02013R1408 — MT — 14.11.2022 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura

(ĠU L 352 24.12.2013, p. 9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/316 tal-21 ta' Frar 2019

  L 51I

1

22.2.2019

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2046 tal-24 ta’ Ottubru 2022

  L 275

55

25.10.2022


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 246, 26.9.2019, p.  38 (Nru 1408/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 246, 26.9.2019, p.  41 (2019/316)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1408/2013

tat-18 ta’ Diċembru 2013

dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura



Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  

Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, ħlief għal:

(a) 

għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

▼M2

(b) 

għajnuna għall-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri ( 1 ), l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u l-operazzjoni ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ma’ nefqa oħra kurrenti marbuta mal-attività tal-esportazzjoni;

▼B

(c) 

l-għajnuna suġġetta għall-użu tal-prodotti nazzjonali fuq prodotti importati.

2.  
Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli u hija attiva wkoll f’settur wieħed jew faktar jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dak ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dawk is-setturi jew attivitajiet, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat jiżgura li b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.
3.  
Fejn impriża hija attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 875/2007 għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija fir-rigward tas-settur tal-aħħar, dejjem jekk l-Istati Membru kkonċernat jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet u d-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, “prodotti agrikoli” tfisser prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 ( 2 ).
2.  

“Impriża waħda”, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, tinkludi l-intrapriżi kollha li li jkollhom bejniethom mill-inqas waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

intrapriża waħda li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’intrapriża oħra;

(b) 

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li taħtar jew li tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta’ ġestjoni jew regolatorju ta’ intrapriża oħra;

(c) 

intrapriża waħda li jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih flimkien ma’ dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew l-artikoli ta’ assoċċjazzjoni tagħha;

(d) 

intrapriża waħda, li hija azzjonist fi jew membru ta’ intrapriża oħra, tikkontrolla waħidha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri ta’ dik l-intrapriża, maġġoranza ta’ drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew il-membri f’dik l-intrapriża.

L-intrapriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda jew aktar, għandhom ukoll jitqiesu bħala impriża waħda.

▼M1

3.  
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “settur tal-prodott” tfisser settur elenkat fl-Artikolu 1(2)(a) sa (w) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
4.  
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “limitu settorjali” tfisser ammont kumulattiv massimu ta' għajnuna li japplika għal miżuri ta' għajnuna li jibbenefika minnhom settur tal-prodott uniku wieħed biss, li jikkorrispondu għal 50 % tal-ammont massimu ta' għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru kif stabbilit fl-Anness II.

▼M1

Artikolu 3

Għajnuna de minimis

1.  
Il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu li ma jissodisfawx il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, u għalhekk għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta' notifika fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2.  
L-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lil impriża waħda ma għandux jaqbeż l-EUR 20 000 fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali.
3.  
L-ammont kumulattiv ta' għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lil impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali, ma għandux jaqbeż il-limitu nazzjonali stipulat fl-Anness I.
3a.  

Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 3, Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-ammont totali ta' għajnuna de minimis mogħtija lil impriża waħda ma għandux jaqbeż il-EUR 25 000 fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali u li l-ammont kumulattiv totali ta' għajnuna de minimis mogħtija fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali ma għandux jaqbeż il-limitu nazzjonali stabbilit fl-Anness II, skont dawn il-kundizzjonijiet:

(a) 

għal miżuri ta' għajnuna li jibbenefika minnhom settur ta' prodott uniku wieħed biss, l-ammont kumulattiv totali mogħti fuq kwalunkwe perjodu ta' tliet snin fiskali ma għandux jaqbeż il-limitu settorjali definit fl-Artikolu 2(4);

(b) 

l-Istat Membru għandu jkollu fis-seħħ reġistru ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 6(2).

4.  
L-għajnuna de minimis għandha titqies mogħtija fil-mument li l-impriża tiġi kkonferita d-dritt legali li tirċievi l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli, irrispettivament mid-data tal-ħlas tal-għajnuna de minimis lill-impriża.
5.  
Il-limiti massimi de minimis u l-limiti nazzjonali u settorjali msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 3a għandhom japplikaw irrispettivament mill-forma tal-għajnuna de minimis jew mill-għan segwit u irrispettivament minn jekk l-għajnuna mogħtija mill-Istat Membru hijiex iffinanzjata kompletament jew parzjalment minn riżorsi li joriġinaw fl-Unjoni. Il-perjodu ta' tliet snin fiskali għandu jiġi ddeterminat minn referenza għas-snin fiskali użati mill-impriża fl-Istat Membru kkonċernat.
6.  
Għall-iskopijiet tal-limiti massimi de minimis u l-limiti nazzjonali u settorjali msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 3a, l-għajnuna għandha tiġi espressa bħala għotja ta' flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu gross, jiġifieri qabel titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra. Meta l-għajnuna tingħata f'xi forma oħra apparti għotja, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun ►C2  l-ekwivalenti ta' għotja gross ◄ tal-għajnuna.

L-għajnuna pagabbli f'diversi pagamenti għandha titraħħas skont il-valur tagħha fil-mument li tingħata. Ir-rata tal-imgħax li trid tintuża għal skopijiet ta' skont għandha tkun ir-rata ta' skont applikabbli fil-mument li tingħata l-għajnuna.

7.  
Meta l-limiti massimi de minimis, il-limiti nazzjonali jew il-limitu settorjali msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 3a jinqabżu bl-għotja ta' għajnuna de minimis ġdida, dik l-għotja l-ġdida ma tkunx tista' tibbenefika minn dan ir-Regolament.
8.  
Fil-każ ta' fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet, l-għajnuna de minimis kollha li ngħatat qabel lil kwalunkwe impriża għaddejja mill-fużjoni għandha titqies meta jiġi ddeterminat jekk kwalunkwe għajnuna de minimis ġdida lill-impriża l-ġdida jew li qed takkwista taqbiżx il-limiti massimi de minimis rilevanti, il-limitu nazzjonali rilevanti jew il-limitu settorjali. L-għajnuna de minimis li ngħatat legalment qabel il-fużjoni jew l-akkwiżizzjoni għandha tibqa' legali.
9.  
Jekk impriża tinqasam fi tnejn jew iktar impriżi separati, l-għajnuna de minimis li tingħata qabel issir il-qasma għandha tiġi allokata lill-impriża li bbenefikat minnha, li hija fil-prinċipju l-impriża li qed takkwista l-attivitajiet li għalihom intużat l-għajnuna de minimis. Jekk din l-allokazzjoni ma tkunx possibbli, l-għajnuna de minimis għandha tiġi allokata b'mod proporzjonat abbażi tal-valur kontabilistiku tal-kapital ta' ekwità tal-impriżi l-ġodda fid-data effettiva tas-separazzjoni.

▼B

Artikolu 4

Kalkolu ►C1  tal-ekwivalenti ta' għotja gross ◄

1.  
►C1  Dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jiġi kkalkulat b'mod preċiż l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-għajnuna ex ante mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni tar-riskju (“għajnuna trasparenti”). ◄
2.  
L-għajnuna inkluża f’għotjiet jew sussidji tar-rata tal-imgħax għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti.
3.  

Għajnuna fil-forma ta’ self titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a) 

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u

▼C2

(b) 

għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artiklu 3(2), is-self huwa assikurat b'garanzija li tkopri mill-anqas 50 % tas-self u s-self jammonta jew għal EUR 100 000 fuq ħames snin jew EUR 50 000 fuq għaxar snin, jew, għal miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), jew EUR 125 000 fuq ħames snin jew EUR 62 500 fuq għaxar snin; jekk is-self ikun inqas minn dawk l-ammonti u/jew jingħata għal perjodu iqsar minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dak is-self għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti għal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew

▼C1

(c) 

l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi tar-rata ta' referenza applikabbli fil-mument tal-għotja.

▼M1

4.  
L-għajnuna inkluża fl-injezzjonijiet kapitali għandha titqies biss bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk l-ammont totali ta' injezzjoni pubblika ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis relevanti.
5.  
L-għajnuna inkluża f'miżuri ta' finanzjament ta' riskju f'forma ta' investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità għandha titqies biss bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk il-kapital ipprovdut lil impriża waħda ma jaqbiżx il-limitu massimu de minimis rilevanti.

▼B

6.  

L-għajnuna li tikkonsisti f’garanziji għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti jekk:

(a) 

il-benefiċjarju ma jkunx suġġett għal proċeduri kollettivi ta’ stralċ u lanqas ma jkun jissodisfa l-kriterji biex, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, jinbdew kontrieh proċeduri kollettivi ta’ stralċ fuq talba tal-kredituri tiegħu. F’każ ta’ impriżi kbar, il-benefiċjarju jkun f’sitwazzjoni paragunabbli ma’ klassifikazzjoni ta’ kreditu ta’ mill-inqas B-; u

▼M1

(b) 

għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2), il-garanzija ma taqbiżx it-80 % tas-self sottostanti u, jew l- ammont garantit huwa EUR 150 000  u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 75 000  u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin, jew, għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3a), il- garanzija ma taqbiżx 80 % tas-self sottostanti u, jew l-ammont garantit huwa EUR 187 500  u d-durata tal-garanzija hija ħames snin jew l-ammont garantit huwa EUR 93 750  u d-durata tal-garanzija hija għaxar snin; jekk l-ammont garantit ikun inqas minn dawn l-ammonti u/jew jekk il-garanzija tkun għal perjodu ta' inqas minn ħames jew għaxar snin rispettivament, l-ekwivalenti ta' għotja gross ta' dik il-garanzija għandhu jiġi kkalkulat bħala proporzjon korrispondenti tal-limiti massimi de minimis stabbiliti fl-Artikolu 3(2) jew (3a); jew

▼C1

(c) 

l-ekwivalenti ta' għotja gross ikun ġie kkalkulat fuq il-bażi ta' primjums eżentati stipulati f'avviż tal-Kummissjoni; jew

▼B

(d) 

qabel l-implimentazzjoni,

▼C1

(i) 

il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti ta' għotja gross tal-garanzija tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni skont kwalunkwe Regolament ieħor adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli f'dak iż-żmien, u l-metodoloġija tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni bħala li hi konformi mal-Avviż ta' Garanzija jew kwalunkwe Avviż sussegwenti, u

▼B

(ii) 

li tindirizza b’ mod espliċitu t-tip ta’ garanziji u t-tip ta’ tranżazzjoni sottostanti trattati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

7.  
L-għajnuna inkluża fi strumenti oħra għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, jekk l-istrument jipprovdi għal amont massimu li jiżgura li l-limitu massimu rilevanti ma jinqabiżx.

Artikolu 5

Akkumulazzjoni

1.  
Fejn impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli u tkun attiva wkoll f’wieħed jew f’aktar mis-setturi jew għandha attivitajiet oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013 , l-għajnuna de minimis mogħtija għal attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata mal-għajnuna de minimis mogħtija fir-rigward tas-settur jew setturi tal-aħħar (jew attivitajiet sal-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1407/2013, dejjem jekk l-Istat Membru jiżgura, b’mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1407/2013.
2.  
Meta impriża tkun attiva fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli kif ukoll fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, l-għajnuna de minimis mogħtija għal attivitajiet fis-settur ta’ qabel skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna de minimis għall-attivitajiet fis-settur tal-produzzjoni agrikola skont ir-Regolament (KE) Nru 875/2007 sal-limitu stabbilit f’dak ir-Regolament, dejjem jekk l-Istat Membru kkonċernat, permezz ta’ mezzi xierqa bħas-separazzjoni tal-attivitajiet jew id-distinzjoni tal-ispejjeż, jiżgura li l-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli ma tibbenefikax mill-għajnuna de minimis mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 875/2007.
3.  
L-għajnuna de minimis ma għandhiex tiġi akkumulata mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli jew b’għajnuna mill-Istat għall-istess miżura ta’ finanzjament ta’ riskju jekk akkumulazzjoni bħal dik taqbeż l-għola intensità ta’ għajnuna rilevanti jew ammont ta’ għajnuna ffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’regolament għal eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. L-għajnuna de minimis li ma tingħatax għal spejjeż eliġibbli speċifiċi jew li ma tkunx attribwibbli għal spejjeż ta’ dak it-tip tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mill-Istat mogħtija skont eżenzjoni ġenerali ta’ kategorija jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Monitoraġġ

1.  
►C1  Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jagħti għajnuna de minimis skont dan ir-Regolament lil impriża, huwa jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont tal-għajnuna espress bħala ekwivalenti ta' għotja gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi ssir referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jiġi kkwotat it-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. ◄ Fejn l-għajnuna de minimis tingħata skont dan ir-Regolament lil impriżi differenti abbażi ta’ skema u ammonti differenti ta’ għajnuna individwali jingħataw lil dawk l-impriżi skont dik l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jissodisfa dak l-obbligu billi jinforma lill-impriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi mal-ammont massimu ta’ għajnuna li tkun ser tingħata skont dik l-iskema. F’tali każ, is-somma fissa għandha tintuża biex tiddetermina jekk il-limitu stipulat fl-Artikolu 3(2) intlaħaqx u jekk il-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 3(3) ikunx inqabeż. Qabel jagħti l-għajnuna, l-Istat Membru wkoll jikseb dikjarazzjoni mingħand l-impriża kkonċernata, bil-miktub jew f’forma elettronika, dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun ingħatatilha skont dan ir-Regolament jew skont regolamenti de minimis oħrajn matul is-sentejn fiskali ta’ qabel u fis-sena fiskali attwali.
2.  
Fejn Stat Membru jkun ħejja reġistru ċentrali ta’ għajnuna de minimis li jinkludi l-informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna de minimis kollha mogħtija minn kwalunkwe awtorità f’dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1 jieqaf japplika mill-mument li r-reġistru jkun ikopri perjodu ta’ tliet snin fiskali.

▼M1

Meta Stat Membru jagħti għajnuna skont l-Artikolu 3(3a), għandu jkollu fis-seħħ reġistru ċentrali ta' għajnuna de minimis li jkun fih l-informazzjoni kompleta dwar l-għajnuna de minimis kollha li tingħata minn kwalunkwe awtorità f'dak l-Istat Membru. Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika fil-mument li r-reġistru jkopri perjodu ta' tliet snin fiskali.

▼M1

3.  
Stat Membru għandu jagħti biss l-għajnuna de minimis ġdida skont dan ir-Regolament wara li jkun ivverifika li dan ma jżidx l-ammont totali tal-għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża kkonċernata għal livell ogħla mil-limiti massimi u l-limiti nazzjonali rilevanti u l-limitu settorjali msemmija fl-Artikolu 3(2), (3) u (3a) u li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

▼B

4.  
L-Istati Membri għandhom iżommu dokumeni li fihom jirreġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew rispettati. Id-dokumenti bl-informazzjoni dwar l-għajnuna de minimis individwali għandha tinżamm għal perjodu ta’ 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Id-dokumenti bl-informazzjonili jkollhom x’jaqsmu ma’ skema ta’ għajnuna de minimis jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna individwali taħt tali skema.
5.  
B’talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum ta’ xogħol, jew tali perjodu itwal hekk kif jista’ jiġi ffissat fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa biex tanalizza jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunux ġew rispettati, u b’mod partikolari l-ammont totali tal-għajnuna de minimis skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament u ta’ Regolamenti de minimis oħra li tkun irċeviet xi impriża.

Artikolu 7

Disposizzjonijiet tranżitorji

1.  
Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna li tkun ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament, jekk l-għajnuna tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dan ir-Regolament. Kwalunkwe għanjnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet tiġi evalwata mill-Kummissjoni skont l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi relevanti.
2.  
Kwalunkwe għajnuna de minimis individwali li ngħatat bejn it-1 ta’ Jannar 2005 u t-30 ta’ Ġunju 2008, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
3.  
Kull għajnuna individwali de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2014 u li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1535/2007, għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
4.  
Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tibqa’ koperta minn dan ir-Regolament għal perjodu ulterjuri ta’ sitt xhur.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u perjodu ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

▼M1

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2027.

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

Ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(3)



(f'EUR)

Stat Membru

Ammonti massimi ta' għajnuna de minimis (1)

Il-Belġju

106 269 708

Il-Bulgarija

53 020 042

Ir-Repubblika Ċeka

61 865 750

Id-Danimarka

141 464 625

Il-Ġermanja

732 848 458

L-Estonja

11 375 375

L-Irlanda

98 460 375

Il-Greċja

134 272 042

Spanja

592 962 542

Franza

932 709 458

Il-Kroazja

28 920 958

L-Italja

700 419 125

Ċipru

8 934 792

Il-Latvja

16 853 708

Il-Litwanja

34 649 958

Il-Lussemburgu

5 474 083

L-Ungerija

99 582 208

Malta

1 603 917

In-Netherlands

352 512 625

L-Awstrija

89 745 208

Il-Polonja

295 932 125

Il-Portugall

87 570 583

Ir-Rumanija

215 447 583

Is-Slovenja

15 523 667

Is-Slovakkja

29 947 167

Il-Finlandja

55 693 958

L-Iżvezja

79 184 750

▼M2

Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq

29 741 417

▼M1

(1)   

L-ammonti massimi huma kkalkulati abbażi tal-medja tal-ogħla tliet valuri tal-produzzjoni agrikola annwali f'kull Stat Membru fil-perjodu 2012-2017. Il-metodu ta' kalkolu jiżgura li l-Istati Membri kollha huma ttrattati b'mod ugwali u li l-ebda wieħed mill-valuri medji nazzjonali ma jkun inqas mill-ammonti massimi stabbiliti preċedentement għall-perjodu 2014-2020.




ANNESS II

Ammonti kumulattivi massimi tal-għajnuna de minimis mogħtija għal kull Stat Membru lill-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta' prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 3(3)(a)



(f'EUR)

Stat Membru

Ammonti massimi ta' għajnuna de minimis (1)

Il-Belġju

127 523 650

Il-Bulgarija

63 624 050

Ir-Repubblika Ċeka

74 238 900

Id-Danimarka

169 757 550

Il-Ġermanja

879 418 150

L-Estonja

13 650 450

L-Irlanda

118 152 450

Il-Greċja

161 126 450

Spanja

711 555 050

Franza

1 119 251 350

Il-Kroazja

34 705 150

L-Italja

840 502 950

Ċipru

10 721 750

Il-Latvja

20 224 450

Il-Litwanja

41 579 950

Il-Lussemburgu

6 568 900

L-Ungerija

119 498 650

Malta

1 924 700

In-Netherlands

423 015 150

L-Awstrija

107 694 250

Il-Polonja

355 118 550

Il-Portugall

105 084 700

Ir-Rumanija

258 537 100

Is-Slovenja

18 628 400

Is-Slovakkja

35 936 600

Il-Finlandja

66 832 750

L-Iżvezja

95 021 700

▼M2

Ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq

35 689 700

(1)   

L-ammonti massimi huma kkalkulati abbażi tal-medja tal-ogħla tliet valuri tal-produzzjoni agrikola annwali f'kull Stat Membru fil-perjodu 2012-2017. Il-metodu ta' kalkolu jiżgura li l-Istati Membri kollha huma ttrattati b'mod ugwali u li l-ebda wieħed mill-valuri medji nazzjonali ma jkun inqas mill-ammonti massimi stabbiliti preċedentement għall-perjodu 2014-2020.



( 1 ) Billi f’konformità mal-Artikolu 10 u l-Anness 5 tal-Protokoll tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 384, I, 12.11.2019), ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ miżuri li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Unjoni jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit, kwalunkwe referenza għal Stat Membru f’dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għal Stat Membru jew għar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).