medda ta' ± 10 mm mill-vettura referenzjarja.

b) 

L-istess għoli tas-saqaf f'Z vertikali. Il-membri kollha tal-familja joqogħdu fi ħdan medda ta' ± 10 mm mill-vettura referenzjarja.

c) 

L-istess għoli tal-kabina fuq il-qafas. Dan il-kriterju hu ssodisfat jekk id-differenza fl-għoli tal-kabini fuq il-qafas tibqa' fi ħdan Z < 175mm.

L-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kunċett tal-familja għandu jintwera mid-data tas-CAD (disinjar permezz tal-kompjuter).

Figura 1

Definizzjoni tal-familja

image

4.2.

Familja tar-reżistenza tal-arja tikkonsisti f'membri u b'konfigurazzjonijiet tal-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati u li ma jistgħux jiġu ttestjati b'konformità ma' dan ir-regolament.

4.3.

Il-membri li jistgħu jiġu ttestjati ta' familja huma konfigurazzjonijiet tal-vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-installazzjoni kif iddefiniti fi 3.3 fil-parti ewlenija ta' dan l-Anness.

5.   Għażla tal-vettura referenzjarja tar-reżistenza tal-arja

5.1.

Il-vettura referenzjarja ta' kull familja għandha tingħażel skont il-kriterji li ġejjin:

5.2.

Ix-xażì tal-vettura għandu jaqbel mad-dimensjonijiet tal-karozzerija standard jew tas-semitrejler kif iddefiniti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

5.3.

Il-membri kollha li jistgħu jiġu ttestjati tal-familja għandu jkollhom valur tar-reżistenza tal-arja daqs jew inqas mill-valur Cd · Adeclared iddikjarat għall-vettura referenzjarja.

5.4.

L-applikant għal ċertifikat għandu jkun jista' juri li l-għażla tal-vettura referenzjarja tissodisfa d-dispożizzjonijiet kif iddikjarati f'5.3 fuq il-bażi tal-metodi xjentifiċi eż. CFD, ir-riżultati tal-mina tar-riħ jew prattika tal-inġinerija tajba. Din id-dispożizzjoni tapplika għall-varjanti kollha tal-vetturi li jistgħu jiġu ttestjati bil-proċedura tal-veloċità kostanti kif deskritta f'dan l-Anness. Konfigurazzjonijiet oħra tal-vettura (eż. għoli tal-vettura mhux konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Appendiċi 4, bażijiet tar-roti mhux kompatibbli mad-dimensjonijiet standard tal-korp tal-Appendiċi 5) għandhom jiksbu l-istess valur tar-reżistenza tal-arja bħal vetturi referenzjarji li jistgħu jiġu ttestjati fi ħdan il-familja mingħajr ebda dimostrazzjoni ulterjuri. Peress li t-tajers huma meqjusa bħala parti mit-tagħmir tal-kejl, l-influwenza tagħhom għandha tkun eskluża fil-wiri tal-agħar xenarju possibbli.

5.5.

▼M1

Il-valur iddikjarat Cd· Adeclared jista' jintuża għall-ħolqien ta' familji fi klassijiet oħra ta' vetturi jekk il-kriterji tal-familja b'konformità mal-punt 5 ta' dan l-Appendiċi jiġu ssodisfati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 16.

▼B



Tabella 16

Dispożizzjonijiet għat-trasferiment tal-valuri tar-reżistenza tal-arja għal klassijiet oħra tal-vetturi

Grupp tal-vettura

Formula tat-trasferiment

Rimarki

1

Grupp tal-vettura 2 – 0.2 m2

Permess biss jekk tkejjel il-valur għall-familja relatata fil-grupp 2

2

Grupp tal-vettura 3 – 0.2 m2

Permess biss jekk tkejjel il-valur għall-familja relatata fil-grupp 3

3

Grupp tal-vettura 4 – 0.2 m2

 

4

Ebda trasferiment permess

 

5

Ebda trasferiment permess

 

9

Grupp tal-vettura 1,2,3,4 + 0.1 m2

Il-grupp applikabbli għat-trasferiment irid ikun jaqbel mal-piż gross tal-vettura. It-trasferiment ta' valuri diġà ttrasferiti hu permess.

10

Grupp tal-vettura 1,2,3,5 + 0.1 m2

11

Grupp tal-vettura 9

It-trasferiment ta' valuri diġà ttrasferiti hu permess

12

Grupp tal-vettura 10

It-trasferiment ta' valuri diġà ttrasferiti hu permess

▼M1

16

Grupp ta' Vetturi 9 + 0,3 m2

Il-grupp ta' vetturi applikabbli għat-trasferiment irid ikun jaqbel mal-piż gross tal-vettura. It-trasferiment ta' valuri diġà ttrasferiti hu permess

▼B




Appendiċi 6

Konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

1. Il-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandha tiġi vverifikata bit-testijiet tal-veloċità kostanti kif stipulat fit-taqsima 3 tal-parti ewlenija ta' dan l-Anness. Għall-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil japplikaw id-dispożizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

i. 

It-temperatura ambjentali tat-test tal-veloċità kostanti għandha tkun fi ħdan medda ta' ± 5oC sal-valur mill-kejl taċ-ċertifikazzjoni. Dan il-kriterju hu vverifikat fuq il-bażi tat-temperatura medja mill-ewwel testijiet tal-veloċità baxxa kif ikkalkolati mill-għodda ta' preproċessar tar-reżistenza tal-arja.

ii. 

It-test tal-veloċità għolja għandu jsir f'medda tal-veloċità tal-vettura fi ħdan ± 2 km/siegħa sal-valur mill-kejl taċ-ċertifikazzjoni.

It-testijiet kollha tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandhom ikunu ssorveljati mill-awtorità tal-approvazzjoni.

2. Vettura ma tgħaddix mit-test tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil jekk il-valur imkejjel ta' Cd Acr (0) ikun ogħla mill-valur Cd · Adeclared iddikjarat għall-vettura referenzjarja flimkien ma' marġni ta' tolleranza ta' 7.5 %. Jekk l-ewwel test ma jgħaddix, jistgħu jsiru sa żewġ testijiet addizzjonali f'jiem differenti bl-istess vettura. ►M1  Meta l-valur Cd Acr (0) imkejjel tat-testijiet kollha mwettqa jkun ogħla mill-valur iddikjarat Cd· Adeclared għall-vettura referenzjarja flimkien ma' marġni ta' tolleranza ta' 7,5 %, għandu japplika l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament. ◄

▼M1

Għall-kalkolu tal-valur Cd Acr (0) tal-verżjoni tal-għodda tal-ipproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja tar-reżistenza tal-arja referenzjarja skont id-Dokument Mehmuż 1 tal-Appendiċi 2 għal dan l-Anness.

▼B

3. In-numru ta' vetturi li għandhom jiġu ttestjati għall-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil fis-sena tal-produzzjoni għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tat-Table 17.



Tabella 17

Numru ta' vetturi li għandhom jiġu ttestjati għall-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil fis-sena tal-produzzjoni

Numru ta' vetturi ttestjati għas-CoP

Numru ta' vetturi rilevanti għas-CoP prodotti s-sena ta' qabel

2

≤ 25 000

3

≤ 50 000

4

≤ 75 000

5

≤ 100 000

6

100 001 u iktar

Għall-finijiet ta' stabbiliment tan-numri tal-produzzjoni, għandha tiġi kkunsidrata biss data tar-reżistenza tal-arja li taqa' taħt ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li ma kisbitx valuri standard tar-reżistenza tal-arja skont l-Appendiċi 8 ta' dan l-Anness.

4. Għall-għażla tal-vetturi għall-ittestjar tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

4.1. 

Vetturi mil-linja tal-produzzjoni biss għandhom jiġu ttestjati.

4.2. 

Għandhom jintgħażlu biss vetturi li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet għall-ittestjar tal-veloċità kostanti kif stabbilit fit-taqsima 3.3 tal-parti ewlenija ta' dan l-Anness.

4.3. 

It-tajers huma kkunsidrati parti mit-tagħmir tal-kejl u jistgħu jintgħażlu mill-manifattur.

4.4. 

Vetturi f'familji fejn il-valur tar-reżistenza tal-arja ġie ddeterminat permezz ta' trasferiment minn vetturi oħra skont il-punt 5 tal-Appendiċi 5 mhumiex soġġetti għall-ittestjar tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

4.5. 

Vetturi li jużaw valuri standard għar-reżistenza tal-arja skont l-Appendiċi 8 mhumiex soġġetti għall-ittestjar tal-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil.

4.6. 

L-ewwel żewġ vetturi għal kull manifattur li jiġu ttestjati għall-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandhom jintgħażlu mill-ikbar żewġ familji f'termini tal-produzzjoni tal-vetturi. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħżel vetturi addizzjonali.

5. Wara li vettura tingħażel għall-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, il-manifattur jeħtieġlu jivverifika l-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil fi ħdan perjodu ta' żmien ta' 12-il xahar. Il-manifattur jista' jitlob lill-awtorità tal-approvazzjoni għal estensjoni ta' dak il-perjodu sa massimu ta' 6 xhur jekk ikun kapaċi juri bil-provi li l-verifika ma kinitx possibbli fi ħdan il-perjodu meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.




Appendiċi 7

Valuri standard

1. Il-valuri standard għall-valur iddikjarat tar-reżistenza tal-arja Cd · Adeclared huma ddefiniti skont it-Table 18. F'każ li għandhom jiġu applikati l-valuri standard, m'għandha tiġi pprovduta ebda data tal-input dwar ir-reżistenza tal-arja lill-għodda ta' simulazzjoni. F'dan il-każ, il-valuri standard jiġu allokati b'mod awtomatiku mill-għodda ta' simulazzjoni.



Tabella 18

Valuri standard għal Cd · Adeclared

Grupp tal-vettura

Valur standard

Cd · Adeclared [m2]

1

7,1

2

7,2

3

7,4

4

8,4

5

8,7

9

8,5

10

8,8

11

8,5

12

8,8

16

9,0

▼M1

2. Għall-konfigurazzjonijiet tal-vettura “trakk riġidu + trejler”, il-valur kumplessiv tar-reżistenza tal-arja jiġi kkalkolat mill-għodda ta' simulazzjoni billi jiżdiedu valuri delta standard għall-influwenza tat-trejler kif speċifikat fit-Tabella 19 mal-valur Cd· Adeclared għat-trakk riġidu.

▼B



Tabella 19

Valuri delta standard tar-reżistenza tal-arja għall-influwenza tat-trejler

Trejler

valuri delta standard tar-reżistenza tal-arja għall-influwenza tat-trejler [m2]

T1

1.3

T2

1.5

3. Għall-konfigurazzjonijiet tal-vetturi tal-EMS, il-valur tar-reżistenza tal-arja tal-konfigurazzjoni kumplessiva tal-vetturi hu kkalkolat mill-għodda ta' simulazzjoni billi jiżdiedu l-valuri delta stadard għall-influwenza tal-EMS kif speċifikat fit-Table 20 mal-valur tar-reżistenza tal-arja għall-konfigurazzjoni tal-vettura bażi.



Tabella 20

Valuri delta standard C d A cr (0) għall-influwenza tal-EMS

Konfigurazzjoni tal-EMS

valuri delta standard tar-reżistenza tal-arja għall-influwenza tal-EMS [m2]

(Trattur tal-klassi 5 + ST1) + T2

1.5

(Trakk tal-klassi 9 / 11) + riffieda + ST 1

2.1

(Trattur tal-klassi 10/12 + ST1) + T2

1.5




Appendiċi 8

Markar

Fil-każ ta' vettura li tkun tat-tip approvat skont dan l-Anness, il-kabina għandu jkollha mmarkati fuqha:

▼M1

1.1 

L-isem jew it-trademark tal-manifattur

▼B

1.2 

L-għamla u l-indikazzjoni tat-tip ta' identifikazzjoni kif irreġistrati fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 0.2 u 0.3 tal-Appendiċi 2 għal dan l-Anness

1.3 

Il-marka ta' ċertifikazzjoni bħala rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” segwita min-numru ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat:

1 għall-Ġermanja;
2 għal Franza;
3 għall-Italja;
4 għan-Netherlands;
5 għall-Iżvezja;
6 għall-Belġju;
7 għall-Ungerija;
8 għar-Repubblika Ċeka;
9 għal Spanja;
11 għar-Renju Unit;
12 għall-Awstrija;
13 għal-Lussemburgu;
17 għall-Finlandja;
18 għad-Danimarka;
19 għar-Rumanija;
20 għall-Polonja;
21 għall-Portugall;
23 għall-Greċja;
24 għall-Irlanda;
25 għall-Kroazja;
26 għas-Slovenja;
27 għas-Slovakkja;
29 għall-Estonja;
32 għal-Latvja;
34 għall-Bulgarija;
36 għal-Litwanja;
49 għal Ċipru;
50 għal Malta
1.4 

Ħdejn ir-rettangolu, il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll “numru bażi ta' ċertifikazzjoni” kif speċifikat għat-Taqsima 4 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Anness VII għad-Direttiva 2007/46/KE, ippreċedut minn żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta' sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament u minn karattru “P” li jindika li ngħatat l-approvazzjoni għal reżistenza tal-arja.

Għal dan ir-Regolament, in-numru tas-sekwenza għandu jkun 00.

1.4.1   Eżempju u dimensjonijiet tal-marka ta' ċertifikazzjoni

image

Il-marka ta' ċertifikazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' kabina turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fil-Polonja (e20), skont dan ir-Regolament. L-ewwel żewġ ċifri (00) jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika l-iktar riċenti għal dan ir-Regolament. L-ittra segwenti tindika li ċ-ċertifikat inħareġ għal reżistenza tal-arja (P). L-aħħar erba' figuri (0004) huma dawk allokati mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna bħala n-numru taċ-ċertifikazzjoni bażi.

1.5 

Il-marka taċ-ċertifikazzjoni għandha titwaħħal mal-kabina b'mod li ma tkunx tista' titħassar u tkun tista' tinqara faċilment. Din għandha tkun viżibbli meta l-kabina tiġi installata fuq il-vettura u għandha titwaħħal ma' parti tal-kabina neċessarja għat-tħaddim normali tal-magna u li normalment ma jkunx meħtieġ li tinbidel tul il-ħajja tal-kabina. ►M1  Il-markar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istikers iridu jkunu durabbli tul il-ħajja operattiva tal-kabina u jridu jkunu jinqraw b'mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru. ◄ Il-manifattur għandu jiżgura li l-markar, it-tikketti, il-pjanċi jew l-istiker ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jinqerdu jew jitgħarrqu.

2   Enumerazzjoni

▼M1

2.1

Numru taċ-ċertifikazzjoni għar-reżistenza tal-arja għandu jkun jinkludi dawn li ġejjin:

eX*YYYY/YYYY*ZZZZ/ZZZZ*P*0000*00



Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Ittra addizzjonali għat-taqsima 3

Taqsima 4

Taqsima 5

Indikazzjoni tal-pajjiż li joħroġ iċ-ċertifikat

Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-HDV rigward is-CO2 (2017/2400)

Regolament emendatorju l-aktar riċenti (ZZZZ/ZZZZ)

P = Reżistenza tal-arja

Numru taċ-ċertifikazzjoni bażi 0000

Estensjoni 00




Appendiċi 9

Parametri tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

Daħla

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-lista ta' parametri li jridu jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-iskema XML applikabbli kif ukoll id-data ta' eżempju huma disponibbli fil-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata.

L-XML jiġi ġġenerat b'mod awtomatiku mill-għodda ta' pproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja.

Definizzjonijiet

(1)

“ID tal-Parametru”:Identifikatur uniku kif użat fl-għodda ta' simulazzjoni għal parametru speċifiku tal-input jew għal sett ta' data tal-input

(2)

“Tip”:

Tip ta' data tal-parametru

sensiela ta' karattri …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1

token …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1, ebda spazju abjad fil-bidu/fl-aħħar

data …

data u ħin fil-ħin UTC fil-format: SSSS-XX-DD T HH:MM:SS Z fejn l-ittri korsivi li jindikaw karattri fissi eż. “2002-05-30T09:30:10Z”

numru sħiħ …

valur b'tip tad-data integrali, mingħajr żerijiet fuq quddiem, eż. “1800”

doppju, X …

numru frazzjonali eżattament X numri wara s-sinjal deċimali (“.”) u l-ebda żerijiet efuq quddiem eż. għal “doppju, 2”: “2345.67”; għal “doppju, 4”: “45.6780”

(3)

“Unità” …unità fiżika tal-parametru

Sett ta' parametri tal-input

▼C2



Tabella 1

Parametri tal-inputAirDrag

Isem tal-parametru

ID tal-Parametru

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P240

token

 

 

Model

P241

token

 

 

CertificationNumber

P242

token

 

Identifikatur tal-komponent kif użat fil-proċess ta' ċertifikazzjoni

Date

P243

date

 

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent.

AppVersion

P244

token

 

Numru li jidentifika l-verżjoni tal-għodda ta' pproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja

CdxA_0

P245

double, 2

[m2]

Riżultat finali tal-għodda ta' pproċessar minn qabel tar-reżistenza tal-arja.

TransferredCdxA

P246

double, 2

[m2]

CdxA_0 trasferit lil familji relatati fi gruppi ta' vetturi oħra skont it-Tabella 16 tal-Appendiċi 5. F'każ li ma tiġi applikata ebda regola dwar it-trasferiment, għandu jiġi pprovdut CdxA_0.

DeclaredCdxA

P146

double, 2

[m2]

Valur iddikjarat għall-familja tar-reżistenza tal-arja

▼M1

f'każ li għandhom jintużaw valuri standard skont l-Appendiċi 7 fl-għodda ta' simulazzjoni, m'għandha tiġi pprovduta ebda data tal-input għall-komponent tar-reżistenza tal-arja. Il-valuri standard jiġu allokati b'mod awtomatiku skont l-iskema tal-grupp ta' vetturi.

▼B




ANNESS IX

VERIFIKA TAD-DATA TAL-AWŻILJARJI TAT-TRAKKIJIET

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet rigward il-konsum tal-potenza tal-awżiljarji għall-vetturi tqal għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi għall-vetturi.

▼M1

Il-konsum tal-potenza tal-awżiljarji li ġejjin għandu jiġi kkunsidrat fi ħdan l-għodda ta' simulazzjoni billi jintużaw valuri medji standard tal-potenza speċifiċi għat-teknoloġija:

▼B

(a) 

Fann

(b) 

Sistema tal-istering

(c) 

Sistema elettrika

(d) 

Sistema pnewmatika

(e) 

Sistema tal-Arja Kundizzjonata (AC)

(f) 

Konnessjoni Motorizzata (PTO) tat-Trażmissjoni

▼M1

Il-valuri standard huma integrati fl-għodda ta' simulazzjoni u jintużaw b'mod awtomatiku billi tingħażel it-teknoloġija korrispondenti.

▼B

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Fann immuntat fil-krankxaft” tfisser installazzjoni tal-fann li fiha l-fann jiġi motorizzat fl-estensjoni tal-krankxaft, spiss bi flanġ;

(2) 

“Fann motorizzat b'ċinturin jew bi trażmissjoni” tfisser fann li jiġi installat f'pożizzjoni fejn hemm bżonn ta' ċinturin, sistema ta' tensjoni jew trażmissjoni addizzjonali;

(3) 

“Fann motorizzat b'mod idrawliku” tfisser fann imħaddem biż-żejt idrawliku, spiss installat lil hinn mill-magna. Sistema idrawlika b'sistema taż-żejt, b'pompa u b'valvi tinfluwenza t-telf u l-effiċjenzi fis-sistema;

(4) 

“Fann motorizzat bl-elettriku” tfisser fan imħaddem b'mutur elettriku. L-effiċjenza għal konverżjoni sħiħa tal-enerġija, inkluża fil-batterija/barra minnha, hi kkunsidrata;

(5) 

“Klaċċ visco kkontrollat b'mod elettroniku” tfisser klaċċ li fih numru ta' inputs tas-sensuri flimkien mal-loġika tal-SW jintużaw biex jattwaw b'mod elettroniku l-fluss tal-fluwidu fil-klaċċ visco;

(6) 

“Klaċċ visco kkontrollat bimetalliku” tfisser klaċċ li fih tintuża konnessjoni bimetallika għall-konverżjoni ta' tibdil fit-temperatura fi spostament mekkaniku. Imbagħad, l-ispostament mekkaniku jaħdem bħala attwatur għall-klaċċ visco;

(7) 

“Klaċċ step diskret” tfisser apparat mekkaniku li fih il-grad tal-attwazzjoni jista' jsir f'passi distinti biss (mhux varjabbli kontinwu).

(8) 

“Klaċċ magħfus/mitluq” tfisser klaċċ mekkaniku li jew ikun kompletament attivat jew kompletament diżattivat;

(9) 

“Pompa ta' spostament varjabbli” tfisser apparat li jbiddel l-enerġija mekkanika f'enerġija tal-fluwidu idrawliku. L-ammont ta' fluwidu ppumpjat għal kull revoluzzjoni tal-pompa jista' jiġi varjat filwaqt li tkun qed titħaddem il-pompa;

(10) 

“Pompa ta' spostament kostanti” tfisser apparat li jbiddel l-enerġija mekkanika f'enerġija tal-fluwidu idrawliku. L-ammont ta' fluwidu ppumpjat għal kull revoluzzjoni tal-pompa ma jistax jiġi varjat filwaqt li tkun qed titħaddem il-pompa;

(11) 

“Kontroll tal-mutur elettriku” tfisser l-użu ta' mutur elettriku biex jitħaddem il-fann. Il-magna elettrika tbiddel l-enerġija elettrika f'enerġija mekkanika. Il-potenza u l-veloċità huma kkontrollati b'teknoloġija konvenzjonali għall-muturi elettriċi;

(12) 

“Pompa ta' spostament fiss (teknoloġija prestabbilita)” tfisser pompa b'limitazzjoni interna tar-rata tal-fluss;

(13) 

“Pompa ta' spostament fiss b'kontroll elettroniku” tfisser pompa li tuża kontroll elettroniku tar-rata tal-fluss;

(14) 

“Pompa ta' spostament doppju” tfisser pompa b'żewġ kompartimenti (bl-istess spostament jew wieħed differenti) li jistgħu jiġu kkombinati jew li jista' jintuża wieħed minnhom biss. Din hija kkaratterizzata b'limitazzjoni interna tar-rata tal-fluss;

(15) 

“Pompa ta' spostament varjabbli kkontrollata mekk.” tfisser pompa li fiha l-ispostament ikun ikkontrollat mekkanikament internament (skali tal-pressjoni interna);

(16) 

“Pompa ta' spostament varjabbli kkontrollata elett.” tfisser pompa li fiha l-ispostament ikun ikkontrollat mekkanikament internament (skali tal-pressjoni interna). Barra minn hekk, ir-rata tal-fluss hi kkontrollata b'mod elett. b'valv;

▼M1

(17) 

“Pompa elettrika tal-istering” tfisser pompa idrawlika mmexxija minn mutur elettriku;

▼B

(18) 

“Kompressur tal-arja tal-linja bażi” tfisser kompressur konvenzjonali tal-arja li ma juża ebda teknoloġija effiċjenti fl-enerġija;

(19) 

“Kompressur tal-arja b'Sistema ta' Ffrankar Enerġetiku (ESS)” tfisser kompressur li jnaqqas il-konsum tal-enerġija matul il-ħlus tal-pressjoni, eż. bl-għeluq tan-naħa tat-teħid, l-ESS tiġi kkontrollata bil-pressjoni tal-arja tas-sistema;

(20) 

“Klaċċ tal-kompressur (visco)” tfisser kompressur li jista' jiġi diżattivat li bih il-klaċċ jiġi kkontrollat mill-pressjoni tal-arja tas-sistema (ebda strateġija intelliġenti), b'telf minuri matul stat diżattivat ikkaġunat mill-klaċċ visco;

(21) 

“Klaċċ tal-kompressur (mekkanikament)” tfisser kompressur li jista' jiġi diżattivat li bih il-klaċċ jiġi kkontrollat mill-pressjoni tal-arja tas-sistema (ebda strateġija intelliġenti);

(22) 

“Sistema ta' Ġestjoni tal-Arja b'riġenerazzjoni ottimali (AMS)” tfisser unità elettronika għall-ipproċessar tal-arja li tikkombina nixxief tal-arja kkontrollat b'mod elettroniku għal riġenerazzjoni tal-arja ottomizzata u konsenja tal-arja ppreferuta matul il-kundizzjonijiet ta' inerzja (teħtieġ klaċċ jew ESS).

(23) 

“Dijodi li Jemettu d-Dawl (LED)” tfisser apparati semikondutturi li jemettu dawl viżibbli meta jgħaddi kurrent elettriku minnhom.

(24) 

“Sistema tal-arja kundizzjonata” tfisser sistema ta' ċirkwit refriġerant b'kumpressur u bi skambjaturi tas-sħana biex tberred l-intern ta' kabina ta' trak jew il-karozzerija ta' karozza tal-linja.

(25) 

“Konnessjoni motorizzata (PTO)” tfisser apparat fi trażmissjoni jew f'magna li miegħu jista' jitqabbad apparat motorizzat awżiljarju, eż., pompa idrawlika; konnessjoni motorizzata normalment tkun fakultattiva;

(26) 

“Mekkaniżmu motorizzat tal-konnessjoni motorizzata” tfisser apparat fi trażmissjoni li jippermetti l-installazzjoni tal-konnessjoni motorizzata (PTO);

(27) 

“Klaċċ bis-snien” tfisser klaċċ (manuvrabbli) li fih it-torque tiġi ttrasferita primarjament bil-forzi normali bejn is-snien rotanti. Klaċċ bis-snien jista' jkun attivat jew diżattivat. Jiġi operat f'kundizzjonijiet mingħajr tagħbija, biss (eż. matul il-qlib tal-gerijiet fi trażmissjoni manwali);

(28) 

“Sinkronizzatur” tfisser tip ta' klaċċ bis-snien li fih jintuża apparat tal-frizzjoni biex jilħaq il-veloċitajiet tal-partijiet rotanti li jridu jiġu attivati;

(29) 

“Klaċċ b'diversi disks” tfisser klaċċ li fih diversi firrodi tal-brejk jitqiegħdu b'mod parallel biex b'hekk il-pari tal-frizzjoni kollha jiksbu l-istess forza ta' pressar. Klaċċijiet b'diversi disks huma kompatti u jistgħu jiġu attivati u diżattivati taħt it-tagħbija. Jistgħu jiġu ddiżinjati bħala klaċċijiet xotti jew niedja;

(30) 

“Rota taż-żliq” tfisser rota tal-gerijiet użata bħala element tax-xift li fih l-ixxiftjar isir billi r-rota tal-gerijiet titmexxa fuq ix-xaft tagħha għal ġewwa jew għal barra mill-konnessjoni tal-ger rotanti.

3.   Determinazzjoni tal-valuri standard medji tal-potenza speċifiċi għat-teknoloġija

3.1   Fann

Għall-potenza tal-fann, għandhom jintużaw il-valuri standard murija fit-Tabella 1 skont il-profil tal-missjoni u t-teknoloġija:



Tabella 1

Domanda għall-potenza mekkanika tal-fann

Raggruppament tal-motorizzazzjoni tal-fann

Kontroll tal-fann

Konsum tal-potenza tal-fann [W]

Distanza twila

Konsenja reġjonali

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

Immuntat fuq il-krankxaft

Klaċċ visco kkontrollat b'mod elettroniku

618

671

516

566

1 037

Klaċċ visco kkontrollat bimetalliku

818

871

676

766

1 277

Klaċċ step diskret

668

721

616

616

1 157

Klaċċ magħfus/mitluq

718

771

666

666

1 237

Motorizzat b'ċinturin jew motorizzat permezz ta' trażmissjoni

Klaċċ visco kkontrollat b'mod elettroniku

989

1 044

833

933

1 478

Klaċċ visco kkontrollat bimetalliku

1 189

1 244

993

1 133

1 718

Klaċċ step diskret

1 039

1 094

983

983

1 598

Klaċċ magħfus/mitluq

1 089

1 144

1 033

1 033

1 678

Motorizzat b'mod idrawliku

Pompa ta' spostament varjabbli

938

1 155

832

917

1 872

Pompa ta' spostament kostanti

1 200

1 400

1 000

1 100

2 300

Motorizzat elettrikament

Elettronikament

700

800

600

600

1 400

Jekk teknoloġija ġdida fi ħdan raggruppament ta' motorizzazzjoni tal-fann (eż. immuntat fil-krankxaft) ma tkunx tista' tinstab fil-lista, għandhom jittieħdu l-ogħla valuri tal-potenza fi ħdan dak ir-raggruppament. Jekk teknoloġija ġdida ma tkun tista' tinstab f'ebda raggruppament, għandhom jittieħdu l-valuri tal-agħar teknoloġija minn fost dawk kollha (pompa ta' spostament kostanti motorizzata b'mod idrawliku)

3.2   Sistema tal-Istering

Għall-potenza tal-pompa tal-istering, għandhom jintużaw il-valuri standard [W] murija fit-Tabella 2 skont l-applikazzjoni flimkien ma' koeffiċjenti ta' korrezzjoni:

▼M1



Tabella 2

Domanda għall-potenza mekkanika tal-pompa tal-istering

Identifikazzjoni tal-konfigurazzjoni tal-vettura

 

Konsum tal-potenza tal-istering P [W]

Numru ta' fusien

Konfigurazzjoni tal-fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (tunnellati)

Grupp tal-vettura

Distanza twila

Konsenja reġjonali

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

U+F

B

S

U+F

B

S

U+F

B

S

U+F

B

S

U+F

B

S

2

4 × 2

Trakk riġidu + (Trattur)

> 7,5 - 10

1

 

 

 

240

20

20

220

20

30

 

 

 

 

 

 

 

Trakk riġidu + (Trattur)

> 10 - 12

2

340

30

0

290

30

20

260

20

30

 

 

 

 

 

 

 

Trakk riġidu + (Trattur)

> 12 - 16

3

 

 

 

310

30

30

280

30

40

 

 

 

 

 

 

 

Trakk riġidu

> 16

4

510

100

0

490

40

40

430

40

50

430

30

50

580

30

70

 

Trattur

> 16

5

600

120

0

540

90

40

 

 

 

 

 

 

640

50

80

4 × 4

Trakk riġidu

> 7,5 - 16

6

 

Trakk riġidu

> 16

7

 

Trattur

> 16

8

3

6 × 2/2-4

Trakk riġidu

kollha

9

600

120

0

490

60

40

440

50

50

430

30

50

640

50

80

 

Trattur

kollha

10

450

120

0

440

90

40

 

 

 

 

 

 

640

50

80

6 × 4

Trakk riġidu

kollha

11

600

120

0

490

60

40

 

 

 

430

30

50

640

50

80

 

Trattur

kollha

12

450

120

0

440

90

40

 

 

 

 

 

 

640

50

80

6 × 6

Trakk riġidu

kollha

13

 

Trattur

kollha

14

4

8 × 2

Trakk riġidu

kollha

15

8 × 4

Trakk riġidu

kollha

16

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

640

50

80

8 × 6/8 ×8

Trakk riġidu

kollha

17

fejn:

U

=

Mingħajr tagħbija – ippumpjar taż-żejt mingħajr domanda għall-pressjoni tal-istering

F

=

Frizzjoni – frizzjoni fil-pompa

B

=

Inklinazzjoni laterali – korrezzjoni tad-direzzjoni minħabba inklinazzjoni laterali tat-triq jew minħabba riħ mill-ġenb

S

=

Stering – domanda għal potenza tal-pompa tal-istering minħabba kantunieri u mmanuvrar

▼B

Biex jiġi kkunsidrat l-effett ta' teknoloġiji differenti, għandhom jiġu applikati fatturi ta' gradazzjoni dipendenti mit-teknoloġija kif murija fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4.



Tabella 3

Fatturi ta' gradazzjoni dipendenti mit-teknoloġija

 

Factor c1 depending on technology

Technology

c1,U + F

c1,B

c1,S

Fixed displacement

1

1

1

Fixed displacement with electronical control

0,95

1

1

Dual displacement

0,85

0,85

0,85

Variable displacement, mech. controlled

0,75

0,75

0,75

Variable displacement, elec. controlled

0,6

0,6

0,6

Electric

0

1,5/ηalt

1/ηalt

B'effiċjenza tal-alternatur = kost. = 0,7

▼M1

Jekk teknoloġija ġdida mhix elenkata, it-teknoloġija “spostament fiss” għandha tiġi kkunsidrata fl-għodda ta' simulazzjoni.

▼B



Tabella 4

Fattur ta' gradazzjoni dipendenti min-numru ta' fusien manuvrabbli

 

Fattur c2 dipendenti min-numru ta' fusien manuvrabbli

Numru ta' fusien manuvrabbli

Distanza twila

Konsenja reġjonali

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

c2,U+F

c2,B

c2,S

c2,U+F

c2,B

c2,S

c2,U+F

c2,B

c2,S

c2,U+F

c2,B

c2,S

c2,U+F

c2,B

c2,S

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

1

2

1

0,7

0,7

1,0

0,7

0,7

1,0

0,7

0,7

1,0

0,7

0,7

1,0

0,7

0,7

3

1

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

4

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

1,0

0,5

0,5

Id-domanda finali għall-potenza hi kkalkolata permezz ta':

Jekk jintużaw teknoloġiji differenti għal fusien multimanuvrabbli, għandhom jintużaw il-valuri medji tal-fatturi korrispondenti c1.

Id-domanda finali għall-potenza hi kkalkolata permezz ta':

Ptot = Σi(PU+F * mean(c1,U+F) * (c2i,U+F)) + Σi(PB * mean(c1,B) * (c2i,B)) + Σi(PS*mean(c1,S) * (c2i,S))

fejn:

Ptot

=

Id-domanda finali għall-potenza [W]

P

=

Id-domanda għall-potenza [W]

c1

=

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni dipendenti mit-teknoloġija

c2

=

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni dipendenti min-numru ta' fusien manuvrabbli

U+F

=

Mingħajr tagħbija + frizzjoni [-]

B

=

L-inklinazzjoni laterali [-]

S

=

L-istering [-]

i

=

Numru ta' fusien manuvrabbli [-]

3.3   Sistema elettrika

Għall-potenza tas-sistema elettrika, għandhom jintużaw il-valuri standard [W] kif murija fit-Tabella 5 skont l-applikazzjoni u t-teknoloġija flimkien mal-effiċjenzi tal-alternejter:



Tabella 5

Domanda għall-enerġija elettrika tas-sistema elettrika

Teknoloġiji li jinfluwenzaw il-konsum tal-enerġija elettrika

Konsum tal-enerġija elettrika [W]

Distanza twila

Konsenja reġjonali

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

Enerġija elettrika tat-teknoloġija standard [W]

1 200

1 000

1 000

1 000

1 000

Fanali ta' quddiem ewlenin LED

– 50

– 50

– 50

– 50

– 50

Biex tinkiseb il-potenza mekkanika, għandu jiġi applikat fattur tal-effiċjenza dipendenti mit-teknoloġija tal-alternejter kif muri fit-Tabella 6.



Tabella 6

Fattur ta' effiċjenza tal-alternejter

Teknoloġiji tal-alternejter (konverżjoni tal-potenza)

Valuri tal-effiċjenza ġenerika għal teknoloġiji speċifiċi

Effiċjenza ηalt

Distanza twila

Konsenja reġjonali

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

Alternejter standard

0,7

0,7

0,7

0,7

0,7

▼M1

Jekk it-teknoloġija użata fil-vettura mhix elenkata, it-teknoloġija “alternator standard” għandha tiġi kkunsidrata fl-għodda ta' simulazzjoni.

▼B

Id-domanda finali għall-potenza hi kkalkolata permezz ta':

image

fejn:

Ptot

=

Id-domanda finali għall-potenza [W]

Pel

=

Id-domanda għall-enerġija elettrika [W]

ηalt

=

L-effiċjenza tal-alternejter [-]

3.4   Sistema pnewmatika

Għal sistemi pnewmatiċi li jaħdmu b'sovrapressjoni, il-valuri tal-potenza standard [W] kif murija fit-Tabella 7 għandhom jintużaw skont l-applikazzjoni u t-teknoloġija.



Tabella 7

Domanda għal potenza mekkanika tas-sistemi pnewmatiċi (sovrapressjoni)

Daqs tal-provvista tal-arja

Teknoloġija

Distanza Twila

Reġjonali Konsenja

Urbana Konsenja

Utilità tal-Muniċipalità

Kostruzzjoni

Pmedjana

Pmedjana

Pmedjana

Pmedjana

Pmedjana

[W]

[W]

[W]

[W]

[W]

spost.

żgħir ≤ 250 cm3

ċil. 1 / 2 ċil.

Xenarju ta' referenza

1 400

1 300

1 200

1 200

1 300

+ ESS

– 500

– 500

– 400

– 400

– 500

+ klaċċ visco

– 600

– 600

– 500

– 500

– 600

+ klaċċ mekk.

– 800

– 700

– 550

– 550

– 700

+ AMS

– 400

– 400

– 300

– 300

– 400

spost.

250cm3 < medju ≤ 500 cm3

ċil. 1 / 2 ċil. Stadju 1

Xenarju ta' referenza

1 600

1 400

1 350

1 350

1 500

+ ESS

– 600

– 500

– 450

– 450

– 600

+ klaċċ visco

– 750

– 600

– 550

– 550

– 750

+ klaċċ mekk.

– 1 000

– 850

– 800

– 800

– 900

+ AMS

– 400

– 200

– 200

– 200

– 400

spost.

250cm3 < medju ≤ 500 cm3

ċil. 1 / 2 ċil. Stadju 2

Xenarju ta' referenza

2 100

1 750

1 700

1 700

2 100

+ ESS

– 1 000

– 700

– 700

– 700

– 1 100

+ klaċċ visco

– 1 100

– 900

– 900

– 900

– 1 200

+ klaċċ mekk.

– 1 400

– 1 100

– 1 100

– 1 100

– 1 300

+ AMS

– 400

– 200

– 200

– 200

– 500

spost.

kbir > 500 cm3

ċil. 1 / 2 ċil.

Stadju 1 / 2 stadji

Xenarju ta' referenza

4 300

3 600

3 500

3 500

4 100

+ ESS

– 2 700

– 2 300

– 2 300

– 2 300

– 2 600

+ klaċċ visco

– 3 000

– 2 500

– 2 500

– 2 500

– 2 900

+ klaċċ mekk.

– 3 500

– 2 800

– 2 800

– 2 800

– 3 200

+ AMS

– 500

– 300

– 200

– 200

– 500

Għal sistemi pnewmatiċi li jaħdmu b'vakwu (pressjoni negattiva), għandhom jintużaw il-valuri tal-potenza standard [W] kif murija fit-Tabella 8.



Tabella 8

Domanda għal potenza mekkanika tas-sistemi pnewmatiċi (pressjoni ta' vakwu)

 

Distanza Twila

Reġjonali Konsenja

Urbana Konsenja

Utilità tal-Muniċipalità

Kostruzzjoni

Pmedjana

Pmedjana

Pmedjana

Pmedjana

Pmedjana

[W]

[W]

[W]

[W]

[W]

Pompa li toħloq vakwu

190

160

130

130

130

Teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija jistgħu jiġu kkunsidrati billi titnaqqas id-domanda korrispondenti għall-potenza mid-domanda għall-potenza tal-kumpressur tax-xenarju ta' referenza.

Il-kombinazzjonijiet li ġejjin ta' teknoloġiji mhumiex ikkunsidrati:

(a) 

ESS u klaċċijiet

(b) 

Klaċċ visco u klaċċ mekkaniku

Fil-każ ta' kumpressur b'żewġ stadji, l-ispostament tal-ewwel stadju għandu jintuża biex jiddeskrivi d-daqs tas-sistema tal-kompressur tal-arja

3.5   Sistema tal-Arja Kundizzjonata

Għal vetturi b'sistema tal-arja kundizzjonata, għandhom jintużaw il-valuri standard [W] kif murija fit-Tabella 9 skont l-applikazzjoni.

▼M1



Tabella 9

Domanda għall-potenza mekkanika tas-sistema tal-AC

Identifikazzjoni tal-konfigurazzjoni tal-vettura

 

Konsum tal-potenza tal-AC [W]

Numru ta' fusien

Konfigurazzjoni tal-fusien

Konfigurazzjoni tax-xażì

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (tunnellati)

Grupp tal-vettura

Distanza twila

Konsenja reġjonali

Konsenja urbana

Utilità tal-muniċipalità

Kostruzzjoni

2

4 × 2

Trakk riġidu + (Trattur)

> 7,5 - 10

1

 

150

150

 

 

 

Trakk riġidu + (Trattur)

> 10 - 12

2

200

200

150

 

 

 

Trakk riġidu + (Trattur)

> 12 - 16

3

 

200

150

 

 

 

Trakk riġidu

> 16

4

350

200

150

300

200

 

Trattur

> 16

5

350

200

 

 

200

4 × 4

Trakk riġidu

> 7,5 - 16

6

 

Trakk riġidu

> 16

7

 

Trattur

> 16

8

3

6 × 2/2-4

Trakk riġidu

kollha

9

350

200

150

300

200

 

Trattur

kollha

10

350

200

 

 

200

6 × 4

Trakk riġidu

kollha

11

350

200

 

300

200

 

Trattur

kollha

12

350

200

 

 

200

6 × 6

Trakk riġidu

kollha

13

 

Trattur

kollha

14

4

8 × 2

Trakk riġidu

kollha

15

8 × 4

Trakk riġidu

kollha

16

 

 

 

 

200

8 × 6/8 × 8

Trakk riġidu

kollha

17

▼B

3.6   Konnessjoni Motorizzata (PTO) tat-Trażmissjoni

Għal vetturi b'PTO u/jew b'mekkaniżmu motorizzat tal-PTO installat fuq it-trażmissjoni, il-konsum tal-potenza għandu jiġi kkunsidrat b'valuri standard iddeterminati. Il-valuri standard korrispondenti jirrappreżentaw dan it-telf tal-potenza fil-modalità normali tas-sewqan meta l-PTO tkun mitfija / diżattivata. ►M1  Il-konsumi tal-potenza relatati mal-applikazzjoni bil-PTO attivata jiżdiedu mill-għodda ta' simulazzjoni u mhumiex deskritti f'dawn li ġejjin. ◄



Tabella 10

Domanda għall-potenza mekkanika ta' konnessjoni motorizzata mitfija / diżattivata

Varjanti tad-disinn rigward it-telf tal-potenza (meta mqabbla ma' trażmissjoni mingħajr PTO u / jew mekkaniżmu motorizzat tal-PTO)

 

 

Partijiet rilevanti addizzjonali tat-telf tar-reżistenza tal-arja

PTO inkluż. mekkaniżmu motorizzat

PTO biss mekkaniżmu motorizzat

Xaftijiet / roti tal-gerijiet

Elementi oħra

Telf tal-potenza [W]

Telf tal-potenza [W]

rota tal-gerijiet attivata waħda biss li tinsab f'livell ogħla mil-livell speċifikat taż-żejt (ebda konnessjoni addizzjonali tal-gerijiet)

0

ix-xaft tat-trażmissjoni tal-PTO

klaċċ bis-snien (inkl. sinkronizzatur) jew rota tal-gerijiet taż-żliq

50

50

ix-xaft tat-trażmissjoni tal-PTO

klaċċ b'diversi disks

1 000

1 000

ix-xaft tat-trażmissjoni tal-PTO

klaċċ b'diversi disks u pompa lubrikanti

2 000

2 000

xaft tat-trażmissjoni u/jew sa 2 roti tal-gerijiet attivati

klaċċ bis-snien (inkl. sinkronizzatur) jew rota tal-gerijiet taż-żliq

300

300

xaft tat-trażmissjoni u/jew sa 2 roti tal-gerijiet attivati

klaċċ b'diversi disks

1 500

1 500

xaft tat-trażmissjoni u/jew sa 2 roti tal-gerijiet attivati

klaċċ b'diversi disks u pompa lubrikanti

3 000

3 000

xaft tat-trażmissjoni u/jew iktar minn 2 roti tal-gerijiet attivati

klaċċ bis-snien (inkl. sinkronizzatur) jew rota tal-gerijiet taż-żliq

600

600

xaft tat-trażmissjoni u/jew iktar minn 2 roti tal-gerijiet attivati

klaċċ b'diversi disks

2 000

2 000

xaft tat-trażmissjoni u/jew iktar minn 2 roti tal-gerijiet attivati

klaċċ b'diversi disks u pompa lubrikanti

4 000

4 000




ANNESS X

PROĊEDURA TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI GĦAL TAJERS PNEWMATIĊI

1.   Introduzzjoni

Dan l-Anness jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni għat-tajer fir-rigward tal-koeffiċjent tiegħu għar-reżistenza għad-dawrien. Għall-kalkolu tar-reżistenza għad-dawrien tal-vettura li għandha tintuża bħala l-input tal-għodda ta' simulazzjoni, il-koeffiċjent applikabbli tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers Cr għal kull tajer fornit għall-manifatturi tat-tagħmir oriġinali u t-tagħbija relatata tat-test tat-tajer FZTYRE għandha tiġi ddikjarata mill-applikant għal approvazzjoni tat-tajer pnewmatiku.

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, minbarra d-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament Nru 54 tan-NU/KEE u fir-Regolament Nru 117 tan-NU/KEE, għandhom ikunu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien Cr” tfisser proporzjon tar-reżistenza għad-dawrien għat-tagħbija fuq it-tajer

(2) 

“It-tagħbija fuq it-tajer” FZTYRE tfisser tagħbija applikata fuq it-tajer matul it-test tar-reżistenza għad-dawrien.

(3) 

“Tip ta' tajer” tfisser medda ta' tajers li ma jvarjawx f'karatteristiċi tali bħal:

(a) 

Isem tal-manifattur;

(b) 

Isem tad-ditta jew trademark

(c) 

Klassi tat-tajer (b'konformità mar-Regolament (KE) 661/2009)

(d) 

Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer;

(e) 

Struttura tat-tajer (djagonali (bias-ply), radjali);

(f) 

Kategorija tal-użu (tajer normali, tajer tal-borra, tajer ta' użu speċjali) kif iddefinita fir-Regolament Nru 117 tan-NU/KEE;

(g) 

Kategorija tal-ispid (kategoriji);

(h) 

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija (indiċijiet);

(i) 

Deskrizzjoni kummerċjali/isem kummerċjali;

(j) 

Koeffiċjent iddikjarat tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer

3.   Rekwiżiti ġenerali

3.1.

L-impjant tal-manifattur tat-tajer għandu jiġi ċċertifikat bl-ISO/TS 16949.

3.2.

Koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer

Il-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer għandu jkun il-valur imkejjel u allinjat b'konformità mal-parti A tal-Anness I għar-Regolament KE 1222/2009, espress f'N/kN u arrotondat għall-ewwel post deċimali, skont ir-regola B (eżempju 1) tat-taqsima B.3 tal-Appendiċi B tal-ISO 80000-1.

3.3.

Dispożizzjonijiet dwar il-kejl

Il-manifattur tat-tajer għandu jittestja f'laboratorju tas-Servizzi Tekniċi kif iddefinit fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 2007/46/KE li jwettaq fil-faċilità tiegħu stess it-test imsemmi fil-paragrafu 3.2, jew fil-faċilitajiet tiegħu stess fil-każ:

(i) 

tal-preżenza u tar-responsabbiltà ta' rappreżentant ta' Servizz Tekniku ddeżinjat minn awtorità tal-approvazzjoni, jew

(ii) 

il-manifattur tat-tajer hu ddeżinjat bħala servizz tekniku tal-Kategorija A b'konformità mal-Art. 41 tad-Direttiva 2007/46/KE.

3.4.

Markar u traċċabilità

▼M1

3.4.1.

It-tajer għandu jkun identifikabbli biċ-ċar fir-rigward taċ-ċertifikat li jkoprih għall-koeffiċjent korrispondenti tar-reżistenza għad-dawrien.

▼B

3.4.2.

►M1  Il-manifattur tat-tajer għandu juża l-marki mwaħħla mal-ħajt tal-ġenb tat-tajer jew iwaħħal identifikatur addizzjonali mat-tajer. ◄ L-identifikazzjoni addizzjonali għandha tiżgura rabta unika bejn it-tajer u l-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien tagħha. Din tista' tieħu l-forma ta':

— 
kodiċi b'rispons veloċi (QR),
— 
barcode,
— 
identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID),
— 
marka addizzjonali, jew
— 
għodda oħra li tissodisfa r-rekwiżiti ta' 3.4.1.

3.4.3.

Jekk jintuża identifikatur addizzjonali, dan għandu jibqa' leġibbli sal-mument tal-bejgħ tal-vettura.

3.4.4.

B'konformità mal-Artikolu 19(2) tad-Direttiva 2007/46/KE, ebda marka tal-approvazzjoni tat-tip ma hi meħtieġa għat-tip iċċertifikat b'konformità ma' dan ir-Regolament.

4.   Konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil

4.1.

Kwalunkwe tajer iċċertifikat skont dan ir-Regolament għandu jkun konformi mal-valur iddikjarat tar-reżistenza għad-dawrien skont il-paragrafu 3.2 ta' dan l-Anness;

4.2.

Biex tiġi vverifikata l-konformità tal-proprjetajiet iċċertifikati relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil, għandhom jittieħdu kampjuni tal-produzzjoni b'mod aleatorju minn produzzjoni tas-serje u dawn għandhom jiġu ttestjati b'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.2.

4.3.

Frekwenza tat-testijiet

4.3.1

Ir-reżistenza għad-dawrien tat-tajerta' tal-inqas tajer wieħed ta' tip speċifiku maħsub għall-bejgħ lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali għandha tiġi ttestjata kull 20 000 unità ta' dan it-tip fis-sena (eż. 2 verifiki tal-konformità fis-sena tat-tip li l-volum tal-bejgħ annwali tiegħu lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali hu ta' bejn 20 001 u 40 000 unità).

4.3.2

F'każ li l-konsenji ta' tip speċifiku ta' tajer maħsub għall-bejgħ lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali huma ta' bejn 500 u 20 000 fis-sena, tal-inqas għandha ssir verifika waħda tal-konformità tat-tip fis-sena.

4.3.3

F'każ li l-konsenji ta' tip speċifiku ta' tajer maħsub għall-bejgħ lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali huma inqas minn 500 unità, tal-inqas għandha tiġi applikata verifika tal-konformità waħda kif deskritta fil-paragrafu 4.4 kull sentejn.

4.3.4

Jekk il-volum ta' tajers ikkonsenjati lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali indikat fi 4.3.1 jintlaħaq fi żmien 31 jum kalendarju, in-numru massimu ta' verifiki tal-konformità kif deskritti fil-paragrafu 4.3 hu limitat għal waħda kull 31 jum kalendarju.

4.3.5

Il-manifattur għandu jiġġustifika (eż. billi juri n-numri tal-bejgħ) lill-awtorità tal-approvazzjoni n-numru ta' testijiet li jkunu saru

4.4

Proċedura tal-verifika

4.4.1

Tajer wieħed għandu jiġi ttestjat b'konformità mal-paragrafu 3.2. B'mod prestabbilit, l-ekwazzjoni tal-allinjament tal-magna għandha tkun dik valida fid-data ta' ttestjar tal-verifika. Il-manifattur tat-tajer jista' jitlob l-applikazzjoni tal-ekwazzjoni tal-allinjament li ntużat matul l-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni u li ġiet irrapportata fid-dokument ta' informazzjoni.

4.4.2

F'każ li l-valur imkejjel ikun inqas jew daqs il-valur iddikjarat flimkien ma' 0.3 N/kN, it-tajer hu kkunsidrat konformi.

4.4.3

F'każ li l-valur imkejjel jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 0.3 N/kN, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers addizzjonali. Jekk il-valur tar-reżistenza għad-dawrien ta' mill-inqas wieħed mit-tliet tajers jaqbeż il-valur iddikjarat b'iktar minn 0.4 N/kN, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 .

▼M1




Appendiċi 1

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT DWAR KOMPONENT, UNITÀ TEKNIKA JEW SISTEMA SEPARATA

Format massimu: A4 (210 x 297 mm)

ĊERTIFIKAT DWAR IL-KARATTERISTIĊI RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TA' FAMILJA TAT-TAJER



Komunikazzjoni dwar:

— l-għoti (1)

— l-estensjoni (1)

— ir-rifjut (1)

— l-irtirar (1)

Timbru tal-amministrazzjoni

(1)   “ħassar kif xieraq”

ta' ċertifikat dwar il-karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet ta' CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' familja ta' tajer b'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/318

Numru taċ-ċertifikazzjoni: …

Hash: …

Raġuni għall-estensjoni: …

1. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

2. Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur: …

3. Isem tad-ditta jew trademark: …

4. Deskrizzjoni tat-tip tat-tajer: …

(a) 

Isem tal-manifattur …

(b) 

Isem tad-ditta jew trademark

(c) 

Klassi tat-tajer (b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009) …

(d) 

Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer …

(e) 

Struttura tat-tajer (djagonali (bias-ply); radjali) …

(f) 

Kategorija tal-użu (tajer normali, tajer għall-borra, tajer għal użu speċjali) …

(g) 

Kategorija tal-veloċità (kategoriji) …

(h) 

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija (indiċijiet) …

(i) 

Deskrizzjoni kummerċjali/isem kummerċjali …

(j) 

Koeffiċjent iddikjarat tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer …

5. Kodiċi(jiet) ta' identifikazzjoni tat-tajer u teknoloġija/i użata/i biex jiġi/u pprovdut(i) il-kodiċi(jiet) ta' identifikazzjoni, jekk applikabbli:



Teknoloġija:

Kodiċi:

6. Is-Servizz Tekniku u, fejn ikun xieraq, il-laboratorju tat-testijiet approvat għal finijiet ta' testijiet ta' approvazzjoni jew ta' verifika tal-konformità: …

7. Valuri ddikjarati:

7.1. 

livell iddikjarat tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer (f'N/kN arrotondat għall-ewwel pożizzjoni deċimali, skont ir-regola B (eżempju 1) tat-taqsima B.3 tal-Appendiċi B għall-ISO 80000-1)

Cr, …[N/kN]

7.2. 

tagħbija tat-test tat-tajer skont il-parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (85 % tat-tagħbija individwali, jew 85 % tal-kapaċità tat-tagħbija massima għal applikazzjoni unika speċifikata fil-manwali applikabbli tal-istandards tat-tajers jekk mhux immarkata fuq it-tajer.)

FZTYRE …[N]

7.3. 

Ekwazzjoni tal-allinjament: …

8. Rimarki: …

9. Post: …

10. Data: …

11. Firma: …

12. Annessi ma' din il-komunikazzjoni ssib: …

▼B




Appendiċi 2

Dokument ta' informazzjoni dwar il-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer

TAQSIMA I

0.1.

Isem u indirizz tal-manifattur

0.2

Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

0.3

Isem u indirizz tal-applikant:

0.4

Isem tad-ditta/ deskrizzjoni kummerċjali:

0.5

Klassi tat-tajer (b'konformità mal-R661/2009)

0.6

Denominazzjoni tad-daqs tat-tajer;

0.7

Struttura tat-tajer (djagonali (bias-ply); radjali);

0.8

Kategorija tal-użu (tajer normali, tajer għall-borra, tajer għal użu speċjali);

0.9

Kategorija tal-veloċità (kategoriji);

0.10

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija (indiċijiet);

0.11

Deskrizzjoni kummerċjali/isem kummerċjali;

0.12

Koeffiċjent iddikjarat tar-reżistenza għad-dawrien;

0.13

Għodda/għodod biex jiġi pprovdut il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-koeffiċjent addizzjonali tar-reżistenza għad-dawrien (jekk ikun hemm);

▼M1 —————

▼B

0.15

Tagħbija FZTYRE: … [N]

▼M1 —————

▼B

TAQSIMA II

1.

Awtorità tal-Approvazzjoni jew Servizz Tekniku [jew Laboratorju Akkreditat]:

2.

Nru tar-Rapport tat-Test:

3.

Kummenti (jekk ikun hemm):

4.

►M1  Data tar-rapport tat-test: ◄

5.

Ìdentifikazzjoni tal-magna tat-test u d-dijametru/is-superfiċje tad-drum:

6.

Dettalji tat-tajer tat-test:

6.1. 

Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer u deskrizzjoni tas-servizz tat-tajer:

6.2. 

Ditta/ deskrizzjoni kummerċjali tat-tajer:

6.3. 

Pressjoni tan-nefħa ta' referenza: kPa

7.

Data tat-test:

7.1. 

Metodu tal-kejl:

7.2. 

Veloċità tat-test: km/siegħa

7.3. 

Tagħbija FZTYRE : N

7.4. 

Pressjoni tan-nefħa tat-test, inizjali: kPa

7.5. 

Distanza mill-assi tat-tajer sas-superfiċje ta' barra tad-drum f'kundizzjonijiet ta' stat stabbli,rL: m

7.6. 

Wisa' u materjal tar-rimm tat-test:

7.7. 

Temperatura ambjentali: °C

7.8. 

Tagħbija tat-test tal-iskim (ħlief għall-metodu tad-deċelerazzjoni): N

8.

Koeffiċjent tar-reżistenza għall-irrolljar:

8.1 

Valur inizjali (jew medju fil-każ ta' aktar minn 1): N/kN

8.2. 

Temperatura kkoreġuta: N/kN

8.3. 

Temperatura u dijametru tat-tanbur ikkoreġuti: N/kN

8.4. 

►M1  Ekwazzjoni tal-allinjament: ◄

▼M1

8.5. 

Livell tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer (f'N/kN arrotondat għall-ewwel pożizzjoni deċimali, skont ir-regola B (eżempju 1) tat-taqsima B.3 tal-Appendiċi B għall-ISO80000-1) Cr,allinjat: …[N/kN]

▼B

9.

Data tat-test:




Appendiċi 3

▼M1

Parametri tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni

▼B

Introduzzjoni

Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-lista ta' parametri li jridu jiġu pprovduti mill-manifattur tal-komponent bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni. L-iskema XML applikabbli kif ukoll id-data ta' eżempju huma disponibbli fil-pjattaforma ta' distribuzzjoni elettronika ddedikata.

Definizzjonijiet

▼M1

(1)

“ID tal-Parametru”:Identifikatur uniku kif użat fl-għodda ta' simulazzjoni għal parametru speċifiku tal-input jew għal sett ta' data tal-input

▼B

(2)

“Tip”:

Tip ta' data tal-parametru

sensiela ta' karattri …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1

token …

sekwenza ta' karattri fil-kodifikazzjoni ISO8859-1, ebda spazju abjad fil-bidu/fl-aħħar

data …

data u ħin f'ħin UTC fil-format: SSSS-XX-JJ T SS:MM:SS Z bl-ittri bil-korsiv li jiddenotaw karattri fissi eż. “2002-05-30T09:30:10Z”

numru sħiħ …

valur b'tip ta' data integrali, ebda żero fil-bidu, eż. “1800”

doppju, X …

numru frazzjonali b'X figuri bl-eżatt wara l-punt deċimali (“.”) u ebda żero fil-bidu, eż. għal “doppju, 2': “2345.67”; għal “doppju, 4”: “45.6780”

(3)

“Unità” …unità fiżika tal-parametru

Sett ta' parametri tal-input



Tabella 1

Parametri tal-input “Tyre”

▼C1

Isem tal-parametru

ID Param

Tip

Unità

Deskrizzjoni/Referenza

Manufacturer

P230

token

 

 

Model

P231

token

 

Isem kummerċjali tal-manifattur

▼M1

CertificationNumber

P232

token

 

 

▼C1

Date

P233

date

 

Data u ħin meta tinħoloq il-hash tal-komponent.

AppVersion

P234

token

 

Numru tal-verżjoni li jidentifika l-għodda ta' evalwazzjoni

RRCDeclared

P046

double, 4

[N/N]

 

FzISO

P047

integer

[N]

 

▼M1

Dimension

P108

string

[-]

Valuri Permessi (mhux eżawrjenti): “9.00 R20”, “9 R22.5”, “9.5 R17.5”, “10 R17.5”, “10 R22.5”, “10.00 R20”, “11 R22.5”, “11.00 R20”, “11.00 R22.5”, “12 R22.5”, “12.00 R20fg”, “12.00 R24”, “12.5 R20”, “13 R22.5”, “14.00 R20”, “14.5 R20”, “16.00 R20”, “205/75 R17.5”, “215/75 R17.5”, “225/70 R17.5”, “225/75 R17.5”, “235/75 R17.5”, “245/70 R17.5”, “245/70 R19.5”, “255/70 R22.5”, “265/70 R17.5”, “265/70 R19.5”, “275/70 R22.5”, “275/80 R22.5”, “285/60 R22.5”, “285/70 R19.5”, “295/55 R22.5”, “295/60 R22.5”, “295/80 R22.5”, “305/60 R22.5”, “305/70 R19.5”, “305/70 R22.5”, “305/75 R24.5”, “315/45 R22.5”, “315/60 R22.5”, “315/70 R22.5”, “315/80 R22.5”, “325/95 R24”, “335/80 R20”, “355/50 R22.5”, “365/70 R22.5”, “365/80 R20”, “365/85 R20”, “375/45 R22.5”, “375/50 R22.5”, “375/90 R22.5”, “385/55 R22.5”, “385/65 R22.5”, “395/85 R20”, “425/65 R22.5”, “495/45 R22.5”, “525/65 R20.5”

▼B




Appendiċi 4

Enumerazzjoni

1.   Enumerazzjoni:

▼M1

1.1.

Numru taċ-ċertifikazzjoni għat-tajers għandu jinkludi dawn li ġejjin:

eX*YYYY/YYYY*ZZZZ/ZZZZ*T*0000*00



Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Ittra addizzjonali għat-taqsima 3

Taqsima 4

Taqsima 5

Indikazzjoni tal-pajjiż li joħroġ iċ-ċertifikat

Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-HDV rigward is-CO2 (2017/2400)

Regolament emendatorju l-aktar riċenti (ZZZZ/ZZZZ)

T = Tajer

Numru taċ-ċertifikazzjoni bażi 0000

Estensjoni 00

▼M1




ANNESS Xa

KONFORMITÀ TAL-GĦODDA TA' SIMULAZZJONI U TAL-PROPRJETAJIET RELATATI MAL-EMISSJONIJIET TA' CO2 U MAL-KONSUM TAL-FJUWIL TAL-KOMPONENTI, TAL-UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI U TAS-SISTEMI: PROĊEDURA TAL-ITTESTJAR GĦALL-VERIFIKA

1.   Daħla

Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika li hija l-proċedura tat-test għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal.

Il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika tikkonsisti minn test fuq it-triq biex tivverifika l-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi ġodda wara l-produzzjoni. Għandha titwettaq mill-manifattur tal-vettura u vverifikata mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat il-liċenzja biex topera l-għodda ta' simulazzjoni.

Matul il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika, it-torque u l-veloċità fir-roti motorizzati, il-veloċità tal-magna, il-konsum tal-fjuwil, il-ger attivat tal-vettura u l-parametri rilevanti l-oħra elenkati fil-punt 6.1.6 għandhom jitkejlu. Id-data mkejla għandha tintuża bħala kontribut għall-għodda ta' simulazzjoni, li tuża d-data tal-input relatata mal-vettura u l-informazzjoni tal-input mid-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vettura. Għas-simulazzjoni tal-proċedura tal-ittestjar għall-verifika, it-torque tar-roti mkejjel b'mod istantanju u l-veloċità rotazzjonali tar-roti kif ukoll il-veloċità tal-magna għandhom jintużaw bħala input, kif deskritt fil-Figura 1 minflok il-veloċità tal-vettura, skont il-punt 6.1.6. Il-potenza tal-fann waqt il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika għandha tiġi kkalkulata skont il-veloċità mkejla tal-fann. Il-konsum imkejjel tal-fjuwil għandu jkun fit-tolleranzi stabbiliti fil-punt 7 u mqabbel mal-konsum tal-fjuwil simulat bis-sett tad-data tal-verifika biex jgħaddi l-proċedura tal-ittestjar għall-verifika.

Bħala parti mill-proċedura tal-ittestjar tal-verifika, il-korrettezza tad-data tal-input tal-vettura stabbilita miċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponenti, ta' unitajiet tekniċi separati u ta' sistemi, għandhom ukoll jiġu riveduti biex jiġu kkontrollati d-data u l-proċess tal-immaniġġjar tad-data. Il-korrettezza tad-data tal-input relatata ma' komponenti, unitajiet tekniċi separati u sistemi rilevanti għar-reżistenza tal-arja u għar-reżistenza għad-dawrien tal-vettura għandha tkun verifikata skont il-punt 6.1.1.

Figura 1

Stampa skematika tal-metodu tal-proċedura tal-ittestjar għall-verifika

image

2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“sett ta' data rilevanti tat-test għall-verifika” tfisser sett ta' data tal-input għal komponenti, unitajiet tekniċi separati u sistemi u informazzjoni ta' input użati għad-determinazzjoni tas-CO2 ta' vettura rilevanti għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika;

(2) 

“vettura rilevanti għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika” tfisser vettura ġdida li għaliha ġie ddeterminat u ddikjarat valur tal-emissjonijiet tas-CO2 l-emissjonijiet u tal-konsum tal-fjuwil skont l-Artikolu 9;

(3) 

“massa proprja korretta tal-vettura” tfisser il-massa proprja korretta tal-vettura skont il-punt 2(4) tal-Anness III;

(4) 

“massa proprja tal-vettura” hi kif definita fl-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) Nru 1230/2012;

(5) 

“massa proprja tal-vettura b'tagħbija utli” tfisser il-massa proprja tal-vettura bis-superstruttura u bit-tagħbija utli applikata fil-proċedura tal-ittestjar għall-verifika;

(6) 

“potenza tar-rota” tfisser il-potenza totali fir-roti misjuqa ta' vettura biex jingħelbu r-reżistenzi kollha tas-sewqan fir-rota, ikkalkulati fl-għodda ta' simulazzjoni mit-torque mkejjel u l-veloċità rotazzjonali tar-roti motorizzati;

(7) 

“sinjal tan-netwerk taż-żona ta' kontroll” jew “sinjal CAN” tfisser sinjal mill-konnessjoni mal-unità ta' kontroll elettronika tal-vettura kif imsemmi fil-paragrafu 2.1.5 tal-Appendiċi 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011;

(8) 

“sewqan urban” tfisser id-distanza totali misjuqa matul il-kejl tal-konsum tal-fjuwil f'veloċitajiet taħt 50 km/h;

(9) 

“sewqan rurali” tfisser id-distanza totali misjuqa matul il-kejl tal-konsum tal-fjuwil f'veloċitajiet minn 50 km/h sa 70 km/h;

(10) 

“sewqan f'awtostrada” tfisser id-distanza totali misjuqa fil-kejl tal-konsum tal-fjuwil f'veloċitajiet 'il fuq minn 70 km/h;

(11) 

“crosstalk” tfisser sinjal fl-output prinċipali ta' sensur (My), prodott minn mikjel (Fz) li jaġixxi fuq is-sensur, li hu differenti mill-mikjel assenjat lil dan l-output. l-assenjazzjoni tas-sistema tal-koordinati hija definita skont ISO 4130.

3.   L-għażla tal-vettura

In-numru ta' vetturi ġodda li għandhom jiġu ttestjati kull sena tal-produzzjoni jiżgura li l-varjazzjonijiet rilevanti ta' komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi użati jkunu koperti mill-proċedura tal-ittestjar għall-verifika. L-għażla tal-vettura għat-test għall-verifika għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

Il-vetturi għat-test għall-verifika għandhom jintgħażlu mill-vetturi mil-linja tal-produzzjoni li għaliha jkun ġie ddeterminat u ddikjarat valur tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil skont l-Artikolu 9. Il-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi mmuntati fil-vettura jew fuqha għandhom ikunu barra mill-produzzjoni tas-serje u għandhom jikkorrispondu ma' dawk immuntati fid-data tal-produzzjoni tal-vettura.

(b) 

L-għażla tal-vettura għandha ssir mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat il-liċenzja biex topera l-għodda ta' simulazzjoni abbażi tal-proposti mill-manifattur tal-vettura.

(c) 

Il-vetturi b'fus motorizzat wieħed biss għandhom jintgħażlu għat-test għall-verifika.

(d) 

Huwa rrakkomandat li f'kull test għall-verifika jiġu magna, fus u trażmissjoni tas-sett ta' data relevanti bl-ogħla numri tal-bejgħ għal kull manifattur. Il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew is-sistemi jistgħu jiġu ttestjati kollha f'vettura waħda jew f'vetturi differenti, bil-kundizzjoni li kull komponent ikun kopert minn test għall-verifika wieħed minimu fuq vettura waħda.

(e) 

Il-vetturi li jużaw valuri standard għaċ-ċertifikazzjoni tas-CO2 tal-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi tagħhom minflok valuri mkejla għat-trażmissjoni u għat-telf tal-fus m'għandhomx jintgħażlu għat-test għall-verifika sakemm ma jiġux prodotti vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt a) sa c) u bl-użu ta' mapep tat-telf imkejjel għal dawn il-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi fiċ-ċertifikazzjoni tas-CO2.

(f) 

In-numru minimu ta' vetturi differenti b'kombinazzjonijiet differenti ta' settijiet ta' data rilevanti għat-test għall-verifika għandu jiġi ttestjat permezz ta' test għall-verifika kull sena għandu jkun ibbażat fuq in-numri tal-bejgħ tal-manifattur tal-vettura kif stabbilit fit-Tabella 1:



Tabella 1

Determinazzjoni tan-numru minimu ta' vetturi li għandhom jiġu ttestjati mill-manifattur tal-vettura

Numru ta' vetturi li għandhom jiġu ttestjati

Vetturi prodotti/sena rilevanti għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika

1

1 - 25 000

2

25 001 – 50 000

3

50 001 -75 000

4

75 001 -100 000

5

aktar minn 100 000

(g) 

Il-manifattur tal-vettura għandu jiffinalizza t-test għall-verifika f'perjodu ta' 10 xhur wara d-data tal-għażla tal-vettura għat-test għall-verifika.

4.   Kundizzjonijiet tal-vettura

Kull vettura għat-test għall-verifika għandha tkun f'kundizzjonijiet tas-serje kif tipikament tingħata lill-klijent. Ma huma permessi l-ebda bidliet fil-ħardwer bħal lubrikanti jew fis-softwer bħal kontrolluri awżiljari.

4.1.   Running in tal-vettura

Ir-running in tal-vettura mhux obbligatorju. Jekk il-kilometraġġ totali tal-vettura tat-test ikun inqas minn 15 000  km, għandu jiġi applikat koeffiċjent ta' evoluzzjoni għar-riżultat tat-test kif definit fil-punt 7. Il-kilometraġġ totali tal-vettura tat-test għandu jkun il-qari tal-odometer fil-bidu tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil. Il-kilometraġġ massimu għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika għandu jkun ta' 20 000  km.

4.2.   Fjuwil u lubrikanti

Il-lubrikanti kollha għandhom ikunu konformi mal-konfigurazzjoni tas-serje tal-vettura.

Għall-kejl tal-konsum tal-fjuwil kif deskritt fil-punt 6.1.5, għandu jintuża fjuwil ta' referenza kif stabbilit fil-punt 3.2 tal-Anness V.

It-tank tal-fjuwil għandu jkun sħiħ fil-bidu tal-prova tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil.

5.   Tagħmir tal-kejl

It-tagħmir kollu ta' referenza tal-laboratorji għall-kejl, użat għall-kalibrar u għall-verifika, għandu jkun traċċabbli għal standards nazzjonali (internazzjonali). Il-laboratorju tal-kalibrar għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tas-serje ISO 9000 u jew ISO/TS 16949 jew ISO/IEC 17025.

5.1.   Torque

It-torque dirett fil-fusien motorizzati kollha għandu jitkejjel b'waħda mis-sistemi tal-kejl li ġejjin li jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati fit-Tabella 2:

(a) 

apparat li jkejjel it-torque tal-buttun;

(b) 

apparat li jkejjel it-torque tar-rimm;

(c) 

apparat li jkejjel it-torque tan-nofs xaft.

Il-medda kkalibrata għandha tkun mill-inqas 10 000 Nm; il-medda tal-kejl għandha tkopri l-medda sħiħa tat-torque li sseħħ matul il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika tal-vettura ttestjata.

Id-deriva għandha titkejjel waqt it-test għall-verifika deskritt fil-punt 6 permezz tal-ażżerar tas-sistema tal-kejl tat-torque skont il-punt 6.1.5 wara l-fażi ta' prekundizzjonament billi jitneħħa l-fus u jitkejjel it-torque f'fus mgħolli direttament wara t-test għall-verifika mill-ġdid.

Għal riżultat validu tat-test għandha tiġi pprovata deriva massima tas-sistema tal-kejl tat-torque fuq il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika ta' 150 Nm (is-somma taż-żewġ roti).

5.2.   Veloċità tal-vettura

Il-veloċità tal-vettura għandha tintuża għal verifiki possibbli ta' plawżibbilità tas-sinjal tal-ger aktar tard u għandha tkun ibbażata fuq is-sinjal CAN.

5.3.   Ger attivat

Il-ger attivat m'għandux għalfejn jitkejjel iżda għandu jiġi kkalkulat mill-għodda ta' simulazzjoni bbażata fuq il-veloċità mkejla tal-magna, il-veloċità tal-vettura u d-dimensjonijiet tat-tajer u l-proporzjonijiet tat-trażmissjoni tal-vettura skont il-punt 7. Il-pożizzjoni tal-ger tista' tiġi pprovduta wkoll mis-sinjal CAN biex tivverifika devjazzjonijiet possibbli mill-pożizzjoni tal-ger ikkalkulata mill-għodda ta' simulazzjoni. F'każ ta' devjazzjonijiet tal-pożizzjoni tal-ger f'aktar minn 5 % tat-tul tat-test, ir-raġunijiet għad-devjazzjoni għandhom jiġu investigati u rrappurtati mill-manifattur tal-vettura. Id-data tal-input dwar il-pożizzjoni tal-ger għandha tintuża fl-għodda ta' simulazzjoni biex jiġi kkalkulat it-telf li jiddependi mill-ger fil-gerboks. Il-veloċità tal-magna għandha tittieħed mill-għodda ta' simulazzjoni mid-data tal-input kif definit fil-punt 5.4.

5.4.   Veloċità rotazzjonali tal-magna

Is-sinjal mill-konnessjoni mal-unità ta' kontroll elettroniku tal-vettura permezz ta' interfaċċja dijanjostiku abbord miftuħa għandu jintuża biex titkejjel il-veloċità tal-magna. Sistemi ta' kejl alternattivi huma permessi jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2.

5.5.   Veloċità rotazzjonali tar-roti fil-fus motorizzat

Is-sistema ta' kejl għall-veloċità rotazzjonali tar-rota tax-xellug u tal-lemin fil-fus motorizzat għall-valutazzjoni tad-domanda tal-potenza fir-roti bħala input għall-għodda ta' simulazzjoni għas-simulazzjoni tat-test tal-verifika għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2.

5.6.   Veloċità rotazzjonali tal-fann

Is-sinjal CAN għall-veloċità tal-fann jista' jintuża, jekk disponibbli. Alternattivament jista' jintuża senser estern li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2.

5.7.   Sistema ta' kejl tal-fjuwil

Il-karburant ikkunsmat għandu jitkejjel abbord b'apparat tal-kejl li jirrapporta l-ammont totali ta' fjuwil ikkunsmat f'kilogrammi. Is-sistema ta' kejl tal-fjuwil għandha tkun abbażi ta' wieħed mill-metodi tal-kejl li ġejjin:

(a) 

Kejl tal-massa tal-fjuwil. L-apparat li jkejjel il-fjuwil għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' eżattezza stabbiliti fit-Tabella 2 għas-sistema ta' kejl tal-massa tal-fjuwil.

(b) 

Kejl tal-volum tal-fjuwil flimkien ma' korrezzjoni għall-espansjoni termali tal-fjuwil. Il-mekkaniżmu tal-kejl tal-volum tal-fjuwil u l-apparat tal-kejl tat-temperatura tal-fjuwil għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eżattezza stabbiliti fit-Tabella 2 għas-sistema ta' kejl tal-volum tal-fjuwil. Il-massa tal-fjuwil ikkunsmat għandha tiġi kkalkulata skont l-ekwazzjonijiet li ġejjin:

image

image

image

fejn:

mfuel

=

Massa tal-fjuwil ikkalkulata f'[kg]

n

=

Numru totali ta' kampjuni fil-kejl.

ρ0

=

Densità tal-fjuwil użat għat-test għall-verifika f'(kg/m3). Id-densità għandha tiġi ddeterminata skont l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 582/2011. Jekk jintuża fjuwil tad-diżil fit-test għall-verifika, jista' jintuża wkoll il-valur medju tal-intervall tad-densità għall-fjuwils ta' referenza B7 skont l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 582/2011.

t0

=

Temperatura tal-fjuwil li tikkorrispondi mad-densità ρ0 għall-fjuwil ta' referenza, kif definit fl-Anness V f'[°C]

ρi

=

Densità tal-fjuwil tat-test fil-kampjun i f'[kg/m3]

Vfuel, i

=

Il-volum totali tal-fjuwil ikkunsmat fil-kampjun i f'[m3]

ti+1

=

It-temperatura mkejla tal-fjuwil fil-kampjun i+1 f'[°C]

β

=

Fattur ta' korrezzjoni tat-temperatura (0,001 f'K– 1).

5.8.   Piż tal-vettura

Il-mases li ġejjin tal-vettura għandhom jitkejlu b'tagħmir li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2:

(a) 

massa proprja tal-vettura;

(b) 

massa proprja tal-vettura b'tagħbija utli.

5.9.   Rekwiżiti ġenerali għall-kejl abbord

Id-data kollha għandha tiġi rreġistrata mill-inqas f'frekwenza ta' 2 Hz jew bi frekwenza rrakkomandata mill-produttur tat-tagħmir, skont liema minnhom ikun l-ogħla valur.

Id-data tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni tista' tkun magħmula minn reġistraturi differenti. Id-data tal-input li ġejja għandha tingħata mill-kejl:

(a) 

torque fuq ir-roti motorizzati għal kull rota;

(b) 

veloċità rotazzjonali fuq ir-roti motorizzati għal kull rota;

(c) 

ger (mhux obbligatorju);

(d) 

veloċità tal-magna;

(e) 

veloċità tal-fann;

(f) 

veloċità tal-vettura;

(g) 

fluss tal-fjuwil.

It-torque u l-veloċità rotazzjonali tar-roti għandhom jiġu rreġistrati f'sistema waħda ta' lloggjar tad-data. Jekk jintużaw sistemi differenti ta' lloggjar tad-data għas-sinjali l-oħra, sinjal komuni wieħed, bħall-veloċità tal-vettura, għandu jiġi rreġistrat biex jiżgura allinjament korrett tal-ħin tas-sinjali.

Ir-rekwiżiti ta' eżattezza stabbiliti fit-Tabella 2 għandhom jiġu ssodisfati mit-tagħmir kollu tal-kejl użat. Kwalunkwe tagħmir mhux elenkat fit-Tabella 2 għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' eżattezza stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness V.



Tabella 2

Rekwiżiti tas-sistemi ta' kejl

Sistema ta' kejl

Eżattezza

Ħin ta' żieda (1)

Bilanċ għall-piż tal-vettura

50 kg jew

< 0,5 % tal-kalibrar massimu

skont liema jkun iżgħar

Roti ta' veloċità rotazzjonali

< 0,5 % tal-kalibrar massimu

≤ 1 s

Fluss tal-massa tal-fjuwil għal fjuwils likwidi

< 1,0 % tal-qari jew

< 0,5 % tal-kalibrar massimu

skont liema jkun l-akbar

≤ 2 s

Sistema ta' kejl tal-volum tal-fjuwil (2)

< 1,0 % tal-qari jew

< 0,5 % tal-kalibrar massimu

skont liema jkun l-akbar

≤ 2 s

Temperatura tal-fjuwil

± 1 °C

≤ 2 s

Senser għall-kejl tal-veloċità rotazzjonali tal-fann berried

0,4 % tal-qari jew 0,2 % tal-kalibrar massimu tal-veloċità skont liema minnhom ikun akbar

≤ 1 s

Veloċità tal-magna

Kif stabbilit fl-Anness V

Torque tar-roti

Għal kalibrar ta' 10 kNm:

< 40 Nm eżattezza

< 20 Nm crosstalk

< 0,1 s

(1)   Ħin ta' żieda tfisser id-differenza fil-ħin bejn ir-rispons ta' 10 fil-mija u r-rispons ta' 90 fil-mija tal-qari finali tal-analizzatur (t90 – t10).

(2)   L-akkuratezza għandha tintlaħaq għall-fluss integrali tal-fjuwil għal aktar minn 100 minuta.

Il-valuri tal-kalibrar massimu għandhom ikunu akbar għal 1.1 darba l-valur massimu ta' previżjoni mistenni matul it-testijiet ta' prova kollha għas-sistema ta' kejl rispettiva. Għas-sistema ta' kejl tat-torque il-kalibrar massimu jista' jkun limitat għal 10 kNm.

L-eżattezza mogħtija għandha tintlaħaq bis-somma tal-eżattezzi uniċi kollha fil-każ li tintuża aktar minn skala waħda.

6.   Proċedura tat-test

6.1.   Preparazzjoni tal-vettura

Il-vettura għandha tittieħed mill-produzzjoni tas-serje u magħżula kif stabbilit fil-punt 3.

6.1.1.   Validazzjoni tad-data tal-input

Il-fajl tar-rekords tal-manifattur għall-vettura magħżula għandu jintuża bħala bażi għall-validazzjoni tad-data tal-input. In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura tal-vettura magħżula għandu jkun l-istess bħan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura fil-fajl tal-informazzjoni tal-klijent.

Fuq talba mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat il-liċenzja biex topera l-għodda ta' simulazzjoni, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi, fi żmien 15-il jum tax-xogħol, il-fajl tar-rekords tal-manifattur, l-informazzjoni tad-data u d-dejta tal-input meħtieġa għall-operazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni kif ukoll għall-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għall-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi rilevanti kollha.

6.1.1.1   Verifika ta' komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi u data u informazzjoni tal-input

Il-kontrolli li ġejjin għandhom jitwettqu għall-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati u s-sistemi mmuntati fuq il-vettura:

(a) 

Integrità tad-data tal-għodda ta' simulazzjoni: l-integrità tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur skont l-Artikolu 9(3) ikkalkulata mill-ġdid matul il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika bl-għodda tal-hashing għandha tiġi vverifikata meta mqabbla mal-hash kriptografika fiċ-ċertifikat tal-konformità;

(b) 

Dejta dwar il-vettura: in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura, il-konfigurazzjoni tal-fus, l-awżiljarji magħżula u t-teknoloġija tal-konnessjoni motorizzata għandhom jaqblu mal-vettura magħżula;

(c) 

Dejta tal-komponent, unità teknika separata jew sistema: in-numru taċ-ċertifikazzjoni u t-tip tal-mudell stampat fuq iċ-ċertifikat tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għandhom jaqblu mal-komponent, l-unità teknika separata jew is-sistema installata fil-vettura magħżula;

(d) 

Il-hash tad-data tal-input tal-għodda ta' simulazzjoni u l-informazzjoni tal-input għandhom jaqblu mal-hash stampata fuq iċ-ċertifikat tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil għall-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi li ġejjin:

(i) 

magni;

(ii) 

trażmissjonijiet;

(iii) 

konvertituri tat-torque;

(iv) 

komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque;

(v) 

komponenti addizzjonali tad-driveline;

(vi) 

fusien;

(vii) 

reżistenza tal-arja tal-karozzerija jew tat-trejler;

(viii) 

tajers.

6.1.1.2.   Verifika tal-massa tal-vettura

Jekk mitlub mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat il-liċenzja biex topera l-għodda ta' simulazzjoni, għandha tiġi inkluża verifika tal-massa proprja korretta tal-vettura fil-verifika tad-data tal-input.

Għall-verifika tal-massa, il-massa tal-vettura f'kundizzjoni ta' sewqan għandha tiġi vverifikata skont il-punt 2 tal-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1230/2012.

6.1.1.3.   Azzjonijiet li jridu jittieħdu

Fil-każ ta' diskrepanzi fin-numru ta' ċertifikazzjoni jew il-hash kriptografika ta' fajl wieħed jew aktar dwar il-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi elenkati fis-sottopunti (d)(i) sa (vii) tal-punt 6.1.1.1. id-data tal-input korretta li tkun qed tissodisfa l-kontrolli skont il-punti 6.1.1.1 u 6.1.1.2 għandha tissostitwixxi d-data mhux korretta għall-azzjonijiet ulterjuri kollha. Jekk l-ebda sett ta' data kompluta tal-input b'ċertifikati korretti ta' karatteristiċi relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ma jkun disponibbli għall-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi elenkati fis-sottopunti (d)(i) sa (vii) tal-punt 6.1.1.1 it-test tal-verifika għandu jispiċċa u l-vettura tfalli l-proċedura tal-ittestjar għall-verifika.

6.1.2.   Fażi ta' prova

Wara l-validazzjoni tad-data tal-input skont il-punt 6.1.1, tista' ssir fażi ta' prova sa qari massimu ta' 15 000  km odometur, mingħajr il-ħtieġa li jintuża l-fjuwil ta 'referenza, jekk il-qari tal-odometru tal-vettura magħżula ikun inqas minn 15 000  km. Fil-każ ta' ħsara ta' xi wieħed mill-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi elenkati fil-punt 6.1.1.1, il-komponent, unitajiet tekniċi separati jew sistemi jistgħu jiġu sostitwiti b'komponent, unitajiet tekniċi separati jew sistemi ekwivalenti bl-istess numru ta' ċertifikazzjoni. Is-sostituzzjoni għandha tiġi dokumentata fir-rapport tat-test.

Il-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi rilevanti kollha għandhom jiġu vverifikati qabel il-kejl biex jiġu esklużi kundizzjonijiet mhux tas-soltu, bħal livelli inkorretti ta' mili taż-żejt, filtri tal-arja misduda jew twissijiet dijanjostiċi abbord.

6.1.3.   Tħejjija tat-tagħmir tal-kejl

Is-sistemi ta' kejl kollha għandhom jiġu kkalibrati skont id-dispożizzjonijiet tal-manifattur tat-tagħmir. Jekk ma jeżistux dispożizzjonijiet, għandhom jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet minn min jagħmel it-tagħmir għall-kalibrar.

Wara l-fażi ta' prova, il-vettura għandha tkun mgħammra bis-sistemi ta' kejl stabbiliti fil-punt 5.

6.1.4.   Tħejjija tal-vettura tat-test għall-kejl tal-konsum tal-fjuwil

It-tratturi tal-gruppi ta' vetturi ddefiniti fit-Tabella 1 tal-Anness I għandhom jiġu ttestjati b'kull tip ta' semitrejler, sakemm it-tagħbija definita hawn taħt tkun tista' tiġi applikata.

It-trakkijiet riġidi tal-gruppi ta' vetturi ddefiniti fit-Tabella 1 tal-Anness I għandhom jiġu ttestjati bit-trejler, jekk il-konnessjoni tat-trejler tkun immuntata. Jista' jiġi applikat kwalunkwe tip ta' karrozzerija jew apparat ieħor biex tinġarr it-tagħbija stabbilita hawn taħt.

Il-karrozzeriji tal-vetturi jistgħu jvarjaw mill-karrozzeriji standard stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness I għaċ-ċertifikazzjoni tal-proprjetajiet relatati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil ta' komponent, unitajiet tekniċi separati jew sistemi.

It-tagħbija utli tal-vettura għandha tkun f'minimu għal massa ewlenija għal piż tat-test totali ta' 90 % tal-piż ikkombinat gross totali massimu jew piż gross tal-vettura għal trakkijiet riġidi mingħajr trejler.

Il-pressjoni tal-inflazzjoni tat-tajer għandha tkun konformi mar-rakkomandazzjoni tal-manifattur. It-tajers tas-semitrejler jistgħu jvarjaw minn tajers standard stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 għaċ-ċertifikazzjoni tas-CO2 tat-tajers.

Is-settings kollha li jinfluwenzaw id-domanda awżiljarja tal-enerġija għandhom jiġu ssettjati għal konsum minimu ta' enerġija raġonevoli fejn applikabbli. Il-kundizzjonament tal-arja għandu jintefa u l-ventilazzjoni tal-kabina għandha tkun issettjata aktar baxxa mill-fluss medju tal-massa. Konsumaturi ta' enerġija addizzjonali li mhumiex meħtieġa biex titħaddem il-vettura għandhom jintfew. Apparat estern biex jipprovdi enerġija abbord, bħal batteriji esterni, huwa permess biss biex jitħaddem it-tagħmir tal-kejl addizzjonali għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika elenkat fit-Tabella 2 iżda m'għandux jipprovdi enerġija għat-tagħmir tas-serje tal-vettura.

Tista' tinbeda riġenerazzjoni tal-filtru tal-partikuli u din għandha tinkiseb qabel it-test għall-verifika. Jekk ir-riġenerazzjoni tal-filtru tal-partikuli mibdija ma tkunx tista' tintlaħaq qabel it-test għall-verifika, it-test ikun invalidu u għandu jiġi ripetut.

6.1.5.   Test għall-verifika

6.1.5.1.   Għażla tar-rotta

Ir-rotta magħżula għat-test għall-verifika għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 3. Ir-rotot jistgħu jinkludu korsiji pubbliċi u privati.

6.1.5.2.   Prekundizzjonament tal-vettura

L-ebda prekundizzjonament speċifiku tal-vettura mhu meħtieġ.

6.1.5.3.   Tisħin tal-vettura

Qabel ma jibda l-kejl tal-konsum tal-fjuwil, il-vettura għandha tinsaq għat-tisħin kif stabbilit fit-Tabella 3. Il-fażi ta' tisħin m' għandhiex titqies fl-evalwazzjoni tat-test għall-verifika.

6.1.5.4.   Ażżerar tat-tagħmir tal-kejl tat-torque

L-ażżerar tat-tagħmir tal-kejl tat-torque għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ta' min jagħmel it-tagħmir. Għall-ażżerar għandu jkun żgurat li t-torque fuq il-fus motorizzat ikun żero. Għall-ażżerar, il-vettura għandha titwaqqaf direttament wara l-fażi ta' tisħin u l-ażżerar għandu jsir direttament wara li l-vettura tieqaf biex jitnaqqsu l-effetti ta' tibrid. L-ażżerar għandu jkun lest f'inqas minn 20 minuta.

6.1.5.5.   Kejl tal-konsum tal-fjuwil

Il-kejl tal-konsum tal-fjuwil għandu jibda direttament wara l-ażżerar tat-tagħmir tal-kejl tat-torque tar-rota meta l-vettura tkun wieqfa u l-magna tkun idle. Il-vettura għandha tinstaq matul il-kejl fi stil tas-sewqan fejn jiġi evitat l-ibbrejkjar mhux meħtieġ tal-vettura, l-ippumpjar tal-pedala tal-gass u dawrien ma' kantunieri b'mod aggressiv. Għandu jintuża l-issettjar għas-sistemi ta' kontroll elettroniku li jiġi attivat awtomatikament meta tibda l-vettura, u għandu jkun hemm bidliet fil-gerijiet mis-sistema awtomatizzata jekk applikabbli. Jekk ikunu disponibbli ssettjar tal-manwal biss għas-sistemi ta' kontroll elettroniku, għandu jintgħażel issettjar li jwassal għal konsum ogħla ta' fjuwil għal kull kilometru. Id-durata tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil għandu jkun fit-tolleranzi stabbiliti fit-Tabella 3. Il-kejl tal-konsum tal-fjuwil għandu jispiċċa wkoll meta l-vettura tkun wieqfa f'kundizzjoni idle direttament qabel il-kejl tad-deriva tat-tagħmir tal-kejl tat-torque.

6.1.5.6.   Kejl tad-deriva tat-tagħmir tal-kejl tat-torque

Direttament wara l-kejl tal-konsum tal-fjuwil, id-deriva tat-tagħmir tal-kejl tat-torque għandu jiġi rreġistrat billi jitkejjel it-torque bl-istess kundizzjonijiet tal-vettura bħal matul il-proċess tal-ażżerar. Jekk il-kejl tal-konsum tal-fjuwil ma jieqafx b'veloċità żero tal-vettura, il-vettura għandha titwaqqaf għall-kejl tad-deriva f'deċelerazzjoni moderata.

6.1.5.7.   Kundizzjonijiet tal-konfini għat-test għall-verifika

Il-kundizzjonijiet tal-konfini li għandhom jintlaħqu għal test għall-verifika validu huma stabbiliti fit-Tabella 3.

Jekk il-vettura tgħaddi mit-test għall-verifika skont il-punt 7, it-test għandu jiġi stabbilit bħala validu anki jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ma jiġux issodisfati:

— 
tnaqqis tal-valuri minimi għall-parametru Nru 1, 2, 6, 9 fit-Tabella 3;
— 
qbiż tal-valuri massimi għall-parametru Nru 3, 4, 5, 7, 8, 10, 12 fit-Tabella 3.



Tabella 3

Parametri għal test għall-verifika validu

Le.

Parametru

Minimu

Massimu

Applikabbli għal

1

Tisħin [minuti]

60

 

 

2

Veloċità medja fit-tisħin [km/h]

70 (1)

100

 

3

Durata tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil [minuti]

80

120

 

4

Sehem ta' sewqan urban ibbażat fuq id-distanza

2 %

8 %

gruppi ta' vetturi 4, 5, 9, 10

5

Sehem ta' sewqan rurali bbażat fuq id-distanza

7 %

13 %

 

6

Sehem ta' sewqan fuq awtostrada bbażat fuq id-distanza

74 %

gruppi ta' vetturi 4, 5, 9, 10

7

Sehem ta' ħin ta' idle fil-waqfien

 

5 %

 

8

Temperatura ambjentali medja

5 °C

30 °C

 

9

Kundizzjoni tat-triq niexfa

100 %

 

 

10

Kundizzjoni tat-triq borra jew silġ

 

0 %

 

11

Għoli tar-rotta 'il fuq mil-livell tal-baħar [m]

0

800

 

12

Durata tal-idle kontinwu fil-waqfien [minuti]

 

3

 

(1)   Jew il-veloċità massima tal-vettura jekk tkun inqas minn 70 km/h.

Fil-każ ta' kundizzjonijiet straordinarji tat-traffiku, it-test għall-verifika għandu jiġi ripetut.

6.1.6.   Rappurtar tad-data

Id-data rreġistrata matul il-proċedura tal-ittestjar għall-verifika għandha tiġi rrappurtata lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat il-liċenzja biex topera l-għodda ta' simulazzjoni kif ġej:

(a) 

Id-data rreġistrata għandha tiġi rrappurtata f'sinjali kostanti ta' 2 Hz kif stabbilit fit-Tabella 1. Id-data rreġistrata fi frekwenzi ogħla minn 2 Hz għandha tiġi kkonvertita f'2 Hz billi tikkunsidra l-intervalli tal-ħin madwar in-nodi ta' 2 Hz. Fil-każ ta' eż. kampjunar ta' 10 Hz, l-ewwel nodu ta' 2 Hz jiġi ddefinit bil-medja mit-tieni 0,1 sa 0,5, it-tieni nodu jiġi ddefinit bil-medja mit-tieni 0,6 sa 1,0. It-timbru tal-ħin għal kull nodu għandu jkun l-aħħar timbru tal-ħin għal kull nodu, jiġifieri 0,5, 1,0, 1,5 eċċ.

(b) 

Il-potenza tar-rota għandha tiġi kkalkulata mit-torque mkejjel tar-rota u l-veloċità tar-rota rotazzjonali. Il-valuri kollha għandhom l-ewwel jiġu kkonvertiti f'sinjali ta' 2 Hz skont il-punt (a). Imbagħad il-potenza tar-rota għal kull rota motorizzata għandha tiġi kkalkulata mit-torque ta' 2 Hz u s-sinjali tal-veloċità kif stabbilit fl-ekwazzjoni li ġejja:

image

fejn:

i

=

L-indiċi tal-pożizzjoni għar-rota tax-xellug u tal-lemin tal-fus motorizzat

Pwheel-i (t)

=

potenza fin-nodu tal-ħin tar-rota motorizzata tal-xellug u tal-lemin (t) f'[kW]

nwheel-i (t)

=

veloċità rotazzjonali tar-rota motorizzata tax-xellug u tal-lemin fin-nodu tal-ħin (t) f'[rpm]

Mdwheel-i (t)

=

it-torque mkejjel fir-rota motorizzata tax-xellug u tal-lemin fin-nodu tal-ħin (t) f'[Nm]

Id-data tal-input tal-potenza tar-rota għas-simulazzjoni tat-test għall-verifika bl-għodda ta' simulazzjoni għandha tkun is-somma tal-potenza tar-roti kollha motorizzati tal-vettura kif stabbilit fl-ekwazzjoni li ġejja:

image

fejn:

Pwheel(t)

=

potenza totali fuq rota motorizzata fin-nodu tal-ħin (t) f'[kW]

wd

=

numru ta' roti motorizzati



Tabella 4

Format tar-rappurtar tad-data għal data mkejla għall-għodda ta' simulazzjoni fit-test għall-verifika

Kwantità

Unità

Data tal-input tal-intestatura

Kumment

nodu tal-ħin

[s]

<t>

 

veloċità tal-vettura

[km/h]

<v>

 

veloċità tal-magna

[rpm]

<n_eng>

 

veloċità tal-fann berried tal-magna

[rpm]

<n_fan>

 

torque tar-rota tax-xellug

[Nm]

<tq_left>

 

torque tar-rota tal-lemin

[Nm]

<tq_right>

 

veloċità tar-rota tax-xellug

[rpm]

<n_wh_left>

 

veloċità tar-rota tal-lemin

[rpm]

<n_wh_right>

 

ger

[-]

<gear>

sinjal fakultattiv għal MT u AMT

fluss tal-fjuwil

[g/h]

<fc>

għal NCV standard (punt 7.2)

7.   Evalwazzjoni tat-test

Il-konsum simulat tal-fjuwil għandu jitqabbel mal-konsum imkejjel tal-fjuwil bl-użu tal-għodda ta' simulazzjoni.

7.1.   Simulazzjoni tal-konsum tal-fjuwil

Id-data tal-input u l-informazzjoni tal-input għall-għodda ta' simulazzjoni għat-test tal-verifika għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

Il-karatteristiċi relatati ċċertifikati mal-emissjonijiet tas-CO2 u mal-konsum tal-fjuwil tal-komponenti, unitajiet tekniċi separati jew sistemi li ġejjin:

(i) 

magni;

(ii) 

trażmissjonijiet;

(iii) 

konvertituri tat-torque;

(iv) 

komponenti oħra li jittrasferixxu t-torque;

(v) 

komponenti addizzjonali tad-driveline;

(vi) 

fusien.

(b) 

Id-data tal-input stabbilita fit-Tabella 4.

Il-potenza kkalkulata mill-għodda ta' simulazzjoni bl-ekwazzjonijiet ta' dinamika lonġitudinali mill-veloċità mkejla tal-vettura u d-dinamika tal-gradjent tat-triq tista' tintuża għall-kontrolli ta' plawżibbiltà biex jiġi ttestjat jekk ix-xogħol totali taċ-ċiklu simulat huwiex simili għall-valur imkejjel.

L-għodda ta' simulazzjoni għandha tikkalkula l-gerijiet attivati matul it-test għall-verifika billi tikkalkula l-veloċitajiet tal-magna għal kull ger fil-veloċità proprja tal-vettura u tagħżel it-tagħmir li jipprovdi l-eqreb veloċità tal-magna għall-veloċità mkejla tal-magna.

Il-potenza mkejla tar-rota għandha tissostitwixxi fil-mod tat-test għall-verifika tal-għodda ta' simulazzjoni d-domanda tal-potenza simulata fir-roti. Il-veloċità mkejla tal-magna u l-ger iddefinit fid-data tal-input tat-test għall-verifika għandhom jissostitwixxu l-parti ta' simulazzjoni korrispondenti. Il-potenza standard tal-fann fl-għodda ta' simulazzjoni għandha tiġi sostitwita bil-potenza tal-fann ikkalkulata mill-veloċità mkejla tal-fann fl-għodda ta' simulazzjoni kif ġej:

image

fejn:

Pfan

=

potenza tal-fann li għandha tintuża fis-simulazzjoni għat-test għall-verifika f'[kW]

RPMfan

=

veloċità rotazzjonali mkejla tal-fann f'[1/s]

Dfan

=

dijametru tal-fann f'[m]

C1, C2, C3

=

parametri ġeneriċi fl-għodda ta' simulazzjoni:

C1

=

7 320  W

C2

=

1 200 rpm

C3

=

810 mm

Il-pompa tal-istering, il-kumpressur u l-ġeneratur għandhom jiġu attribwiti valuri standard skont l-Anness IX.

Il-passi l-oħra kollha ta' simulazzjoni u l-immaniġġjar tad-data dwar l-effiċjenza tal-fus, tat-trażmissjoni u tal-magna għandhom ikunu identiċi għall-applikazzjoni tal-għodda ta' simulazzjoni biex jiddetermina u jiddikjara l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta' vetturi ġodda.

Il-valur simulat tal-konsum tal-fjuwil għandu jkun il-fluss totali tal-fjuwil fid-distanza tat-test rilevanti għat-test għall-verifika, mit-tmiem tal-ażżerar wara l-fażi ta' tisħin sat-tmiem tat-test. Id-distanza tat-test rilevanti għat-test għall-verifika għandha tkun ikkalkulata mis-sinjal tal-veloċità tal-vettura.

Ir-riżultati mill-għodda ta' simulazzjoni għat-test għall-verifika għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

image

fejn:

VT work

=

Ix-xogħol tat-test għall-verifika kkalkulat mill-għodda ta' simulazzjoni għall-fażi kompluta tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil [kWh]

image

FCsim

=

Konsum tal-fjuwil simulat mill-għodda ta' simulazzjoni fil-fażi tal-kejl tal-konsum komplut tal-fjuwil f'[g/kWh]

fs

=

Rata ta' simulazzjoni f'[Hz]

FCsim(t)

=

Konsum tal-fjuwil istantanju simulat mill-għodda ta' simulazzjoni matul it-test f'[g/s]

7.2.   Kalkolu tal-konsum imkejjel tal-fjuwil

Il-fluss tal-fjuwil imkejjel għandu jkun integrat għall-istess medda ta' żmien bħall-konsum simulat tal-fjuwil. Il-konsum imkejjel tal-fjuwil għat-test totali għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

image

fejn:

FCm

=

Konsum tal-fjuwil imkejjel bl-integrazzjoni tal-fluss tal-massa tal-fjuwil fil-fażi kompluta tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil f'[g/kWh]

FCm(t)

=

Fluss tal-massa tal-fjuwil istantanju mkejjel matul il-kejl f'[g/s]

fs

=

Rata ta' kampjunar f'[Hz]

VT workm

=

Xogħol tat-test għall-verifika fir-rota kkalkulat mit-torque tar-rota mkejjel u l-veloċitajiet rotazzjonali tar-rota fil-fażi kompluta tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil f'[kWh]

image

Pwheel-i-measured,t

=

Il-potenza pożittiva fuq ir-rota tax-xellug (i = l) u tal-lemin (i = 2) ikkalkulata mit-torque tar-rota mkejjel u l-veloċitajiet rotazzjonali tar-rota fil-punt tal-ħin t fejn jitqiesu biss il-valuri tal-potenza akbar minn żero

image

Torquei

=

torque mkejjel b'mod istantanju fuq ir-rota “i” f'punt tal-ħin “t” f'[Nm]

rpmi

=

veloċità rotazzjonali mkejla b'mod istantanju fuq ir-rota “i” fil-punt tal-ħin “t” [min– 1]

Il-valuri mkejla tal-konsum tal-fjuwil għandhom jiġu kkoreġuti għall-valur kalorifiku nett (NCV) kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness V biex jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test għall-verifika.

image

fejn:

NCVmeas

=

NCV tal-fjuwil użat fit-test għall-verifika ddeterminat skont il-punt 3.2 tal-Anness V [MJ/kg]

NCVstd

=

NCV standard skont it-Tabella 4 tal-Anness V [MJ/kg]

FCm,corr

=

Konsum tal-fjuwil imkejjel billi tiġi integrata l-massa tal-fjuwil fuq il-fażi kompluta tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil ikkoreġut għall-fjuwil NCV tat-test [g/kWh]

7.3.   Suċċess/Falliment tal-kontroll

Il-vettura għandha tgħaddi t-test tal-verifika jekk il-proporzjon tal-konsum ikkoreġut tal-fjuwil imkejjel għall-konsum simulat tal-fjuwil ikun taħt it-tolleranzi stabbiliti fit-Tabella 5.

Fil-każ ta' fażi ta' prova iqsar minn 15 000  km, l-influwenza fuq l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vettura tista' tiġi korretta bil-koeffiċjent ta' evoluzzjoni li ġej:

image

[g/kWh]

fejn:

FCm-c

=

Konsum tal-fjuwil imkejjel u kkoreġut ta' fażi ta' prova iqsar

kilometraġġ

=

distanza ta' prova f'[km]

ef

=

Koeffiċjent ta' evoluzzjoni ta' 0,98

Għall-qari tal-odometru tal-vettura 'l fuq minn 15 000  km, m'għandha tiġi applikata l-ebda korrezzjoni.

Il-proporzjon tal-konsum imkejjel u simulat tal-fjuwil għall-vjaġġ rilevanti għat-test għall-verifika għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon tat-test għall-verifika skont l-ekwazzjoni li ġejja:

image

Fejn:

CVTP

=

Proporzjon tal-konsum tal-fjuwil imkejjel u simulat fil-proċedura tal-ittestjar għall-verifika

Għal tqabbil mal-emissjonijiet tas-CO2 iddikjarati tal-vettura skont l-Artikolu 9, l-emissjonijiet tas-CO2 ivverifikati tal-vettura jiġu ddeterminati kif ġej:

image

fejn:

CO2verified

=

emissjonijiet tas-CO2 ivverifikati tal-vettura f'[g/t-km]

CO2declared

=

emissjonijiet tas-CO2 iddikjarati tal-vettura f'[g/t-km]

Jekk l-ewwel vettura tfalli t-tolleranzi għal CVTP, jistgħu jsiru żewġ testijiet oħra fuq l-istess vettura jew żewġ vetturi oħra simili jistgħu jiġu ttestjati fuq talba tal-manifattur tal-vettura. Għall-evalwazzjoni tal-kriterju ta' suċċess stabbilit fit-Tabella 5, għandhom jintużaw il-medji tal-proporzjon tal-proċedura tal-ittestjar għall-verifika mit-tliet testijiet. Jekk il-kriterju ta' suċċess ma jintlaħaqx, il-vettura tfalli l-proċedura tal-ittestjar għall-verifika.



Tabella 5

Kriterju ta' suċċess u falliment għat-test għall-verifika

 

CVPT

Kriterju ta' suċċess għall-proċedura tal-ittestjar għall-verifika

< 1,075

8.   Proċeduri ta' rappurtar

Ir-rapport tat-test għandu jiġi stabbilit mill-manifattur tal-vettura għal kull vettura ttestjata u għandu jinkludi mill-inqas ir-riżultati li ġejjin tat-test għall-verifika:

8.1.   Ġenerali

8.1.1.

Isem u indirizz tal-manifattur tal-vettura

8.1.2.

Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-immuntar

8.1.3.

L-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant tal-manifattur tal-vettura

8.1.4.

Tip u deskrizzjoni kummerċjali

8.1.5.

Kriterji tal-għażla għall-vettura u l-komponenti tas-CO2 rilevanti (test)

8.1.6.

Sid il-vettura

8.1.7.

Qari tal-odometru fil-bidu tat-test tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil (km)

8.2.   Informazzjoni dwar il-vettura

8.2.1.

Mudell tal-vettura

8.2.2.

Numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN)

8.2.3.

Kategorija tal-vettura (N2, N3)

8.2.4.

Konfigurazzjoni tal-fusien

8.2.5.

Piż gross massimu tal-vettura (t)

8.2.6.

Grupp tal-vettura

8.2.7.

Massa proprja korretta tal-vettura (kg)

8.2.8.

Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur

8.2.9.

Piż ikkombinat gross tal-kombinazzjoni tal-vettura fit-test għall-verifika (kg)

8.3.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-magna

8.3.1.

Mudell tal-magna

8.3.2.

Numru taċ-ċertifikazzjoni tal-magna

8.3.3.

Potenza nominali tal-magna (kW)

8.3.4.

Kapaċità tal-magna (l)

8.3.5.

Tip ta' fjuwil ta' referenza tal-magna (diżil/LPG/CNG…)

8.3.6.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-fjuwil

8.4.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-trażmissjoni

8.4.1.

Mudell tat-trażmissjoni

8.4.2.

Numru taċ-ċertifikazzjoni tat-trażmissjoni

8.4.3.

Għażla ewlenija użata għall-ġenerazzjoni tal-mapep tat-telf (Għażla1/Għażla2/Għażla3/Valuri standard)

8.4.4.

Tip ta' trażmissjoni

8.4.5.

Numru ta' gerijiet

8.4.6.

Proporzjon tat-tramissjoni tal-ger finali

8.4.7.

Tip ta' tardjatur

8.4.8.

Konnessjoni motorizzata (iva/le)

8.4.9.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-effiċjenza

8.5.   Speċifikazzjonijiet tat-tardjatur ewlieni

8.5.1.

Mudell tat-tardjatur

8.5.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tardjatur

8.5.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

8.5.4.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-effiċjenza tat-tardjatur

8.6.   Speċifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

8.6.1.

Mudell tal-konvertitur tat-torque

8.6.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-konvertitur tat-torque

8.6.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

8.6.4.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-effiċjenza

8.7.   Speċifikazzjonijiet tal-angle drive

8.7.1.

Mudell tal-angle drive

8.7.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus

8.7.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

8.7.4.

Proporzjon tal-angle drive

8.7.5.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-effiċjenza

8.8.   Speċifikazzjonijiet tal-fus

8.8.1.

Mudell tal-fus

8.8.2.

Numru ta' ċertifikazzjoni tal-fus

8.8.3.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni ta' mappa tat-telf (valuri/kejl standard)

8.8.4.

Tip ta' fus (eż. fus wieħed standard motorizzat)

8.8.5.

Proporzjon tal-fus

8.8.6.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-effiċjenza

8.9.   Ajrudinamika

8.9.1.

Mudell

8.9.2.

Għażla ta' ċertifikazzjoni użata għall-ġenerazzjoni tas-CdxA (valuri/kejl standard)

8.9.3.

Numru ta' Ċertifikazzjoni tas-CdxA (jekk applikabbli)

8.9.4.

Valur CdxA

8.9.5.

Hash tal-fajl/tad-dokument tal-mappa tal-effiċjenza

8.10.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-tajers

8.10.1.

Numru ta' ċertifikazzjoni tat-tajer fuq il-fusien kollha

8.10.2.

Koeffiċjent speċifiku tar-reżistenza tad-dawrien tat-tajers kollha fuq il-fusien kollha

8.11.   Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-apparat awżiljari

8.11.1.

Teknoloġija tal-fann berried tal-magna

8.11.2.

Teknoloġija tal-pompa tal-istering

8.11.3.

Teknoloġija tas-sistema elettrika

8.11.4.

Teknoloġija tas-sistema pnewmatika

8.12.   Kundizzjonijiet tat-test

8.12.1.

Massa proprja tal-vettura (kg)

8.12.2.

Massa proprja tal-vettura b'tagħbija utli (kg)

8.12.3.

Ħin ta' tisħin (minuti)

8.12.4.

Veloċità medja fit-tisħin [km/h]

8.12.5.

Durata tal-kejl tal-konsum tal-fjuwil (minuti)

8.12.6.

Sehem tas-sewqan urban ibbażat fuq id-distanza (%)

8.12.7.

Sehem tas-sewqan rurali ibbażat fuq id-distanza (%)

8.12.8.

Sehem tas-sewqan f'awtostrada ibbażat fuq id-distanza (%)

8.12.9.

Sehem ta' ħin ta' idle fil-waqfien (%)

8.12.10.

Temperatura ambjentali medja (°C)

8.12.11.

Kundizzjoni tat-triq (niexfa, imxarrba, borra, silġ, oħrajn jekk jogħġbok speċifika)

8.12.12.

Għoli massimu tar-rotta 'il fuq mil-livell tal-baħar (m)

8.12.13.

Durata massima tal-idle kontinwu fil-waqfien (minuti)

8.13.   Rizultati tat-test għall-verifika

8.13.1.

Il-potenza medja tal-fann ikkalkulata għat-test għall-verifika mill-għodda ta' simulazzjoni (kW)

8.13.2.

Xogħol fit-test għall-verifika kkalkulat mill-għodda ta' simulazzjoni (kW)

8.13.3.

Xogħol imkejjel fit-test għall-verifika (kW)

8.13.4.

NCV tal-fjuwil użat fit-test għall-verifika (MJ/kg)

8.13.5.

Il-konsum tal-fjuwil fit-test għall-verifika mkejjel (g/km)

8.13.6.

Konsum tal-fjuwil fit-test għall-verifika mkejjel, ikkorreġut (g/kWh)

8.13.7.

Konsum tal-fjuwil fit-test għalll-verifika simulat (g/km)

8.13.8.

Konsum tal-fjuwil fit-test għall-verifika simulat (g/kWh)

8.13.9.

Profil tal-missjoni (distanza twila/distanza twila (EMS)/reġjonali/reġjonali (EMS)/urbana/muniċipali/kostruzzjoni)

8.13.10.

emissjonijiet tas-CO2 ivverifikati tal-vettura (g/tkm)

8.13.11.

emissjonijiet tas-CO2 iddikjarati tal-vettura (g/tkm)

8.13.12.

Proporzjon tal-konsum tal-fjuwil imkejjel u simulat fil-proċedura tal-ittestjar għall-verifika

8.13.13.

Suċċess fit-test għall-verifika (iva/le)

8.14.   Informazzjoni dwar is-softwer u għall-utent

8.14.1.

Verżjoni (X.X.X.) tal-għodda ta' simulazzjoni

8.14.2.

Data u ħin tas-simulazzjoni

▼B




ANNESS XI

EMENDI GĦAD-DIRETTIVA 2007/46/KE

(1) fl-Anness I jiddaħħal il-punt 3.5.7. li ġej:

“3.5.7

ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil (għal vetturi tqal, kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400)

3.5.7.1

Numru tal-liċenzja tal-għodda ta' simulazzjoni:”

(2) fl-Anness III, fil-Parti I, A (Kategoriji M u N), jiddaħħlu l-punti 3.5.7. u 3.5.7.1. li ġejjin:

“3.5.7

ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-konsum tal-fjuwil (għal vetturi tqal, kif speċifikat fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400)

3.5.7.1

Numru tal-liċenzja tal-għodda ta' simulazzjoni:”

(3) fl-Anness IV, il-Parti hi emendata kif ġej:

(a) 

ir-ringiela 41 A hi sostitwita b'dan li ġej:



“41A

Emissjonijiet (Euro VI) vetturi tqal/ aċċess għall-informazzjoni

Regolament (KE) Nru 595/2009

Regolament (UE) Nru 582/2011

X (9)

X (9)

X

X (9)

X (9)

X”

 

 

 

 

(b) 

tiddaħħal ir-ringiela 41B li ġejja:



“41B

liċenzja tal-għodda ta' simulazzjoni ta' CO2 (vetturi tqal)

Regolament (KE) Nru 595/2009

Regolament (UE) 2017/2400

 

 

 

 

X (16)

X”

 

 

 

 

(c) 

tiżdied in-nota ta' spjegazzjoni 16 li ġejja:

“(16) Għal vetturi b'massa massima mgħobbija teknikament permissibbli minn 7 500 kg”

(4) L-Anness IX hu emendat kif ġej:

(a) 

fil-Parti I, Mudell B, NAĦA 2, KATEGORIJA TAL-VETTURA N2, jiddaħħal il-punt 49 li ġej:

“49. Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur …”

(b) 

fil-Parti I, Mudell B, NAĦA 2, KATEGORIJA TAL-VETTURA N3, jiddaħħal il-punt 49 li ġej:

“49. Hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur …”

(5) fl-Anness XV, fil-punt 2, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:



“46B

Determinazzjoni tar-reżistenza għad-dawrien

Regolament (UE) 2017/2400, Anness X”



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

( *1 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta' Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).”;

( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 tat-12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-mases u d-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 353, 21.12.2012, p. 31)

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200 31.7.2009, p. 1)

( 4 ) Speċifika t-tolleranza; din għandha tkun fi ħdan ±3 % tal-valuri ddikjarati mill-manifattur.

( 5 ) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet li fihom ma jkun meħtieġ li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda)