02011R0404 — MT — 14.07.2020 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2011

tat-8 ta’ April 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd

(ĠU L 112 30.4.2011, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1962 tat-28 ta' Ottubru 2015

  L 287

6

31.10.2015

►M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/30 tal-14 ta’ Jannar 2020

  L 9

3

15.1.2020

 M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/863 tat-22 ta’ Ġunju 2020

  L 200

1

24.6.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 328, 10.12.2011, p.  58 (404/2011)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 404/2011

tat-8 ta’ April 2011

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd



TITOLU I



ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-AMBITU

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit mir-Regolament ta’ Kontroll.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M1

(1) 

bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(2) 

ilmijiet tal-Unjoni” tfisser ilmijiet kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill ( 1 );

▼B

(3) 

detentur taliċenzja tas-sajd” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li nħarġitilha liċenzja tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Kontroll;

(4) 

spetturi tal-Unjoni” tfisser spetturi kif definiti fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament ta' Kontroll;

(5) 

irkaptu biex jinġemal-ħut” tfisser kwalunkwe tagħmir li jżomm f’wiċċ l-ilma jew li jkun ankrat li jintuża biex jattira l-ħut.

(6) 

rkaptu passiv” tfisser kull irkaptu tas-sajd li l-operazzjoni tal-qbid tiegħu ma teħtieġx moviment attiv tal-irkaptu, inklużi:

(a) 

għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti, xbieki tal-qbid,

(b) 

għeżula mitluqa u pariti mitluqa, li jistgħu jkunu mgħammra b’irkaptu ta’ ankraġġ, rkaptu li jżomm f’wiċċ l-ilma u rkaptu tan-navigazzjoni,

(c) 

konzijiet, lenez, pots u nases;

(7) 

“xibka tat-tkarkir bit-travu” tfisser kwalunkwe xibka tat-tkarkir irmunkata li fiha l-fetħa tax-xibka tat-tkarkir tinżamm miftuħa permezz ta’ travu jew ta’ apparat simili, irrispettivament minn jekk ikollhiex sostenn jew le meta titkarkar f'qiegħ il-baħar;

(8) 

sistema tamonitoraġġ tal-bastimenti” (VMS), kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, tfisser sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta’ satellita li tipprovdi dejta lill-awtoritajiet tas-sajd f’intervalli regolari dwar il-lok, ir-rotta u l-veloċità tal-bastimenti;

(9) 

apparat ta'' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita”, kif imsemmi fl-Artikolu 4(12) tar-Regolament ta Kontroll, tfisser apparat installat abbord bastiment tas-sajd li jikkomunika l-pożizzjoni u d-dejta relatata b’mod awtomatiku liċ-ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd skont ir-rekwiżiti legali u li jippermetti t-traċċar u l-identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd f’kull ħin;

(10) 

vjaġġ tas-sajd” tfisser kull vjaġġ ta’ bastiment tas-sajd li tulu jitwettqu attivitajiet tas-sajd li jibda fil-mument li fih il-bastiment tas-sajd jitlaq mill-port u jintemm mal-wasla fil-port;

(11) 

operazzjoni tas-sajd” tfisser l-attivitajiet kollha marbutin mat-tiftix għall-ħut, l-isparar, l-irmunkar u l-irfigħ tal-irkaptu attiv, it-tqegħid, it-tixrib, it-tneħħija jew it-tqegħid mill-ġdid ta’ rkaptu passiv u t-tneħħija ta’ kull qabda mill-irkaptu, mix-xbieki li jinżammu ġol-baħar u jkunu mqabbdin mal-bastiment biex il-ħut jinżamm ħaj, jew minn ġo gaġġa tat-trasport għal ġo gaġeġ tat-tismin u tat-tkabbir;

(12) 

“ġurnal ta'” abbord tas-sajd elettroniku tfisser ir-reġistrazzjoni b’mezzi kompjuterizzati ta’ dettalji tal-operazzjoni tas-sajd mill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd mibgħuta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(13) 

preżentazzjoni tal-prodott” tfisser deskrizzjoni tal-istat ipproċessat tal-prodott tas-sajd jew parti minnu skont il-kodiċijiet u d-deskrizzjonijiet fl-Anness I;

(14) 

Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd” tfisser l-aġenzija kif definita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 ( 2 );

(15) 

ilmiħ” tfisser kwalunkwe osservazzjoni ta’ bastiment tas-sajd minn kwalunkwe awtorità kompetenti ta’ Stat Membru;

(16) 

informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali” tfisser informazzjoni li r-rilaxx tagħha x’aktarx li jippreġudika l-interessi kummerċjali ta’ operatur;

(17) 

sistema tavalidazzjoni kompjuterizzata” tfisser sistema li hija kapaċi tivverifika li d-dejta kollha rreġistrata fil-bażijiet tad-dejta tal-Istati Membri hija eżatta, kompleta u ppreżentata sad-dati tal-għeluq;

(18) 

servizz tal-web” tfisser sistema ta’ softwer iddiżinjata biex tkun ta’ sostenn għall-interazzjoni interoperabbli ta’ sistema m’oħra fuq netwerk.



TITOLU II

IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U R-RIŻORSI



KAPITOLU I

Il-liċenzji tas-sajd

Artikolu 3

Il-ħruġ u l-ġestjoni tal-liċenzji tas-sajd

1.  Il-liċenzja tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Kontroll għandha tkun valida għal ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ wieħed biss.

2.  Il-liċenzji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Kontroll għandhom jinħarġu u jiġu mmaniġġjati u rtirati mill-Istati Membri għall-bastimenti tas-sajd tagħhom skont dan ir-Regolament.

3.  Il-liċenzji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

4.  Il-liċenzji tas-sajd li nħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 1281/2005 għandhom jiġu kkunsidrati bħala liċenzji tas-sajd li nħarġu skont dan ir-Regolament jekk ikun fihom l-informazzjoni minima meħtieġa mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.  Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun valida biss jekk jibqgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun inħarġet.

6.  Jekk liċenzja tas-sajd tkun ġiet temporanjament sospiża jew jekk tkun ġiet irtirata b’mod permanenti, l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jinfurmaw immedjatament lid-detentur tal-liċenzja tas-sajd.

▼M1

7.  F'kull mument, il-kapaċità totali li tikkorrispondi għal-liċenzji tas-sajd maħruġa minn Stat Membru, f'Tunnellaġġ Gross (GT) jew kilowatt (kW), ma għandhiex taqbeż il-livelli massimi ta' kapaċità għal dak l-Istat Membru stabbiliti skont l-Artikolu 22(7) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013.

▼B



KAPITOLU II

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Artikolu 4

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.  L-awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Kontroll għandha tkun valida għal ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ wieħed biss.

2.  L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni mogħtija fl-Anness III. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-informazzjoni li tinsab fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun eżatta u konsistenti mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

3.  Il-permessi speċjali tas-sajd li nħarġu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 ( 3 ) għandhom jiġu kkunsidrati bħala awtorizzazzjonijiet tas-sajd li nħarġu skont dan ir-Regolament jekk ikun fihom l-informazzjoni minima meħtieġa mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4.  L-istess dokument jista’ jkun fih awtorizzazzjoni tas-sajd kif imsemmija fil-paragrafu 2 u liċenzja tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali, ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ b'tul totali ta' inqas minn 10 metri li jistadu biss fl-ilmijiet territorjali tal-Istati Membri tal-bandiera tagħhom għandhom jiġu esklużi mill-obbligu li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd.

6.  Il-paragrafu 2 u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw korrispondentement.

Artikolu 5

Il-lista tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali, meta l-websajts kif imsemmija fl-Artikolu 114 tar-Regolament ta' Kontroll isiru operattivi u sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-lista tal-bastimenti tas-sajd tagħhom li rċevew l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Kontroll fil-parti sigura tal-websajts uffiċjali tagħhom qabel ma dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd isiru validi. Huma għandhom jaġġornaw il-lista tagħhom f’każ li jkun hemm kwalunkwe tibdil fiha qabel ma dan it-tibdil jidħol fis-seħħ.

2.  Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011, fuq talba, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni lista tal-bastimenti tas-sajd tagħhom li rċevew awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-2011. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil f'din il-lista qabel ma dan it-tibdil jidħol fis-seħħ.



KAPITOLU III

L-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ u tal-irkaptu tagħhom



Taqsima 1

L-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd

Artikolu 6

L-immarkar ta’ bastimenti tas-sajd

►M1  Bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandu jiġi mmarkat kif ġej:

(a) 

l-ittra/i tal-port jew tad-distrett li fih il- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ huwa rreġistrat u n-numru/i li taħthom huwa rreġistrat għandhom jinżebgħu jew jintwerew b’mod ċar fuq iż-żewġ naħat tal-pruwa, fl-ogħla punt kemm jista’ jkun ’il fuq mill-ilma, sabiex ikunu jistgħu jidhru b’mod ċar mill-baħar u mill-ajru, b’kulur li jikkuntrasta mal-isfond li fuqu huma miżbugħa;

(b) 

għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ b’tul totali ta’ aktar minn 10 metri iżda inqas minn 17-il metru, l-għoli tal-ittri u tan-numri għandu jkun tal-anqas 25 ċentimetru bi ħxuna ta' mhux anqas minn 4 ċentimetri. Għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ b’tul totali ta’ 17-il metru jew aktar, l-għoli tal-ittri u tan-numri għandu jkun tal-anqas 45 ċentimetru, bi ħxuna ta’ mhux anqas minn 6 ċentimetri;

(c) 

l-Istat Membru tal-bandiera jista’ jkun jeħtieġ li l-kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS) jew l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterna jinżebgħu fin-naħa ta’ fuq tal-post tat-tmunier, sabiex ikunu jidhru b’mod ċar mill-ajru, u f’kulur li jikkuntrasta mal-isfond li fuqu huma miżbugħa;

(d) 

il-kuluri kontrastanti għandhom ikunu l-abjad u l-iswed;

(e) 

l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni miżbugħa jew li jidhru fuq il-buq tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ ma għandhomx ikunu jistgħu jitneħħew u ma għandhomx jitħassru, jinbidlu, ma jkunux jistgħu jinqraw, jitgħattew jew jinħbew.

▼M1

Mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskema tan-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif adottata bir-Riżoluzzjoni A.1078 (28) tal-4 ta' Diċembru 2013 u kif jissemma fil-Kapitolu XI-1, ir-Regolament 3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, għandha tapplika għal:

(a) 

bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jew għal bastimenti tas-sajd ikkontrollati minn operaturi tal-Unjoni b'arranġament ta' kiri, ta' 100 tunellata GT jew 100 tunellata ta' Tunnellaġġ Reġistrat Gross jew aktar jew li għandhom tul ġenerali ta' 24 metru u aktar li joperaw biss fl-ilmijiet tal-Unjoni.

(b) 

kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni jew kull bastiment tas-sajd ikkontrollat minn operaturi tal-Unjoni b'arranġament ta' kiri, b'tul totali ta' 15-il metru jew aktar li joperaw barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

(c) 

kull bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz li jkun awtorizzat biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni.

▼B

Artikolu 7

Id-dokumenti miżmuma abbord ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄

1.  Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar għandu jżomm abbord il-bastiment dokumenti, maħruġa minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa rreġistrat il-bastiment, li juru tal-anqas l-elementi li ġejjin dwar il-bastiment:

(a) 

l-isem, jekk jeżisti;

(b) 

l-ittri tal-port jew tad-distrett li fih hu rreġistrat, u n-numru (numri) li taħthom hu rreġistrat;

(c) 

il-kodiċi internazzjonali tar-radju, jekk jeżisti;

(d) 

l-ismijiet u l-indirizzi tas-sid (sidien) u, meta applikabbli, ta’ min qed jikri l-bastiment;

(e) 

it-tul totali, il-qawwa tal-magna, it-tunnellaġġ gross u, għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li daħlu fis-servizz mill-1 ta’ Jannar 1987 ’il quddiem, id-data tad-dħul fis-servizz.

2.  Fuq ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ b’tul totali ta’ 17-il metru jew aktar li jkun fihom kmamar tal-ħut, il-kaptan għandu jżomm abbord disinji preċiżi bid-deskrizzjoni tal-kmamar tal-ħut tal-bastiment, inkluża l-indikazzjoni tal-punti ta' aċċess kollha u tal-kapaċità tal-ħżin tagħhom f'metri kubi.

3.  Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tal-Unjoni ◄ b’tankijiet imkessħin tal-ilma baħar għandu jżomm abbord dokument aġġornat li jindika l-kalibrar tat-tankijiet f'metri kubi f'intervalli ta' 10 ċentimetri.

4.  Id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. Kwalunkwe modifika tal-karatteristiċi li jinsabu fid-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandha tiġi ċċertifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

5.  Id-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni fuq talba tal-uffiċjali.



Taqsima 2

L-immarkar u l-identifikazzjoni tal-irkaptu tas-sajd u tad-dgħajjes

Artikolu 8

L-immarkar tad-dgħajjes u tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut

Kull dgħajsa miżmuma abbord ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ u kwalunkwe rkaptu biex jinġema’ l-ħut għandhom jiġu mmarkati bl-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni tal- ►M1  bastiment(i) tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jużahom/jużawhom.

Artikolu 9

Ir-regoli ġenerali għall-irkaptu passiv u għax-xbieki tat-tkarkir bit-travu

1.  Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jistadu fl- ►M1  ilmijiet kollha tal-Unjoni ◄ u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 13 sa 17 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għas-sajd fl- ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ li jsir iktar minn 12-il mil nawtiku ’l barra mill-kosta, mkejla mil-linji bażiċi tal-Istati Membri kostali.

2.  Fl- ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ għandu jiġi pprojbit, hekk kif stipulat fil-paragrafu 1, li jitwettqu attivitajiet tas-sajd b’irkaptu passiv, b’bagi u bi xbieki tat-tkarkir bit-travu li ma jkunux immarkati u identifikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10 sa 17 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Fl- ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ għandu jiġi pprojbit, hekk kif stipulat fil-paragrafu 1, li jinġarru abbord:

(a) 

travi ta’ xibka tat-tkarkir bit-travu li ma jkunx fihom l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

irkaptu passiv li mhuwiex ittikkettat skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

bagi li mhumiex immarkati skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Ir-regoli għax-xbieki tat-tkarkir bit-travu

Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li kull xibka tat-tkarkir bit-travu mmuntata u miżmuma abbord jew użata għas-sajd ikollha mmarkati b’mod ċar, fuq kull travu tax-xibka tat-tkarkir bit-travu mmuntata, l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni ta’ dak il-bastiment tas-sajd.

Artikolu 11

Ir-regoli għall-irkaptu passiv

1.  Il-kaptan ta' ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li kull irkaptu passiv miżmum abbord jew użat għas-sajd ikun immarkat b'mod ċar u identifikabbli skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

2.  Kull irkaptu passiv użat għas-sajd għandu juri b’mod permanenti l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni mmarkati fuq il-buq tal-bastiment tas-sajd li jappartjeni għalih:

(a) 

għax-xbieki, fuq tikketta mwaħħla mal-ewwel filliera minn fuq;

(b) 

għal-lenez u l-konzijiet, fuq tikketta fil-punt ta’ kuntatt mal-baga li magħha jintrabat il-bastiment tas-sajd;

(c) 

għall-pots u n-nases, fuq tikketta mwaħħla mal-ħabel ta’ taħt;

(d) 

għall-irkaptu passiv li jestendi għal iżjed minn mil nawtiku wieħed, fuq tikketti mwaħħla skont il-punti (a), (b) u (c) f'intervalli regolari li ma jaqbżux il-mil nawtiku sabiex ebda parti mill-irkaptu passiv li jestendi għal iżjed minn mil nawtiku wieħed ma titħalla mhix immarkata.

Artikolu 12

Ir-regoli għat-tikketti

1.  Kull tikketta għandha:

(a) 

tkun magħmula minn materjal li jdum għal tul ta' żmien;

(b) 

tkun imqabbda tajjeb mal-irkaptu;

(c) 

tkun wiesgħa tal-anqas 65 millimetru;

(d) 

tkun twila tal-anqas 75 millimetru.

2.  It-tikketta ma għandhiex tkun tista’ titneħħa u ma għandhiex titħassar, tinbidel, ma tkunx tista’ tinqara, titgħatta jew tinħeba.

Artikolu 13

Ir-regoli għall-bagi

1.  Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li żewġ bagi li jimmarkaw it-truf u bagi ta’ mmarkar intermedjarji, armati skont l-Anness IV, jitwaħħlu ma’ kull irkaptu passiv użat għas-sajd u jintużaw skont id-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

2.  Kull baga li timmarka t-tarf u kull baga intermedjarja għandu jkollha fuqha l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni mmarkati fuq il-buq tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li tappartjeni għalih u li jkun qiegħed dawk il-bagi, kif ġej:

(a) 

l-ittri u n-numri għandhom jintwerew kemm jista' jkun 'il fuq mill-ilma sabiex ikunu jidhru b’mod ċar;

(b) 

b’kulur li jikkuntrasta mas-superfiċje li qed jintwerew fuqu.

3.  L-ittri u n-numri li jidhru fuq il-baga ta’ mmarkar ma għandhomx jitħassru, jinbidlu jew jitħallew jiġu fi stat li ma jkunux jistgħu jinqraw.

Artikolu 14

Ir-regoli għall-ħabliet

1.  Il-ħabliet li jorbtu l-bagi mal-irkaptu passiv għandhom ikunu ta’ materjal sommerġibbli, jew għandhom jinżammu ’l isfel bil-piż.

2.  Il-ħabliet li jorbtu l-bagi li jimmarkaw it-truf ma’ kull irkaptu għandhom jitqabbdu mat-truf ta’ dak l-irkaptu.

Artikolu 15

Ir-regoli għall-bagi li jimmarkaw it-truf

1.  Il-bagi li jimmarkaw it-truf għandhom jitqiegħdu b’tali mod li kull tarf tal-irkaptu jiġi determinat fi kwalunkwe ħin.

2.  L-arblu ta’ kull baga li timmarka t-tarf għandu jkun tal-anqas metru (1) ’l fuq mil-livell tal-baħar meta jitkejjel min-naħa ta’ fuq tal-baga sat-tarf il-baxx tal-bandiera li qiegħda l-aktar ’l isfel.

3.  Bagi li jimmarkaw it-tarf għandhom ikunu kkuluriti, iżda ma jistgħux ikunu ħomor jew ħodor.

4.  Kull baga li timmarka t-tarf għandha tinkludi:

(a) 

bandiera rettangulari waħda jew żewġt ibnadar rettangulari; fejn ikunu jenħtieġu żewġt ibnadar fuq l-istess baga, id-distanza bejniethom għandha tkun tal-anqas ta’ 20 ċentimetru. Il-bnadar li jindikaw it-trufijiet tal-istess irkaptu għandhom ikunu tal-istess kulur u tal-istess daqs u ma jistgħux ikunu bojod;

(b) 

dawl wieħed jew tnejn, li għandhom ikunu sofor u jteptpu darba kull ħames sekondi (F1 Y 5s ), u li għandhom ikunu jidhru minn distanza minima ta’ żewġ mili nawtiċi.

5.  Kull baga li timmarka t-tarf tista’ tinkudi sinjal fuq in-naħa ta’ fuq tal-baga b’faxxa waħda jew tnejn li jixegħlu u li ma jistgħux ikunu ħomor jew ħodor u għandhom ikunu wesgħin tal-anqas 6 ċentimetri.

Artikolu 16

Ir-regoli għat-twaħħil ta’ bagi li jimmarkaw it-truf

1.  Il-bagi li jimmarkaw it-truf għandhom jitwaħħlu mal-irkaptu passiv kif ġej:

(a) 

il-baga fis-settur tal-Punent (jiġifieri nofs iċ-ċirku tal-kumpass min-Nofsinhar għall-Punent sa u li jinkludi t-Tramuntan(a) għandha tintrama b’żewġt ibnadar, żewġ faxex jixegħlu, żewġt idwal u tikketta skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

il-baga fis-settur tal-Lvant (jiġifieri nofs iċ-ċirku tal-kumpass mit-Tramuntana għal-Lvant sa u li jinkludi n-Nofsinhar) għandha tintrama b'bandiera waħda u faxxa waħda bl-istrixxi li tixħet id-dawl, dawl wieħed u tikketta skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

2.  It-tikketta għandu jkollha l-informazzjoni li tinsab fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Il-bagi ta’ mmarkar intermedjarji

1.  Il-bagi ta’ mmarkar intermedjarji għandhom ikunu mwaħħlin mal-irkaptu passiv li jkun fih aktar minn ħames mili nawtiċi kif ġej:

(a) 

il-bagi ta’ mmarkar intermedjarji għandhom jitqiegħdu f'distanzi ta' mhux aktar minn ħames mili nawtiċi minn xulxin, sabiex l-ebda parti mill-irkaptu li jkun fih ħames mili nawtiċi jew aktar ma titħalla mhix immarkata;

(b) 

il-bagi ta’ mmarkar intermedjarji għandu jkollhom installat dawl wieħed li għandu jkun isfar u jkun iteptep darba kull ħames sekondi (F1 Y 5s ), u li għandu jkun jidher minn distanza minima ta’ żewġ mili nawtiċi. Għandu jkollhom l-istess karatteristiċi bħall-baga li timmarka t-tarf fis-settur tal-Lvant għajr għal-lewn tal-bandiera, li għandu jkun abjad.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, fil-Baħar Baltiku l-bagi ta’ mmarkar intermedjarji għandhom ikunu mwaħħlin mal-irkaptu passiv li jkun fih aktar minn mil nawtiku wieħed. Il-bagi ta’ mmarkar intermedjarji għandhom jitqiegħdu f’distanzi ta’ mhux iżjed minn mil nawtiku minn xulxin, sabiex ebda parti mill-irkaptu li jestendi mil nawtiku wieħed jew iżjed ma titħalla mhix immarkata.

Il-bagi ta’ mmarkar intermedjarji għandu jkollhom l-istess karatteristiċi bħall-baga li timmarka t-tarf fis-settur tal-Lvant ħlief għal dan li ġej:

(a) 

il-bnadar għandhom ikunu bojod;

(b) 

kull ħames baga ta’ mmarkar intermedjarja għandu jkollha riflettur tar-radar li jagħmel eku li jwassal għal tal-anqas żewġ mili nawtiċi.



KAPITOLU IV

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

Artikolu 18

Ir-rekwiżit ta’ apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita fuq il- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(3) ta’ dan ir-Regolament, ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li huwa suġġett għall-VMS ma għandux jitħalla jħalli port mingħajr ma jkollu installat abbord apparat ta' lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jaħdem sewwa.

2.  Meta ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jkun fil-port l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jista’ jintefa:

(a) 

jekk tkun ingħatat notifika minn qabel liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd (FM(C) tal-Istat Membru tal-bandiera u lill-FMC tal-Istat Membru kostali; u

(b) 

jekk ir-rapport ta’ wara juri li l- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ ma jkunx biddel il-pożizzjoni tiegħu meta mqabbel mar-rapport preċedenti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jistgħu jippermettu li n-notifika minn qabel imsemmija fil-punt (a) tinbidel b’messaġġ awtomatiku tal-VMS jew b’allarm iġġenerat mis-sistema, li jindikaw li l- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ qiegħed f'żona ġeografika predefinita ta' port.

3.  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ użati biss għall-isfruttar tal-akkwakultura.

Artikolu 19

Il-karatteristiċi tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita

1.  L-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandu jiżgura l-komunikazzjoni awtomatika lill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera, f’intervalli regolari, ta’ dejta marbuta:

(a) 

mal-identifikazzjoni tal-bastiment tas-sajd,

(b) 

mal-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment tas-sajd, bi żball ta' pożizzjoni li għandu jkun ta’ inqas minn 500 metru, b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %,

(c) 

mad-data u l-ħin (espressi f’Ħin Universali Kkoordinat (UT(C)) tal-iffissar tal-pożizzjoni msemmija tal-bastiment tas-sajd, u

(d) 

mal-veloċità u r-rotta tal-bastiment tas-sajd f’dak il-mument eżatt.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun protett mid-dħul jew mill-ħruġ ta’ pożizzjonijiet foloz u għandhom jiżguraw li l-pożizzjonijiet ma jistgħux jitranġaw manwalment.

Artikolu 20

Ir-responsabbilitajiet tal-kaptani dwar l-apparati ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita

1.  Il-kaptani ta' ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandhom jiżguraw li l-apparati ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkunu jaħdmu sewwa l-ħin kollu u li tintbagħat id-dejta msemmija fl-Artikolu 19(1) ta' dan ir-Regolament.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament, il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandu jiżgura, b’mod partikolari, li:

(a) 

id-dejta ma tinbidel bl-ebda mod,

(b) 

l-antenna jew l-antenni konnessi mal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jiġu ostakolati, skonnessi jew ibblukkati bl-ebda mod,

(c) 

il-provvista tal-enerġija tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma tiġi interrotta bl-ebda mod, u

(d) 

l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jitneħħiex mill-bastiment tas-sajd.

3.  Għandu jiġi pprojbit li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jiġi distrutt, issirlu ħsara, ma jitħalliex fi stat li jaħdem sewwa jew issirlu interferenza ta' xort'oħra sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera ma jkunux awtorizzaw it-tiswija jew is-sostituzzjoni tiegħu.

Artikolu 21

Il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri tal-bandiera

Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura l-monitoraġġ u l-kontroll kontinwi u sistematiċi tal-eżattezza tad-dejta msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, u għandu jaġixxi mill-ewwel kull meta d-dejta tinstab li ma tkunx eżatta jew kompluta.

Artikolu 22

Il-frekwenza tal-komunikazzjoni tad-dejta

1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-FMC tiegħu jirċievi, tal-anqas darba kull sagħtejn, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament dwar il-bastimenti tas-sajd tiegħu permezz tal-VMS. L-FMC jista' jkun jeħtieġ l-informazzjoni f'intervalli iżjed qosra.

2.  L-FMC għandu jkollu l-kapaċità li jsegwi l-pożizzjoni attwali ta’ kull bastiment tas-sajd tiegħu.

Artikolu 23

Il-monitoraġġ tad-dħul f’żoni speċifiċi u tal-ħruġ minnhom

Kull Stat Membru għandu jiżgura li, permezz tad-dejta tal-VMS, l-FMC tiegħu jwettaq monitoraġġ, fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd tiegħu, tad-data u l-ħin tad-dħul fi u l-ħruġ minn:

(a) 

kwalunkwe żona marittima fejn japplikaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi;

(b) 

żoni ristretti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Kontroll;

(c) 

żoni regolatorji tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd li l-Unjoni Ewropea jew ċerti Stati Membri jiffurmaw parti minnhom;

(d) 

ilmijiet taħt is-sovranità u l-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz.

Artikolu 24

Il-komunikazzjoni ta’ dejta lill-Istat Membru kostali

▼M1

1.  Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta' kull Stat Membru tal-bandiera għandu jiżgura t-trażmisssjoni awtomatika tad-dejta liċ-ĊMS ta' Stat Membru kostali, li trid tingħata skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament u li jkollha x'taqsam mal-bastimenti tas-sajd tiegħu meta dawn ikunu jinsabu fl-ilmijiet tal-Istat Membru kostali. Din id-dejta għandha tintbagħat liċ-ĊMS tal-Istat Membru kostali minnufih malli tasal fiċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera.

▼B

2.  L-Istati Membri kostali li jimmonitarjaw żona b’mod konġunt jistgħu jispeċifikaw destinazzjoni komuni għall-komunikazzjoni tad-dejta li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn biha.

3.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, fejn hu possibbli f’format elettroniku li huwa kompatibbli mas-Sistema Ġeodetika Dinjija tal-1984 (WGS 84), lista komprensiva tal-koordinati tal-latitudni u tal-lonġitudni li jimmarkaw iż-żona ekonomika esklussiva jew iż-żona tas-sajd esklussiva tiegħu. Għandu jikkomunika wkoll kull tibdil f’dawn il-koordinati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu minflok jippubblikaw din il-lista fil-websajt imsemmija fl-Artikolu 115 tar-Regolament ta' Kontroll.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-komunikazzjoni tad-dejta tal-VMS skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament ta’ Kontroll, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ proċeduri ċari u dokumentati għal dan il-fini.

Artikolu 25

Il-ħsara teknika jew in-nuqqas ta’ funzjonament tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita

1.  Fil-każ ta' ħsara teknika jew tan-nuqqas ta' funzjonament tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ , il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu għandu, mill-ħin li fih ikun ġie osservat dan l-avveniment jew mill-ħin li fih ikun ġie infurmat b’dan skont il-paragrafu 4 jew l-Artikolu 26(1) ta' dan ir-Regolament, jikkomunika, kull erba' sigħat, lill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera l-koordinati ġeografiċi aġġornati tal-bastiment tas-sajd permezz ta’ mezzi tat-telekomunikazzjoni xierqa. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi tat-telekomunikazzjoni li għandhom jintużaw u għandhom jindikawhom fuq il-websajt imsemmija fl-Artikolu 115 tar-Regolament ta' Kontroll.

2.  L-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jdaħħal il-pożizzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 1 fil-bażi tad-dejta tal-VMS mingħajr dewmien hekk kif jaslu. Id-dejta manwali tal-VMS għandha tkun distinta b’mod ċar f’bażi tad-dejta mill-messaġġi awtomatiċi. Fejn ikun xieraq, dik id-dejta manwali tal-VMS għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-Istati Membri kostali.

3.  Wara ħsara teknika jew nuqqas ta’ funzjonament tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita, ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jista’ jħalli l-port biss hekk kif l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord ikun qiegħed jaħdem b’mod sħiħ u li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti tal-istat tal-bandiera. B’deroga, l-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera jista' jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tiegħu sabiex iħallu l-port b'apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li ma jkunx qed jaħdem sew biex dan jissewwa jew jinbidel.

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew, fejn ikun xieraq, tal-Istat Membru kostali għandhom ifittxu li jinfurmaw lill-kaptan jew lill-persuna responsabbli għall-bastiment jew lir-rappreżentant tagħhom meta l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita installat abbord ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jidher difettuż jew jidher li ma jkunx qiegħed jaħdem b’mod sħiħ.

5.  It-tneħħija tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita biex jissewwa jew jinbidel għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 26

Id-dejta mhix ikkomunikata

1.  Meta l-FMC ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jkunx irċieva komunikazzjonijiet tad-dejta skont l-Artikolu 22 jew 25(1) ta’ dan ir-Regolament għal tnax-il siegħa konsekuttivi, għandu javża lill-kaptan jew lill-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew lir-rappreżentant(i) tagħhom b’dan malajr kemm jista’ jkun. Jekk, fir-rigward ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ partikolari, dik is-sitwazzjoni sseħħ iżjed minn tliet darbiet fi żmien sena kalendarja, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita tal-bastiment tas-sajd jiġi kkontrollat sew. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinvestiga l-kwistjoni sabiex jiġi stabbilit jekk l-apparat kienx imbagħbas. B’deroga mill-Artikolu 20(2)(d) ta’ dan ir-Regolament, dik l-investigazzjoni tista’ tfisser li l-apparat jitneħħa biex jiġi eżaminat.

2.  Meta l-FMC ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jkunx irċieva komunikazzjonijiet tad-dejta għal tnax-il siegħa skont l-Artikolu 22 jew l-Artikolu 25(1) ta’ dan ir-Regolament u l-aħħar pożizzjoni li tkun waslet tkun ġiet mill-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor, dan għandu javża lill-FMC ta’ dak l-Istat Membru kostali b’dan malajr kemm jista’ jkun.

3.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kostali josservaw ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ fl-ilmijiet tagħhom u ma jkunux irċevew dejta skont l-Artikolu 24(1) jew 25(2) ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom javżaw lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd u lill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 27

Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

1.  L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta li jirċievu skont l-Artikoli 22, 24(1) u 25 ta’ dan ir-Regolament għall-monitoraġġ effettiv tal-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd.

2.  L-Istati Membri tal-bandiera għandhom:

(a) 

jiżguraw li d-dejta li jirċievu skont dan il-Kapitolu tiġi rreġistrata f’għamla li tinqara mill-kompjuter u li din tinħażen b’mod sikur f’bażijiet tad-dejta kompjuterizzati għal tal-anqas tliet snin;

(b) 

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li din id-dejta tintuża biss għal finijiet uffiċjali; u

(c) 

jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-dejta minn xi distruzzjoni inċidentali jew illeċita, minn telf inċidentali, deterjorament, distribuzzjoni jew konsultazzjoni mhix awtorizzata.

▼M1

Artikolu 28

L-aċċess għad-dejta mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 111(1)(a) tar-Regolament ta' Kontroll, biex jiżguraw it-trażmissjoni awtomatika lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, tad-dejta li trid tingħata skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament dwar grupp speċifiku ta' bastimenti tas-sajd u waqt ħin speċifiku. Din id-dejta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha minnufih malli tasal fiċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-bandiera.

▼B



TITOLU III

IL-KONTROLL TAS-SAJD



KAPITOLU I

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art fuq il-karta



Taqsima 1

Il-Kompletar u l-Preżentazzjoni Tal-Ġurnal ta’ Abbord tas-Sajd, id-Dikjarazzjoni tal-Ħatt l-Art u d-Dikjarazzjoni Tat-Trażbord Fuq il-Karta

Artikolu 29

Il- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li huma suġġetti għall-kompletar u l-preżentazzjoni tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art/tat-trażbord fuq il-karta

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi mogħtija fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar li mhuwiex suġġett għall-kompletar u l-komunikazzjoni, b’mod elettroniku, tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, għandu jimla u jippreżenta d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art imsemmija fl-Artikoli 14, 21 u 23 tar-Regolament ta’ Kontroll, fuq il-karta. Dawn id-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art jistgħu jimtlew u jiġu ppreżentati wkoll mir-rappreżentant tal-kaptan f'ismu.

2.  Ir-rekwiżiti li jimtlew u jiġu ppreżentati d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fuq il-karta għandhom japplikaw ukoll għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ b’tul totali ta’ inqas minn 10 metri meta dawn ikunu meħtieġa mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom li jżommu ġurnal ta’ abbord tas-sajd u li jippreżentaw dikjarazzjonijiet tat-trażbord u/jew tal-ħatt l-art skont l-Artikoli 16(3) u 25(3) tar-Regolament ta’ Kontroll.

▼M1

Artikolu 30

Il-mudelli għall-ġurnali tas-sajd tas-sajd, għad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u għad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art stampati

1.  Fl-ilmijiet tal-Unjoni, il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art stampati għandhom jimtlew u jiġu ppreżentati mill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont il-mudell fl-Anness VI.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jwettqu vjaġġi tas-sajd ta' kuljum fil-Baħar Mediterran, il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art stampati, jistgħu jimtlew u jiġu ppreżentati mill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont il-mudell fl-Anness VII.

3.  Meta bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' pajjiż terz, fl-ilmijiet regolati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew fl-ilmijiet barra l-ilmijiet tal-Unjoni li mhumiex regolati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art stampati, għandhom jimtlew u jiġu ppreżentati mill-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament u l-mudelli fl-Annessi VI u VII, sakemm il-pajjiż terz jew ir-regoli tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd ikkonċernata ma jkunux jeżiġu speċifikament li jintuża tip differenti ta' ġurnal tas-sajd, dikjarazzjoni tat-trażbord jew dikjarazzjoni ta' ħatt l-art. Jekk il-pajjiż terz ma jispeċifikax ġurnal tas-sajd partikolari, dikjarazzjoni tat-trażbord partikolari jew dikjarazzjoni ta' ħatt l-art partikolari, iżda jkun jeħtieġ elementi tad-dejta differenti minn dawk meħtieġa mir-regoli tal-Unjoni, dawn l-elementi tad-dejta għandhom jiġu rreġistrati.

4.  Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Kontroll, sal-31 ta' Diċembru 2017 jistgħu jibqgħu jużaw ġurnal tas-sajd, dikjarazzjoni tat-trażbord u dikjarazzjoni ta' ħatt l-art li jkunu ġew stampati qabel l-1 ta' Jannar 2016.

▼B

Artikolu 31

L-istruzzjonijiet għall-kompletar u l-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fuq il-karta

1.  Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art fuq il-karta għandhom jimtlew u jiġu ppreżentati skont l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness X.

2.  Fejn l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness X jiddikjaraw li l-applikazzjoni ta’ regola hija fakultattiva, l-Istat Membru tal-bandiera jista' jagħmilha obbligatorja.

3.  L-annotazzjonijiet kollha fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, fid-dikjarazzjoni tat-trażbord jew fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandhom ikunu jistgħu jinqraw u ma jkunux jistgħu jitħassru. Ebda annotazzjoni ma għandha titħassar jew tinbidel. Jekk isir żball l-annotazzjoni ħażina għandha tinqata' b'linja waħda u l-annotazzjoni t-tajba għandha tinkiteb bl-inizjali tal-kaptan ħdejha. Kull linja għandu jkollha l-inizjali tal-kaptan.

4.  Il-kaptan tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew, għad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, ir-rappreżentant tiegħu għandu jiċċertifika bl-inizjali jew bil-firma tiegħu li l-annotazzjonijiet fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, fid-dikjarazzjoni tat-trażbord u fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art huma korretti.

Artikolu 32

Id-dati ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art fuq il-karta

1.  Meta ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jkun wettaq ħatt l-art f’port jew trażbord f’port jew f’post qrib ix-xatt tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, il-kaptan tiegħu għandu jippreżenta l-ġurnal oriġinali ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trażbord u d-dikjarazzjoni oriġinali tal-ħatt l-art kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jsir it-trażbord jew il-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Dikjarazzjoni oriġinali tat-trażbord u dikjarazzjoni oriġinali tal-ħatt l-art bħal dawn jistgħu jiġu ppreżentati wkoll mir-rappreżentant tal-kaptan f'ismu.

2.  Meta ma jinħattu l-art ebda qabdiet wara vjaġġ tas-sajd, il-kaptan għandu jippreżenta l-ġurnal oriġinali ta' abbord tas-sajd u d-dikjarazzjoni oriġinali tat-trażbord malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-wasla fil-port. Dikjarazzjoni oriġinali tat-trażbord bħal din tista' tiġi ppreżentata wkoll mir-rappreżentant tal-kaptan f'ismu.

3.  Meta ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jkun wettaq trażbord f’port jew f’post qrib ix-xatt jew meta jkun ħatt l-art f'port ta' Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, għandu jippreżenta l-ewwel kopja (kopji) tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trażbord jew il-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun seħħ it-trażbord jew il-ħatt l-art. Il-ġurnal oriġinali ta' abbord tas-sajd, id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trażbord u d-dikjarazzjoni oriġinali tal-ħatt l-art għandhom jintbagħtu malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trażbord jew il-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

4.  Meta ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ ikun wettaq trażbord f’port jew fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz jew fl-ibħra miftuħa jew ikun ħatt l-art f’port ta’ pajjiż terz, għandu jibgħat il-ġurnal ta’ abbord oriġinali tas-sajd, id-dikjarazzjoni oriġinali tat-trażbord u d-dikjarazzjoni oriġinali tal-ħatt l-art malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trażbord jew il-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

5.  Meta pajjiż terz jew ir-regoli ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd ikunu jeħtieġu tip ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd, ta’ dikjarazzjoni tat-trażbord jew ta’ dikjarazzjoni tal-ħatt l-art differenti minn dawk mogħtija fl-Anness VI, il-kaptan tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandu jippreżenta kopja ta’ dak id-dokument lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara t-trażbord jew il-ħatt l-art.



Taqsima 2

Ir-regoli speċifiċi għall-ġurnal ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta

Artikolu 33

Il-kompletar ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta

1.  Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta għandu jimtela bl-informazzjoni obbligatorja kollha anke meta ma jkunx hemm qabdiet:

(a) 

kuljum sa mhux aktar tard minn nofsillejl (24:00) u qabel ma jidħol fil-port;

(b) 

kull meta ssir spezzjoni fuq il-baħar;

(c) 

meta jseħħu l-avvenimenti ddefiniti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat Membru tal-bandiera.

2.  Għandha timtela linja ġdida fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta:

(a) 

għal kull jum fuq il-baħar;

(b) 

meta jsir sajd f’Diviżjoni ġdida tal-ICES jew f’żona tas-sajd oħra fl-istess jum;

(c) 

meta tiddaħħal dejta dwar l-isforz tas-sajd.

3.  Għandha timtela paġna ġdida fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta:

(a) 

meta jintuża rkaptu differenti, jew xibka b’firxa ta’ daqs tal-malji differenti minn dik tal-irkaptu preċedenti;

(b) 

għal kwalunkwe sajd li jsir wara trażbord jew ħatt l-art intermedju;

(c) 

jekk l-għadd ta’ kolonni mhuwiex suffiċjenti;

(d) 

mat-tluq minn port fejn ma jkun seħħ ebda ħatt l-art.

4.  Mat-tluq minn port, jew wara li titlesta operazzjoni tat-trażbord, u meta jibqgħu abbord xi qabdiet, il-kwantitajiet ta’ kull speċi għandhom jiġu indikati fuq paġna ġdida tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

5.  Il-kodiċijiet mogħtija fl-Anness XI għandhom japplikaw biex jiġi indikat, taħt l-intestatura x-xierqa tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta, l-irkaptu tas-sajd użat.



Taqsima 3

Ir-regoli speċifiċi għad-dikjarazzjoni tat-trażbord u għad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art fuq il-karta

Artikolu 34

Il-konsenja tad-dikjarazzjoni tat-trażbord fuq il-karta

1.  Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ trażbord bejn żewġ ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ , meta titlesta l-operazzjoni tat-trażbord il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li jkun qiegħed iwettaq it-trażbord jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jagħti kopja tad-dikjarazzjoni tat-trażbord fuq il-karta tal-bastiment tiegħu lill-kaptan tal-bastiment li qed jirċievi l-ħut jew lir-rappreżentant tiegħu. Il-kaptan tal-bastiment li qed jirċievi l-ħut jew ir-rappreżentant tiegħu, meta l-operazzjoni tat-trażbord tkun lesta wkoll għandu jagħti kopja tad-dikjarazzjoni tat-trażbord fuq il-karta tal-bastiment tiegħu lill-kaptan tal-bastiment li jkun qiegħed iwettaq it-trażbord jew lir-rappreżentant tiegħu.

2.  Il-kopji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati, għall-finijiet ta’ kontroll u spezzjoni, fuq talba ta’ uffiċjal.

Artikolu 35

L-iffirmar tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

Kull paġna tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandha tiġi ffirmata qabel il-preżentazzjoni mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu.



KAPITOLU II

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u d-dikjarazzjoni tat-trażbord f’format elettroniku



Taqsima 1

Il-kompletar u l-komunikazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tad-dikjarazzjoni tat-trażbord f’format elettroniku

Artikolu 36

Ir-rekwiżit tas-sistema elettronika ta' reġistrazzjoni u rappurtar fuq ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39(4) ta' dan ir-Regolament, ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li huwa suġġett għall-kompletar u l-komunikazzjoni, b’mod elettroniku, ta' ġurnal ta' abbord tas-sajd, ta’ dikjarazzjoni tat-trażbord u ta’ dikjarazzjoni tal-ħatt l-art skont l-Artikoli 15, 21 u 24 tar-Regolament ta' Kontroll ma għandux jitħalla jħalli port mingħajr ma jkollu sistema elettronika ta' reġistrazzjoni u rappurtar installata abbord li taħdem b'mod sħiħ.

2.  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ użati biss għall-isfruttar tal-akkwakultura.

Artikolu 37

Il-format għall-komunikazzjoni tad-dejta minn ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-format li għandu jintuża bejn il- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jtajru l-bandiera tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-kompletar u l-komunikazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art kif imsemmi fl-Artikoli 15, 21 u 24 tar-Regolament ta' Kontroll.

▼M1

Il-ġurnal tas-sajd, id-dikjarazzjoni tat-trażbord u d-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art stampati, għandhom jimtlew skont l-istruzzjonijiet fl-Anness X.

▼B

Artikolu 38

Il-messaġġi ta’ konferma

1.  Għandhom jinħarġu messaġġi ta’ konferma lill- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ għal kull komunikazzjoni ta’ dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd, tat-trażbord, ta’ notifika minn qabel u tal-ħatt l-art. Il-messaġġ ta’ konferma għandu jiġbor fih rikonoxximent tal-irċevuta.

2.  Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandu jżomm il-messaġġ ta’ konferma sa tmiem il-vjaġġ tas-sajd.

Artikolu 39

Id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

1.  Fil-każ ta’ ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta' funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar installata abbord ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ , il-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom, minn x’ħin ikun ġie osservat l-avveniment jew minn x’ħin ikunu ġew infurmati skont l-Artikolu 40(1) ta' dan ir-Regolament, jikkomunikaw id-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera permezz ta’ mezzi tat-telekomunikazzjoni xierqa kuljum u sa mhux aktar tard minn nofsillejl (24:00), anke meta ma jkunx hemm qabdiet. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi tat-telekomunikazzjoni li għandhom jintużaw u għandhom jindikawhom fuq il-websajt imsemmija fl-Artikolu 115 tar-Regolament ta' Kontroll.

2.  Fil-każ ta’ ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tintbagħat ukoll:

(a) 

meta din tintalab mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera;

(b) 

minnufih wara li tintemm l-aħħar sajda jew wara li jitlesta t-trażbord;

(c) 

qabel id-dħul fil-port;

(d) 

kull meta ssir spezzjoni fuq il-baħar;

(e) 

meta jseħħu l-avvenimenti ddefiniti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera.

Id-dejta tan-notifika minn qabel u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandha tintbagħat ukoll fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (e).

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom idaħħlu d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 fil-bażi tad-dejta elettroniku mingħajr dewmien hekk kif jirċevuha.

4.  Wara li jkollu ħsara teknika jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tiegħu, ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jista' jitlaq minn port biss hekk kif is-sistema ta' reġistrazzjoni u rappurtar installata abbord tkun qed taħdem sewwa b’mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew biss jekk ikun awtorizzat jitlaq b’mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika immedjatament lill-Istat Membru kostali meta jkun awtorizza lil wieħed mill-bastimenti tas-sajd tiegħu biex jitlaq minn port tal-Istat Membru kostali b’sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar li ma tkunx qed taħdem.

5.  It-tneħħija tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar biex tissewwa jew tinbidel għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 40

Id-dejta mhix ikkomunikata

1.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jkunux irċevew komunikazzjonijiet tad-dejta skont l-Artikoli 15, 22 u 24 tar-Regolament ta’ Kontroll, dawn għandhom jinnotifikaw lill-kaptan jew lill-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew lir-rappreżentant(i) tagħhom b’dan malajr kemm jista’ jkun. Jekk, fir-rigward ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ partikolari, dik is-sitwazzjoni sseħħ iżjed minn tliet darbiet fi żmien sena kalendarja, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li s-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tal-bastiment tas-sajd tiġi kkontrollata sew. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinvestiga l-kwistjoni sabiex jistabbilixxi għalfejn ma waslet l-ebda dejta u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa.

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-bandiera ma jkunux irċevew komunikazzjonijiet tad-dejta skont l-Artikoli 15, 22 u 24 tar-Regolament ta’ Kontroll u l-aħħar pożizzjoni li tkun waslet permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tkun mill-ilmijiet ta’ Stat Membru kostali dawn għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru kostali b'dan malajr kemm jista' jkun.

3.  Il-kaptan jew l-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ir-rappreżentant tagħhom għandu jibgħat id-dejta kollha li tkun għadha ma ġietx ikkomunikata u li dwarha tkun waslet notifika skont il-paragrafu 1 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera immedjatament hekk kif tasal in-notifika.

Artikolu 41

In-nuqqas ta’ aċċess għad-dejta

1.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kostali josservaw ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ ta’ Stat Membru ieħor fl-ilmijiet tagħhom u ma jkollhomx aċċess għad-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd jew għad-dejta tat-trażbord skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera biex jiżguraw l-aċċess għal dik id-dejta.

2.  Jekk l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jiġix żgurat fi żmien erba’ sigħat minn x’ħin jintalab, l-Istat Membru kostali għandu javża lill-Istat Membru tal-bandiera. Malli jirċievi n-notifika, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat id-dejta immedjatament lill-Istat Membru kostali bi kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli.

3.  Jekk l-Istat Membru kostali ma jirċevix id-dejta msemmija fil-paragrafu 2, il-kaptan jew l-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ir-rappreżentant tagħhom għandu jibgħat id-dejta u kopja tal-messaġġ ta' konferma msemmi fl-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali fuq talba u bi kwalunkwe mezz disponibbli, u jekk possibbli għandu jagħmel dan b’mod elettroniku. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-mezzi li għandhom jintużaw u għandhom jindikawhom fuq il-websajt imsemmija fl-Artikolu 115 tar-Regolament ta' Kontroll.

4.  Jekk il-kaptan jew l-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ir-rappreżentant tagħhom ma jkunx jista’ jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali b’kopja tal-messaġġ ta’ konferma msemmi fl-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament, l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Istat Membru kostali mill-bastiment tas-sajd ikkonċernat għandhom ikunu pprojbiti sa ma l-kaptan, l-operatur tal-bastiment tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu jkun jista’ jipprovdi kopja tal-messaġġ ta' konferma jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta' Kontroll lill-awtoritajiet imsemmija.

Artikolu 42

Id-dejta dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu bażijiet tad-dejta dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tagħhom. Dawk il-bażijiet tad-dejta għandu jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni li ġejja u għandhom ikunu kapaċi jiġġenerawha b'mod awtomatiku:

(a) 

il-lista tal-bastimenti tas-sajd tagħhom li s-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tagħhom kellhom ħsara teknika jew ma ħadmux;

(b) 

l-għadd ta’ bastimenti li ma wettqux komunikazzjonijiet elettroniċi tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd ta’ kuljum u l-medja tal-għadd ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd li waslu għal kull bastiment tas-sajd, imqassmin skont l-Istat Membru tal-bandiera;

(c) 

l-għadd ta’ komunikazzjonijiet ta’ dikjarazzjonijiet tat-trażbord, ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, ta’ dikjarazzjonijiet tal-akkwist tal-kontroll u ta’ noti tal-bejgħ riċevuti, imqassmin skont l-Istat Membru tal-bandiera.

2.  Għandhom jintbagħtu sommarji tal-informazzjoni ġġenerata skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. B’mod alternattiv, din l-informazzjoni tista’ titqiegħed ukoll fuq il-websajt sigura f’format u f'intervalli tal-ħin li għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri.

▼M1

Artikolu 43

Id-dejta obbligatorja fl-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri

Skont ir-regoli tal-Unjoni, l-elementi tad-dejta li jridu jirreġistraw il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fil-ġurnal tas-sajd, fid-dikjarazzjoni tat-trażbord, fin-notifika minn qabel u fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art għandhom ikunu obbligatorji wkoll fl-iskambji bejn l-Istati Membri.

Artikolu 44

L-aċċess għad-dejta

1.  Meta bastiment tas-sajd, li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru, iwettaq operazzjonijiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' Stat Membru kostali, l-Istat tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat id-dejta tal-ġurnal tas-sajd elettroniku obbligatorju dwar il-vjaġġ kurrenti tas-sajd, li jibda mill-aħħar tluq mill-port, lil dak l-Istat Membru kostali.

2.  Sakemm bastiment tas-sajd, li jtajjar l-bandiera ta' Stat Membru, ikun qed jistad fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' Stat Membru kostali, l-Istat tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat id-dejta kollha tal-ġurnal tas-sajd elettroniku obbligatorju lil dak l-Istat Membru kostali. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat ukoll il-korrezzjonijiet relatati mal-vjaġġ kurrenti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 47(2) ta' dan ir-Regolament.

3.  Meta sseħħ operazzjoni ta' ħatt l-art jew ta' trażbord f'port ta' Stat Membru kostali ieħor li mhux l-Istat Membru tal-bandiera, l-Istat Membru tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat id-dejta kollha tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art jew tat-trażbort elettroniċi obbligatorji lil dak l-Istat Membru kostali.

4.  Meta Stat Membru tal-bandiera jiġi mgħarraf li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tiegħu jkun beħsiebu jidħol f'port ta' Stat Membru kostali ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera, minnufih malli jirċeviha, għandu jibgħat in-notifika minn qabel elettronika lil dak l-Istat Membru kostali.

5.  Matul vjaġġ tas-sajd, meta bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru jidħol fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' Stat Membru kostali ieħor jew meta xi dejta msemmija fil-paragrafi 3 jew 4 relatata ma' vjaġġ tas-sajd speċifiku tintbagħat lil Stat Membru kostali, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jħalli aċċess għad-dejta elettronika kollha tal-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) tar-Regolament ta' Kontroll għal dak il-vjaġġ tas-sajd mit-tluq sa meta jitlesta ħatt l-art u għandu jibgħat id-dejta mitluba lil dak l-Istat Membru kostali. L-aċċess għandu jibqa' miftuħ għal tal-inqas 36 xahar minn meta jkun beda l-vjaġġ tas-sajd.

6.  Meta jitolbu l-Istat Membru tal-ispezzjoni, l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd spezzjonat minn Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 80 tar-Regolament ta' Kontroll għandu jibgħat id-dejta elettrnika dwar l-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 111(1) tar-Regolament ta' Kontroll għall-vjaġġ kurrenti tas-sajd tal-bastiment mit-tluq sal-ħin tat-talba.

7.  It-talbiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandhom isiru b'mezzi elettroniċi, u għandhom jindikaw jekk it-tweġiba għandhiex tagħti d-dejta oriġinali bil-korrezzjonijiet jew għandhiex tagħti biss id-dejta konsolidata. It-tweġiba għandha tiġi ġġenerata awtomatikament u tintbagħat mingħajr dewmien mill-Istat Membru mitlub.

8.  Meta jintalbu minn Stati Membri oħra li jkunu qed iwettqu attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar fil-kuntest ta' pjanijiet konġunti ta' eżerċizzju jew waqt attivitajiet konġunti ta' spezzjoni oħrajn miftiehma, l-Istati Membri għandhom iħallu aċċess għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti, tal-ġurnal tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord, tan-notifika minn qabel u tad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art.

9.  F'kull waqt, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollu aċċess sigur għall-informazzjoni fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, għad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u għad-dejta tad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art tiegħu stess li jkunu merfugħa fil-bażi tad-dejta tal-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 45

L-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom:

(a) 

jiżguraw li d-dejta li jirċievu skont dan il-Kapitolu tiġi rreġistrata f'għamla li tinqara mill-kompjuter u li din tintrefa' b'mod sikur f'bażijiet tad-dejta kompjuterizzati għal tal-anqas 3 snin.

(b) 

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta tintuża biss għall-iskopijiet previsti f'dan ir-Regolament; kif ukoll

(c) 

jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-dejta minn distruzzjoni aċċidentali jew illiċita, telf aċċidentali, ħsara, distribuzzjoni jew aċċess mhux awtorizzat.

▼B

Artikolu 46

L-awtorità unika

1.  F’kull Stat Membru, l-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Kontroll għandha tkun responsabbli biex tibgħat, tirċievi, timmaniġġja u tipproċessa d-dejta kollha koperta minn dan il-Kapitolu.

2.  L-Istati Membri għandhom iwettqu skambju tad-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-korp maħtur minnha b’dan fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.  Kull bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, lill-korp maħtur minnha u lill-Istati Membri l-oħrajn qabel ma din tidħol fis-seħħ.



Taqsima 2

Ir-regoli speċifiċi għall-ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’format elettroniku

Artikolu 47

Il-frekwenza tal-komunikazzjoni

1.  Waqt li jkun fuq il-baħar, il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandu jikkomunika l-informazzjoni elettronika tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għall-inqas darba kuljum u sa mhux aktar tard minn nofsillejl (24:00), anke meta ma jsiru ebda qabdiet. Għandha tintbagħat din id-dejta wkoll:

(a) 

meta tintalab mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera;

(b) 

minnufih wara li tintemm l-aħħar sajda;

(c) 

qabel id-dħul fil-port;

(d) 

kull meta ssir spezzjoni fuq il-baħar;

(e) 

meta jseħħu l-avvenimenti ddefiniti fil-leġiżlazzjoni tal-UE jew mill-Istat tal-bandiera.

Meta l-aħħar sajda tkun seħħet mhux iktar minn siegħa qabel id-dħul fil-port, il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) jistgħu jintbagħtu f'messaġġ wieħed.

▼M1

1a.  Qabel iħalli l-port u qabel jibda xi trażmissjoni elettronika oħra relatata mal-vjaġġ tas-sajd, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandu jibgħat messaġġ elettroniku tat-tluq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

▼B

2.  Il-kaptan jista' jikkomunika korrezzjonijiet tad-dejta elettronika tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tat-trażbord sal-aħħar komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c). Il-korrezzjonijiet għandhom ikunu faċilment identifikabbli. Id-dejta elettronika oriġinali kollha tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-korrezzjonijiet ta’ dik id-dejta għandhom jinħażnu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

3.  Il-kaptan għandu jżomm kopja tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbord il-bastiment tas-sajd għat-tul ta’ żmien ta' kull assenza mill-port u sakemm tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

4.  Meta ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jkun fil-port, ma jkunx qiegħed iġorr prodotti tas-sajd abbord u l-kaptan ikun ippreżenta d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għall-operazzjonijiet tas-sajd kollha li twettqu matul l-aħħar vjaġġ tas-sajd, il-komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tiġi sospiża, suġġetta għal notifika minn qabel lill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera. Il-komunikazzjoni għandha terġa' tibda meta l- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jħalli l-port. Mhix meħtieġa notifika minn qabel għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ mgħammra b'VMS u li jikkomunikaw id-dejta permezz ta’ din is-sistema.



KAPITOLU III

Ir-regoli komuni għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd, id-dikjarazzjonijiet tat-trażbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fuq il-karta jew f’format elettroniku



Taqsima 1

Ir-regoli komuni biex jiġi determinat il-piż ħaj

Artikolu 48

Id-definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“preżentazzjoni” tfisser l-għamla li l-ħut huwa pproċessat fiha waqt li jkun abbord il-bastiment tas-sajd u qabel il-ħatt l-art, kif deskritt fl-Anness I;

(2) 

“preżentazzjoni kollettiva” tfisser preżentazzjoni li tikkonsisti f’żewġ partijiet jew iżjed estratti mill-istess ħuta.

Artikolu 49

Il-fatturi ta’ konverżjoni

1.  Għall-kompletar u l-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament ta' Kontroll, għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni mogħtija fl-Annessi XIII, XIV u XV biex il-piż tal-ħut maħżun jew tal-ħut ipproċessat jinbidel f’piż ta’ ħut ħaj. Għandhom japplikaw għall-prodotti tas-sajd abbord jew ittrażbordati jew li jinħattu l-art minn ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ .

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, meta Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd li tagħhom l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti jew parti ta’ kooperazzjoni mhix kontraenti jkunu stabbilixxew fatturi ta’ konverżjoni għaż-żona regolatorja tagħhom jew meta pajjiż terz li miegħu l-Unjoni Ewropea għandha ftehim għas-sajd ikun stabbilixxa fatturi ta’ konverżjoni għall-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandhom japplikaw dawk il-fatturi.

3.  Meta ma jeżistu ebda fatturi ta' konverżjoni kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għal speċi u preżentazzjoni partikolari, għandu japplika l-fattur ta' konverżjoni adottat mill-Istat Membru tal-bandiera.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 meta jikkalkulaw il-piż ħaj tat-trażbordi u tal-ħatt l-art sabiex jimmonitorjaw l-użu tal-kwota.

Artikolu 50

Il-metodu tal-kalkolu

1.  Il-piż tal-ħut ħaj għandu jinkiseb billi l-piż tal-ħut ipproċessat jiġi mmultiplikat bil-fatturi ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament għal kull speċi u preżentazzjoni.

2.  Fil-każ ta’ preżentazzjonijiet kollettivi, għandu jintuża fattur ta’ konverżjoni wieħed biss li jikkorrispondi għal waħda mill-partijiet tal-preżentazzjoni kollettiva ta’ ħuta.



Taqsima 2

Ir-regoli komuni għall-kompletar u l-preżentazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord tas-Sajd

Artikolu 51

Ir-regoli ġenerali għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd

1.  Il-marġni ta’ tolleranza msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta’ Kontroll sabiex jiġu stmati l-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' piż ħaj ta’ kull speċi miżmuma abbord għandu jiġi espress bħala persentaġġ taċ-ċifri mogħtija fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.  Għall-qabdiet li għandhom jinħattu l-art mingħajr ma jkunu ntgħażlu qabel, il-marġni ta' tolleranza jista' jiġi kkalkulat abbażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar għall-kwantitajiet totali miżmuma abbord.

3.  Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Kontroll, l-ispeċi maqbuda bħala lixka għandha tiġi kkunsidrata bħala speċi maqbuda u miżmuma abbord.

4.  Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jkun qiegħed jaqsam żona ta’ sforz fejn huwa awtorizzat jistad għandu jirreġistra u jirrapporta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament ta’ Kontroll kif applikabbli anke jekk ma jwettaq ebda attività tas-sajd f’dik iż-żona.



Taqsima 3

Ir-regoli komuni għall-kompletar u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord/tal-ħatt l-art

Artikolu 52

Il-marġni ta’ tolleranza fid-dikjarazzjoni tat-trażbord

Il-marġni ta’ tolleranza msemmi fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament ta’ Kontroll biex jiġu stmati l-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' piż ħaj ta’ kull speċi li ġiet ittrażbordata mill-bastiment jew għal fuqu għandu jiġi espress bħala persentaġġ taċ-ċifri mogħtija fid-dikjarazzjoni tat-trażbord.

Artikolu 53

Id-differenza fil-qabdiet ittrażbordati

Meta tkun teżisti differenza bejn il-kwantitajiet ta’ qabdiet ittrażbordati mill-bastiment ta’ trażbord u l-kwantitajiet meħuda abbord mill-bastiment li jkun qiegħed jirċievi l-ħut, l-ogħla kwantità għandha tiġi kkunsidrata bħala li ġiet ittrażbordata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm azzjoni ta’ segwitu sabiex jiġi determinat il-piż attwali ta' prodotti tas-sajd ittrażbordati bejn il-bastiment ta' trażbord u l-bastiment li jkun qiegħed jirċievi l-ħut.

Artikolu 54

Il-kompletar tal-operazzjoni tal-ħatt l-art

Meta, skont l-Artikolu 61 tar-Regolament ta’ Kontroll, il-prodotti tas-sajd ikunu ttrasportati mill-post tal-ħatt l-art qabel ma jintiżnu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 23(3) u 24(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, l-operazzjoni tal-ħatt l-art titqies li tkun tlestiet meta jintiżnu l-prodotti tas-sajd.

Artikolu 55

L-operazzjonijiet tas-sajd li jinvolvu żewġ ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew aktar

Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali, fil-każ ta’ operazzjonijiet tas-sajd li jinvolvu żewġ ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew aktar

— 
minn Stati Membri differenti jew
— 
mill-istess Stat Membru imma li matulhom il-qabdiet jinħattu l-art fi Stati Membri li l-bastimenti ma jtajrux il-bandiera tagħhom,

il-qabda li tinħatt l-art għandha tiġi attribwita lill- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jkun qed iħott l-art il-prodotti tas-sajd.



KAPITOLU IV

Il-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni u l-ġbir ta’ dejta dwar il- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

Artikolu 56

L-istabbiliment ta’ pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni

Il-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni msemmija fl-Artikoli 16(2) u 25(2) tar-Regolament ta’ Kontroll għall-monitoraġġ ta’ ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skont dan il-Kapitolu biex ikun determinat il-ħatt l-art ta' stokk jew ta' grupp ta' stokkijiet minn bastimenti tas-sajd bħal dawn u, fejn ikun xieraq, l-isforz tas-sajd tagħhom. Din id-dejta għandha tintuża għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u, fejn ikun xieraq, tal-isforz tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Kontroll.

Artikolu 57

Il-metodoloġija għat-teħid tal-kampjuni

1.  Il-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni msemmija fl-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont l-Anness XVI.

2.  Id-daqs tal-kampjun li għandu jiġi spezzjonat għandu jkun determinat abbażi tar-riskju, hekk kif ġej:

(a) 

riskju “baxx ħafna”: 3 % tal-kampjun;

(b) 

riskju “baxx”: 5 % tal-kampjun;

(c) 

riskju “medju”: 10 % tal-kampjun;

(d) 

riskju “għoli”: 15 % tal-kampjun;

(e) 

riskju “għoli ħafna”: 20 % tal-kampjun.

3.  Il-qabdiet ta’ kuljum ta’ stokk partikolari minn settur tal-flotta għandhom jiġu stmati billi l-għadd totali ta’ ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ attivi tas-settur tal-flotta kkonċernat jiġi mmultiplikat bil-qabda medja ta' kuljum ta’ kull stokk partikolari għal kull ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ abbażi tal-qabdiet tal-kampjun ta' ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ spezzjonati.

►C1

 

4.  L-Istati Membri għandhom jitqiesu li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni kif imsemmi fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament jekk jiġbru b’mod sistematiku tal-anqas kull xahar għal kull wieħed mill-bastimenti tas-sajd tagħhom li ma jkunx suġġett għar-rekwiżiti tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

(a) 

dejta dwar il-ħatt l-art kollu tal-qabdiet tal-ispeċijiet kollha f'kilogrammi, inkluż meta ma jinħatt l-art ebda ħut;

(b) 

dejta dwar ir-rettangoli statistiċi fejn inqabdu dawn il-qabdiet.

 ◄



KAPITOLU V

Il-kontroll tal-isforz tas-sajd

Artikolu 58

Ir-rapport tal-isforz tas-sajd

1.  Ir-rapport tal-isforz tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jintbagħat skont l-Anness XVII.

2.  Meta l-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jikkomunika messaġġ lill-awtoritajiet kompetenti permezz tar-radju skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-istazzjonijiet tar-radju li għandhom jintużaw u għandhom jindikawhom fuq il-websajt imsemmija fl-Artikolu 115 tar-Regolament ta’ Kontroll.



KAPITOLU VI

Il-miżuri ta’ korrezzjoni

Artikolu 59

Il-prinċipji ġenerali

Sabiex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ korrezzjoni msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament ta’ Kontroll, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun u f’kull każ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali dwar l-għeluq tas-sajd skont l-Artikolu 36 tar-Regolament ta' Kontroll bil-grad ta’ ħsara li sofrew.

Artikolu 60

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli

▼M1

1.  Meta l-preġudizzju ma jkunx tneħħa għalkollox jew parzjalment b'azzjoni skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013, malli tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa mingħajr dewmien sabiex issewwi l-preġudizzju kkawżat.

▼B

2.  Il-miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddikjara:

(a) 

liema Stati Membri sofrew il-preġudizzju (“l-Istati Membri ppreġudikati”) u l-ammont tal-preġudizzju (kif imnaqqas bi kwalunkwe skambju tal-kwoti);

▼M1

(b) 

meta applikabbli, liema Stati Membri jkunu qabżu l-limitu tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom (l-Istati Membri li qabżu l-limitu) u l-ammont li bih inqabeż il-limitu tal-opportunitajiet tas-sajd (kif imnaqqas b'xi skambji skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013);

▼B

(c) 

fejn hu applikabbli, it-tnaqqis li għandu jsir mill-opportunitajiet tas-sajd tal-Istati Membri li qabżu l-limitu fi proporzjon mal-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd li nqabżu;

(d) 

fejn hu applikabbli, iż-żidiet li għandhom isiru mal-opportunitajiet tas-sajd tal-Istati Membri ppreġudikati fi proporzjon mal-ħsara li sofrew;

(e) 

fejn hu applikabbli, id-data jew id-dati li fihom jidħlu fis-seħħ iż-żidiet u t-tnaqqis;

(f) 

fejn hu xieraq, kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex tiġi rrimedjata l-ħsara li sofrew.



KAPITOLU VII

Il-qawwa tal-magna

Artikolu 61

Iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa ta’ propulsjoni tal-magna

1.  Iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa kontinwa massima tal-magna ta’ magna ġdida ta’ propulsjoni, ta’ magna ta’ propulsjoni ta’ sostituzzjoni u ta’ magna ta’ propulsjoni li ġiet teknikament modifikata, kif imsemmi fl-Artikolu 40(1) u (2) tar-Regolament ta’ Kontroll, għandha tiġi pprovduta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 ( 4 ).

2.  Il-magna ta’ propulsjoni għandha titqies li ġiet teknikament modifikata kif imsemmi fil-paragrafu 1 meta xi komponenti (partijiet) primarji tagħha, li jinkludu t-tagħmir ta' injezzjoni, il-valvijiet, it-turbokumpressur, il-pistuni, il-“liners” taċ-ċilindru, il-bsaten ta' konnessjoni u l-irjus taċ-ċilindri, iżda mhux limitati għalihom, ikunu ġew modifikati jew sostitwiti b’partijiet ġodda bi speċifikazzjonijiet tekniċi differenti li jirriżultaw fi gradazzjoni modifikata tal-qawwa jew meta l-aġġustamenti tal-magna, bħas-“settings” tal-injezzjoni, il-konfigurazzjoni tat-turbokumpressur jew il-ħinijiet tal-valvijiet ikunu ġew immodifikati. In-natura tal-modifikazzjoni teknika għandha tkun spjegata b'mod ċar fiċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Id-detentur ta’ liċenzja tas-sajd għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma tiġi nstallata magna ta’ propulsjoni ġdida jew qabel ma magna ta’ propulsjoni eżistenti tiġi sostitwita jew teknikament modifikata.

4.  Dan l-Artikolu għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd li huma suġġetti għal reġim tal-isforz tas-sajd mill-1 ta’ Jannar 2012. Għall-bastimenti tas-sajd l-oħrajn japplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Għandu japplika biss għall-bastimenti tas-sajd li fihom ġew installati magni ta' propulsjoni ġodda, jew li l-magni ta' propulsjoni eżistenti tagħhom ġew sostitwiti jew teknikament modifikati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 62

Il-verifika u l-pjan għat-teħid tal-kampjuni

1.  Għall-fini tal-verifika tal-qawwa tal-magna skont l-Artikolu 41 tar-Regolament ta' Kontroll, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan għat-teħid tal-kampjuni għall-identifikazzjoni ta' dawk il-bastimenti tas-sajd jew il-gruppi ta' bastimenti tas-sajd fil-flotta tagħhom bir-riskju ta' dikjarazzjoni iżjed baxxa tal-qawwa tal-magna ta' propulsjoni. Il-pjan għat-teħid ta' kampjuni għandu tal-anqas ikun ibbażat fuq il-kriterji li ġejjin ta' riskju għoli:

(a) 

bastimenti tas-sajd li joperaw f’sajd li hu suġġett għal reġimi tal-isforz tas-sajd, b’mod partikolari dawk il-bastimenti tas-sajd li saritilhom allokazzjoni ta' sforz individwali f'kW*jum;

(b) 

bastimenti tas-sajd suġġetti għal limitazzjonijiet tal-qawwa tal-bastiment li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea;

(c) 

bastimenti tas-sajd li għalihom il-proporzjon tal-qawwa tal-bastiment (f’kW) mat-tunnellaġġ tal-bastiment (f’TG) huwa 50 % inqas mill-proporzjon medju għall-istess tip ta’ bastiment tas-sajd, tip ta’ rkaptu u speċi fil-mira. Għall-finijiet ta’ dik l-analiżi, l-Istati Membri jistgħu jaqsmu l-flotta skont wieħed mill-kriterji li ġejjin jew aktar:

(i) 

it-tqassim tal-flotta jew tal-unitajiet ta’ ġestjoni definiti fil-liġi nazzjonali

(ii) 

il-kategoriji tat-tul

(iii) 

il-kategoriji tat-tunnellaġġ

(iv) 

l-irkaptu użat

(v) 

l-ispeċi fil-mira.

2.  L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw kriterji tar-riskju addizzjonali wara l-istima tar-riskju tagħhom stess.

3.  L-Istati Membri għandhom ifasslu lista tal-bastimenti tas-sajd tagħhom li jissodisfaw kriterju wieħed jew iżjed mill-kriterji tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 u, fejn ikun xieraq, il-kriterji tar-riskju msemmija fil-paragrafu 2.

4.  Minn kull grupp ta’ bastimenti tas-sajd li jikkorrispondu għal wieħed mill-kriterji tar-riskju msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jieħdu kampjun aleatorju ta’ bastimenti tas-sajd. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun daqs l-għerq kwadrat tal-bastimenti tas-sajd fil-grupp ikkonċernat, magħdud bħala l-eqreb numru sħiħ.

5.  Għal kull bastiment tas-sajd inkluż fil-kampjun aleatorju, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw id-dokumenti tekniċi kollha fil-pussess tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 41(1) tar-Regolament ta’ Kontroll. Fost id-dokumenti l-oħrajn, kif imsemmi fl-ittra g) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-ispeċifikazzjonijiet tal-katalgu tal-produttur tal-inġenju, meta dawn ikunu disponibbli.

6.  Dan l-Artikolu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-verifiki fiżiċi kif imsemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament ta’ Kontroll għandhom jagħtu prijorità lill-bastimenti tat-tkarkir li joperaw f'sajd li huwa suġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd.

Artikolu 63

Il-verifika fiżika

1.  Meta l-qisien tal-qawwa ta’ propulsjoni jittieħdu abbord bastiment tas-sajd fil-qafas ta’ verifika fiżika tal-qawwa tal-magna ta’ propulsjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament ta’ Kontroll, il-qawwa tal-magna ta’ propulsjoni tista’ titkejjel fl-iżjed punt aċċessibbli ta’ bejn l-iskrun u l-magna.

2.  Jekk il-qawwa tal-magna ta’ propulsjoni titkejjel wara l-irkaptu ta' tnaqqis, għandha tiġi applikata l-korrezzjoni meħtieġa lill-kejl sabiex tiġi kkalkulata l-qawwa tal-magna ta' propulsjoni mal-flanġ estern tal-magna skont id-definizzjoni fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2930/86. Dik il-korrezzjoni għandha tqis it-telfiet fil-qawwa li jirriżultaw mill-kaxxa tal-gerijiet fuq il-bażi tad-dejta teknika uffiċjali pprovduta mill-manifattur tal-kaxxa tal-gerijiet.



KAPITOLU VIII

Il-kontroll tas-sajd rikreattiv

Artikolu 64

L-istabbiliment ta’ pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-użu tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament ta’ Kontroll għall-fini tal-monitoraġġ tal-qabdiet ta’ stokkijiet li huma suġġetti għal pjanijiet ta’ rkupru pprattikati minn bastimenti li jwettqu sajd rikreattiv għandhom jipprovdu għall-ġbir ta’ dejta darbtejn fis-sena.

2.  Il-metodi użati fil-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar u għandhom ikunu, sa fejn possibbli:

(a) 

stabbli matul iż-żmien;

(b) 

standardizzati fi ħdan ir-reġjuni;

(c) 

skont l-istandards ta’ kwalità stabbiliti minn korpi xjentifiċi internazzjonali rilevanti, u meta xieraq, mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd rilevanti li l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti tagħhom jew osservatur fihom.

3.  Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi disinn għat-teħid tal-kampjuni għall-istima tal-qabdiet ta' stokkijiet li huma suġġetti għall-pjanijiet ta' rkupru, l-irkaptu użat u ż-żona ġeografika rilevanti tal-pjan ta' rkupru kkonċernat minn fejn inqabdu dawn il-qabdiet.

4.  L-Istati Membri għandhom iwettqu stima b'mod sistematiku tal-eżattezza u l-preċiżjoni tad-dejta miġbura.

5.  Għall-fini tal-pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni msemmija fil-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jużaw id-dejta miġbura skont il-programm Komunitarju multiannwali kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 ( 5 ) sa fejn din id-dejta hija disponibbli.

6.  Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika f’każ li Stat Membru jkun ipprojbixxa s-sajd rikreattiv għall-istokkijiet li huma suġġetti għal pjan ta’ rkupru.

Artikolu 65

In-notifika u l-valutazzjoni tal-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni tagħhom lill-Kummissjoni tnax-il xaħar wara d-dħul fis-seħħ ta' pjan ta' rkupru. Għall-pjanijiet ta' rkupru li jkunu diġà fis-seħħ meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jiġi nnotifikat fi żmien tnax il-xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-emendi tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandhom jiġu nnotifikati qabel ma jidħlu fis-seħħ.

2.  Minbarra l-valutazzjoni mitluba fl-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta’ Kontroll, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd għandu jivvaluta wkoll:

(a) 

wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u kull ħames snin wara, il-konformità tal-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni nnotifikati mal-kriterji u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 64(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

il-konformità ta’ kwalunkwe emenda għall-pjan għat-teħid tal-kampjuni msemmi fil-paragrafu 1 mal-kriterji u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 64(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament.

3.  Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet, fejn ikun xieraq, biex jittejjeb il-pjan għat-teħid tal-kampjuni.



TITOLU IV

IL-KONTROLL TAT-TQEGĦID FIS-SUQ



KAPITOLU I

It-traċċabbiltà

▼M1

Artikolu 66

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, għandha tapplika d-definizzjoni li ġejja:

“Prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser kull prodott li jaqa' fil-Kapitolu 3, is-subintestatura 1212 21 00 tal-Kapitolu 12 u fl-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 6 ).

▼B

Artikolu 67

L-informazzjoni dwar il-lottijiet

1.  L-operaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta’ Kontroll fil-mument meta l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jitpoġġew f'lottijiet u sa mhux aktar tard mill-ewwel bejgħ.

2.  Minbarra l-paragrafu 1, l-operaturi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta’ Kontroll li tirriżulta mill-amalgamazzjoni jew mill-qsim tal-lottijiet tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwalkultura wara l-ewwel bejgħ, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

3.  Fil-każ li, minħabba l-amalgamazzjoni jew il-qsim tal-lottijiet wara l-ewwel bejgħ, il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura minn diversi bastimenti tas-sajd jew minn diversi unitajiet ta’ produzzjoni tal-akkwakultura jitħalltu, l-operaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw kull lott ta’ oriġini tal-anqas permezz tan-numru ta’ identifikazzjoni tagħhom imsemmi fl-Artikolu 58(5)(a) tar-Regolament ta’ Kontroll u għandhom jaraw li dawn ikunu jistgħu jiġu ttraċċati lura sal-istadju tal-qbid jew tal-ħsad, skont l-Artikolu 58(3) tar-Regolament ta' Kontroll.

4.  Is-sistemi u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 58(4) tar-Regolament ta’ Kontroll għandhom jippermettu lill-operaturi jidentifikaw il-fornitur(i) immedjat(i) u, ħlief għal meta dawn ikunu l-konsumaturi finali, ix-xerrej(j(a) immedjat(i) tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

5.  L-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta’ Kontroll għandha tingħata fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett tal-lott, jew permezz ta’ dokument kummerċjali li jakkumpanja l-lott b’mod fiżiku. Tista' titwaħħal mal-lott permezz ta' għodda ta' identifikazzjoni bħal kodiċi, “barcode”, ċippa elettronika jew apparat simili jew permezz ta’ sistema ta' mmarkar. L-informazzjoni dwar il-lott għandha tibqa’ disponibbli fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, b'tali mod li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkollhom aċċess għaliha fi kwalunkwe ħin.

6.  L-operaturi għandhom iwaħħlu l-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta’ Kontroll permezz ta’ għodda ta' identifikazzjoni bħal kodiċi, “barcode”, ċippa elettronika jew apparat simili jew permezz ta’ sistema ta’ mmarkar:

(a) 

mill-1 ta’ Jannar 2013 għas-sajd li huwa suġġett għal pjan multiannwali,

(b) 

mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura l-oħrajn.

7.  Meta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll tingħata permezz ta’ dokument kummerċjali li jakkumpanja l-lott b’mod fiżiku, tal-anqas in-numru ta’ identifikazzjoni għandu jitwaħħal mal-lott korrispondenti.

8.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw li l-informazzjoni mwaħħla mal-lott u/jew li tkun qed takkumpanja l-lott b'mod fiżiku tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor minbarra dak fejn il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu tqiegħdu fil-lott, b'mod partikolari meta l-informazzjoni tkun imwaħħla mal-lott permezz ta’ għodda ta’ identifikazzjoni bħal kodiċi, “barcode”, ċippa elettronika jew apparat simili. L-operaturi li jużaw għodod bħal dawn għandhom jiżguraw li dawn ikunu żviluppati abbażi ta’ standards u speċifikazzjonijiet li huma rikonoxxuti internazzjonalment.

9.  L-informazzjoni dwar id-data tal-qabdiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta’ Kontroll tista’ tinkludi diversi jiem kalendarji jew perjodu wieħed taż-żmien li jikkorrispondi ma’ diversi dati ta' qabdiet.

10.  L-informazzjoni dwar il-fornituri msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll għandha turi l-fornitur(i) immedjat(i) tal-operatur imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Din l-informazzjoni tista’ tingħata, fejn ikun applikabbli, permezz tal-marka ta’ identifikazzjoni msemmija fit-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 7 ).

11.  L-informazzjoni mniżżla fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll ma għandhiex tapplika:

(a) 

għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati li huma esklużi mill-ambitu tal-implimentazzjoni taċ-ċertifikat tal-qbid skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 8 ),

(b) 

għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li nqabdu jew li tkabbru fl-ilma ħelu, u

(c) 

għall-ħut ornamentali, għall-krustaċji u għall-molluski.

▼M1

12.  L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll ma għandhiex tapplika għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu fl-intestaturi 1604 u 1605 tal-Kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda.

13.  Għall-finijiet tal-Artikolu 58(5) tar-Regolament ta' Kontroll, l-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika fejn inqabad jew trabba l-prodott għandha tkun:

(a) 

għall-qabdiet ta' stokkijiet jew ta' gruppi ta' stokkijiet li huma soġġetti għal kwota u/jew għal daqs minimu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iż-żona ġeografika rilevanti, kif definita fl-Artikolu 4(30) tar-Regolament ta' Kontroll.

(b) 

għall-qabdiet ta' stokkijiet oħra jew ta' grupp ta' stokkijiet oħra, prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu u prodotti tal-akkwakultura, l-isem tal-qabda jew taż-żona tal-produzzjoni skont l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 ( 9 ).

▼B

14.  Il-valur tal-kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura msemmija fl-Artikolu 58(8) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jkun applikabbli għall-bejgħ dirett minn bastiment tas-sajd għal kull jum kalendarju u għal kull konsumatur finali.

▼M1 —————

▼B



KAPITOLU II

L-użin tal-prodotti tas-sajd



Taqsima 1

Ir-regoli ġenerali dwar l-użin

Artikolu 69

L-ambitu

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 78 sa 89 ta' dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet miġbura f'dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-ħatt l-art minn ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jitwettaq fi Stat Membru u għal trażbordi li jinvolvu ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jitwettqu f’portijiet jew f’postijiet qrib il-kosta ta’ Stat Membru, kif ukoll għall-użin ta’ prodotti tas-sajd abbord ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ f’ ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ .

Artikolu 70

Ir-reġistri tal-użin

1.  Ix-xerrejja rreġistrati, l-irkanti rreġistrati jew il-korpi jew il-persuni l-oħrajn li huma responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq jew għall-ħżin qabel l-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd jew, fejn ikun xieraq, il-kaptan tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ , għandhom jirreġistraw l-użin skont l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament ta’ Kontroll billi jindikaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kodiċi alfa-3 tal-FAO ta’ kull speċi li tintiżen;

(b) 

ir-riżultat tal-użin għal kull kwantità ta’ kull speċi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott;

(c) 

in-numru ta’ identifikazzjoni estern u isem il-bastiment tas-sajd li minnu toriġina l-kwantità li ntiżnet;

(d) 

il-preżentazzjoni tal-prodotti tas-sajd li ntiżnu;

(e) 

id-data tal-użin (SSSS-XX-JJ).

2.  Ix-xerrejja rreġistrati, l-irkanti rreġistrati jew il-korpi jew il-persuni l-oħrajn li huma responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq jew għall-ħżin qabel l-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd jew, fejn ikun xieraq, il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ , għandhom iżommu r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għal perjodu ta' tliet snin.

Artikolu 71

Iż-żmien tal-użin

1.  Meta l-prodotti tas-sajd jiġu ttrażbordati bejn ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ u l-ewwel ħatt l-art tal-prodotti tas-sajd ittrażbordati jkun se jsir f’port barra l-Unjoni Ewropea, il-prodotti tas-sajd għandhom jintiżnu qabel ma jiġu ttrasportati lil hinn mill-port jew mill-post tat-trażbord.

2.  Meta l-prodotti tas-sajd jintiżnu abbord ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament ta' Kontroll u jerġgħu jintiżnu fuq l-art wara li jinħattu, iċ-ċifra li tirriżulta mill-użin wara l-ħatt l-art għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament ta' Kontroll.

3.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali għall- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ li mhumiex suġġetti għall-kompletar u l-komunikazzjoni, b’mod elettroniku, tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Kontroll, l-Istat Membru jista’ jitlob lill-kaptan jagħti kopja tal-folja mill-ġurnal ta’ abbord lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-ħatt l-art qabel l-użin.

Artikolu 72

Is-sistemi tal-użin

1.  Is-sistemi kollha tal-użin għandhom jiġu kkalibrati u ssiġillati skont is-sistemi nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.

2.  Il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mis-sistema tal-użin għandha żżomm reġistru ta’ kalibrar.

3.  Meta l-użin isir fuq sistema ta’ trasport permezz ta’ ċinga għandu jiġi armat kalkulatur viżibbli li jirreġistra t-total kumulattiv tal-piż. Għandhom jiġu rreġistrati kemm il-qari tal-kalkulatur fil-bidu tal-operazzjoni tal-użin kif ukoll it-total kumulattiv. L-użu kollu tas-sistema għandu jiġi rreġistrat fil-ġurnal tal-użin mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-użin.

Artikolu 73

L-użin ta’ prodotti tas-sajd iffriżati

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali u, b’mod partikolari, għall-Artikoli 70 u 74 ta’ dan ir-Regolament, meta jintiżnu kwantitajiet ta’ prodotti tas-sajd iffriżati li jinħattu l-art, il-piż tal-prodotti tas-sajd iffriżati li jinħattu l-art f’kaxex jew fi blokok għandu jiġi ddeterminat skont l-ispeċi u, fejn huwa xieraq, skont il-preżentazzjoni tiegħu billi l-għadd totali ta’ kaxex jew blokok jiġi mmultiplikat bil-piż medju nett għal kull kaxxa jew blokka, kkalkulat skont il-metodu stabbilit fl-Anness XVIII.

2.  Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jiżnu l-prodotti tas-sajd għandhom iżommu reġistru għal kull ħatt l-art, li jkun jindika:

(a) 

l-isem u l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni tal-bastiment li minnu nħattu l-art il-prodotti tas-sajd;

(b) 

l-ispeċi u, fejn hu xieraq, il-preżentazzjoni tal-ħut li nħatt l-art;

(c) 

id-daqs tal-lott u l-kampjun ta’ pallets għal kull speċi u, fejn hu xieraq, il-preżentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 tal-Anness XVIII;

(d) 

il-piż ta’ kull pallet fil-kampjun u l-piż medju tal-pallets;

(e) 

l-għadd ta’ kaxex jew blokok fuq kull pallett fil-kampjun;

(f) 

il-piż tal-kaxxa vojta (it-tar(a) għal kull kaxxa, jekk ikun differenti mill-piż tal-kaxxa vojta speċifikat fil-punt 4 tal-Anness XVIII;

(g) 

il-piż medju ta’ pallet vojta skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 3(b) tal-Anness XVIII;

(h) 

il-piż medju għal kull kaxxa jew blokka tas-sajd skont l-ispeċi u, fejn hu xieraq, skont il-preżentazzjoni.

Artikolu 74

Is-silġ u l-ilma

1.  Qabel ma jiżnu l-prodotti, ix-xerrej irreġistrat, l-irkant irreġistrat jew il-korpi jew il-persuni l-oħrajn responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-prodotti tas-sajd jitnaddfu mis-silġ kif inhu raġonevoli mingħajr ma ssirilhom ħsara jew mingħajr ma titnaqqsilhom il-kwalità.

▼M1

2.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali għall-ispeċijiet pelaġiċi msemmija fl-Artikoli 78 sa 89 ta' dan ir-Regolament li jinħattu l-art bl-ingrossa għat-trasferiment lejn il-punt tal-ewwel tqegħid fis-suq, tal-ħżin jew tal-ipproċessar, it-tnaqqis tal-ilma u tas-silġ mill-piż totali ma għandux jaqbeż it-2 %. Fil-każijiet kollha, il-persentaġġ għat-tnaqqis tal-ilma u tas-silġ għandu jiġi rreġistrat fuq il-folja tal-użin bl-annotazzjoni tal-piż. Ma għandu jsir l-ebda tnaqqis ta' ilma jew silġ għal ħatt l-art bi skopijiet industrijali jew għal speċijiet mhux pelaġiċi.

▼B

Artikolu 75

L-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess komplet fil-ħinijiet kollha għas-sistemi tal-użin, għar-reġistri tal-użin, għad-dikjarazzjonijiet bil-miktub u għall-postijiet kollha fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna jew ipproċessati.

Artikolu 76

Il-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni

1.  Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni msemmi fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament ta’ Kontroll u kull modifika sostanzjali tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju deskritta fl-Anness XIX.

2.  Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni msemmi fl-Artikolu 60(3) tar-Regolament ta’ Kontroll u kull modifika sostanzjali tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju deskritta fl-Anness XX. Jekk il-qabdiet jintiżnu abbord, il-marġni ta’ tolleranza kif imsemmi fl-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament ta' Kontroll ma għandux japplika meta ċ-ċifra li tirriżulta mill-użin wara l-ħatt l-art tkun akbar miċ-ċifra korrispondenti li tirriżulta mill-użin abbord.

3.  Meta l-Istati Membri jkun beħsiebhom jadottaw pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni kif imsemmi fl-Artikolu 60(1) u (3) tar-Regolament ta’ Kontroll, għandhom preferibbilment jippreżentaw pjan għat-teħid tal-kampjuni uniku li jkopri l-proċeduri kollha tal-użin ikkonċernati għal perjodu ta’ tliet snin fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan il-pjan għat-teħid tal-kampjuni jista’ jkun jikkonsisti f’partijiet differenti għal sajd differenti.

4.  Kwalunkwe pjan ġdid għat-teħid tal-kampjuni li għandu jiġi adottat wara d-data msemmija fil-paragrafu 3 jew kwalunkwe modifika għat-tali pjanijiet għandu/għandha jiġi/tiġi ppreżentat(a) għall-approvazzjoni tliet xhur qabel tmiem is-sena kkonċernata.

Artikolu 77

Il-pjanijiet u l-programmi ta’ kontroll għall-użin tal-prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art

1.  Il-pjan ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 61(1) tar-Regolament ta’ Kontroll u kull modifika sostanzjali tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju deskritta fl-Anness XXI.

2.  Meta l-Istati Membri jkun beħsiebhom jadottaw il-pjanijiet ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 61(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, huma għandhom jippreżentaw pjan ta’ kontroll uniku għal kull Stat Membru li jkopri t-trasporti kollha tal-prodotti tas-sajd li għandhom jintiżnu wara t-trasport. Dan il-pjan ta’ kontroll għandu jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Dan il-pjan ta’ kontroll uniku jista’ jkun jikkonsisti f’partijiet differenti għal sajd differenti.

3.  Il-programm ta’ kontroll komuni msemmi fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta’ Kontroll u kull modifika sostanzjali tiegħu għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju deskritta fl-Anness XXII.

4.  Meta l-Istati Membri jkun beħsiebhom jadottaw il-programmi ta’ kontroll komuni msemmija fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta’ Kontroll, dawn għandhom jippreżentawhom fi żmien sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

5.  Kwalunkwe pjan ta’ kontroll ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 2 jew programm ta’ kontroll komuni kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi adottat wara d-data msemmija fil-paragrafi 2 u 4 jew kwalunkwe modifika għal dawn il-pjanijiet jew programmi għandha tiġi ppreżentata tliet xhur qabel tmiem is-sena ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak il-pjan jew programm.



Taqsima 2

Ir-regoli speċjali għall-użin ta’ ċerti speċijiet pelaġiċi

▼M1

Artikolu 78

L-ambitu tal-proċeduri tal-użin għall-qabdiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx

Ir-regoli stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-użin tal-qabdiet li jinħattu l-art fl-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, tal-aringi (Clupea harengus), il-kavalli (Scomber scombrus) is-sawrell (Trachurus spp.) u l-istokkafixx (Micromesistius poutassou), jew ta' taħlita tagħhom, maqbuda:

(a) 

għall-aringi, fiż-żoni ICES I, II, IIIa, IV, Vb, VI u VII;

(b) 

għall-kavalli fiż-żoni tal-ICES: IIa, IIIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, XII, XIV u l-ilmijiet tal-Unjoni tal-CECAF;

(c) 

għas-sawrell fiż-żoni tal-ICES IIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF,

(d) 

għall-istokkafixx fiż-żoni tal-ICES IIa, IV, Vb, VI, VII, VIII, IX, X, XII, XIV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF,

meta l-kwantitajiet għal kull ħatt l-art ikunu jaqbżu l-10 tunnellati.

Artikolu 79

Il-portijiet għall-użin għall-qabdiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx

▼B

1.  Il-qabdiet tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament għandhom jintiżnu immedjatament hekk kif jinħattu l-art. Madankollu, il-qabdiet ta’ dawn l-ispeċijiet jistgħu jintiżnu wara t-trasport f’każijiet fejn:

— 
għal destinazzjoni ġewwa Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta pjan ta' kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 61(1) tar-Regolament ta' Kontroll skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju deskritta fl-Anness XXI;
— 
għal destinazzjoni ġewwa Stat Membru ieħor, l-Istati Membri kkonċernati jkunu adottaw programm ta' kontroll komuni kif imsemmi fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta' Kontroll skont il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju deskritta fl-Anness XXII,

u fejn dan il-pjan ta’ kontroll jew dan il-programm ta’ kontroll komuni jkun ġie approvat mill-Kummissjoni.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi f’liema portijiet minn tiegħu għandu jitwettaq l-użin tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament u għandu jiżgura li l-ħatt l-art kollu ta’ dawn l-ispeċijiet isir f'dawk il-portijiet. Dawn il-portijiet għandu jkollhom:

(a) 

ħinijiet stabbiliti tal-ħatt l-art u tat-trażbord;

(b) 

postijiet stabbiliti tal-ħatt l-art u tat-trażbord;

(c) 

proċeduri stabbiliti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza.

3.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista ta’ dawn il-portijiet u l-proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza applikabbli f’dawk il-portijiet, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u l-komunikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ kwalunkwe speċi bħal din f’kull ħatt l-art.

4.  Kwalunkwe bidla fil-listi tal-portijiet u fil-proċeduri ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, tal-anqas 15-il jum qabel ma tidħol fis-seħħ.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħatt l-art kollu tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament mill-bastimenti tagħhom barra l-Unjoni Ewropea isir f’portijiet magħżula espliċitament għall-fini tal-użin minn pajjiżi terzi li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni Ewropea dwar dawn l-ispeċijiet.

6.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 kif ukoll il-lista tal-portijiet magħżula minn pajjiżi terzi lill-Istati Membri kollha kkonċernati.

7.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippubblikaw il-lista tal-portijiet u l-bidliet fiha fil-websajts uffiċjali tagħhom.

Artikolu 80

Id-dħul f’port ta’ Stat Membru

1.  Għall-fini tal-użin, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih għandu jsir il-ħatt l-art, tal-anqas erba’ sigħat qabel id-dħul fil-port tal-ħatt l-art ikkonċernat, b'dan li ġej:

(a) 

il-port li għandu l-intenzjoni jidħol fih, l-isem tal-bastiment u l-ittri u n-numri ta’ reġistrazzjoni esterna tiegħu;

(b) 

il-ħin stmat tal-wasla f'dak il-port;

▼M1

(c) 

il-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx miżmuma abbord;

▼B

(d) 

iż-żona (żoni) ġeografika (ġeografiċi) rilevanti fejn inqabdu l-qabdiet; iż-żona għandha tirreferi għas-subżona u għad-diviżjoni jew għas-subdiviżjoni li fiha japplikaw il-limiti tal-qabdiet skont il-liġi Komunitarja.

2.  Il-kaptan ta’ ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li għandu l-obbligu jirrapporta d-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd b'mod elettroniku għandu jibgħat l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mod elettroniku lill-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-Istat Membru fejn se jsir il-ħatt l-art. Id-dejta elettronika tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta’ Kontroll u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintbagħtu f’komunikazzjoni elettronika waħda.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu ta’ notifika iqsar minn dak stabbilit fil-paragrafu 1. F’dan il-każ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni 15-il jum qabel id-dħul fis-seħħ tal-perjodu ta’ notifika iqsar. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom iqiegħdu din l-informazzjoni fil-websajts tagħhom.

Artikolu 81

Ir-rilaxx

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jeħtieġu li r-rilaxx ta’ kwalunkwe qabda msemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament ma jibdiex qabel ma dan jiġi awtorizzat b’mod espliċitu. Jekk ir-rilaxx jiġi interrott, għandu jkun meħtieġ permess qabel ma r-rilaxx ikun jista’ jerġa’ jibda.

Artikolu 82

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd

1.  Immedjatament mal-wasla fil-port u qabel ma jibda r-rilaxx, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd li ma jkollux l-obbligu jirreġistra d-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd b'mod elettroniku għandu jippreżenta l-paġna jew il-paġni rilevanti kkompletati tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għal spezzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fil-port tal-ħatt l-art.

▼M1

2.  Il-kwantitajiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx miżmuma abbord u notifikati qabel ħatt l-art kif imsemmi fl-Artikolu 80(1)(c) ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu daqs il-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal tas-sajd meta dan jitlesta.

Artikolu 83

Il-faċilitajiet tal-użin operati pubblikament tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx friski

▼B

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament, f’każijiet fejn jintużaw faċilitajiet tal-użin operati pubblikament, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu qegħdin jiżnu l-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament għandhom joħorġu folja tal-użin lix-xerrej li tkun tindika d-data u l-ħin tal-użin u n-numru tal-identità tat-tanker. Kopja tal-folja tal-użin għandha titwaħħal man-nota tal-bejgħ jew mad-dikjarazzjoni tal-akkwist.

Artikolu 84

Il-faċilitajiet tal-użin tal-ħut frisk operati privatament

1.  Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ faċilitajiet tal-użin operati privatament għandu jkun ukoll suġġett għar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

2.  Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu qegħdin jiżnu xi qabdiet imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament għandhom, għal kull sistema tal-użin, iżommu reġistru illegat u mpaġnat. Dan għandu jimtela immedjatament wara li jitlesta l-użin tal-ħatt l-art individwali, u sa mhux iżjed tard minn 23:59 ħin lokali tal-jum li fih jiġi kkompletat l-użin. Dan ir-reġistru għandu jindika:

(a) 

l-isem u l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni tal-bastiment li minnu nħattet l-art kwalunkwe qabda msemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

in-numru tal-identità uniku tat-tankers u tat-tagħbija tagħhom f’każijiet fejn kwalunkwe qabda msemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament tkun ġiet ittrasportata mill-port tal-ħatt l-art qabel l-użin skont l-Artikolu 79 ta’ dan ir-Regolament. Kull tagħbija tat-tanker għandha tintiżen u tiġi rreġistrata b’mod separat. Madankollu l-piż totali tat-tagħbijiet kollha tat-tanker mill-istess bastiment jista’ jiġi rreġistrat bħala ammont totali wieħed f’każ li dawn it-tagħbijiet tat-tanker jintiżnu b’mod konsekuttiv u mingħajr interruzzjoni;

(c) 

l-ispeċijiet tal-ħut;

(d) 

il-piż ta’ kull ħatt l-art;

(e) 

id-data u l-ħin fil-bidu u fl-aħħar tal-użin.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72(3) ta’ dan ir-Regolament, meta l-użin isir fuq sistema ta’ trasport permezz ta’ ċinga, l-użu kollu tas-sistema għandu jiġi rreġistrat f’reġistru tal-użin illegat u mpaġnat.

▼M1

Artikolu 85

L-użin ta' ħut iffriżat

Meta jintiżnu l-kwantitajiet iffriżati tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx li jinħattu l-art, il-piż tal-ħut iffriżat li jinħatt l-art f'kaxex għandu jinkiseb għal kull speċi skont l-Artikolu 73 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 86

Iż-żamma tar-reġistri tal-użin

Ir-reġistri tal-użin kollha previsti fl-Artikolu 84(3) u fl-Artikolu 85 ta' dan ir-Regolament u l-kopji ta' kull dokument tat-trasport bħala parti minn pjan ta' kontroll jew minn programm ta' kontroll komuni msemmi fl-Artikolu 79(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jinżammu għal tal-inqas 3 snin.

▼B

Artikolu 87

In-nota tal-bejgħ u d-dikjarazzjoni tal-akkwist

Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għall-preżentazzjoni tan-nota tal-bejgħ u tad-dikjarazzjonijiet tal-akkwist għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet bħal dawn għall-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 78 ta' dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat fuq talba.

▼M1

Artikolu 88

Il-kontroverifiki

Sakemm tkun stabbilita bażi tad-dejta kkompjuterizzata skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Kontroll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontroverifiki amministrattivi ta' ħatt l-art kollu bejn:

(a) 

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx indikati fin-notifika minn qabel ta' ħatt l-art, kif imsemmi fl-Artikolu 80(1)(c) ta' dan ir-Regolament, u l-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal tas-sajd;

(b) 

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati fil-ġurnal tas-sajd u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art;

(c) 

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati fid-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art u l-kwantitajiet irreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment jew fin-nota tal-bejgħ;

(d) 

iż-żona tal-qbid irreġistrata fil-ġurnal tas-sajd tal-bastiment u d-dejta tal-VMS għall-bastiment ikkonċernat.

Artikolu 89

Il-monitoraġġ tal-użin

1.  L-użin tal-qabdiet tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx mill-bastiment għandu jsirlu monitoraġġ skont l-ispeċi. Fil-każ ta' bastimenti li jiskarikaw il-qabda fuq l-art għandu jsir monitoraġġ tal-użin tar-rilaxx sħiħ. Għal ħatt l-art tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx iffriżati, għandhom jingħaddu l-kaxex kollha u għandu jsir monitoraġġ tal-metodoloġija, prevista fl-Anness XVIII, għall-kalkolu tal-piż nett medju tal-kaxex.

2.  Id-dejta li ġejja għandha ssirilha kontroverifika minbarra l-kontroverifiki msemmija fl-Artikolu 88 ta' dan ir-Regolament:

(a) 

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati fir-reġistri tal-użin f'faċilitajiet pubbliċi jew privati u l-kwantitajiet, skont l-ispeċi, irreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment jew fin-nota tal-bejgħ;

(b) 

il-kwantitajiet, skont l-ispeċi, tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx irreġistrati f'xi dokument tat-trasport bħala parti minn pjan ta' kontroll jew minn programm ta' kontroll komuni msemmi fl-Artikolu 79(1) ta' dan ir-Regolament;

(c) 

in-numri tal-identità uniċi tat-tankers imdaħħlin fir-reġistru skont l-Artikolu 84(2)(b) ta' dan ir-Regolament.

3.  Malli jitlesta r-rilaxx, għandu jiġi verifikat li l-bastiment ma jkunx fih ħut soġġett għar-regoli speċjali ta' din it-Taqsima.

4.  L-attivitajiet ta' monitoraġġ kollha koperti minn dan l-Artikolu u mill-Artikolu 107 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu ddokumentati. Din id-dokumentazzjoni għandha tinżamm għal tal-anqas 3 snin.



KAPITOLU III

In-noti tal-bejgħ u d-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment

▼B

Artikolu 90

Ir-regoli ġenerali

▼M1

1.  Jekk il-kwota rilevanti titmexxa skont l-individwi, fin-nota tal-bejgħ u fid-dikjarazzjoni tat-trasferiment għandu jiġi indikat l-għadd ta' individwi kif imsemmi fl-Artikoli 64(1)(f) u 66(3)(e) tar-Regolament ta' Kontroll.

▼B

2.  It-tip ta’ preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1)(g) tar-Regolament ta’ Kontroll għandha tinkludi l-istat ta’ preżentazzjoni kif mogħti fl-Anness I.

3.  Il-prezz imsemmi fl-Artikolu 64(1)(l) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jiġi indikat fil-valuta applikabbli fl-Istat Membru fejn isir il-bejgħ.

▼M1

Artikolu 91

Il-formati tan-noti tal-bejgħ u tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment

1.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-format li għandu jintuża biex jimtlew u jintbagħtu n-noti tal-bejgħ u d-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment bejn ix-xerrejja rreġistrati, l-irkanti rreġistrati, jew il-korpi jew il-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikoli 63 u 67 tar-Regolament ta' Kontroll.

2.  L-elementi tad-dejta li x-xerrejja rreġistrati, l-irkanti rreġistrati jew il-korpi jew il-persuni l-oħra awtorizzati mill-Istati Membri għandhom jirreġistraw fin-noti tal-bejgħ jew fid-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment tagħhom skont ir-regoli tal-Unjoni għandhom ikunu obbligatorji wkoll fl-iskambji bejn l-Istati Membri.

3.  Id-dejta kif imsemmi fl-Artikolu 111(2) tar-Regolament ta' Kontroll li nbagħtet għall-operazzjonijiet fis-36 xahar ta' qabel mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun sar l-ewwel bejgħ jew it-trasferiment, għandha tkun disponibbli minn dak l-Istat Membru meta jitolbuha l-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru li fih inħattu l-art il-prodotti tas-sajd. It-tweġiba għandha tiġi ġġenerata awtomatikament u tintbagħat mingħajr dewmien.

4.  L-Istati Membri għandhom:

(a) 

jiżguraw li d-dejta li jirċievu skont dan il-Kapitolu tiġi rreġistrata f'għamla li tinqara mill-kompjuter u li din tinħażen b'mod sikur f'bażijiet tad-dejta kompjuterizzati għal tal-anqas tliet snin;

(b) 

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta tintuża biss għall-iskopijiet previsti f'dan ir-Regolament; kif ukoll

(c) 

jieħdu l-miżuri tekniċi kollha meħtieġa biex jipproteġu din id-dejta minn xi distruzzjoni inċidentali jew illeċita, minn telf inċidentali, deterjorament, distribuzzjoni jew konsultazzjoni mhix awtorizzata.

5.  F'kull Stat Membru, l-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta' Kontroll għandha tkun responsabbli biex tibgħat, tirċievi, timmaniġġja u tipproċessa d-dejta kollha koperta minn dan il-Kapitolu.

6.  L-Istati Membri għandhom jaqsmu bejniethom id-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 5 u għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni u lill-korp maħtur minnha fi żmien 3 xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

7.  Qabel tidħol fis-seħħ, kull bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6 għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni, lill-korp maħtur minnha u lill-Istati Membri l-oħrajn.

▼B



TITOLU V

IS-SORVELJANZA



KAPITOLU I

Ir-rapporti ta’ sorveljanza

Artikolu 92

L-informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata fir-rapport ta’ sorveljanza

1.  Ir-rapporti ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 71(3) u (4) tar-Regolament ta’ Kontroll għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness XXIII għal dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom itellgħu d-dejta tar-rapporti ta’ sorveljanza tagħhom fil-bażi tad-dejta elettronika msemmija fl-Artikolu 78 tar-Regolament ta’ Kontroll u għandhom jipprovdu għall-funzjonalitajiet imsemmija fil-punt numru 2 tal-Anness XXIV għal dan ir-Regolament. L-informazzjoni minima rreġistrata f’din il-bażi tad-dejta għandha tkun dik indikata fl-Anness XXIII. B’mod addizzjonali, ir-rapporti ta’ sorveljanza fuq il-karta jista’ wkoll isirilhom skan u jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta b’dan il-mod.

3.  Id-dejta mir-rapporti għandha tinżamm disponibbli fil-bażi tad-dejta għal tal-anqas tliet snin.

4.  Hekk kif jasal rapport ta’ sorveljanza kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru tal-bandiera għandu, malajr kemm jista’ jkun, jagħti bidu għal investigazzjoni dwar l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tiegħu li għalihom ikun qed jirreferi r-rapport ta’ sorveljanza.

5.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd li l-Unjoni Ewropea hija parti kontraenti tagħhom.



KAPITOLU II

L-osservaturi ta’ kontroll

Artikolu 93

Ir-regoli ġenerali dwar l-osservaturi ta’ kontroll

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali stabbiliti minn Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd jew miftehma ma’ pajjiż terz, il- ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ identifikati għall-applikazzjoni ta’ skema tal-osservaturi ta’ kontroll għandu jkollhom tal-anqas osservatur ta’ kontroll wieħed abbord matul iż-żmien iffissat mill-iskema.

2.  L-Istati Membri għandhom jaħtru osservaturi ta’ kontroll u jiżguraw li dawn ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, iċ-ċaqliq tal-osservaturi ta’ kontroll lejn u mill- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ kkonċernat.

3.  L-osservaturi ta’ kontroll ma għandhomx iwettqu dmirijiet oħrajn għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 73 tar-Regolament ta’ Kontroll u fl-Artikolu 95 ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkollhomx jitwettqu dmirijiet oħrajn skont l-iskema tal-osservaturi ta’ kontroll tal-UE jew bħala parti minn programm tal-osservaturi fl-ambitu ta' Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd jew stabbilit fil-qafas ta’ ftehim bilaterali ma’ pajjiż terz.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tal-missjoni tagħhom, l-osservaturi ta’ kontroll ikollhom mezzi ta’ komunikazzjoni indipendenti mis-sistema ta’ komunikazzjoni tal-bastiment tas-sajd.

5.  Dawn ir-regoli ma jaffettwawx il-poteri tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd bħala l-uniku inkarigat mill-operazzjonijiet tal-bastiment.

Artikolu 94

L-indipendenza tal-osservaturi ta’ kontroll

Sabiex ikunu indipendenti mis-sid, mill-operatur, mill-kaptan tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew minn kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ, kif preskritt mill-Artikolu 73(2) tar-Regolament ta’ Kontroll, l-osservaturi ta’ kontroll ma għandhomx ikunu:

— 
qraba jew impjegati tal-kaptan tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jew ta’ kwalunkwe membru ieħor tal-ekwipaġġ, tar-rappreżentant tal-kaptan jew tas-sid jew tal-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jkunu attribwiti għalih;
— 
impjegati ta’ kumpanija kkontrollata mill-kaptan, minn membru tal-ekwipaġġ, mir-rappreżentant tal-kaptan jew mis-sid jew mill-operatur tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jkunu attribwiti għalih.

Artikolu 95

Id-dmirjiet tal-osservaturi ta’ kontroll

1.  L-osservaturi ta’ kontroll għandhom jivverifikaw id-dokumenti rilevanti u jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ li jkunu imbarkaw, kif inhuma elenkati fl-Anness XXV.

2.  L-osservaturi ta’ kontroll abbord ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ għandhom, fejn ikun xieraq, jinfurmaw fil-qosor lill-uffiċjali li jkunu sejrin jibdew spezzjoni ta’ dak il-bastiment tas-sajd mal-wasla abbord. Jekk il-faċilitajiet abbord il- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ jippermettu dan u fejn ikun xieraq, din l-informazzjoni għandha tingħata f'laqgħa fil-magħluq.

3.  L-osservaturi ta’ kontroll għandhom ifasslu r-rapport imsemmi fl-Artikolu 73(5) tar-Regolament ta’ Kontroll billi jużaw il-format stabbilit fl-Anness XXVI. Għandhom jgħaddu dak ir-rapport mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum wara l-kompletar tal-kompitu lill-awtoritajiet tagħhom u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jagħmlu r-rapport disponibbli, fuq talba, għall-Istat Membru kostali, għall-Kummissjoni jew għall-korp maħtur minnha. Kopji ta' rapporti magħmula disponibbli għal Stati Membri oħrajn ma jistgħux jinkludu l-postijiet fejn saru l-qabdiet fir-rigward tal-pożizzjonijiet tal-bidu u tat-tmiem ta' kull operazzjoni tas-sajd, iżda jistgħu jinkludu l-ammonti totali tal-qabdiet ta’ kuljum f’kilogrammi ekwivalenti għall-piż ħaj skont l-ispeċi u d-diviżjoni tal-ICES jew żona oħra kif xieraq.

▼M1 —————

▼B



TITOLU VI

L-ISPEZZJONI



KAPITOLU I

It-twettiq tal-ispezzjonijiet



Taqsima 1

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 97

L-uffiċjali awtorizzati jwettqu spezzjonijiet fuq il-baħar jew fuq l-art

1.  L-uffiċjali responsabbli biex iwettqu spezzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 74 tar-Regolament ta’ Kontroll, għandhom ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-uffiċjali tagħhom b’karta tas-servizz li turi l-identità tagħhom u l-kapaċità li joperaw taħtha. Kull uffiċjal li jkun qiegħed xogħol għandu jġorr dik il-karta tas-servizz u jippreżentaha mill-aktar fis possibbli waqt spezzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu setgħat adegwati lill-uffiċjali tagħhom kif meħtieġ biex iwettqu l-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar skont dan ir-Regolament, u biex jiżguraw konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Artikolu 98

Il-prinċipji ġenerali

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet misjuba fil-pjanijiet multiannwali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex jagħżlu miri għall-ispezzjoni, bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli. Skont dan l-approċċ, l-uffiċjali għandhom iwettqu spezzjonijiet skont ir-regoli stipulati f’dan il-Kapitolu.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-pjanijiet multiannwali, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' kontroll, spezzjoni u infurzar tagħhom. Għal dan l-iskop, dawn għandhom jadottaw u jeżegwixxu programmi ta' azzjoni ta' kontroll nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Kontroll u programmi ta’ kontroll komuni kif imsemmi fl-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Kontroll li jkopru kemm attivitajiet fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art, kif meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

3.  Suġġett għal strateġija ta’ kontroll u ta’ nfurzar ibbażata fuq ir-riskju, kull Stat Membru għandu jwettaq l-attivitajiet ta' spezzjoni meħtieġa b'mod oġġettiv sabiex jevita ż-żamma abbord, it-trażbord, il-ħatt l-art, it-trasferiment f’gaġeġ u rziezet tal-ħut, l-ipproċessar, it-trasport, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-ħażna fi stokkijiet ta’ prodotti tas-sajd li joriġinaw minn attivitajiet li mhumiex f’konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

4.  L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’tali mod li jiġi evitat, safejn huwa possibbli, kwalunkwe impatt negattiv fuq l-iġjene u l-kwalità tal-prodotti tas-sajd spezzjonati.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali relatati mas-sajd jippermettu l-iskambju elettroniku dirett ta’ informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet tal-istat tal-portijiet bejniethom, ma' Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni u mal-korp maħtur minnha kif inhu xieraq, skont l-Artikolu 111 tar-Regolament ta’ Kontroll.

Artikolu 99

Id-dmirijiet tal-uffiċjali matul il-fażi ta’ qabel l-ispezzjoni

Matul il-fażi ta’ qabel l-ispezzjoni, l-uffiċjali għandhom, fejn hu possibbli, jiġbru l-informazzjoni xierqa kollha, inklużi:

(a) 

il-liċenzji tas-sajd u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd;

(b) 

l-informazzjoni tal-VMS li tikkorrispondi għall-vjaġġ tas-sajd preżenti;

(c) 

is-sorveljanza mill-ajru u l-ilmiħ l-ieħor;

(d) 

ir-rekords tal-ispezzjonijiet preċedenti u l-informazzjoni disponibbli fil-parti sigura tal-websajt tal-Istat Membru tal-bandiera dwar il- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ kkonċernat.

Artikolu 100

Id-dmirijiet tal-uffiċjali awtorizzati biex iwettqu l-ispezzjonijiet

1.  L-uffiċjali li huma awtorizzati jwettqu l-ispezzjonijiet għandhom jivverifikaw u jieħdu nota tal-oġġetti rilevanti ddefiniti fil-modulu x-xieraq tar-rapport tal-ispezzjoni mogħti fl-Anness XXVII. Għal dan il-għan, huma jistgħu jieħdu ritratti, vidjows u reġistrazzjonijiet tal-awdjo skont il-liġi nazzjonali, u, fejn hu xieraq, jistgħu jieħdu wkoll kampjuni.

2.  L-uffiċjali ma għandhomx jinterferixxu mad-dritt ta' kwalunkwe operatur li jikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera matul l-operazzjonijiet ta’ spezzjoni.

3.  L-uffiċjali għandhom iqisu kwalunkwe informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 95(2) ta’ dan ir-Regolament minn osservatur ta’ kontroll abbord il-bastiment tas-sajd li għandu jiġi spezzjonat.

4.  Malli titlesta spezzjoni, l-uffiċjali għandhom jinfurmaw fil-qosor lill-operaturi, kif xieraq, dwar ir-regolamenti tas-sajd rilevanti għaċ-ċirkostanzi prevalenti.

5.  L-uffiċjali għandhom iħallu l-bastiment tas-sajd jew il-post spezzjonat mill-aktar fis possibbli hekk kif titlesta l-ispezzjoni jekk ma tiġi nnutata ebda evidenza ta’ ksur evidenti.

Artikolu 101

L-obbligi tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u, fejn hu xieraq, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom, filwaqt li jkunu edukati u sensittivi, iwettqu l-ispezzjonijiet b’mod professjonali u bi standard għoli.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw li kull ilment li jsir mill-operaturi dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet imwettqa mill-uffiċjali tagħhom jiġi investigat b’mod ġust u ddettaljat skont il-liġi nazzjonali.

3.  L-Istati Membri kostali jistgħu, suġġetti għal arranġamenti xierqa mal-Istat Membru tal-bandiera ta’ bastiment tas-sajd, jistiednu lill-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru biex jipparteċipaw fi spezzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru, waqt li dawk il-bastimenti jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet tal-Istat Membru kostali jew waqt li jkunu qegħdin iħottu l-art fil-portijiet tiegħu.



Taqsima 2

L-ispezzjonijiet fuq il-baħar

Artikolu 102

Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-ispezzjonijiet fuq il-baħar

1.  Kwalunkwe bastiment użat għall-finijiet ta’ kontroll, inkluż għas-sorveljanza, għandu juri, b’mod ċar, fjamma jew simbolu kif jidher fl-Anness XXVIII.

2.  Id-dgħajsa tal-imbark użata biex tiffaċilita t-trasferiment ta' uffiċjali li jkunu qegħdin iwettqu l-ispezzjonijiet għandha ttajjar bandiera jew fjamma simili li tkun ta' daqs li jixraq għad-daqs tad-dgħajsa tal-imbark, biex tindika li hija qed twettaq dmirijiet ta' spezzjoni tas-sajd.

3.  Il-persuni inkarigati mill-bastimenti ta’ spezzjoni għandhom iqisu tajjeb ir-regoli tat-tbaħħir u għandhom jimmanuvraw f’distanza sigura mill-bastiment tas-sajd skont ir-regoli internazzjonali għall-prevenzjoni tal-kolliżjonijiet fuq il-baħar.

Artikolu 103

L-imbarkar fuq bastimenti tas-sajd fuq il-baħar

1.  L-uffiċjali responsabbli għat-twettiq tal-ispezzjoni għandhom jiżguraw li ma tittieħed ebda azzjoni li tista' tikkomprometti s-sigurtà tal-bastiment tas-sajd u tal-ekwipaġġ tiegħu.

2.  L-uffiċjali ma għandhomx jeħtieġu lill-kaptan ta' bastiment tas-sajd li jkun qiegħed jiġi imbarkat jew żbarkat iwaqqaf jew jimmanuvra waqt is-sajd jew iwaqqaf il-kalar u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd. Madankollu, l-uffiċjali jistgħu jeħtieġu l-interruzzjoni jew il-posponiment tal-kalar tal-irkaptu sakemm ikunu mbarkaw jew żbarkaw minn fuq il-bastiment tas-sajd sabiex l-imbarkar jew l-iżbarkar ikun sikur. Fil-każ tal-imbarkar, dan il-posponiment ma għandux jaqbeż it-30 minuta wara li l-uffiċjali jkunu telgħu abbord il-bastiment tas-sajd, sakemm ma jkunx osservat xi ksur. Din id-dispożizzjoni ma taffettwax il-possibbiltà li l-uffiċjali jeħtieġu li l-irkaptu jintrefa’ għall-ispezzjoni.

Artikolu 104

L-attivitajiet abbord

1.  Meta jkunu qegħdin iwettqu l-ispezzjoni tagħhom, l-uffiċjali għandhom jivverifikaw u jieħdu nota tal-oġġetti xierqa kollha previsti fil-modulu x-xieraq tar-rapport tal-ispezzjoni mogħti fl-Anness XXVII għal dan ir-Regolament.

2.  L-uffiċjali jistgħu jeħtieġu lill-kaptan jerfa’ l-irkaptu tas-sajd biex dan jiġi spezzjonat.

3.  It-timijiet tal-ispezzjoni normalment għandhom jinkludu żewġ uffiċjali. Uffiċjali addizzjonali jistgħu jissupplimentaw it-timijiet tal-ispezzjonijiet meta dan ikun meħtieġ.

4.  Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn erba’ sigħat, jew sakemm ix-xibka tintrefa’ u x-xibka u l-qabdiet jiġu spezzjonati, skont liema minnhom ikun l-itwal. Dan ma għandux japplika fil-każ li jiġi osservat ksur evidenti jew f’każ li l-uffiċjali jkunu jeħtieġu aktar informazzjoni.

5.  F’każ li jiġi osservat ksur evidenti, il-marki u s-siġilli ta' identifikazzjoni jistgħu jitwaħħlu b'mod sigur ma’ kwalunkwe parti mill-irkaptu tas-sajd jew mill-bastiment tas-sajd, inklużi ma’ kontenituri tal-prodotti tas-sajd u mal-kompartiment(i) li fih(om) qed jinħażnu, u l-uffiċjal(i) jista’ jibqa’ abbord għaż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-miżuri x-xierqa biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-kontinwità tal-evidenza kollha tal-ksur evidenti.



Taqsima 3

L-ispezzjonijiet fil-port

Artikolu 105

Il-preparazzjoni ta’ spezzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-punti ta’ riferiment definiti fi programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni u fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd għandha sseħħ fil-port jew mal-ħatt l-art, fl-okkażjonijiet li ġejjin:

(a) 

bħala rutina, suġġett għal metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni bbażata fuq il-ġestjoni abbażi tar-riskju; jew

(b) 

fejn ikun hemm suspett ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (b) u mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 106(2) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastiment tas-sajd li se jiġi spezzjonat fil-port jintlaqa' mill-uffiċjali tagħhom mal-wasla tiegħu fil-port.

3.  Il-paragrafu 1 ma jeskludix il-possibbiltà li l-Istati Membri jwettqu spezzjonijiet aleatorji.

Artikolu 106

L-ispezzjonijiet fil-port

1.  Meta jkunu qegħdin iwettqu l-ispezzjonijiet, l-uffiċjali għandhom jivverifikaw u jieħdu nota tal-oġġetti xierqa kollha elenkati fil-modulu korrispondenti tar-rapport tal-ispezzjoni mogħti fl-Anness XXVII għal dan ir-Regolament. L-uffiċjali għandhom iqisu tajjeb kwalunkwe rekwiżit speċifiku li japplika għall-bastiment tas-sajd spezzjonat, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet rilevanti mogħtija fil-pjanijiet multiannwali.

2.  Meta jwettqu spezzjoni ta’ ħatt l-art, l-uffiċjali għandhom iwettqu monitoraġġ tal-proċess sħiħ tal-ħatt l-art mill-bidu sa tmiem l-operazzjoni rispettiva. Għandha ssir kontroverifika tal-kwantitajiet skont l-ispeċijiet irreġistrati fin-notifika minn qabel tal-wasla għall-ħatt l-art ta' prodotti tas-sajd, il-kwantitajiet skont l-ispeċijiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u l-kwantitajiet skont l-ispeċi li jinħattu l-art jew li jkunu ġew ittrażbordati, jkun liema jkun applikabbli. Din id-dispożizzjoni ma teskludix il-possibbiltà li spezzjoni titwettaq wara li jkun beda l-ħatt l-art.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ispezzjoni u l-kontroll effettivi tal-postijiet użati b’rabta mal-attivitajiet tas-sajd u mal-ipproċessar sussegwenti tal-prodotti tas-sajd.

▼M1

Artikolu 107

L-ispezzjoni ta' ċerti attivitajiet ta' ħatt l-art ta' speċijiet pelaġiċi

Għal ħatt l-art tal-aringi, il-kavalli, is-sawrell u l-istokkafixx kif imsemmi fl-Artikolu 78 ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jiżguraw li jiġu spezzjonati tal-anqas 7,5 % tal-kwantitajiet ta' kull speċi li jinħattu l-art u tal-anqas 5 % ta' kulma jinħatt l-art.

▼B



Taqsima 4

L-ispezzjonijiet tat-trasport

Artikolu 108

Il-prinċipji ġenerali

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-pjanijiet multiannwali, l-ispezzjonijiet tat-trasport jistgħu jseħħu fi kwalunkwe post u fi kwalunkwe ħin mill-punt tal-ħatt l-art sal-wasla tal-prodotti tas-sajd fil-post tal-bejgħ jew tal-ipproċessar. Matul it-twettiq tal-ispezzjonijiet, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata ż-żamma tal-katina tal-kesħa tal-prodotti tas-sajd spezzjonati.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-pjanijiet multiannwali u fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali jew fil-programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni, l-ispezzjonijiet tat-trasport għandhom jinkludu, kull fejn hu possibbli, eżami fiżiku tal-prodotti ttrasportati.

3.  L-eżami fiżiku tal-prodotti tas-sajd ittrasportati għandu jinvolvi t-teħid ta’ kampjun rappreżentattiv tat-taqsimiet differenti tal-lott jew tal-lottijiet ittrasportati.

4.  Meta titwettaq spezzjoni tat-trasport, l-uffiċjali għandhom jivverifikaw u jieħdu nota tal-oġġetti kollha msemmija fl-Artikolu 68(5) tar-Regolament ta’ Kontroll u tal-oġġetti xierqa kollha mogħtija fil-modulu tar-rapport mogħti fl-Anness XXVII għal dan ir-Regolament. Dan għandu jinkludi verifika li l-kwantitajiet ta’ prodotti tas-sajd ittrasportati jikkorrispondu mad-dettalji mdaħħlin fid-dokument tat-trasport.

Artikolu 109

Il-vetturi tat-trasport issiġillati

1.  Meta vettura jew kontejner ikunu ġew issiġillati biex jevitaw il-manipulazzjoni tal-merkanzija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numri tas-serje tas-siġilli huma mniżżla fuq id-dokument tat-trasport. L-uffiċjali għandhom jispezzjonaw li s-siġilli huma intatti u li n-numri tas-serje jikkorrispondu għad-dettalji fuq id-dokument tat-trasport.

2.  Meta s-siġilli jitneħħew biex jiffaċilitaw l-ispezzjoni tal-merkanzija qabel ma l-merkanzija tasal fid-destinazzjoni finali, l-uffiċjali għandhom jissostitwixxu s-siġill oriġinali b’siġill frisk, u jirreġistraw id-dettalji tas-siġill fid-dokument tat-trasport u r-raġunijiet għat-tneħħija tas-siġill oriġinali.



Taqsima 5

L-ispezzjonijiet tas-suq

Artikolu 110

Il-prinċipji ġenerali

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw u jieħdu nota tal-oġġetti xierqa kollha elenkati fil-modulu korrispondenti tal-ispezzjoni mogħti fl-Anness XXVII għal dan ir-Regolament meta jżuru mħażen tal-friża, swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, ristoranti jew kwalunkwe post ieħor fejn jinħażen u/jew jinbiegħ il-ħut wara li jkun twettaq il-ħatt l-art.

Artikolu 111

Il-metodoloġiji u t-teknoloġiji addizzjonali

Minbarra l-oġġetti elenkati fl-Anness XXVII, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-metodoloġiji u mit-teknoloġiji disponibbli għall-identifikazzjoni u l-validazzjoni tal-prodotti tas-sajd, tas-sors jew l-oriġini tagħhom u tal-fornituri u l-bastimenti tal-qabdiet jew tal-unitajiet ta’ produzzjoni.

▼M1

Artikolu 112

Il-kontroll tal-prodotti tas-sajd soġġetti għal mekkaniżmu tal-ħżin

L-uffiċjali għandhom jivverifikaw li l-prodotti tas-sajd soġġetti għal mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu 30 u fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ( 10 ).

▼B



KAPITOLU II

Id-dmirijiet tal-operaturi

Artikolu 113

L-obbligi ġenerali tal-operaturi

1.  L-operaturi kollha li jaġixxu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjoni dwar l-obbligi tagħhom taħt ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.  L-operaturi kollha suġġetti għal spezzjoni għandhom:

(a) 

jiffaċilitaw u jipprovdu lill-uffiċjali, fuq talba, bl-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa, inklużi, fejn hu possibbli, kopji tagħhom, jew aċċess għall-bażijiet tad-dejta rilevanti, dwar l-attivitajiet tas-sajd, kif meħtieġ, li għandhom jimtlew u jinżammu f'format elettroniku jew fuq il-karta skont ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(b) 

jiffaċilitaw l-aċċess għall-partijiet kollha tal-bastimenti, tal-postijiet u ta’ kwalunkwe mezz tat-trasport, inklużi tal-inġenji tal-ajru u l-“hovercraft” użati b’rabta mal-attivitajiet tas-sajd u tal-ipproċessar jew assoċjati magħhom;

(c) 

jiżguraw, f’kull ħin, is-sikurezza tal-uffiċjali u jassistu u jikkooperaw b'mod attiv mal-uffiċjali fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet ta' spezzjoni tagħhom;

(d) 

ma jostakolawx lill-uffiċjali li jkunu qegħdin iwettqu l-ispezzjoni, ma jintimidawhomx jew jinterferixxu magħhom, ma jikkawżawx lil xi persuna oħra tostakola lil dawn l-uffiċjali, tintimidahom jew tinterferixxi magħhom, u jimpedixxu lil kull persuna oħra milli tostakolahom, tintimidahom jew tinterferixxi magħhom;

(e) 

fejn hu possibbli, jipprovdu faċilità għal-laqgħat f’iżolament biex l-osservatur ta’ kontroll ikun jista’ jagħti sommarju fil-qosor lill-uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 95(2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 114

L-obbligi tal-kaptan matul l-ispezzjonijiet

1.  Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd li jkun qiegħed jiġi spezzjonat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu:

(a) 

jiffaċilita l-imbark sigur u effettiv tal-uffiċjali skont ir-regoli tat-tbaħħir tajjeb meta jingħata s-sinjal xieraq tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali jew meta l-intenzjoni tal-imbark tiġi stabbilita permezz ta’ komunikazzjoni bir-radju minn bastiment jew ħelikopter li jkun qiegħed jittrasporta uffiċjal;

(b) 

jipprovdi sellum tal-imbark li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness XXIX biex jiġi ffaċilitat l-aċċess sigur u konvenjenti għal kwalunkwe bastiment li jkun qiegħed f’għoli ta’ 1.5 metri jew iżjed;

(c) 

jiffaċilita l-ħidma tal-uffiċjali li jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet ta’ spezzjoni tagħhom billi jipprovdi dik l-assistenza li tkun mitluba u li tkun raġonevoli;

(d) 

jippermetti lill-uffiċjal(i) jikkomunika mal-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera, tal-Istat kostali u tal-Istat tal-ispezzjoni;

(e) 

jiġbed l-attenzjoni tal-uffiċjali għal perikoli tas-sikurezza partikolari abbord il-bastimenti tas-sajd;

(f) 

jipprovdi aċċess lill-uffiċjali għaż-żoni kollha tal-bastiment, għall-qabdiet kollha pproċessati jew mhux ipproċessati, għall-irkapti tas-sajd kollha u għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti;

(g) 

jiffaċilita l-iżbark sikur tal-uffiċjali meta titlesta l-ispezzjoni.

2.  Il-kaptani ma għandhomx ikunu meħtieġa jiżvelaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva tul frekwenzi tar-radju miftuħin.



KAPITOLU III

Ir-rapport tal-ispezzjoni

Artikolu 115

Ir-regoli komuni dwar ir-rapporti tal-ispezzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċjali fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd, ir-rapporti tal-ispezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 76 tar-Regolament ta’ Kontroll għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti li tinsab fil-modulu x-xieraq stabbilit fl-Anness XXVII. Ir-rapporti għandhom jiġu kkompletati mill-uffiċjali matul l-ispezzjoni jew mill-aktar fis possibbli wara li titlesta l-ispezzjoni.

2.  Meta jiġi osservat ksur fid-deher tul spezzjoni, l-elementi legali u materjali flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-ksur għandhom jiġu nklużi fir-rapport tal-ispezzjoni. Meta jiġu osservati diversi ksur matul spezzjoni, għandha tittieħed nota tal-elementi rilevanti ta’ kull ksur fir-rapport tal-ispezzjoni.

3.  L-uffiċjali għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tagħhom lill-persuna fiżika inkarigata mill-bastiment tas-sajd, mill-vettura, mill-inġenju tal-ajru, mill-“hovercraft” jew mill-post li jkun qiegħed jiġi spezzjonat (l-operatur) fi tmiem l-ispezzjoni. L-operatur għandu jkollu l-possibbiltà li jikkummenta dwar l-ispezzjoni u s-sejbiet tagħha. Il-kummenti tal-operatur għandhom jitniżżlu fir-rapport tal-ispezzjoni. F'każ li l-uffiċjali ma jkunux jitkellmu l-lingwa tal-operatur spezzjonat, dawn għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa biex is-sejbiet tagħhom ikunu jinftehmu.

4.  Jekk meħtieġ, l-operatur għandu jkollu d-dritt li jikkuntattja lir-rappreżentant tiegħu jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu, jekk jirriżultaw diffikultajiet serji dwar il-komprensjoni tas-sejbiet tal-ispezzjoni u tar-rapport li jirriżulta.

5.  Il-format tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jiġi deċiż wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Artikolu 116

Il-kompletar tar-rapporti tal-ispezzjoni

1.  Meta r-rapport ta’ spezzjoni jiġi stabbilit manwalment f’format fuq il-karta, għandu jkun jinqara, ma jistax jitħassar u jkun irreġistrat b’mod ċar. L-ebda annotazzjoni fir-rapport ma għandha titħassar jew titbiddel. Jekk isir żball f’rapport stabbilit manwalment, l-annotazzjoni inkorretta għandha tinqata’ b’mod pulit u għandhom jitniżżlu l-inizjali tal-uffiċjal ikkonċernat.

2.  L-uffiċjal responsabbli għall-ispezzjoni għandu jiffirma r-rapport. L-operatur għandu jiġi mistieden jiffirma r-rapport. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali, il-firma tiegħu għandha tikkostitwixxi rikonoxximent tar-rapport u ma għandhiex titqies bħala aċċettazzjoni tal-kontenut tiegħu.

3.  L-uffiċjali jistgħu jistabbilixxu r-rapporti ta’ spezzjoni msemmija fl-Artikolu 115 ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Artikolu 117

Il-kopja tar-rapport ta’ spezzjoni

Għandha tintbagħat kopja tar-rapport ta’ spezzjoni msemmi fl-Artikolu 116 ta’ dan ir-Regolament lill-operatur sa mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol minn meta titlesta l-ispezzjoni u skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkollu s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fil-post fejn tkun twettqet l-ispezzjoni. Jekk jiġi osservat ksur, l-iżvelar tar-rapport għandu jkun suġġett għal-liġijiet dwar l-iżvelar tal-informazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.



KAPITOLU IV

Il-bażi tad-dejta elettronika

Artikolu 118

Il-bażi tad-dejta elettronika

1.  L-Istati Membri għandhom jinkludu, fil-programmi ta’ kontroll nazzjonali tagħhom, proċeduri dwar ir-reġistrazzjoni mill-uffiċjali tagħhom tar-rapporti tal-ispezzjoni fuq il-karta jew f'format elettroniku. Dawn ir-rapporti għandhom jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta elettronika msemmija fl-Artikolu 78 tar-Regolament ta’ Kontroll u għandhom jipprovdu għall-funzjonalitajiet imsemmija fil-punt numru 2 tal-Anness XXIV għal dan ir-Regolament. L-informazzjoni minima miġbura fil-bażi tad-dejta elettronika għandha tkun dawk l-oġġetti nnutati skont l-Artikolu 115(1) ta' dan ir-Regolament u dawk indikati bħala obbligatorji fl-Anness XXVII. Ir-rapporti tal-ispezzjoni fuq il-karta għandu wkoll isirilhom skan u jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta b’dan il-mod.

2.  Il-bażi tad-dejta għandha tkun aċċessibbli għall-Kummissjoni u għall-korp maħtur minnha skont il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 114, 115 u 116 tar-Regolament ta’ Kontroll. Id-dejta rilevanti fil-bażi tad-dejta għandha tkun aċċessibbli wkoll għal Stati Membri oħra fil-kuntest ta’ pjan ta’ użu konġunt.

3.  Id-dejta mir-rapporti tal-ispezzjoni għandha tinżamm disponibbli fil-bażi tad-dejta għal tal-anqas tliet snin.



KAPITOLU V

L-ispetturi tal-unjoni

Artikolu 119

In-notifika tal-ispetturi tal-Unjoni

1.  L-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, b'mod elettroniku, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bl-ismijiet tal-uffiċjali tagħhom li għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-ispetturi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 79 tar-Regolament ta’ Kontroll.

2.  L-uffiċjali li għandhom jiġu inklużi fil-lista:

(a) 

għandu jkollhom esperjenza tajba fil-qasam tal-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd;

(b) 

għandhom ikunu jafu sewwa l-leġiżlazzjoni tas-sajd tal-Unjoni Ewropea;

(c) 

għandhom ikunu jafu sewwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jkunu jafu, b’mod sodisfaċenti, lingwa oħra;

(d) 

għandhom ikunu fiżikament f’saħħithom biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom;

(e) 

għandhom ikunu rċevew, fejn ikun xieraq, it-taħriġ meħtieġ dwar is-sikurezza fuq il-baħar.

Artikolu 120

Il-lista tal-ispetturi tal-Unjoni

1.  Abbażi tan-notifiki tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, il-Kummissjoni għandha tadotta lista tal-ispetturi tal-Unjoni sitt xhur wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

2.  Wara li tkun ġiet stabbilita l-lista inizjali, l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jinnotifikaw kull sena lill-Kummissjoni, sa Ottubru, b’kull emenda għal-lista li jixtiequ jintroduċu għas-sena kalendarja ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista kif meħtieġ sal-31 ta’ Diċembru kull sena.

3.  Il-lista u l-emendi tagħha għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt uffiċjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

Artikolu 121

Il-komunikazzjoni tal-ispetturi tal-Unjoni lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd

Il-korp maħtur mill-Kummissjoni għandu jikkomunika lis-segretarjat ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd il-lista tal-ispetturi tal-Unjoni li se jwettqu spezzjonijiet fil-qafas ta’ dik l-Organizzazzjoni.

Artikolu 122

Is-setgħat u d-dmirijiet tal-ispetturi tal-Unjoni

1.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom l-ispetturi tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni Ewropea u, sa fejn applikabbli, il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn isseħħ l-ispezzjoni jew, meta l-ispezzjoni ssir barra l- ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ , tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd spezzjonat u r-regoli internazzjonali rilevanti.

2.  L-ispetturi tal-Unjoni għandhom jippreżentaw karta tas-servizz li turi l-identità tagħhom u l-kapaċità li joperaw taħtha. Għal dan il-għan għandhom jingħataw dokument ta’ identifikazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd li juri l-identità u l-kapaċità tagħhom.

3.  L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw it-twettiq tad-dmirijiet mill-ispetturi tal-Unjoni u għandhom jagħtuhom dik l-assistenza li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-ispetturi tal-Unjoni jassistu lill-ispetturi nazzjonali fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

5.  L-Artikoli 113 u 114 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw b’mod korrispondenti.

Artikolu 123

Ir-rapporti

1.  L-ispetturi tal-Unjoni għandhom jippreżentaw sommarju ta' kuljum dwar l-attivitajiet ta’ spezzjoni tagħhom, inklużi l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull bastiment tas-sajd jew dgħajsa spezzjonata u t-tip ta’ spezzjoni mwettqa, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu twettqet l-ispezzjoni jew, meta l-ispezzjoni tkun twettqet barra l- ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ , lill-Istat Membru tal-bandiera tal- ►M1  bastiment tas-sajd tal-Unjoni ◄ spezzjonat u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

2.  Jekk l-ispetturi tal-Unjoni josservaw ksur matul spezzjoni, għandhom, mingħajr dewmien, jippreżentaw sommarju tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jew, meta l-ispezzjoni tkun twettqet barra l- ►M1  ilmijiet tal-Unjoni ◄ , lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd spezzjonat u lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. Dan is-sommarju tar-rapport tal-ispezzjoni għandu jispeċifika tal-anqas id-data u l-post tal-ispezzjoni, l-identifikazzjoni tal-pjattaforma ta’ spezzjoni, l-identifikazzjoni tal-mira spezzjonata u t-tip ta’ ksur osservat.

3.  L-ispetturi tal-Unjoni għandhom jippreżentaw ir-rapport sħiħ tal-ispezzjoni b’nota tal-oġġetti rilevanti fil-modulu x-xieraq tar-rapport tal-ispezzjoni mogħti fl-Anness XXVII lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd jew tad-dgħajsa spezzjonata u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu twettqet l-ispezzjoni, fi żmien sebat ijiem mid-data tal-ispezzjoni. Jekk l-ispetturi tal-Unjoni josservaw ksur, għandha tintbagħat ukoll kopja tar-rapport sħiħ tal-ispezzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.

4.  Ir-rapporti ta’ kuljum u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu kkomunikati, fuq talba, lill-Kummissjoni.

Artikolu 124

Is-segwitu tar-rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni dwar ir-rapporti ppreżentati mill-ispetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 123 ta’ dan ir-Regolament bl-istess mod li bih jieħdu azzjoni dwar ir-rapporti ppreżentati mill-uffiċjali tagħhom stess.

2.  L-Istat Membru li jaħtar l-ispettur tal-Unjoni jew, fejn hu xieraq, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, għandu jikkoopera mal-Istat Membru li jkun qiegħed jieħu azzjoni dwar rapport ippreżentat mill-ispettur tal-Unjoni sabiex ikunu ffaċilitati l-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi.

3.  Fuq talba, spettur tal-Unjoni għandu jassisti u jagħti evidenza fi proċeduri ta’ ksur li jinbdew minn kwalunkwe Stat Membru.



TITOLU VII

L-INFURZAR

IS-SISTEMA TA’ PUNTI GĦAL KSUR SERJU

Artikolu 125

L-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ sistema ta’ punti għal ksur serju

Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom ikunu responsabbli:

(a) 

għall-istabbiliment tas-sistema għall-attribuzzjoni tal-punti għal ksur serju, kif imsemmi fl-Artikolu 92(1) tar-Regolament ta’ Kontroll,

(b) 

għall-attribuzzjoni tal-għadd xieraq ta’ punti lid-detentur ta’ liċenzja tas-sajd,

(c) 

għat-trasferiment tal-punti attribwiti lil kull detentur ta' liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat fil-ġejjieni f’każ li dan il-bastiment tas-sajd jinbiegħ, jiġi ttrasferit jew b'xi mod ieħor jinbidel sidu, u

(d) 

għaż-żamma tar-reġistri rilevanti tal-punti attribwiti jew ittrasferiti lid-detentur, għal kull liċenzja tas-sajd.

Artikolu 126

L-attribuzzjoni tal-punti

1.  L-għadd ta’ punti għal ksur serju għandu jiġi attribwit skont l-Anness XXX lid-detentur tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

▼M1

2.  Meta fi spezzjoni waħda jiġu osservati żewġ okkorrenzi ta' ksur serju jew aktar mill-istess persuna fiżika jew ġuridika li tkun id-detentur tal-liċenzja, id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jingħata l-punti għal kull ksur serju kkonċernat kif imsemmi fil-paragrafu 1 sa massimu ta' 12-il punt għall-okkorrenzi kollha.

▼B

3.  Id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jiġi nfurmat li ngħatawlu l-punti.

4.  Il-punti jiġu attribwiti lid-detentur tal-liċenzja fid-data stipulata fid-deċiżjoni tal-attribuzzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali dwar l-effetti ta’ sospensjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni ma jirriżultawx fin-nuqqas ta’ effikaċja tas-sistema tal-punti.

5.  Meta l-ksur serju jiġi osservat fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera, il-punti għandhom jiġu attribwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera msemmija fl-Artikolu 125 ta’ dan ir-Regolament fuq notifika skont l-Artikolu 89(4) tar-Regolament ta’ Kontroll.

Artikolu 127

In-notifika tad-deċiżjonijiet

Jekk l-awtorità maħtura skont l-Artikolu 125 ta’ dan ir-Regolament ma tkunx l-istess bħall-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Kontroll, din tal-aħħar għandha tiġi nfurmata b’kull deċiżjoni meħuda skont dan it-Titolu.

Artikolu 128

It-trasferiment tas-sjieda

Meta bastiment tas-sajd jitpoġġa għall-bejgħ jew għal kull tip ta’ trasferiment ieħor tas-sjieda, id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jinforma lil kwalunkwe detentur futur potenzjali tal-liċenzja bl-għadd ta’ punti li għadhom attribwiti lilu permezz ta' kopja ċċertifikata miġbura mingħand l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 129

Is-sospensjoni u l-irtirar permanenti ta’ liċenzja tas-sajd

1.  L-akkumulazzjoni ta’ 18, 36, 54 u 72 punt minn detentur ta’ liċenzja tas-sajd għandha timplika b’mod awtomatiku l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' sospensjoni tal-liċenzja tas-sajd rispettivament, għall-perjodi rilevanti msemmija fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament ta’ Kontroll.

2.  L-akkumulazzjoni ta’ 90 punt mid-detentur ta’ liċenzja tas-sajd għandha timplika b’mod awtomatiku l-irtirar permanenti tal-liċenzja tas-sajd.

Artikolu 130

Is-segwitu tas-sospensjoni u tal-irtirar permanenti ta’ liċenzja tas-sajd

1.  Jekk liċenzja tas-sajd tkun ġiet sospiża jew irtirata b'mod permanenti skont l-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha tinforma lid-detentur tal-liċenzja tas-sajd immedjatament dwar din is-sospensjoni jew dan l-irtirar permanenti.

2.  Malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jiżgura li l-attività tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat tieqaf b’mod immedjat. Għandu jiżgura li l-bastiment jipproċedi immedjatament lejn il-port tiegħu jew lejn port indikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. Matul il-vjaġġ l-irkaptu tas-sajd għandu jintrabat u jiġi stivat skont l-Artikolu 47 tar-Regolament ta’ Kontroll. Id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jiżgura li kwalunkwe qabda abbord il-bastiment tas-sajd tiġi ttrattata skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

Artikolu 131

It-tħassir tal-liċenzji tas-sajd mil-listi rilevanti

▼M1

1.  Jekk il-liċenzja tas-sajd tiġi sospiża jew irtirata għalkollox skont l-Artikolu 129(1) jew (2) ta' dan ir-Regolament, il-bastiment tas-sajd li miegħu tkun marbuta l-liċenzja tas-sajd sospiża jew irtirata għalkollox, għandu jiġi identifikat bħala bastiment mingħajr liċenzja tas-sajd fir-reġistru nazzjonali msemmi fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dan il-bastiment tas-sajd għandu jkun identifikat ukoll b'dan il-mod fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.  L-irtirar permanenti tal-liċenzja tas-sajd skont l-Artikolu 129(2) ta' dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-limiti tal-kapaċtà tas-sajd tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ il-liċenzja kif imsemmi fl-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

▼B

3.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġġornaw immedjatament il-lista msemmija fl-Artikolu 116(1)(d) tar-Regolament ta’ Kontroll u jagħtu indikazzjoni tal-punti kollha attribwiti u tas-sospensjonijiet u l-irtirar permanenti tal-liċenzji tas-sajd li jirriżultaw minnhom, inkluża d-data li fiha jkunu bdew japplikaw u t-tul ta’ żmien tagħhom.

Artikolu 132

Is-sajd illegali matul il-perjodu ta’ sospensjoni jew wara l-irtirar permanenti ta’ liċenzja tas-sajd

1.  Jekk bastiment tas-sajd li l-liċenzja tas-sajd tiegħu tkun ġiet sospiża jew irtirata b’mod permanenti skont l-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament, iwettaq attivitajiet tas-sajd matul il-perjodu ta’ sospenzjoni jew wara l-irtirar permanenti tal-liċenzja tas-sajd, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri ta' nfurzar immedjati skont l-Artikolu 91 tar-Regolament ta' Kontroll.

2.  Il-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 jista’, fejn ikun xieraq, jiġi inkluż fil-lista tal-bastimenti IUU (illegali, mhux rapportati u mhux regolati) tal-UE skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Artikolu 133

It-tħassir tal-punti

1.  Jekk liċenzja tas-sajd tkun ġiet sospiża skont l-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament, il-punti kollha li fuq il-bażi tagħhom tkun ġiet sospiża l-liċenzja tas-sajd ma għandhomx jitħassru. Kull punt ġdid attribwit lid-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jingħadd mal-punti eżistenti għall-fini tal-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament ta’ Kontroll, jekk il-punti jkunu tħassru skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament ta’ Kontroll, id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jitqies daqslikieku l-liċenzja tas-sajd tiegħu ma kinetx ġiet sospiża skont l-Artikolu 129 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Għandhom jitħassru żewġ punti, dejjem jekk l-ammont totali tal-punti attribwiti lid-detentur tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat ikun ta’ aktar minn tnejn, jekk:

(a) 

il-bastiment tas-sajd li ntuża biex jitwettaq il-ksur li għalih ġew attribwiti l-punti minn hemm 'il quddiem jibda juża l-VMS jew jibda jirreġistra u jikkomunika d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, tat-trażbord u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art b’mod elettroniku mingħajr ma jkun legalment suġġett għal dawn it-teknoloġiji; jew

(b) 

id-detentur tal-liċenzja tas-sajd, wara l-attribuzzjoni tal-punti, joffri li jieħu sehem f’kampanja xjentifika għat-titjib tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd; jew

(c) 

id-detentur tal-liċenzja tas-sajd ikun membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi u huwa jaċċetta pjan tas-sajd adottat mill-organizzazzjoni tal-produtturi fis-sena ta’ wara l-attribuzzjoni tal-punti li jinvolvi tnaqqis ta’ 10 % tal-opportunitajiet tas-sajd għad-detentur tal-liċenzja tas-sajd; jew

(d) 

id-detentur tal-liċenzja tas-sajd jingħaqad f’sajd kopert minn skema ta’ ekotikkettar li hija maħsuba biex tiċċertifika u tippromwovi tikketti għal prodotti li ġejjin mis-sajd għal qabdiet ta’ speċijiet tal-baħar immaniġġjati tajjeb u li tiffoka fuq kwistjonijiet marbutin mal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

Għal kull perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-aħħar ksur serju, id-detentur ta’ liċenzja tas-sajd jista' jgawdi darba biss minn waħda mill-għażliet mogħtija fil-punti (a), (b), (c) jew (d) biex inaqqas l-ammont ta' punti attribwiti, u jista’ jagħmel dan dejjem jekk dan it-tnaqqis ma jwassalx għat-tħassir tal-punti kollha fuq il-liċenzja tas-sajd.

4.  Jekk il-punti jkunu tħassru skont il-paragrafu 3, id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jiġi nfurmat b'dak it-tħassir. Id-detentur tal-liċenzja tas-sajd għandu jiġi nfurmat ukoll bl-għadd ta' punti li jkun għad fadallu.

Artikolu 134

Is-sistema ta’ punti għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu, dwar is-sistemi nazzjonali tal-punti tagħhom għall-kaptani kif imsemmi fl-Artikolu 92(6) tar-Regolament ta’ Kontroll.



TITOLU VIII

IL-MIŻURI BIEX TIĠI ŻGURATA L-KONFORMITÀ MILL-ISTATI MEMBRI MAL-GĦANIJIET TAL-POLITIKA KOMUNI TAS-SAJD

▼M1 —————

▼B



KAPITOLU II

It-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd

Artikolu 139

Ir-regoli ġenerali għat-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd minħabba utilizzazzjoni żejda

1.  Id-daqs tal-utilizzazzjoni żejda tal-opportunitajiet tas-sajd fir-rigward tal-kwoti disponibbli u tal-isforz tas-sajd stabbiliti għal perjodu partikolari, kif imsemmi fl-Artikoli 105(1) u 106(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, għandu jiġi determinat abbażi taċ-ċifri disponibbli fil-ħmistax-il jum tat-tieni xahar wara li jiskadi l-perjodu regolat.

▼M1

2.  Id-daqs tal-eċċess mill-użu tal-opportunitajiet tas-sajd għandu jiġi determinat fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fi tmiem kull perjodu partikolari għall-Istat Membru kkonċernat billi jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, it-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 ( 11 ), l-allokazzjoni mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli skont l-Artikolu 37 tar-Regolament ta' Kontroll u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament ta' Kontroll.

3.  L-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artiklu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għal perjodu partikolari ma għandux ikun permess wara l-aħħar jum tal-ewwel xahar wara li jiskadi dak il-perjodu.

▼B

Artikolu 140

Il-konsultazzjoni dwar it-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd

Għat-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 105(4) u (5) u 106(3) tar-Regolament ta’ Kontroll, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-miżuri ssuġġeriti. L-Istat Membru kkonċernat għandu jwieġeb fi żmien għaxart ijiem (10) tax-xogħol għal din il-konsultazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.



KAPITOLU III

It-tnaqqis tal-kwoti minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd

Artikolu 141

Ir-regoli għat-tnaqqis tal-kwoti minħabba nuqqas ta’ konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd

1.  Id-data ta’ skadenza għall-Istat Membru biex juri li l-attivitajiet tas-sajd jistgħu jitwettqu b’mod sikur, imsemmija fl-Artikolu 107(2) tar-Regolament ta’ Kontroll, għandha tapplika mid-data tal-ittra tal-Kummissjoni lill-Istat Membru.

2.  L-Istati Membri għandhom jinkludu, fit-tweġiba tagħhom taħt l-Artikolu 107(2) tar-Regolament ta’ Kontroll, evidenza materjali li turi lill-Kummissjoni li l-attività tas-sajd tista’ titwettaq b’mod sikur.

Artikolu 142

Id-determinazzjoni tal-kwantitajiet li għandhom jitnaqqsu

1.  Kwalunkwe tnaqqis ta’ kwoti skont l-Artikolu 107 tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jkun proporzjonali għall-grad u n-natura tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-istokkijiet li huma suġġetti għal pjanijiet multiannwali u għall-gravità tat-theddida għall-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet. Għandu jitqies id-dannu kkawżat lil dawn l-istokkijiet min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-istokkijiet li huma suġġetti għal pjanijiet multiannwali.

2.  Jekk ma jistax isir tnaqqis tal-kwota, tal-allokazzjoni jew tas-sehem tal-istokk jew tal-grupp ta’ stokkijiet li għalihom jirreferi n-nuqqas ta’ konformità skont il-paragrafu 1 minħabba li l-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tal-istokk jew tal-grupp ta’ stokkijiet inkwistjoni mhumiex disponibbli jew mhumiex disponibbli biżżejjed għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tnaqqas fis-sena jew fis-snin ta’ wara l-kwoti għal stokkijiet oħra jew għal gruppi ta’ stokkijiet oħra li huma disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika, jew li għandhom l-istess valur kummerċjali skont il-paragrafu 1.



TITOLU IX

ID-DEJTA U L-INFORMAZZJONI



KAPITOLU I

L-analiżi u l-verifika tad-dejta

Artikolu 143

Is-suġġett

Is-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 109(1) tar-Regolament ta’ Kontroll għandha tinkludi b’mod partikolari:

(a) 

bażi tad-dejta waħda jew iżjed li fiha tinħażen id-dejta kollha li għandha tiġi vvalidata minn din is-sistema, kif imsemmi fl-Artikolu 144 ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

proċeduri ta’ validazzjoni li jinkludu kontrolli tal-kwalità tad-dejta u analiżi u kontroverifiki ta’ din id-dejta kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 145 ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

proċeduri għall-aċċess għal din id-dejta kollha mill-Kummissjoni jew minn korp maħtur minnha, kif imsemmi fl-Artikolu 146 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 144

Id-dejta li għandha tiġi vvalidata

1.  Għall-fini tas-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta kollha msemmija fl-Artikolu 109(2) tar-Regolament ta’ Kontroll tinħażen f’bażi tad-dejta kompjuterizzata waħda jew iżjed. L-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fiha huma l-oġġetti elenkati fl-Anness XXIII, dawk indikati bħala obbligatorji fl-Anness XXVII, l-oġġetti fl-Anness XII u l-oġġetti fl-Anness XXXII. Is-sistema ta’ validazzjoni tista’ tqis ukoll kwalunkwe dejta oħra meqjusa bħala meħtieġa għall-fini tal-proċeduri ta’ validazzjoni.

2.  Id-dejta fil-bażijiet tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aċċessibbli għas-sistema ta’ validazzjoni fuq bażi kontinwa u fil-ħin immedjat. Is-sistema ta’ validazzjoni għandu jkollha aċċess dirett għal dawn il-bażijiet tad-dejta kollha mingħajr ebda intervent uman. Għal dan il-għan, il-bażijiet tad-dejta jew is-sistemi kollha fi Stat Membru li jiġbru fihom id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu marbutin ma’ xulxin.

3.  Jekk id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 ma tinħażinx b’mod awtomatiku f’bażi tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jaħsbu għall-annotazzjoni manwali jew għad-diġitizzazzjoni fil-bażijiet tad-dejta, mingħajr dewmien u billi jiġu rrispettati d-dati ta’ skadenza stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti. Id-data ta’ meta tasal id-dejta u tal-annotazzjoni tad-dejta għanda tiġi rreġistrata tajjeb fil-bażi tad-dejta.

Artikolu 145

Il-proċeduri ta’ validazzjoni

1.  Is-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata għandha tivvalida kull sett tad-dejta msemmi fl-Artikolu 144(1) ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ algoritmi u proċeduri kompjuterizzati awtomatizzati u b’mod kontinwu, sistematiku u dettaljat. Il-validazzjoni għandha tiġbor fiha proċeduri biex tiġi kkontrollata l-kwalità bażika tad-dejta u biex jiġu kkontrollati l-format tad-dejta u r-rekwiżiti minimi tad-dejta, kif ukoll verifika iżjed avvanzata permezz tal-analiżi fid-dettall ta’ diversi reġistri ta’ sett tad-dejta, bl-użu ta’ metodi statistiċi, jew billi ssir kontroverifika tad-dejta li ġejja minn sorsi differenti.

2.  Għal kull proċedura ta' validazzjoni, għandu jkun hemm regola kummerċjali jew sett ta' regoli kummerċjali li jiddefinixxu liema validazzjonijiet huma eżegwiti skont il-proċedura, kif ukoll fejn huma maħżuna r-riżultati ta' dawn il-validazzjonijiet. Meta jkun applikabbli, għandha tiġi indikata r-referenza rilevanti għal-leġiżlazzjoni li l-applikazzjoni tagħha tkun qiegħda tiġi vverifikata. Il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, sett standard ta’ regoli kummerċjali li għandhom jintużaw.

3.  Ir-riżultati kollha tas-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, għandhom jinħażnu f’bażi tad-dejta. Wieħed għandu jkun jista’ jidentifika immedjatament kwalunkwe inkonsistenza jew kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità osservata mill-proċeduri ta’ validazzjoni, kif ukoll is-segwitu ta’ dawn l-inkonsistenzi. Wieħed għandu jkun jista’ jirkupra wkoll l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd, tal-kaptani tal-bastimenti jew tal-operaturi li għalihom kienu osservati inkonsistenzi u kwistjonijiet possibbli ta' nuqqas ta’ konformità b’mod ripetut matul l-aħħar tliet snin.

4.  Is-segwitu tal-inkonsistenzi osservati mis-sistema ta' validazzjoni għandu jkun marbut mar-riżultati tal-validazzjoni, b'indikazzjoni tad-data tal-validazzjoni u tas-segwitu.

Jekk l-inkonsistenza osservata hija identifikata bħala r-riżultat ta’ annotazzjoni ħażina tad-dejta, dik l-annotazzjoni tad-dejta għandha tiġi kkoreġuta fil-bażi tad-dejta, bid-dejta tiġi mmarkata b'mod ċar bħala waħda li ġiet ikkoreġuta, kif ukoll bir-rappurtar tal-valur jew tal-annotazzjoni oriġinali u r-raġuni għall-korrezzjoni tad-dejta.

Jekk l-inkonsistenza osservata twassal għal segwitu, ir-riżultat tal-validazzjoni għandu jkollu ħolqa għar-rapport tal-ispezzjoni, fejn hu xieraq, u għas-segwitu tiegħu.

Artikolu 146

L-aċċess mill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha jkollu aċċess f’kull ħin u fil-ħin immedjat:

(a) 

għad-dejta kollha msemmija fl-Artikolu 144(1) ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

għar-regoli kummerċjali kollha ddefiniti għas-sistema ta’ validazzjoni, li jinkludu d-definizzjoni, il-leġiżlazzjoni rilevanti u l-post fejn ir-riżultati tal-validazzjoni huma maħżuna;

(c) 

għar-riżultati tal-validazzjoni kollha u l-miżuri ta’ segwitu, b’markatur jekk l-oġġett tad-dejta ġie korrett, u b’ħolqa għall-proċeduri ta’ ksur jekk dan ikun applikabbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm aċċess għad-dejta msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għall-iskambju awtomatizzat tad-dejta permezz tas-servizzi tal-internet siguri, kif definit fl-Artikolu 147 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Id-dejta għandha tkun magħmula disponibbli biex titniżżel skont il-format għall-iskambju tad-dejta u l-elementi kollha tad-dejta kif definit fl-Anness XII u fil-format tal-XML. L-oġġetti tad-dejta l-oħrajn li se jkunu aċċessibbli u li mhumiex definiti fl-Anness XII għandhom ikunu disponibbli fil-format kif definit fl-Anness XXXII.

4.  Il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom jingħataw il-possibbiltà li jniżżlu d-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe perjodu u għal kwalunkwe żona ġeografika għal bastiment tas-sajd individwali jew għal-lista ta’ bastimenti tas-sajd.

5.  Fuq talba raġunata tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkoreġi mingħajr dewmien id-dejta li għaliha l-Kummissjoni tkun identifikat inkonsistenzi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri rilevanti l-oħrajn b’din il-korrezzjoni mingħajr dewmien.

▼M1



KAPITOLU Ia

Ir-regoli għall-iskambju tad-dejta

▼M2

Artikolu 146a

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli dettaljati għall-iskambju tad-data kif imsemmi fl-Artikoli 111 u 116 tar-Regolament ta’ Kontroll, għall-iskambju tad-data tar-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza kif imsemmi fl-Artikoli 71, 76 u 83 tar-Regolament ta’ Kontroll, kif ukoll għan-notifika tad-data dwar il-qbid kif imsemmi fl-Artikolu 33(2) u (4) tar-Regolament ta’ Kontroll.

▼M1

Artikolu 146b

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Is-saff tat-trażmissjoni” tfisser in-netwerk elettroniku għal skambji tad-dejta dwar is-sajd kif disponibbli mill-Kummissjoni għall-Istati Membri kollha u l-korp maħtur minnha biex jiskambjaw dejta b'mod standardizzat.

(b) 

“Rapport” tfisser l-informazzjoni rreġistrata b'mezzi elettroniċi.

(c) 

“Messaġġ” tfisser ir-rapport fil-format għat-trażmissjoni.

(d) 

“Talba” tfisser messaġġ elettroniku li jkun fih rikjesta għal sett ta' rapporti.

Artikolu 146c

Prinċipji ġenerali

1.  Il-messaġġi kollha għandhom jiġu skambjati skont l-istandard P1000 taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT). Għandhom jintużaw biss entrati tad-dejta, komponenti ewlenin, oġġetti u messaġġi XML ifformattjati sew skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML abbażi tal-libreriji ta' standardizzazzjoni tal-UN/CEFACT.

2.  Il-formati tar-rapport għandhom jibbażaw fuq l-istandards tal-UN/CEFACT kif imsemmi fl-Anness XII u għandhom isiru disponibbli fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

3.  Għal kull messaġġ għandhom jintużaw id-Definizzjoni tal-Iskema XML u l-kodiċijiet li hemm fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

4.  Id-data u l-ħin għandhom jintbagħtu bħala l-ħin universali koordinat (UTC).

5.  Ir-rapporti kollha għandu jkollhom identifikatur uniku tar-rapport.

6.  Għandu jintuża identifikatur uniku tal-vjaġġ tas-sajd li jkun jinqara mill-bniedem ħalli d-dejta tal-ġurnal tas-sajd tkun tista' tintrabat mad-dejta tad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art, mad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trażbord, mad-dejta tan-noti tal-bejgħ, mad-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trasferiment u mad-dejta tad-dokument tat-trasport.

7.  Ir-rapporti relatati ma' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandu jkollhom in-numru ta' identifikazzjoni tal-bastiment kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 ( 12 ).

8.  L-Istati Membri għandhom jużaw id-dokumenti ta' implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea ħalli jiżguraw l-iskambju tal-messaġġi.

Artikolu 146d

It-trażmissjoni tal-messaġġi

1.  Kull trasmissjonijiet għandha tkun għalkollox awtomatika u immedjata, mis-saff tat-trażmissjoni.

2.  Qabel jibgħat messaġġ, il-mittent għandu jwettaq verifika awtomatika ħalli jara li l-messaġġ hu korrett skont is-sett minimu ta' regoli ta' validazzjoni u ta' verifika li hemm disponibbli fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

3.  Ir-riċevitur għandu jinforma lil mittent li wasallu l-messaġġ billi jibgħat messaġġ lura skont il-P1000-1 tal-UN/CEFACT: Il-prinċipji ġenerali. Il-messaġġi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti u t-tweġibiet għal xi talba ma għandhomx jirċievu messaġġ lura.

4.  Meta l-mittent ikollu diffikultà teknika u ma jkunx jista' jiskambja aktar messaġġi, dan għandu jgħarraf bil-problema lir-riċevituri kollha. Il-mittent għandu jieħu azzjoni mill-ewwel biex isewwi l-problema. Kull messaġġ li jrid jintbagħat lil xi riċevitur għandu jinħażen sakemm tissolva l-problema.

5.  Meta d-diffikultà teknika tinqala' lir-riċevitur u ma jkunx jista' jirċievi aktar messaġġi, dan għandu jgħarraf bil-problema lill-mittenti kollha. Ir-riċevitur għandu jieħu azzjoni mill-ewwel biex isewwi l-problema.

6.  Meta tissewwa xi diffikultà teknika relatata ma' mittent, dan għandu jibgħat minnufih kull messaġġ li ma jkunx għadu ntbagħat. Tista' tintuża proċedura ta' segwitu manwali.

7.  Meta tissewwa xi diffikultà teknika relatata ma' riċevitur, il-messaġġi li ma laħqux waslu għandhom ikunu aċċessibbli meta jintalbu. Tista' tintuża proċedura ta' segwitu manwali.

8.  Il-Kummissjoni u kull mittent u riċevitur tal-messaġġi għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' sostituzzjoni għal kontinwità tan-negozju.

Artikolu 146e

Korrezzjonijiet

Il-korrezzjonijiet fir-rapporti għandhom jiġu rreġistrati bl-istess format bħar-rapport oriġinali, filwaqt li jiġi indikat li r-rapport hu korrezzjoni skont il-P1000-1 tal-UN/CEFACT: Il-prinċipji ġenerali.

Artikolu 146f

L-iskambju tad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti

1.  Il-format li għandu jintuża biex tiġi rappurtata d-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għad-Dominju tal-Pożizzjoni tal-Bastimenti abbażi tal-P1000-7 tal-UN/CEFACT.

2.  Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibagħtu l-messaġġi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti.

3.  Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi wkoll iwieġbu t-talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti għal vjaġġi tas-sajd li jkunu bdew matul is-36 xahar ta' qabel.

Artikolu 146g

L-iskambju tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd

1.  Il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-dejta tal-ġurnal tas-sajd, tad-dikjarazzjoni tat-trażbord, tad-dejta tan-notifika minn qabel u tad-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, kif imsemmi fl-Artikoli 15, 17, 22 u 24 tar-Regolament ta' Kontroll, bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għad-Dominju tal-Attività tas-Sajd abbażi tal-P1000-3 tal-UN/CEFACT.

2.  Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibagħtu messaġġi dwar l-attività tas-sajd u jwieġbu t-talbiet għad-dejta dwar l-attività tas-sajd għal vjaġġi tas-sajd li jkunu bdew matul is-36 xahar ta' qabel.

Artikolu 146h

L-iskambju tad-dejta relatata mal-bejgħ

1.  Il-format li għandu jintuża għall-iskambju tan-noti tal-bejgħ u d-dejta tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment, kif imsemmi fl-Artikoli 63 u 67 tar-Regolament ta' Kontroll, bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għas-Settur tal-Bejgħ abbażi tal-P1000-5 tal-UN/CEFACT.

2.  Meta d-dejta tad-dokument tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament ta' Kontroll tiġi skambjata bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, il-format użat għandu jkun ibbażat wkoll fuq il-P1000-5 tal-UN/CEFACT.

3.  Is-sistemi tal-Istat Membru għandhom ikunu kapaċi jibagħtu messaġġi ta' noti tal-bejgħ u ta' dikjarazzjonijiet tat-trasferiment u jwieġbu t-talbiet għal dejta tan-noti tal-bejgħ u tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment għal operazzjonijiet li jkunu ġraw matul is-36 xahar ta' qabel.

Artikolu 146i

It-trażmissjoni tad-dejta aggregata dwar il-qbid

▼M2

1.  L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jużaw id-Definizzjoni tal-Iskema XML abbażi tal-P1000-12 tal-UN/CEFACT bħala l-format biex jibagħtu d-data aggregata dwar il-qbid imsemmija fl-Artikolu 33(2) u (4) tar-Regolament ta’ Kontroll lill-Kummissjoni.

▼M1

2.  Id-dejta fir-rapport dwar il-qbid għandha tkun aggregata għal kull xahar meta jkunu nqabdu l-ispeċijiet.

▼M2

3.  Il-kwantitajiet mogħtija fir-rapport dwar il-qbid għandhom ikunu bbażati fuq il-kwantitajiet li jinħattu l-art. Jekk il-qabdiet ikun għadhom ma nħattux, għandu jiġi pprovdut rapport dwar l-istima tal-qbid, bl-indikazzjoni “miżmum abbord”. Għandha tintbagħat korrezzjoni bl-ammont eżatt tal-piż u bil-post ta’ ħatt l-art qabel il-15 tax-xahar wara ħatt l-art.

▼M1

4.  Meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tkun teħtieġ ir-rappurtar tal-istokkijiet jew tal-ispeċijiet f'diversi rapporti dwar il-qbid b'diversi livelli ta' aggregazzjoni, dawn l-istokkijiet jew l-ispeċijiet għandhom jiġu rrappurtati biss fl-aktar rapport dettaljat meħtieġ.

Artikolu 146j

Bidliet fil-formati XML u fid-dokumenti ta' implimentazzjoni

▼M2

1.  L-emendi fil-formati XML u fid-dokumenti ta’ implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambji elettroniċi kollha tad-data bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, inklużi l-emendi minħabba l-Artikoli 146f, 146 g, 146h u 146k, għandha tiddeċidihom il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri.

▼M1

2.  L-emendi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissemmew ċar u tond fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea u mmarkati bid-data meta l-emenda tidħol fis-seħħ. Dawn l-emendi ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel jgħaddu 6 xhur jew wara 18-il xahar minn meta jkunu ġew deċiżi. Il-waqt opportun għandha tiddeċidih il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri.

▼M2

Artikolu 146k

Skambju tad-data relatata mal-ispezzjoni u mas-sorveljanza

1.  Il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-data tar-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza, imsemmija fl-Artikoli 71, 76 u 83 tar-Regolament ta’ Kontroll, bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandu jkun skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għad-Dominju tal-Ispezzjoni u tas-Sorveljanza abbażi tal-P1000-8 tal-UN/CEFACT.

2.  Minn data stabbilita mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri skont l-Artikolu 146j(2), is-sistemi tal-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jibagħtu messaġġi ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza u jwieġbu għat-talbiet għad-data ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza skont id-Definizzjoni tal-Iskema XML għad-Dominju tal-Ispezzjoni u tas-Sorveljanza abbażi tal-P1000-8 tal-UN/CEFACT.

▼B



KAPITOLU II

Il-websajts tal-istati membri

Artikolu 147

It-tħaddim tal-websajts u tas-servizzi tal-web

1.  Għall-fini tal-websajts uffiċjali msemmija fl-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament ta’ Kontroll, l-Istati Membri għandhom joħolqu servizzi tal-web. Dawn is-servizzi tal-web għandhom jiġġeneraw kontenut dinamiku u f’ħin immedjat għall-websajts uffiċjali u għandhom jipprovdu aċċess awtomatizzat għad-dejta. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-bażijiet tad-dejta eżistenti tagħhom jew joħolqu bażijiet tad-dejta ġodda sabiex jipprovdu l-kontenut meħtieġ tas-servizzi tal-web.

2.  Dawn is-servizzi tal-web għandhom jippermettu lill-Kummissjoni u lill-korp maħtur minnha jieħdu d-dejta kollha disponibbli msemmija fl-Artikoli 148 u 149 ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe ħin. Dak il-mekkaniżmu ta’ teħid awtomatizzat tad-dejta għandu jkun ibbażat fuq il-protokoll u l-format tal-iskambju tal-informazzjoni b’mod elettroniku msemmija fl-Anness XII. Is-servizzi tal-web għandhom jinħolqu skont standards internazzjonali.

3.  Kull sottopaġna tal-websajt uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha menu fuq in-naħa tax-xellug fejn ikunu elenkati l-iperlinks għas-sottopaġni kollha l-oħra. Għandu jkollha wkoll id-definizzjoni tas-servizz tal-web relatat fin-naħa t’isfel tas-sottopaġna.

4.  Is-servizzi tal-web u l-websajts għandhom jintużaw b’mod ċentralizzat u għandu jkun hemm punt wieħed biss ta’ aċċess uniku għal kull Stat Membru.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards komuni, speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għall-interfaċċja tal-websajt, sistemi kompjuterizzati teknikament kompatibbli u servizzi tal-web fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-korp maħtur minnha. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-proċess biex toħloq dawk l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri wara konsultazzjoni mal-Istati Membri.

Artikolu 148

Il-websajt u s-servizzi tal-web li huma aċċessibbli pubblikament

1.  Il-parti tal-websajt li hija aċċessibbli pubblikament għandu jkollha paġna ta’ ħarsa ġenerali u sottopaġni differenti. Il-paġna pubblika ta' ħarsa ġenerali għandha telenka l-iperlinks li jkollhom ir-referenzi mogħtija fl-Artikolu 115(a) sa (g) tar-Regolament ta’ Kontroll u li jirreferu għas-sottopaġni li jipprovdu l-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

2.  Kull sottopaġna pubblika għandu jkollha tal-anqas wieħed mill-oġġetti ta’ informazzjoni elenkati fl-Artikolu 115(a) sa (g) tar-Regolament ta’ Kontroll. Is-sottopaġni, kif ukoll is-servizzi tal-web relatati, għandu jkollhom tal-anqas l-informazzjoni mogħtija fl-Anness XXXIII.

Artikolu 149

Il-websajt u s-servizzi tal-web siguri

1.  Il-parti sigura tal-websajt għandu jkollha paġna ta’ ħarsa ġenerali u sottopaġni differenti. Il-paġna ta’ ħarsa ġenerali sigura għandha telenka l-iperlinks li jkollhom ir-referenzi mogħtija fl-Artikolu 116(1)(a) sa (h) tar-Regolament ta’ Kontroll u li jirreferu għas-sottopaġni li jipprovdu l-informazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu.

2.  Kull sottopaġna sigura għandu jkollha tal-anqas wieħed mill-oġġetti ta’ informazzjoni elenkati fl-Artikolu 116(1)(a) sa (h) tar-Regolament ta’ Kontroll. Is-sottopaġni, kif ukoll is-servizzi tal-web relatati, għandu jkollhom tal-anqas l-informazzjoni mogħtija fl-Anness XXIV.

3.  Kemm il-websajt sigura kif ukoll is-servizzi tal-web siguri għandhom jużaw iċ-ċertifikati elettroniċi msemmija fl-Artikolu 116(3) tar-Regolament ta’ Kontroll.



TITOLU X

L-IMPLIMENTAZZJONI



KAPITOLU I

L-assistenza reċiproka



Taqsima 1

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 150

L-ambitu

1.  Dan il-Kapitolu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri għandhom jikkooperaw amministrattivament ma’ xulxin, ma’ pajjiżi terzi, mal-Kummissjoni u mal-korp maħtur minnha sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-Regolament ta’ Kontroll u ta’ dan ir-Regolament. Ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu forom oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

2.  Dan il-Kapitolu ma għandux jorbot lill-Istati Membri biex jagħtu assistenza lil xulxin meta din x’aktarx tkun ta’ ħsara għas-sistema ġuridika nazzjonali tagħhom, għall-politika pubblika, għas-sigurtà jew għal interessi fundamentali oħrajn tagħhom. Qabel ma jiċħad talba għall-assistenza, l-Istat Membru li jkun intalab l-assistenza għandu jikkonsulta mal-Istat Membru applikant biex jiddeterminaw jekk tistax tingħata xi assistenza parzjali, suġġetta għal termini u kundizzjonijiet speċifiċi. Meta ma tkunx tista’ tintlaqa’ talba għall-assistenza, l-Istat Membru applikant u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha għandhom minnufih jiġu nnotifikati b'dan u għandhom jingħataw ir-raġunijiet għal dan.

3.  Dan il-Kapitolu ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri kriminali u l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali fl-Istati Membri, inklużi dawk dwar is-segretezza f'inkjesti ġudizzjarji.

Artikolu 151

L-ispejjeż

L-Istati Membri għandhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom biex jeżegwixxu talba għall-assistenza u għandhom iwarrbu l-klejms kollha għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba huwa u jiġi applikat dan it-Titolu.

Artikolu 152

L-awtorità unika

L-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Kontroll għandha taġixxi bħala uffiċċju uniku ta’ koordinazzjoni responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 153

Il-miżuri ta’ segwitu

1.  Meta l-awtoritajiet nazzjonali jiddeċiedu, bi tweġiba għal talba għall-assistenza bbażata fuq dan il-Kapitolu jew wara skambju spontanju ta' informazzjoni, li jieħdu miżuri li jistgħu jiġu implimentati biss bl-awtorizzazzjoni jew fuq it-talba ta’ awtorità ġudizzjarja, għandhom jikkomunikaw lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha kull informazzjoni dwar dawk il-miżuri li hija relatata man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2.  Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ dan it-tip għandu jkollha l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità ġudizzjarja jekk din l-awtorizzazzjoni tkun meħtieġa mil-liġi nazzjonali.



Taqsima 2

L-informazzjoni mingħajr talba minn qabel

Artikolu 154

L-informazzjoni mingħajr talba minn qabel

1.  Meta Stat Membru jsir konxju minn kwalunkwe nuqqas ta’ konformità potenzjali mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari minn ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, jew meta jissuspetta b’mod raġonevoli li jista’ jseħħ dan il-ksur, għandu javża lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha mingħajr dewmien. Dik in-notifika għandha tforni l-informazzjoni kollha meħtieġa u għandha ssir permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 152 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Meta Stat Membru jieħu miżuri ta’ nfurzar dwar nuqqas ta’ konformità jew ksur imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 152 ta’ dan ir-Regolament.

3.  In-notifiki kollha skont dan l-Artikolu għandhom isiru bil-miktub.



Taqsima 3

It-talbiet għall-assistenza

Artikolu 155

Id-definizzjoni

Għall-fini ta’ din it-Taqsima, “talba għall-assistenza” tfisser talba magħmula minn Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni jew mill-korp maħtur minnha lil Stat Membru għal:

(a) 

informazzjoni li tinkludi informazzjoni skont l-Artikolu 93(2) u (3) tar-Regolament ta’ Kontroll;

(b) 

miżuri ta’ infurzar; jew

(c) 

notifika amministrattiva.

Artikolu 156

Ir-rekwiżiti ġenerali

1.  L-Istat Membru applikant għandu jiżgura li t-talbiet kollha għall-assistenza jkun fihom biżżejjed informazzjoni biex l-Istat Membru li jintalab l-assistenza jkun jista' jissodisfa t-talba, inkluża kwalunkwe evidenza meħtieġa li tista’ tinkiseb fit-territorju tal-Istat Membru applikant.

2.  It-talbiet għall-assistenza għandhom ikunu limitati għal każijiet sostanzjati fejn ikun hemm raġuni raġonevoli biex wieħed jemmen li kien hemm nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, u meta l-Istat Membru applikant ma jkunx jista’ jikseb l-informazzjoni mitluba jew jieħu l-miżuri mitluba bil-mezzi tiegħu stess.

Artikolu 157

Il-komunikazzjoni tat-talbiet u tat-tweġibiet

1.  It-talbiet għandhom jintbagħtu biss mill-awtorità unika tal-Istat Membru applikant, mill-Kummissjoni jew mill-korp maħtur minnha lill-awtorità unika tal-Istat Membru mitlub. It-tweġibiet kollha għal talba għandhom jiġu kkomunikati bl-istess mod.

2.  It-talbiet għall-assistenza reċiproka u t-tweġibiet rispettivi għandhom isiru bil-miktub.

3.  Il-lingwi użati għat-talbiet u t-tweġibiet għandhom jinftehmu mill-awtoritajiet uniċi kkonċernati qabel ma jsiru t-talbiet. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda ftehim, it-talbiet għandhom jiġu kkomunikati fil-lingwa (lingwi) uffiċjali tal-Istat Membru applikant u t-tweġibiet bil-lingwa (lingwi) uffiċjali tal-Istat Membru mitlub.

Artikolu 158

It-talbiet għall-informazzjoni

1.  Stat Membru għandu, fuq talba ta’ Stat Membru applikant, tal-Kummissjoni jew tal-korp maħtur minnha, iforni kwalunkwe informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk kienx hemm nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, jew biex jiġi stabbilit jekk hemmx suspett raġonevoli li dan jista’ jseħħ. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 152 ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istat Membru mitlub għandu, fuq talba tal-Istat Membru applikant, tal-Kummissjoni jew tal-korp maħtur minnha, iwettaq l-inkjesti amministrattivi x-xierqa dwar operazzjonijiet li jikkostitwixxu jew li, għall-applikant, jidhru li jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll. L-Istat Membru mitlub għandu jikkomunika r-riżultati ta’ dawn l-inkjesti amministrattivi lill-Istat Membru applikant u lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha.

3.  Fuq talba tal-Istat Membru applikant, tal-Kummissjoni jew tal-korp maħtur minnha, l-Istat Membru mitlub jista’ jippermetti lil uffiċjal kompetenti tal-Istat Membru applikant jakkumpanja lill-uffiċjali tal-Istat Membru mitlub, tal-Kummissjoni jew tal-korp maħtur minnha, matul l-inkjesti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2. Safejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri kriminali jirrestrinġu ċerti atti għall-uffiċjali speċifikament maħtura mil-liġi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Istat Membru applikant ma għandhomx jieħdu sehem f'dawn l-atti. F'ebda każ ma għandhom jipparteċipaw fi tfittxijiet fuq il-post jew f’interrogazzjonijiet formali ta’ persuni taħt il-liġi kriminali. L-uffiċjali tal-Istati Membri applikanti preżenti fl-Istat Membru mitlub għandhom f'kull ħin ikunu jistgħu jippreżentaw mandat bil-miktub li jiddikjara l-identità tagħhom u l-funzjonijiet uffiċjali tagħhom.

4.  Fuq it-talba tal-Istat Membru applikant, l-Istat Membru mitlub għandu jfornih b’kull dokument jew kopji awtentikati fil-pussess tiegħu li jirrelataw man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew mal-ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll.

5.  Il-format standard għall-iskambju tal-informazzjoni fuq talba huwa mogħti fl-Anness XXXIV.

Artikolu 159

It-talbiet għall-miżuri ta’ infurzar

1.  Fuq il-bażi tal-evidenza msemmija fl-Artikolu 156 ta’ dan ir-Regolament, Stat Membru mitlub għandu, fuq talba ta’ Stat Membru applikant, tal-Kummissjoni jew tal-korp maħtur minnha, jieħu l-miżuri ta’ infurzar kollha meħtieġa biex iwaqqaf, fit-territorju tiegħu jew fl-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu, kull nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew kull ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll mingħajr dewmien.

2.  L-Istat Membru mitlub jista’ jikkonsulta mal-Istat Membru applikant, mal-Kummissjoni jew mal-korp maħtur minnha tul it-teħid tal-miżuri ta' infurzar imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istat Membru mitlub għandu jirrapporta l-miżuri meħuda u l-effett tagħhom lill-Istat Membru applikant, lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 152 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 160

Id-data ta’ skadenza għat-tweġibiet għat-talbiet għall-informazzjoni u għall-miżuri ta’ infurzar

1.  L-Istat Membru mitlub għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 158(1) u fl-Artikolu 159(3) ta’ dan ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun, iżda mhux iżjed tard minn 4 ġimgħat wara d-data li fiha tasal it-talba. Jistgħu jiġu miftehma limiti taż-żmien differenti bejn l-Istat Membru mitlub u dak applikant, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha.

2.  Meta l-Istat Membru mitlub ma jkunx f’pożizzjoni li jwieġeb għat-talba sad-data ta’ skadenza, għandu jinforma lill-Istat Membru applikant, lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha bil-miktub bir-raġuni għan-nuqqas tiegħu li jagħmel dan, u jindika meta jaħseb li se jkun jista' jwieġeb.

Artikolu 161

It-talbiet għal notifika amministrattiva

1.  Stat Membru mitlub għandu, fuq talba ta’ Stat Membru applikant u skont ir-regoli nazzjonali tiegħu li jirregolaw in-notifika ta' strumenti u deċiżjonijiet simili, jinnotifika lill-persuna indirizzata bl-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-qasam kopert mill-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari dwar il-kwistjonijiet irregolati mir-Regolament ta’ Kontroll jew minn dan ir-Regolament li ġejjin mill-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Membru applikant u li għandhom jiġu applikati fit-territorju tal-Istat Membru mitlub.

2.  It-talbiet għal notifika għandhom isiru billi tintuża l-formola standard mehmuża ma’ dan ir-Regolament fl-Anness XXXV.

3.  L-Istat Membru mitlub għandu jikkomunika t-tweġiba tiegħu lill-Istat Membru applikant immedjatament wara li ssir in-notifika permezz tal-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 152 ta’ dan ir-Regolament. It-tweġiba għandha ssir billi tintuża l-formola standard mogħtija fl-Anness XXXVI.



Taqsima 4

Ir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni jew mal-korp maħtur minnha

Artikolu 162

Il-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha

1.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha hekk kif ikollu disponibbli kwalunkwe informazzjoni li jqis li hija rilevanti dwar metodi, prattiki jew tendenzi żvelati użati jew suspettati li kienu użati f’każijiet ta' nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari fi ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll.

2.  Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandha tikkomunika lill-Istati Membri, hekk kif tkun disponibbli, kull informazzjoni li tista' tgħinhom fl-infurzar tar-Regolament ta' Kontroll jew ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 163

Il-koordinazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp maħtur minnha

1.  Meta Stat Membru jsir konxju minn operazzjonijiet li jikkostitwixxu jew li jidhru li jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari ksur serju msemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, u li huma ta’ rilevanza partikolari fil-livell tal-Unjoni, għandu jikkomunika lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, malajr kemm jista’ jkun, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-fatti. Il-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, għandha tagħti dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, għandhom jitqiesu li huma ta’ rilevanza partikolari fil-livell tal-Unjoni Ewropea speċjalment meta:

(a) 

dawn ikollhom, jew jista’ jkollhom, konnessjonijiet fi Stat Membru wieħed jew iżjed, jew

(b) 

l-Istat Membru jidhirlu li probabbilment twettqu operazzjonijiet simili wkoll fi Stati Membri oħra.

3.  Meta l-Kummissjoni, jew il-korp maħtur minnha, tqis li l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b'mod partikolari ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, seħħew fi Stat Membru wieħed jew iżjed, għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati b’dan, li għandhom jinvestigaw dan malajr kemm jista’ jkun. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha r-riżultati ta’ dawk l-investigazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun.



Taqsima 5

Ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

Artikolu 164

L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi

1.  Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni minn pajjiż terz jew Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd li hija rilevanti għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament ta’ Kontroll u ta’ dan ir-Regolament, għandu jikkomunika dik l-informazzjoni permezz tal-awtorità unika lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha, safejn jitħalla jagħmel dan mill-ftehimiet bilaterali ma’ dak il-pajjiż terz jew mir-regoli ta’ dik l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd.

2.  L-informazzjoni li tasal skont dan il-Kapitolu tista’ tiġi kkomunikata lil pajjiż terz jew lil Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd minn Stat Membru permezz tal-awtorità unika tiegħu taħt ftehim bilaterali ma’ dak il-pajjiż terz jew skont ir-regoli ta’ dik l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd. Dik il-komunikazzjoni għandha sseħħ wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li oriġinarjament ikkomunika l-informazzjoni u skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali.

▼M1

3.  Fil-qafas ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli jew ta' ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew ta' arranġamenti simili li tagħhom l-Unjoni hija Parti Kontraenti jew Parti ta' Koperazzjoni mhix kontraenti, il-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti dwar nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew dwar ksur serju msemmi fl-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u fl-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll lil partijiet oħra għal dawk il-ftehimiet, l-organizzazzjonijiet jew l-arranġamenti, u dan ikun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li għadda l-informazzjoni u skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ( 13 ).

▼B



KAPITOLU II

L-obbligi tar-rappurtar

Artikolu 165

Il-format u d-dati ta' skadenza għar-rapporti

1.  Għar-rapport ta’ ħames snin kif imsemmi fl-Artikolu 118(1) tar-Regolament ta’ Kontroll, l-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta definita fl-Anness XXXVII.

2.  Ir-rapport li jiddikjara liema regoli ntużaw biex jiġu prodotti r-rapporti dwar id-dejta bażika kif imsemmi fl-Artikolu 118(4) tar-Regolament ta’ Kontroll għandu jintbagħat sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport ġdid meta dawn ir-regoli jiġu modifikati.



TITOLU XI

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 166

Ir-revoki

1.  Ir-Regolament (KEE) Nru 2807/83, ir-Regolament (KEE) Nru 3561/85, ir-Regolament (KEE) Nru 493/87, ir-Regolament (KEE) Nru 1381/87, ir-Regolament (KEE) Nru 1382/87, ir-Regolament (KEE) Nru 2943/95, ir-Regolament (KE) Nru 1449/98, ir-Regolament (KE) Nru 2244/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1281/2005, ir-Regolament (KE) Nru 1042/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1542/2007, ir-Regolament (KE) Nru 1077/2008 u r-Regolament (KE) Nru 409/2009 għandhom jitħassru.

2.  Ir-Regolament (KE) Nru 356/2005 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012.

3.  Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassrin għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 167

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ħlief għat-Titolu VII, li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2011.

Madankollu, il-Kapitolu III tat-Titolu II u l-Kapitolu 1 tat-Titolu IV għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012. Skont l-Artikolu 124(c) tar-Regolament ta’ Kontroll u l-paragrafu ta' qabel dan, it-Titolu VII għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



Tabella 1

Il-kodiċijiet alfa-3 tal-preżentazzjoni tal-prodott

Kodiċi Alfa-3 tal-preżentazzjoni tal-prodott

Preżentazzjoni

Deskrizzjoni

CBF

Miftuħa ktieb

HEA, bil-qoxra, bl-ispina dorsali u bid-denb

CLA

Dwiefer

Dwiefer biss

DWT

Kodiċi tal-ICCAT

Mingħajr garġi, imnaddaf, parti mir-ras maqtugħa u l-pinen imneħħija

FIL

Fi fletti

HEA u GUT u TLD, għadam imneħħi, minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti

FIS

Fletti u fletti mqaxxra

FIL u SKI Minn kull ħuta toħroġ żewġ fletti mhux magħquda mill-ebda parti

FSB

Fletti bil-qoxra u bl-għadam

Fletti bil-qoxra u bl-għadam fihom

FSP

Fletti mqaxxra bix-xewka tad-dahar (pinbone) fihom

Fletti bil-qoxra mneħħija u bix-xewk tad-dahar (pinbone) fihom

GHT

Imnaddaf u mingħajr ir-ras u d-denb

GUH u TLD

GUG

Imnaddaf u mingħajr garġi

It-tneħħija tal-organi u tal-garġi

GUH

Imnaddaf u mingħajr ir-ras

It-tneħħija tal-organi u tar-ras

GUL

Imnaddaf imma bil-fwied

GUT mingħajr ma jitneħħa l-fwied

GUS

Imnaddaf, mingħajr ir-ras u mqaxxar

GUH u SKI

GUT

Imnaddaf

It-tneħħija tal-organi kollha

HEA

Mingħajr ir-ras

It-tneħħija tar-ras

JAP

Qatgħa Ġappuniża

Qatgħa trasversali li tneħħi l-partijiet kollha mir-ras saż-żaqq

JAT

Qatgħa Ġappuniża mingħajr denb

Qatgħa Ġappuniża bid-denb imneħħi

LAP

Lappen

Flett doppju, HEA, bil-qoxra, id-denb u l-pinen FIHOM

LVR

Fwied

Fwied biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva uża l-kodiċi LVR-C

OTH

Oħrajn

Kull preżentazzjoni oħra (1)

ROE

Bajd

Bajd biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva uża l-kodiċi ROE-C

SAD

Immellaħ u mnixxef

Mingħajr ir-ras, bil-qoxra, bl-ispina, bid-denb u mmellaħ b’mod dirett

SAL

Immellaħ u mxarrab b’mod ħafif

CBF u mmellaħ

SGH

Immellaħ, imnaddaf u mingħajr ir-ras

GUH u mmellaħ

SGT

Immellaħ u mnaddaf

GUT u mmellaħ

SKI

Mingħajr il-qoxra

Bil-qoxra mneħħija

SUR

Surimi

Surimi

TAL

Denb

Dnieb biss

TLD

Mingħajr id-denb

Id-denb imneħħi

TNG

Lsien

Lsien biss. F’każ ta’ preżentazzjoni kollettiva uża l-kodiċi TNG-C

TUB

Tubu biss

Tubu biss (klamari)

WHL

Sħiħ

Mingħajr ipproċessar

WNG

Pinen

Pinen biss

(1)   Meta fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art jew fid-dikjarazzjoni tat-trażbord il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd jużaw il-kodiċi ta’ preżentazzjoni “OTH” (oħra), dawn għandhom jiddeskrivu eżattament dak li l-preżentazzjoni “OTH” tkun qed tirreferi għalih.



Tabella 2

L-istat tal-ipproċessar

KODIĊI

STAT

ALI

Ħaj

BOI

Mgħolli

DRI

Mnixxef

FRE

Frisk

FRO

Iffriżat

SAL

Immellaħ




ANNESS II

INFORMAZZJONI MINIMA GĦAL-LIĊENZJI TAS-SAJD

1.   DETTALJI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD ( 14 )

Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni ( 15 )

Isem il-bastiment tas-sajd ( 16 )

Stat tal-bandiera/Pajjiż tar-reġistrazzjoni (16) 

Port tar-reġistrazzjoni (Isem u kodiċi nazzjonali (16) )

Immarkar estern (16) 

Kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS) ( 17 )

2.   ID-DETENTUR TAL-LIĊENZJA / SID IL-BASTIMENT TAS-SAJD (15)  / L-AĠENT TAL-BASTIMENT TAS-SAJD (15) 

L-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika

3.   KARATTERISTIĊI TAL-KAPAĊITÀ TAS-SAJD

Qawwa tal-magna (f’kW) ( 18 )

Tunnellaġġ (f’TG) ( 19 )

Tul totali (19) 

Rkaptu tas-sajd prinċipali ( 20 )

Rkapti tas-sajd sussidjarji (20) 

MIŻURI NAZZJONALI OĦRAJN KIF APPLIKABBLI




ANNESS III

INFORMAZZJONI MINIMA GĦALL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

A.   IDENTIFIKAZZJONI

1. Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni ( 21 )

2. Isem il-bastiment tas-sajd ( 22 )

3. Ittri u numri tar-reġistrazzjoni esterna (21) 

B.   KUNDIZZJONIJIET TAS-SAJD

1. Data tal-ħruġ:

2. Perjodu tal-validità:

3. Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni inklużi, fejn hu xieraq, l-ispeċi, iż-żona u l-irkaptu tas-sajd:



 

Minn ../../..

Sa ../../..

Minn ../../..

Sa ../../..

Minn ../../..

Sa ../../..

Minn ../../..

Sa ../../..

Minn ../../..

Sa ../../..

Minn ../../..

Sa ../../..

Żoni

 

 

 

 

 

 

Speċijiet

 

 

 

 

 

 

Rkaptu tas-sajd

 

 

 

 

 

 

Kundizzjonijiet oħra

 

 

 

 

 

 

Kull rekwiżit ieħor li ġej minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd.




ANNESS IV

KARATTERISTIĊI TAL-BAGI TA’ MMARKAR

image

BAGI LI JIMMARKAW IT-TARF TAL-PUNENT

image

BAGI LI JIMMARKAW IT-TARF TAL-LVANT

image

BAGI TA’ MMARKAR INTERMEDJARJI

image

▼M1 —————

▼M1




ANNESS VI

MUDELL KOMBINAT TA' ĠURNAL TAS-SAJD, DIKJARAZZJONI TA' ĦATT L-ART U DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-UNJONI EWROPEA

image




ANNESS VII

MUDELL KOMBINAT TA' ĠURNAL TAS-SAJD, DIKJARAZZJONI TA' ĦATT L-ART U DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD TAL-UNJONI EWROPEA

(IL-BAĦAR MEDITERRAN — VJAĠĠI TAS-SAJD KULJUM)

image

▼M1 —————

▼M1




ANNESS X

STRUZZJONIJIET LILL-KAPTANI TA' BASTIMENTI TAS-SAJD LI JRIDU JIMLEW U JRESSQU ĠURNAL TAS-SAJD, DIKJARAZZJONI TA' ĦATT L-ART JEW DIKJARAZZJONI TAT-TRAŻBORD

Fil-ġurnal tas-sajd għandha tiġi rreġistrata din l-informazzjoni minima ġenerali dwar l-attivitajiet tal-bastiment jew tal-bastimenti tas-sajd, skont l-Artikoli 14, 15, 21, 22, 23 u 24 tar-Regolament ta' Kontroll u t-Titolu III, il-Kapitoli I, II u III ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju ta' elementi speċifiċi oħrajn jew regoli meħtieġa bil-liġi tal-Unjoni, mill-awtoritajiet nazzjonali ta' Stat Membru jew mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz, jew minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd.

1.   STRUZZJONIJIET DWAR IL-ĠURNAL TAS-SAJD

Il-kaptan ta' kull l-bastiment tas-sajd li jkun qed jieħu sehem f'operazzjoni tas-sajd f'pari għandu jżomm ġurnal tas-sajd li juri l-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord b'tali mod li l-qabdiet ma jingħaddux darbtejn.

Matul l-istess vjaġġ tas-sajd, hemm ċertu elementi tad-dejta obbligatorji li jridu jitniżżlu f'kull paġna tal-ġurnal tas-sajd.



Informazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd u d-dati tal-vjaġġi tas-sajd

Il-ġurnal tas-sajd stampat

Referenza

Numru

L-isem tal-element tad-dejta

(M = Obbligatorju)

(O = Fakultattiv)

(CIF = Obbligatorju jekk applikabbli)

Id-deskrizzjoni u/jew il-ħin li għandhom jiġu rreġistrati

(1)

Isem il-bastimenti tas-sajd, (M)

Is-sinjali internazzjonali tas-sejħa bir-radju, (M)

In-numri CFR, (M)

In-numri GFCM, ICCAT, (CIF)

Għall-operazzjonijiet tas-sajd f'pari, għandha tiġi rreġistrata wkoll l-istess informazzjoni għat-tieni bastiment tas-sajd.

Din l-informazzjoni għandha titniżżel f'ġurnal tas-sajd stampat taħt dik tal-bastiment li għalih qed jinżamm il-ġurnal tas-sajd.

In-numru ta' identifikazzjoni tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità tal-bastiment hu numru uniku li Stat Membru jassenja lil bastiment tal-Unjoni meta l-bastiment tas-sajd jidħol fil-flotot tal-Unjoni għall-ewwel darba (1).

In-numru tar-reġistru GFCM jew ICCAT għandu jiddaħħal għal bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet tas-sajd regolati barra l-ilmijiet tal-Unjoni (CIF).

(2)

Identifikazzjoni esterna (M)

L-ittri u n-numri esterni tar-reġistrazzjoni kif jidhru fuq il-buq.

Għall-operazzjonijiet tas-sajd f'pari, għandha tiġi rreġistrata wkoll l-istess informazzjoni għat-tieni bastiment tas-sajd.

(3)

L-isem u l-indirizz tal-kaptan (M)

Għandhom jingħataw l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-kaptan (isem it-triq, in-numru, il-belt, il-kodiċi postali, l-Istat Membru jew il-pajjiż terz).

Għall-operazzjonijiet tas-sajd f'pari, għandha tiġi rreġistrata wkoll l-istess informazzjoni għat-tieni bastiment tas-sajd.

(4)

Id-data, il-ħin u l-port tat-tluq (M)

Dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel il-bastiment tas-sajd iħalli l-port. Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali.

Qabel il-bastiment tas-sajd iħalli l-port, għandu jintbagħat messaġġ elettroniku tat-tluq. Id-data u l-ħin għandhom jiġu rreġistrati bħala l-ħin universali koordinat (UTC).

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(5)

Id-data, il-ħin u l-port tal-wasla (M)

Dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel il-bastiment tas-sajd jidħol fil-port. Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin stmat għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali.

Qabel il-bastiment tas-sajd jidħol fil-port, għandu jintbagħat messaġġ elettroniku tat-tluq. Id-data u l-ħin stmat għandhom jiġu rreġistrati bħala l-ħin universali koordinat (UTC).

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(6)

Id-data, il-ħin u l-port ta' ħatt l-art jekk dawn ikunu differenti minn (5) (M)

Dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel il-bastiment tas-sajd jidħol fil-port ta' ħatt l-art. Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin stmat għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali fil-każ ta' ġurnal tas-sajd stampat, jew bħala l-ħin universali koordinat (UTC) fil-każ ta' ġurnal tas-sajd elettroniku.

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(7)

Id-data, il-ħin u l-post tat-trasbord,

L-isem, l-identifikazzjoni esterna u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, il-bandiera, in-numru CFR jew IMO, u l-port u l-pajjiż ta' destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċevitur (M)

F'każ ta' trażbord, dawn għandhom jitniżżlu fil-ġurnal tas-sajd stampat qabel tibda l-operazzjoni.

Id-data għandha tiġi rreġistrata bħala JJ-XX-SSSS u l-ħin għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali fil-każ ta' ġurnal tas-sajd stampat, jew bħala l-ħin universali koordinat (UTC) fil-każ ta' ġurnal tas-sajd elettroniku.

Fil-ġurnal tas-sajd elettroniku, il-port għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-pajjiż terz għandu jiġi rreġistrat bil-kodiċijiet tal-pajjiż ISO alfa-3.

Għal bastimenti tal-Unjoni għandu jiġi rreġistrat in-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità. Għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi għandu jiġi rreġistrat in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali

Meta jkun hemm bżonn il-pożizzjoni ġeografika, għandhom jiġu rreġistrati l-latitudni u l-lonġitudni fi gradi u minuti jekk ma jintużax il-GPS u fi gradi u minuti deċimali bil-GPS (fil-format WGS 84).

Informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd

(8)

It-tip ta' rkaptu (M)

It-tip ta' rkaptu għandu jitniżżel bil-kodiċijiet mogħtija fil-kolonna 1 tal-Anness XI.

(9)

Id-daqs tal-malja (M)

Dan għandu jingħata f'millimetri (malja mġebbda).

(10)

Il-qisien tal-irkaptu (M)

Il-qisien tal-irkaptu bħad-daqs u n-numru għandhom jingħataw skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-kolonna 2 tal-Anness XI.

(11)

Id-data (M)

Id-data għal kull jum fuq il-baħar għandha tiġi rreġistrata f'linja ġdida fil-ġurnal tas-sajd stampat jew f'rapport ġdid tal-ġurnal tas-sajd elettroniku u għandha tikkorrispondi għal kull jum fuq il-baħar.

Meta applikabbli, id-data għal kull operazzjoni tas-sajd għandha tiġi rreġistrata f'linja ġdida.

(12)

L-għadd ta' operazzjonijiet tas-sajd (M)

L-għadd ta' operazzjonijiet tas-sajd għandu jingħata skont l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-kolonna 3 tal-Anness XI.

(13)

Il-ħin tas-sajd (O)

Il-ħin tat-tqegħid u tal-irfigħ tal-irkaptu (CIF)

Il-fond tas-sajd (CIF)

Il-ħin totali (O)

Il-ħin totali ddedikat għall-attivitajiet kollha relatati mal-operazzjonijiet tas-sajd (it-tiftix għall-ħut, l-isparar, l-irmunkar u l-irfigħ tal-irkaptu attiv, it-tqegħid, it-tixrib, it-tneħħija jew it-tqegħid mill-ġdid ta' rkaptu passiv u t-tneħħija ta' kull qabda mill-irkaptu, mix-xbieki li jinżammu fil-baħar, jew minn gaġġa tat-trasport għal gaġeġ tat-tismin u tat-trobbija) għandu jingħata f'minuti u għandu jkun daqs is-sigħat fuq il-baħar, meta jitnaqqas il-ħin għat-tranżitu lejn il-post tas-sajd, bejniethom u lura, il-ħin tal-għassa, f'inattività jew tal-istennija għat-tiswija.

Il-ħin tat-tqegħid u tal-irfigħ tal-irkaptu għandu jitniżżel bħala SS-MM fil-ħin lokali fil-każ ta' ġurnal tas-sajd stampat, jew bħala l-ħin universali koordinat (UTC) fil-każ ta' ġurnal tas-sajd elettroniku.

Il-fond tas-sajda għandu jiġi rreġistrat bħala l-medja tal-fond u f'metri.

(14)

Il-pożizzjoni u ż-żona ġeografika tas-sajd (M)

Iż-żona ġeografika rilevanti tal-qbid għandha tirrappreżentaha ż-żona mnejn inqabdet il-biċċa l-kbira tal-qabda bl-aktar livell dettaljat meta disponibbli.

Eżempji:

Fl-ilmijiet fil-Grigal tal-Atlantiku (iż-żona 27 tal-FAO), sas-Sezzjoni u r-rettangolu statistiku tal-ICES (eż. IVa 41E7, VIIIb 20E8). Ir-rettangolu statistiku tal-ICES jagħti grilja li tkopri żona mis-36°N sal-85°30′N u mill-44°W sat-68°30′E. Ir-ringieli tal-latitudni, bi spazji ta' 30′, għandhom numru (żewġ diġits) minn 01 sa 99. Il-kolonni tal-lonġitudni, bi spazji ta' 1°, għandhom kodiċi skont sistema alfanumerika, li jibda minn A0 sa M8, b'ittra differenti għal kull kategorija ta' 10° ħlief l-I,

Fil-Mediterran u l-ilmijiet tal-Baħar l-Iswed (iż-żona 37 tal-FAO), sas-subżona ġeografika u r-rettangolu statistiku tal-GFCM (eż. 7 M27B9). In-numri ta' rettangolu statistiku fil-grilja tal-GFCM huwa kodiċi b'5 diġits: Il-latitudni jkopriha kodiċi bi 3 ċifri (magħmul minn ittra wada u żewġ numri). It-tliet ċifri jvarjaw minn M00 (30°N) sa M34 (47°30′N), (ii) Il-lonġitudni jkopriha kodiċi magħmul minn ittra u numru. L-ittra tvarja minn A sa J u numri jvarjaw minn 0 sa 9 għal kull ittra. Iż-żewġ ċifri ivarjaw minn A0 (6°W) sa J5 (42°E).

Fl-ilmijiet tal-Majjistral tal-Atlantiku, inkluża n-NAFO (iż-żona 21 tal-FAO) u fl-ilmijiet tal-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant, inkluż is-CECAF (iż-żona 34 tal-FAO), sas-sezzjoni jew is-subsezzjoni tal-FAO (eż. 21.3.M jew 34.3.5).

Għaż-żoni l-oħra tal-FAO, sas-subżona tal-FAO meta disponibbli (eż. 31 tal-FAO għall-Atlantiku tal-Punent Ċentrali u 51.6 għall-Oċean Indjan tal-Punent).

Iżda jistgħu jiddaħħlu entrati fakultattivi għal kull rettangolu statistiku fejn il-bastiment tas-sajd ikun ħadem matul il-jum (O).

Fiż-żoni tal-GFCM u tal-ICCAT, għandha tiġi rreġistrata wkoll il-pożizzjoni ġeografika (il-latitudni/lonġitudni) għal kull operazzjoni tas-sajd jew f'nofsinhar meta ma jkun sar l-ebda sajd matul dak il-jum.

Meta jkun hemm bżonn il-pożizzjoni ġeografika, għandhom jiġu rreġistrati l-latitudni u l-lonġitudni fi gradi u minuti jekk ma jintużax il-GPS u fi gradi u minuti deċimali bil-GPS (fil-format WGS 84).

Fil każ ta' żona tas-sajd ta' pajjiż terz, żona ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u għall-ibħra miftuħa: agħti ż-żoni tas-sajd ta' Stati li mhumiex Membri jew iż-żoni tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd jew l-ilmijiet barra mis-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' xi Stat jew li mhumiex regolati minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, bl-użu tal-kodiċijiet tal-pajjiż ISO-3166 alfa-3 u kodiċijiet oħrajn ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea, eż. NOR = in-Norveġja, in-NAFO = XNW, in-NEAFC = XNE u l-XIN għall-ibħra miftuħa.

(15)(16)

Il-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord (M)

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

Il-qabda ta' kull speċi għandha tiġi rreġistrata f'kilogrammi ekwivalenti għall-piż ħaj.

Għandhom jiġu rreġistrati l-kwantitajiet kollha ta' kull speċi maqbuda u miżmuma abbord li jaqbżu l-50 kg ekwivalenti ta' piż ħaj. Malli l-qabdiet tal-ispeċi jaqbżu l-50 kg għandu japplika l-limitu ta' 50 kg. Dawn l-ammonti għandhom jinkludu l-kwantitajiet imwarrba biex jiġu kkunsmati mill-ekwipaġġ tal-bastiment.

Il-qabdiet ta' daqs legali għandhom jiġu rreġistrati bil-kodiċi ġenerali tal-LSC.

Il-qabdiet li ma jaqbżux id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għandhom jiġu rreġistrati separatament mill-qabdiet ta' daqs legali bil-kodiċi ġenerali BMS.

Meta l-qabdiet jinżammu fil-qfief, fil-kaxex, fit-tankijiet, fil-kaxxi tal-kartun, fl-ixkejjer, fil-boroż, fi blokki jew f'kontenituri oħrajn, għandhom jiġu rreġistrati l-piż nett tal-unità użata f'kilogrammi ta' piż ħaj u l-għadd preċiż ta' dawn l-unitajiet użati.

Inkella l-qabda miżmuma abbord f'unitajiet bħal dawn tista' tiġi rreġistrata f'kilogrammi ta' piż ħaj (O).

Fil-Baħar Baltiku (għas-salamun biss) u fiż-żona tal-GFCM (għat-tonn, għall-pixxispad u għall-klieb il-baħar migratorji ħafna biss) u, jekk applikabbli, f'żoni oħra, għandu jiġi rreġistrat l-għadd ta' ħut maqbud kuljum.

Jekk l-għadd ta' kolonni ma jkunx biżżejjed, għandha tintuża paġna ġdida.

(15)(16)

L-istimi tal-ħut mormi (M)

Għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

Ir-rimi ta' kull speċi għandu jiġi rreġistrat f'kilogrammi ekwivalenti ta' piż ħaj.

L-ispeċijiet li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art:

Ir-rimi ta' kull speċi li jkun jaqbeż il-50 kg ekwivalenti ta' piż ħaj, għandu jiġi rreġistrat skont ir-regoli stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet permezz tal-kodiċi ġenerali DIS.

Bl-istess mod għandu jiġi rreġistrat ukoll ir-rimi tal-ispeċijiet li jintużaw bħala lixka ħajja u li huma rreġistrati fil-ġurnal tas-sajd.

L-ispeċijiet eżentati mill-obbligu ta' ħatt l-art (2):

Ir-rimi ta' kull speċi għandu jiġi rreġistrat kollu skont ir-regoli stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet permezz tal-kodiċi ġenerali DIS.

Ir-rimi ta' kull speċi b'eżenzjonijiet de minimis speċifiċi għandu jiġi rreġistrat kollu skont ir-regoli stabbiliti għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet separatament mill-iskart l-ieħor permezz tal-kodiċi ġenerali DIM.

(15)(16)

Il-qabdiet, il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx ta' organiżmi jew annimali tal-baħar oħra (M)

Fiż-żona tal-GFCM, din l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata wkoll b'mod separat għal kull qabda jew qabda inċidentali:

— Il-qabdiet ta' kuljum tal-qroll l-aħmar inkluż l-attivitajiet tas-sajd skont iż-żona u l-fond,

— Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx tat-tajr tal-baħar,

— Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx tal-bumerini,

— Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx tal-fkieren tal-baħar,

— Il-qabdiet inċidentali u r-rilaxx taċ-ċetaċji.

Meta applikabbli, l-annimali tal-baħar rilaxxati fil-baħar għandhom jiġu rreġistrati permezz tal-kodiċi ġenerali RET.

Għal dan il-għan għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet, inkella jekk ma jkunux disponibbli għandhom jintużaw il-kodiċijiet ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

(1)   Kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

(2)   

Bħalma jisemma fl-Artikolu 15(4) u fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/812 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015, b'mod partikolari:

— l-ispeċijiet li l-qbid tagħhom hu pprojbit u li jissemmew bħala tali f'att legali tal-Unjoni adottat fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd;

— speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati ta' soppravivenza għoljin, b'kont meħud tal-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema;

— il-qabdiet b'eżenzjonijiet de minimis.

— il-ħut li juri ħsara kkawżata mill-predaturi.

2.   STRUZZJONIJIET DWAR ID-DIKJARAŻŻJONI TAL-IŻBARK/TRAŻBORD

Meta l-prodotti tas-sajd inħattu l-art jew ġew trażbordati, u jekk intiżnu bis-sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq il-bastiment tas-sajd donatur jew fuq il-bastiment tas-sajd riċevitur, għandu jingħata l-piż proprja tal-kwantitajiet li nħattu l-art jew li ġew trażbordati f'kilogrammi ta' piż tal-prodott, fuq id-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art jew tat-trażbord skont l-ispeċi, li tkun turi:

(a) 

Il-preżentazzjoni tal-ħut (in-nru ta' referenza 17 fil-ġurnal tas-sajd stampat) permezz tal-kodiċijiet fit-Tabella 1 tal-Anness I (M);

(b) 

L-unità tal-kejl tal-kwantitajiet żbarkati jew trażbordati (in-nru ta' referenza 18 fil-ġurnal tas-sajd stampat); agħti l-piż tal-unità f'kilogrammi ta' piż tal-prodott. Din l-unità tista' tkun differenti minn dik imniżżla fil-ġurnal tas-sajd (M);

(c) 

Il-piż totali skont l-ispeċi li nħattet l-art jew li ġiet trażbordata (in-nru ta' referenza 19 fil-ġurnal tas-sajd stampat); agħti l-piż tal-kwantitajiet li fil-fatt inħattu l-art jew li ġew trażbordati għall-ispeċijiet kollha (M);

Il-qabdiet ta' daqs legali għandhom jiġu rreġistrati bil-kodiċi ġenerali tal-LSC. Il-qabdiet li ma jaqbżux id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għandhom jiġu rreġistrati separatament mill-qabdiet ta' daqs legali bil-kodiċi ġenerali BMS. Għandhom jintużaw il-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

(d) 

Il-piż għandu jikkorrispondi mal-piż tal-prodott tal-ħut kif inħatt l-art, jiġifieri wara kull ipproċessar abbord. Sussegwentement, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom japplikaw il-fatturi rilevanti tal-konverżjoni biex jikkalkulaw l-ekwivalenti ta' piż ħaj skont l-Artikolu 49 ta' dan ir-Regolament;

(e) 

Il-firma tal-kaptan (in-nru ta' referenza 20 fil-ġurnal tas-sajd stampat) (M);

(f) 

Il-firma u l-isem u l-indirizz tal-aġent u tal-osservatur meta applikabbli (in-nru ta' referenza 21 fil-ġurnal tas-sajd stampat);

(g) 

Iż-żona ġeografika rilevanti tal-qbid: iż-żona, is-subżona jew is-subsezzjoni tal-FAO, is-sezzjoni tal-ICES, is-subżona tan-NAFO, is-subżona tan-NEAFC, iż-żona tas-CECAF, is-subżona tal-GFCM jew iż-żona tas-sajd ta' pajjiż terz (in-nru ta' referenza 22 fil-ġurnal tas-sajd stampat). Din għandha tiġi applikata bl-istess mod għall-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u ż-żona ġeografika kif jissemma hawn fuq (M).

3.   STRUZZJONIJIET ADDIZZJONALI BIEX L-ISFORZ TAS-SAJD JIĠI RREĠISTRAT FIL-ĠURNAL TAS-SAJD

Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni addizzjonali fil-ġurnal tas-sajd għall-ħin tal-attivitajiet tas-sajd soġġetti għal reġimi tal-isforz tas-sajd:

(a) 

Kull informazzjoni meħtieġa f'din it-taqsima għandha tiġi rreġistrata fil-ġurnal tas-sajd stampat bejn in-numri ta' referenza (15) u (16) fil-ġurnal tas-sajd.

(b) 

Il-ħin għandu jiġi rreġistrat bħala l-ħin universali kkoordinat (UTC).

(c) 

Il-latitudni u l-lonġitudni għandhom jiġu rreġistrati fi gradi u minuti jekk ma jintużax il-GPS u fi gradi u minuti deċimali bil-GPS (fil-format WGS 84).

(d) 

L-ispeċijiet għandhom jiġu rreġistrati bil-kodiċijiet alfa-3 tal-FAO tal-ispeċijiet.

3.1.    Informazzjoni dwar l-isforz tas-sajd

(a)    Il-qsim ta' żona tal-isforz

Meta bastiment tas-sajd awtorizzat jaqsam żona tal-isforz mingħajr ma jwettaq attivitajiet tas-sajd f'dik iż-żona, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali. Trid tingħata din l-informazzjoni:

— 
id-data;
— 
iż-żona tal-isforz;
— 
id-dati u l-ħinijiet ta' kull dħul/ħruġ;
— 
il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) ta' kull dħul u ħruġ;
— 
il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tad-dħul;
— 
il-kelma “crossing”.

(b)    Id-dħul f'żona tal-isforz

Meta l-bastiment tas-sajd jidħol f'żona tal-isforz fejn aktarx ikun se jwettaq attivitajiet tas-sajd, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika. Trid tingħata din l-informazzjoni:

— 
id-data;
— 
il-kelma “entry”;
— 
iż-żona tal-isforz;
— 
il-pożizzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni;
— 
il-ħin tad-dħul;
— 
il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tad-dħul; u
— 
l-ispeċi fil-mira.

(c)    Il-ħruġ minn żona tal-isforz

Meta l-bastiment iħalli żona tal-isforz li fiha jkun wettaq attivitajiet tas-sajd u meta jidħol f'żona oħra tal-isforz li fiha jkun beħsiebu jwettaq attivitajiet tas-sajd, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika. Trid tingħata din l-informazzjoni:

— 
id-data;
— 
il-kelma “entry”;
— 
il-pożizzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni;
— 
iż-żona tal-isforz il-ġdida;
— 
il-ħin tal-ħruġ/tad-dħul;
— 
il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tal-ħruġ/dħul; u
— 
l-ispeċi fil-mira.

Meta l-bastiment tas-sajd iħalli żona tal-isforz li fiha jkun wettaq attivitajiet tas-sajd u ma jwettaqx iżjed attivitajiet tas-sajd f'dik iż-żona tal-isforz, trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika.. Trid tingħata din l-informazzjoni:

— 
id-data;
— 
il-kelma “exit”;
— 
il-pożizzjoni tal-latitudni u l-lonġitudni;
— 
iż-żona tal-isforz;
— 
il-ħin tat-tluq;
— 
il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tal-ħruġ; u
— 
l-ispeċi fil-mira.

(d)    Attivitajiet tas-sajd transżonali ( 23 ).

Meta l-bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd transżonali, fil-ġurnal tas-sajd stampat trid timtela linja addizzjonali inkella trid issir dikjarazzjoni elettronika. Trid tingħata din l-informazzjoni:

— 
id-data;
— 
il-kelma “trans-zonal”;
— 
il-ħin tal-ewwel ħruġ u ż-żona tal-isforz;
— 
il-pożizzjoni tal-ewwel dħul fil-latitudni u l-lonġitudni;
— 
il-ħin tal-aħħar dħul u ż-żona tal-isforz;
— 
il-pożizzjoni tal-aħħar ħruġ tal-latitudni u l-lonġitudni;
— 
il-qabdiet miżmuma abbord, skont l-ispeċi, fil-ħin tal-ħruġ/dħul; u
— 
l-ispeċi fil-mira.

(e)    Informazzjoni addizzjonali għal bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu statiku:

— 
Meta l-bastiment tas-sajd ikala jew ikala mill-ġdid irkaptu statiku, trid titniżżel din l-informazzjoni:
— 
id-data;
— 
iż-żona tal-isforz;
— 
il-pożizzjoni fil-latitudni u l-lonġitudni;
— 
il-kliem “setting” jew “resetting”;
— 
il-ħin.
— 
Meta l-bastiment tas-sajd ilesti operazzjonijiet ta' rkaptu statiku:
— 
id-data;
— 
iż-żona tal-isforz;
— 
il-pożizzjoni fil-latitudni u l-lonġitudni;
— 
il-kelma “finish”;
— 
il-ħin.

3.2.    Informazzjoni dwar il-komunikazzjoni ta' movimenti tal-bastimenti

Meta bastiment tas-sajd li jwettaq attivitajiet tas-sajd ikun jeħtieġlu jwassal rapport tal-isforz tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 28 tar-Regolament ta' Kontroll, trid tiġi rreġistrata din l-informazzjoni u dik imsemmija fil-paragrafu 3.1:

(a) 

id-data u l-ħin tal-komunikazzjoni;

(b) 

il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment tas-sajd f'latitudni u lonġitudni;

(c) 

il-mezzi ta' komunikazzjoni użati u, meta applikabbli, l-istazzjon tar-radju użat; u

(d) 

id-destinazzjoni(jiet) tal-komunikazzjoni.

▼B




ANNESS XI



KODIĊIJIET TAL-IRKAPTI U TAL-OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD

Tip ta’ rkaptu

Kolonna numru 1:

Kodiċi

Kolonna numru 2:

Daqs/għadd (f’metri)

(fakultattiv)

Kolonna numru 3:

Għadd ta’ kalati kuljum

(obbligatorju)

Xibka tat-tkarkir tal-qiegħ bid-diriġenti

OTB

Il-mudell tax-xibka tat-tkarkir (speċifika l-mudell jew il-perimetru tal-fetħa)

L-għadd ta’ drabi li ġie kalat l-irkaptu

Xbieki tat-tkarkir għall-awwisti (“Nephrops”)

TBN

Xbieki tat-tkarkir għall-gambli

TBS

Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (mhux speċifikati)

TB

Xibka tat-tkarkir bit-travu

TBB

It-tul tat-travu x l-għadd ta’ travi

L-għadd ta’ drabi li ġie kalat l-irkaptu

Xbieki tat-tkarkir tal-par bid-diriġenti

OTT

il-mudell tax-xibka tat-tkarkir (speċifika l-mudell jew il-perimetru tal-fetħa) x l-għadd ta’ xbieki tat-tkarkir

L-għadd ta’ drabi li ġie kalat l-irkaptu

Xibka tat-tkarkir tal-par tal-qiegħ

PTB

Il-mudell tax-xibka tat-tkarkir (speċifika l-mudell jew il-perimetru tal-fetħa)

Xibka tat-tkarkir tan-nofs fond bid-diriġenti

OTM

Il-mudell tax-xibka tat-tkarkir

Xibka tat-tkarkir tan-nofs fond tal-par

PTM

Il-mudell tax-xibka tat-tkarkir

TARTARUNI

Tartarun Daniż

SDN

It-tul totali tal-lenez tat-tartaruni

L-għadd ta’ drabi li ġie kalat l-irkaptu

Tartarun Skoċċiż (“fly dragging”)

SSC

Tartarun Skoċċiż tal-par (“fly dragging”)

SPR

Tartaruni (mhux speċifikati)

SX

Tartarun ta’ fuq dgħajsa jew bastiment

SV

XBIEKI TAT-TIDWIR

Purse seine

PS

It-tul, l-għoli

L-għadd ta’ drabi li ġie kalat l-irkaptu

Purse seine mħaddem minn dgħajsa waħda

PS1

It-tul, l-għoli

Purse seine mħaddem minn żewġ dgħajjes

PS2

 

Mingħajr ħbula tal-għeluq (lampara)

LA

 

GANGMI

Gangmu

DRB

Il-wisa’ x l-għadd ta’ gangmi

L-għadd ta’ drabi li ġie kalat l-irkaptu

GĦEŻULA U XBIEKI TAT-TĦABBIL

Għeżula (mhux speċifikati)

GN

It-tul, l-għoli

L-għadd ta’ drabi li ġiet kalata x-xibka matul il-jum

Għeżula ankrati (fissi)

GNS

Għeżula (mitluqa)

GND

Għeżula (mad-dawra)

GNC

Għeżula u pariti kkumbinati

GTN

Parit

GTR

NASES

Pots

FPO

L-għadd ta’ pots mitfugħa kuljum

 

Nases (mhux speċifikati)

FIX

Mhux speċifikat

 

SNANAR U LENEZ

Xlief u lenez mal-qasba (operati bl-idejn)

LHP

L-għadd totali ta’ snanar/lenez kalati matul il-jum

Xlief u lenez mal-qasba (mekkanizzati)

LHM

Konzijiet fissi

LLS

L-għadd ta’ snanar u lenez kalati kuljum

Konzijiet mitluqa

LLD

Konzijiet mhux speċifikati

LL

Lenez għat-trejjix

LTL

 

 

Snanar u lenez (mhux speċifikati)

LX

 

 

MAGNI TAL-ĦSAD

Gangmi mekkanizzati

HMD

 

 

 

 

 

 

Rkaptu mħallat

MIS

 

 

Rkaptu ta’ rikreazzjoni

RG

 

 

Rkaptu mhux magħruf jew mhux speċifikat

NK

 

 

▼M1




ANNESS XII

STANDARDS GĦALL-ISKAMBJU ELETTRONIKU TAD-DEJTA

Il-format għall-iskambju elettroniku tad-dejta huwa bbażat fuq l-istandard P1000 tal-UN/CEFACT. L-iskambji tad-dejta relatata ma' attivitajiet kummerċjali simili jinġabru f'oqsma u jiġu speċifikati fid-dokumenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ħtiġijiet kummerċjali (il-BRS).

L-istandards huma disponibbli għal:

P1000 – 1; Prinċipji ġenerali
P1000 – 3; L-attività tas-sajd
P1000 – 5; Il-bejgħ
P1000 – 7; Il-pożizzjoni tal-bastiment

▼M2

P1000 – 8; L-ispezzjoni u s-sorveljanza

▼M1

P1000 – 12; Ir-Rapport dwar id-Dejta tal-Qabdiet Aggregati

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm id-dokumenti tal-BRS u traduzzjoni f'għamla li tinqara mill-kompjuter (il-verżjoni tad-Defenizzjoni tal-Iskema XML). Fuq dak is-sit web hemm ukoll id-dokumenti ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambju tad-dejta.

▼B




ANNESS XIII

FATTURI TA’ KONVERŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ĦUT FRISK



Speċi:

Alonga

Thunnus alalunga

ALB

WHL

1,00

GUT

1,11



Speċi:

Alfonsinos

Beryx spp.

ALF

WHL

1,00



Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicholus

ANE

WHL

1,00



Speċi:

Petriċi

Lophiidae

ANF

WHL

1,00

GUT

1,22

▼C1

GUH

3,00

▼B

TAL

3,00



Speċi:

Ħuta tas-silġ kavall

Champsocephalus gunnari

ANI

WHL

1,00



Speċi:

Greater silver smelt

Argentina silus

ARU

WHL

1,00



Speċi:

Tonn għajnu kbira

Thunnus obesus

BET

WHL

1,00

GUH

1,10

GUH

1,29



Speċi:

Linarda

Molva dypterygia

BLI

WHL

1,00

GUT

1,17



Speċi:

Barbun lixx

Scophthalmus rhombus

BLL

WHL

1,00

GUT

1,09



Speċi:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

BSF

WHL

1,00

GUT

1,24

HEA

1,40



Speċi:

Marlin blu

Makaira nigricans

BUM

WHL

1,00



Speċi:

Capelin

Mallotus villosus

CAP

WHL

1,00



Speċi:

Merluzz

Gadus morhua

COD

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,70

HEA

1,38

FIL

2,60

FIS

2,60



Speċi:

Dab

Limanda limanda

DAB

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,39



Speċi:

Mazzola griża

Squalus acanthias

DGS

WHL

1,00

GUT

1,35

GUS

2,52



Speċi:

Barbun

Platichthys flesus

FLE

WHL

1,00

GUT

1,08

GUS

1,39



Speċi:

Lipp abjad

Phycis blennoides

GFB

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,40



Speċi:

Ħalibatt tal-Groenlandja

Reinhardtius hippoglossoides

GHL

WHL

1,00

GUT

1,08



Speċi:

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

HAD

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,46



Speċi:

Ħalibatt tal-Atlantiku

Hippoglossus hippoglossus

HAL

WHL

1,00



Speċi:

Aringi

Clupea harengus

HER

WHL

1,00

GUT

1,12

GUH

1,19



Speċi:

Marlozz

Merluccius merluccius

HKE

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,40



Speċi:

Marlozz abjad

Urophycis tenuis

HKW

WHL

1,00



Speċi:

Sawrell

Trachurus spp

JAX

WHL

1,00

GUT

1,08



Speċi:

Krill tal-Atlantiku

Euphausia superba

KRI

WHL

1,00



Speċi:

Lemon sole

Microstomus kitt

LEM

WHL

1,00

GUT

1,05



Speċi:

Megrims

Lepidorhombus spp

LEZ

WHL

1,00

GUT

1,06

FIL

2,50



Speċi:

Ħuta tas-silġ Unicorn

Channichthys rhinoceratus

LIC

WHL

1,00



Speċi:

Lipp

Molva molva

LIN

WHL

1,00

GUT

1,14

GUH

1,32

FIL

2,64



Speċi:

Kavalli

Scomber scombrus

MAC

WHL

1,00

GUT

1,09



Speċi:

Ksampu

Nephrops norvegicus

NEP

WHL

1,00

TAL

3,00



Speċi:

Humped rockcod

Notothenia gibberifrons

NOG

WHL

1,00



Speċi:

Norway pout

Trisopterus esmarkii

NOP

WHL

1,00



Speċi:

Marbled rockcod

Notothenia rossii

NOR

WHL

1,00



Speċi:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

ORY

WHL

1,00



Speċi:

Pacific snow crab

Chionoecetes spp

PCR

WHL

1,00



Speċi:

Gamblu Penaeus

Penaeus spp

PEN

WHL

1,00



Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

PLE

WHL

1,00

▼C1

GUT

1,05

▼B

GUH

1,39

FIL

2,40



Speċi:

Pollakju (saithe)

Pollachius virens

POK

WHL

1,00

GUT

1,19



Speċi:

Pollakju

Pollachius pollachius

POL

WHL

1,00

GUT

1,17



Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

PRA

WHL

1,00



Speċi:

Atlantic redfishes

Sebastes spp

RED

WHL

1,00

GUT

1,19



Speċi:

Rough-head grenadier

Macrourus berglax

RHG

WHL

1,00



Speċi:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

RNG

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,92

GHT

3,20



Speċi:

Ċiċċirell

Ammodytes spp

SAN

WHL

1,00



Speċi:

Bażuga kaħlija

Pagellus bogaraveo

SBR

WHL

1,00

GUT

1,11



Speċi:

Rough longnose dogfish

Deania histricosa

SDH

WHL

1,00



Speċi:

Arrowhead dogfish

Deania profundorum

SDU

WHL

1,00



Speċi:

South Georgia icefish

Pseudochaenichthys georgianus

SGI

WHL

1,00



Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

SOL

WHL

1,00

GUT

1,04



Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

SPR

WHL

1,00



Speċi:

Klamar tal-pinen qosra

Illex illecebrosus

SQI

WHL

1,00



Speċi:

Klamari

Martialia hyadesi

SQS

WHL

1,00



Speċi:

Rebekkini

Rajidae

SRX

WHL

1,00

GUT

1,13

WNG

2,09



Speċi:

Pixxispad

Xiphias gladius

SWO

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,31



Speċi:

Patagonian toothfish

Dissostichus eleginoides

TOP

WHL

1,00



Speċi:

Barbun imperjali

Psetta maxima

TUR

WHL

1,00

GUT

1,09



Speċi:

Tusk

Brosme brosme

USK

WHL

1,00

GUT

1,14



Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

WHB

WHL

1,00

GUT

1,15



Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

WHG

WHL

1,00

GUT

1,18



Speċi:

Marlin abjad

Tetrapturus albidus

WHM

WHL

1,00



Speċi:

Witch flounder

Glyptocephalus cynoglossus

WIT

WHL

1,00

GUT

1,06



Speċi:

Yellowtail flounder

Limanda ferruginea

YEL

WHL

1,00




ANNESS XIV



FATTURI TA’ KONVERŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ĦUT FRISK IMMELLAĦ

Speċi:

Lipp

Molva molva

LIN

WHL

2,80




ANNESS XV

FATTURI TA’ KONVERŻJONI TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-ĦUT IFFRIŻAT



Speċi:

Alonga

Thunnus alalunga

ALB

WHL

1,00

GUT

1,23



Speċi:

Alfonsinos

Beryx spp.

ALF

WHL

1,00



Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicholus

ANE

WHL

1,00



Speċi:

Petriċi

Lophiidae

ANF

WHL

1,00

GUT

1,22

GUH

3,04

TAL

3,00

FIS

5,60



Speċi:

Ħuta tas-silġ tal-Antartiku

Champsocephalus gunnari

ANI

WHL

1,00



Speċi:

Greater silver smelt

Argentina silus

ARU

WHL

1,00



Speċi:

Tonn għajnu kbira

Thunnus obesus

BET

WHL

1,00

GUH

1,29

HEA

1,25



Speċi:

Linarda

Molva dypterygia

BLI

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,40



Speċi:

Barbun lixx

Scophthalmus rhombus

BLL

WHL

1,00



Speċi:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

BSF

WHL

1,00

GUT

1,48



Speċi:

Marlin blu

Makaira nigricans

BUM

WHL

1,00



Speċi:

Capelin

Mallotus villosus

CAP

WHL

1,00



Speċi:

Merluzz

Gadus morhua

COD

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,70

FIL

2,60

FIS

2,60

FSP

2,95

►C1  CBF ◄

1,63



Speċi:

Dab

Limanda limanda

DAB

WHL

1,00



Speċi:

Mazzola griża

Squalus acanthias

DGS

WHL

1,00

GUS

2,52



Speċi:

Barbun

Platichthys flesus

FLE

WHL

1,00



Speċi:

Lipp abjad

Phycis blennoides

GFB

WHL

1,00

GUT

1,12

GUH

1,40



Speċi:

Ħalibatt tal-Groenlandja

Reinhardtius hippoglossoides

GHL

WHL

1,00

GUT

1,08

GUH

1,39



Speċi:

Haddock

Melanogrammus aeglefinus

HAD

WHL

1,00

GUT

1,17

GUH

1,46

FIL

2,60

FIS

2,60

FSB

2,70

FSP

3,00



Speċi:

Ħalibatt tal-Atlantiku

Hippoglossus hippoglossus

HAL

WHL

1,00



Speċi:

Aringi

Clupea harengus

HER

WHL

1,00



Speċi:

Marlozz

Merluccius merluccius

HKE

WHL

1,00

GUT

1,34

GUH

1,67



Speċi:

Marlozz abjad

Urophycis tenuis

HKW

WHL

1,00



Speċi:

Sawrell

Trachurus spp

JAX

WHL

1,00

GUT

1,08



Speċi:

Krill tal-Atlantiku

Euphausia superba

KRI

WHL

1,00



Speċi:

Lemon sole

Microstomus kitt

LEM

WHL

1,00

GUT

1,05



Speċi:

Megrims

Lepidorhombus spp

LEZ

WHL

1,00

GUT

1,06



Speċi:

Ħuta tas-silġ Unicorn

Channichthys rhinoceratus

LIC

WHL

1,00



Speċi:

Lipp

Molva molva

LIN

WHL

1,00

GUT

1,14

GUH

1,33

FIL

2,80

FSP

2,30



Speċi:

Kavalli

Scomber scombrus

MAC

WHL

1,00

GUT

1,11



Speċi:

Ksampu

Nephrops norvegicus

NEP

WHL

1,00

TAL

3,00



Speċi:

Humped rockcod

Notothenia gibberifrons

NOG

WHL

1,00



Speċi:

Norway pout

Trisopterus esmarkii

NOP

WHL

1,00



Speċi:

Marbled rockcod

Notothenia rossii

NOR

WHL

1,00



Speċi:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

ORY

WHL

1,00



Speċi:

Pacific snow crab

Chionoecetes spp

PCR

WHL

1,00



Speċi:

Gamblu Penaeus

Penaeus spp

PEN

WHL

1,00



Speċi:

Barbun tat-tbajja'

Pleuronectes platessa

PLE

WHL

1,00

GUT

1,07



Speċi:

Pollakju (saithe)

Pollachius virens

POK

WHL

1,00

GUT

1,19

GUH

1,44

FIS

2,78

FSB

2,12

FSP

2,43



Speċi:

Pollakju

Pollachius pollachius

POL

WHL

1,00

GUT

1,17



Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

PRA

WHL

1,00



Speċi:

Atlantic redfishes

Sebastes spp

RED

WHL

1,00

GUT

1,19

▼C1

GUH

1,78

▼B

FIS

3,37

FSP

3,00

JAT

1,90



Speċi:

Rough-head grenadier

Macrourus berglax

RHG

WHL

1,00



Speċi:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

RNG

WHL

1,00

GUT

1,11

GUH

1,92



Speċi:

Ċiċċirell

Ammodytes spp

SAN

WHL

1,00



Speċi:

Bażuga kaħlija

Pagellus bogaraveo

SBR

WHL

1,00

GUT

1,11



Speċi:

Rough longnose dogfish

Deania histricosa

SDH

WHL

1,00



Speċi:

Arrowhead dogfish

Deania profundorum

SDU

WHL

1,00



Speċi:

South Georgia icefish

Pseudochaenichthys georgianus

SGI

WHL

1,00



Speċi:

Lingwata komuni

Solea solea

SOL

WHL

1,00



Speċi:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

SPR

WHL

1,00



Speċi:

Klamar tal-pinen qosra

Illex illecebrosus

SQI

WHL

1,00



Speċi:

Klamari

Martialia hyadesi

SQS

WHL

1,00



Speċi:

Rebekkini

Rajidae

SRX

WHL

1,00

GUT

1,13

WNG

2,09



Speċi:

Pixxispad

Xiphias gladius

SWO

WHL

1,00

GUT

1,12

GUH

1,31

HEA

1,33

GHT

1,33



Speċi:

Patagonian toothfish

Dissostichus eleginoides

TOP

WHL

1,00



Speċi:

Barbun imperjali

Psetta maxima

TUR

WHL

1,00

GUT

1,09



Speċi:

Tusk

Brosme brosme

USK

WHL

1,00



Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

WHB

WHL

1,00

GUT

1,15

FIS

2,65

SUR

2,97



Speċi:

Merlangu

Merlangius merlangus

WHG

WHL

1,00

GUT

1,18



Speċi:

Marlin abjad

Tetrapturus albidus

WHM

WHL

1,00



Speċi:

Witch flounder

Glyptocephalus cynoglossus

WIT

WHL

1,00



Speċi:

Yellowtail flounder

Limanda ferruginea

YEL

WHL

1,00




ANNESS XVI

METODOLOĠIJA BIEX JIĠU STABBILITI L-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 16(1) U 25(1) TAR-REGOLAMENT TA’ KONTROLL

Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija li abbażi tagħha l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni msemmija fl-Artikoli 16(1) u 25(1) tar-Regolament ta' Kontroll għall-bastimenti li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Bastimenti attivi : bastimenti msemmija fl-Artikoli 16 u 25 tar-Regolament ta’ Kontroll impenjati fi kwalunkwe operazzjoni tas-sajd (aktar minn 0 jiem) tul sena kalendarja. Bastiment li ma jkunx wettaq operazzjonijiet tas-sajd matul sena għandu jitqies bħala wieħed “mhux attiv”;

(b)

Mestier : Grupp ta' operazzjonijiet tas-sajd li jkollhom fil-mira (ġemgħa ta') speċijiet simili, bl-użu ta' rkaptu simili, matul l-istess perjodu tas-sena u/jew fl-istess żona u li jkunu kkaratterizzati minn mudelli simili ta' sfruttament. L-allokazzjoni għal mestier hija ddeterminata mill-attività tas-sajd tas-sena ta’ qabel. Jekk bastiment wieħed kien attiv f’mestier wieħed għal aktar minn 50 % tas-sena, jiġi allokat lil dak il-mestier. Jekk l-attività tas-sajd hija taħt il-50 % għal kwalunkwe mestier, il-bastiment għandu jiġi allokat għall-mestier imsejjaħ il-mestier polivalenti.

(c)

Popolazzjoni fil-mira : il-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd minn bastimenti attivi li jużaw mestieri differenti.

2. L-għan tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jkun li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tal-bastimenti msemmija fl-Artikoli 16 u 25 tar-Regolament ta' Kontroll u li tiġi stmata l-qabda totali tagħhom, għal kwalunkwe stokk partikolari u skont il-mestier, matul il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.

3. Fil-prinċipju, l-unità tat-teħid tal-kampjuni għandha tkun il-mestier. Kull bastiment ikkonċernat għandu jiġi assenjat lil mestier wieħed biss.

4. Il-popolazzjoni fil-mira għandha tinkludi l-ħatt l-art skont il-mestier minn bastimenti attivi b’tul ta’ inqas minn 10 metri.

5. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-riskju tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għall-mestier fl-Istat Membru fejn jitwettaq il-ħatt l-art. Id-daqs tal-kampjun għandu jkun rappreżentattiv tal-mestier ikkonċernat.

6. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-riskju fil-livelli li ġejjin: “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” u “għoli ħafna”.

7. Huma u jistabbilixxu l-livell tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji kollha rilevanti. Dawn għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
il-livelli tal-ħatt l-art skont il-popolazzjoni fil-mira, li jinvolvu l-istokkijiet regolati kollha, imqassmin skont il-mestieri;
— 
il-livell ta’ ksur osservat qabel għall-bastiment ikkonċernat;
— 
l-għadd totali ta’ spezzjonijiet imwettqa skont il-mestier;
— 
id-disponibbiltà tal-kwota tal-popolazzjoni fil-mira għal dawk il-bastimenti, skont il-mestier;
— 
l-użu ta’ kaxex standardizzati;

jekk ikun xieraq:

— 
il-varjazzjoni fil-livelli tal-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art;
— 
l-isfond u/jew il-periklu potenzjali ta' frodi b’rabta mal-port/mal-lok/mar-reġjun u mal-mestier.

8. Huma u jfasslu l-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni, l-Istati Membri għandhom iqisu l-livelli tal-attività tal-mestier tul il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.

9. L-intensità tat-teħid tal-kampjuni għandha tqis il-varjabbiltà tal-ħatt l-art skont il-mestier.

10. Meta l-prodotti tas-sajd jinħattu l-art f’kaxex standardizzati, l-għadd minimu ta’ kaxex li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni għandu jkun proporzjonat mal-livelli ta’ riskju identifikati mill-Istati Membri kif stipulat fl-eżempju t’hawn taħt:



Għadd ta' kaxex li nħattu l-art skont l-ispeċi

Għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu skont il-livell tar-riskju

Baxx ħafna

Baxx

Medju

Għoli

Għoli ħafna

0-25

1

1

1

1

2

25-50

1

2

3

4

5

50-100

1

3

4

5

6

Kull 100 kaxxa addizzjonali

1

1

2

3

4

11. Il-livelli ta’ preċiżjoni/ta’ kunfidenza għandhom japplikaw kif stipulat fil-Livelli 2 u 3 fil-Punt 4 tal-Parti B tal-Kapitolu II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/93/UE ( 24 ).

12. Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar kif se tiġi stmata l-qabda totali, għal kwalunkwe stokk partikulari u skont il-mestier, matul il-perjodu tat-teħid tal-kampjuni.




ANNESS XVII

IL-FORMATI TA’ RAPPURTAR TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, f’rapport tal-isforz tas-sajd:

(a) 

il-pożizzjoni ġeografika ta’ bastiment tas-sajd għandha tingħata fi gradi u minuti tal-lonġitudni u l-latitudni;

(b) 

iż-żona għandha tkun waħda li fiha s-sajd huwa suġġett għal reġim Komunitarju tal-isforz tas-sajd;

(c) 

il-ħin għandu jingħata bħala ħin universali kkoordinat (UTC);

(d) 

meta tissemma l-qabda miżmuma abbord, l-ispeċijiet kollha li kienu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Kontroll għandhom jiġu kkomunikati b’mod individwali f’kilogrammi ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj; il-kwantitajiet irrappurtati għandhom ikunu l-kwantitajiet totali ta’ kull speċi miżmuma abbord fil-ħin li fih jiġi kkomunikat ir-rapport tal-isforz.

L-ispeċijiet li huma kkomunikati huma identifikati mill-kodiċi alfa-3 tal-FAO.

2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja fil-forma ta' “rapport tal-isforz” li jintbagħat mhux iktar kmieni minn 12-il siegħa u tal-anqas siegħa (1) qabel id-dħul fi kwalunkwe żona u li għandu jiġbor fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-intestatura “RAPPORT TAL-ISFORZ - DĦUL”;

(b) 

l-isem, l-identifikazzjoni esterna u l-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment tas-sajd;

(c) 

isem il-kaptan tal-bastiment tas-sajd;

(d) 

il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment tas-sajd imsemmija fil-komunikazzjoni;

(e) 

iż-żona li l-bastiment tas-sajd ikun se jidħol fiha;

(f) 

id-data u l-ħin meta huwa mistenni jseħħ kull dħul f'dik iż-żona;

(g) 

il-qabda miżmuma abbord, skont l-ispeċijiet, f’kilogrammi ta’ piż ħaj.

3. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja fil-forma ta' “rapport tal-isforz” li jintbagħat mhux iktar kmieni minn 12-il siegħa u tal-anqas siegħa (1) qabel il-ħruġ minn kwalunkwe żona u li għandu jiġbor fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-intestatura “RAPPORT TAL-ISFORZ - ĦRUĠ”;

(b) 

l-isem, l-identifikazzjoni esterna u l-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment tas-sajd;

(c) 

isem il-kaptan tal-bastiment tas-sajd;

(d) 

il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment tas-sajd imsemmija fil-komunikazzjoni, f’latitudni u lonġitudni;

(e) 

iż-żona li l-bastiment tas-sajd ikun se joħroġ minnha;

(f) 

id-data u l-ħin meta huwa mistenni jseħħ kull ħruġ minn dik iż-żona;

(g) 

il-qabda miżmuma abbord, skont l-ispeċijiet, f’kilogrammi ta’ piż ħaj.

4. Minkejja l-paragrafu 3, meta l-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewopea jwettqu sajd transżonali li jaqsam il-linja li tissepara ż-żoni aktar minn darba f'perjodu ta' 24 siegħa, huma għandhom jikkomunikaw l-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom f'dak il-perjodu ta' 24 siegħa, dejjem jekk huma jibqgħu f'żona delimitata ta' ħames (5) mili nawtiċi minn kull naħa tal-linja ta’ bejn iż-żewġ żoni.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jikkonformaw mal-obbligi tar-rappurtar.




ANNESS XVIII

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI KKALKULAT IL-PIŻ NETT MEDJU TA' KAXEX JEW BLOKOK TA' PRODOTTI TAS-SAJD IFFRIŻATI



Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni

Daqs tal-lott

(l-għadd ta' kaxex)

Daqs tal-kampjun

(l-għadd ta' pallets × 52 kaxxa)

5 000 kaxxa jew inqas

3

5 001 -10 000

4

10 001 -15 000

5

15 001 -20 000

6

20 001 -30 000

7

30 001 -50 000

8

Iktar minn 50 000 kaxxa

9

1. Il-piż medju għal kull kaxxa jew għal kull blokka għandu jiġi ddeterminat skont l-ispeċi billi jintuża l-pjan għat-teħid tal-kampjuni mogħti fit-tabella t’hawn taħt u, fejn hu xieraq, skont il-preżentazzjoni. Il-kampjun għandu jintgħażel b’mod aleatorju.

2. Kull pallet ta’ kaxex jew blokok għandu jintiżen. Il-piż gross totali tal-pallets kollha fil-kampjun għandu jiġi diviż bl-għadd totali ta’ pallets fil-kampjun biex wieħed jasal għall-piż gross medju għal kull pallet skont l-ispeċi u, fejn hu xieraq, skont il-preżentazzjoni.

3. Sabiex wieħed jasal għall-piż nett għal kull kaxxa jew blokka skont l-ispeċi u, fejn hu xieraq, skont il-preżentazzjoni, għandu jsir it-tnaqqis li ġej mill-piż gross medju tal-pallets tal-kampjun imsemmi fi-punt 2:

(a) 

Il-piż medju ta’ kull kaxxa jew blokka vojta (it-tara) li huwa daqs il-piż tas-silġ u tal-kartun, il-plastik jew il-materjal l-ieħor ta’ ppakkjar immultiplikat bl-għadd ta’ kaxex jew blokok fuq il-pallet;

(b) 

Il-piż medju tal-pallets vojta mill-kampjun kif intużaw fil-ħatt l-art.

Il-piż nett li jirriżulta għal kull pallet skont l-ispeċi u, fejn hu xieraq, skont il-preżentazzjoni għandu mbagħad jiġi diviż bl-għadd ta' kaxex fuq il-pallet.

4. Il-piż medju ta’ kull kaxxa jew blokka vojta (it-tara) msemmi fil-punt 3(a) għandu jkun ta' 1,5 kg. L-Istati Membri jistgħu jużaw tara differenti għal kull kaxxa jew blokka, dejjem jekk jibagħtu l-metodoloġija tagħhom għat-teħid tal-kampjuni u kwalunkwe tibdil li jsirilha għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.




ANNESS XIX

METODOLOĠIJA BIEX JIĠU STABBILITI L-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI GĦALL-UŻIN TAL-ĦATT L-ART TA’ PRODOTTI TAS-SAJD Fl-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 60(1) TAR-REGOLAMENT TA’ KONTROLL

Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija biex l-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament ta’ Kontroll.

1. L-għan tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jkun l-iżgurar tal-użin preċiż tal-prodotti tas-sajd hekk kif dawn jinħattu l-art.

2. Id-daqs tal-kampjun li għandu jintiżen għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għall-port/għal-lok/għar-reġjun fl-Istat Membru fejn jitwettaq il-ħatt l-art.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-riskju fil-livelli li ġejjin: “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” u “għoli ħafna”.

4. Huma u jistabbilixxu l-livell tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji kollha rilevanti. Dawn għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
il-livelli tal-ħatt l-art fil-port/fil-lok/fir-reġjun, li jinvolvu l-istokkijiet regolati kollha;
— 
il-livell ta’ ksur osservat qabel b’rabta mal-ħatt l-art fil-port/fil-lok/fir-reġjun;
— 
l-għadd totali ta' spezzjonijiet imwettqa fil-port/fil-lok/fir-reġjun;
— 
id-disponibbiltà tal-kwota għal dawk il-bastimenti li jħottu l-ħut l-art fil-port/fil-lok/fir-reġjun;
— 
l-użu ta’ kaxex standardizzati;

kif xieraq:

— 
il-varjazzjoni fil-livelli tal-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art;
— 
ir-riskju ta’ frodi fil-port/fil-lok/fir-reġjun;

5. It-teħid tal-kampjuni għandu jkun rappreżentattiv u għandu jkun effiċjenti tal-anqas daqs it-Teħid tal-Kampjuni Aleatorju Sempliċi.

6. Meta l-prodotti tas-sajd jinħattu l-art f’kaxex standardizzati, l-għadd minimu ta’ kaxex li għandhom jintiżnu bħala kampjun għandu jkun proporzjonat mal-livelli ta’ riskju identifikati mill-Istati Membri. Preferibbilment, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu permezz ta’ tabelli għal-livelli ta’ riskju differenti, kif muri fl-eżempju t’hawn taħt:



Għadd ta' kaxex li nħattu l-art skont l-ispeċi

Għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu skont il-livell tar-riskju

Baxx ħafna

Baxx

Medju

Għoli

Għoli ħafna

0-25

1

1

1

1

2

25-50

1

2

3

4

5

50-100

1

3

4

5

6

100-200

2

4

5

6

7

Kull 100 kaxxa addizzjonali

1

1

2

3

4

7. Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex ikun żgurat li:

— 
l-operaturi jikkonformaw mal-livelli tat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti,
— 
ir-riżultati tal-użin iddeterminati mill-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni jintużaw għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament ta' Kontroll,
— 
għadd magħżul ta’ prodotti tas-sajd li jinħattu l-art, li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru abbażi tal-analiżi tiegħu tar-riskju, jintiżen fil-preżenza ta' uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti.

8. Kwalunkwe analiżi tar-riskju, valutazzjoni tad-dejta, proċedura ta’ validazzjoni, proċedura ta’ verifika, jew dokumenti oħra li jappoġġaw l-istabbiliment tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni u aktar emendi tiegħu għandhom ikunu ddokumentati u magħmula disponibbli għall-verifiki u għall-ispezzjoni.




ANNESS XX

METODOLOĠIJA BIEX JIĠU STABBILITI L-PJANIJIET GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 60(3) TAR-REGOLAMENT TA’ KONTROLL

Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija biex l-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art minn bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu l-ħut abbord skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament ta’ Kontroll.

1. L-għan tal-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni għandu jkun li tiġi vverfikata l-preċiżjoni tal-użin meta l-prodotti tas-sajd jitħallew jintiżnu abbord.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-teħid tal-kampjuni jitwettaq meta l-prodotti tas-sajd jinħattu l-art mill-bastiment tas-sajd li ntiżnu fuqu.

3. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) għal dawk il-bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu l-prodotti tas-sajd abbord.

4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-riskju fil-livelli li ġejjin: “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” u “għoli ħafna”.

5. Huma u jistabbilixxu l-livell tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji kollha rilevanti. Dawn għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
il-livelli tal-ħatt l-art minn bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu l-qabdiet ta’ prodotti tas-sajd abbord f’port, f’lok ieħor jew f’reġjun;
— 
il-livelli ta’ ksur osservat qabel assoċjat ma' bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu l-qabdiet ta’ prodotti tas-sajd abbord;
— 
il-livelli tal-attività ta’ spezzjoni f’port, f’lok ieħor jew f’reġjun fejn il-prodotti tas-sajd jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu t-tali prodotti abbord;
— 
id-disponibbiltà tal-kwota għall-bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu l-prodotti tas-sajd abbord;

kif xieraq:

— 
il-varjazzjoni fil-livelli tal-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art;
— 
ir-riskju ta’ frodi fil-port/fil-lok/fir-reġjun;

6. It-teħid tal-kampjuni ta' prodotti tas-sajd li jinħattu l-art għandu jkun effettiv tal-anqas daqs it-teħid tal-kampjuni aleatorju sempliċi u għandu jkun proporzjonat mal-livell ta' riskju.

7. Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi miżuri biex ikun żgurat li l-użin tal-kampjun jitwettaq.

8. L-għadd ta' kaxex li jintiżnu bħala kampjun għandu jkun proporzjonat mal-livell ta’ riskju vvalutat. Preferibbilment, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu permezz ta’ tabelli għal-livelli ta’ riskju differenti, kif muri fl-eżempju t’hawn taħt:



Għadd ta' kaxex li nħattu l-art skont l-ispeċi

Għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu skont il-livell tar-riskju

Baxx ħafna

Baxx

Medju

Għoli

Għoli ħafna

0-25

1

1

1

1

2

25-50

1

2

3

4

5

50-100

1

3

4

5

6

100-200

2

4

5

6

7

Kull 100 kaxxa addizzjonali

1

1

2

3

4

9. Meta prodotti tas-sajd minn bastimenti bħal dawn jintiżnu qabel l-ewwel tqegħid fis-suq u l-użin iseħħ immedjatament wara l-ħatt l-art tal-lottijiet tal-prodotti tas-sajd, ir-riżultati tal-użin jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni.

10. Il-pjan għat-teħid tal-kampjuni għandu jinkludi wkoll miżuri biex ikun żgurat li:

— 
l-operaturi jikkonformaw mal-livelli tat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti,
— 
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 71(2) ta' dan ir-Regolament, ir-riżultati tal-użin iddeterminati mill-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni jintużaw għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament ta' Kontroll,
— 
għadd magħżul ta’ prodotti tas-sajd li jinħattu l-art, li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru abbażi tal-analiżi tiegħu tar-riskju, jintiżen fil-preżenza ta' uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti.

11. Kwalunkwe analiżi tar-riskju, valutazzjoni tad-dejta, proċedura ta’ validazzjoni, proċedura ta’ verifika, jew dokumenti oħra li jappoġġaw l-istabbiliment tal-pjan għat-teħid tal-kampjuni u aktar emendi tiegħu għandhom ikunu ddokumentati u magħmula disponibbli għall-verifiki u għall-ispezzjoni.




ANNESS XXI

METODOLOĠIJA BIEX JIĠU STABBILITI L-PJANIJIET TA’ KONTROLL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 61(1) TAR-REGOLAMENT TA’ KONTROLL

Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija biex l-Istati Membri jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati meta jippermettu l-użin ta' prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art lejn destinazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru, skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament ta' Kontroll.

1. L-għan tal-pjan ta’ kontroll għandu jkun li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, meta Stat Membru jippermetti l-użin ta’ prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art lejn destinazzjoni fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

2. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) assoċjat mal-fatt li wieħed jippermetti l-użin tal-prodotti tas-sajd wara t-trasport.

3. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-riskju fil-livelli li ġejjin: “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” u “għoli ħafna”.

4. Huma u jistabbilixxu l-livell tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji kollha rilevanti. Dawn għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
il-livelli tal-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
il-livelli ta’ ksur osservat qabel assoċjat mal-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
il-livelli magħrufa ta’ kontrolli tat-trasport;
— 
id-disponibbiltà tal-kwota għal dawk il-bastimenti tas-sajd li jħottu l-art prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
l-użu ta’ kaxex standardizzati mill-bastimenti li minnhom joriġinaw il-prodotti tas-sajd;

kif xieraq:

— 
il-varjazzjoni fil-livelli tal-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art;
— 
ir-riskju ta’ frodi fil-port/fil-lok/fir-reġjun;

5. Il-pjanijiet ta' kontroll għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
programm ta’ spezzjonijiet tal-prodotti tas-sajd f’każijiet meta dawn ikunu ttrasportati mill-postijiet tal-ħatt l-art għall-użin f'destinazzjonijiet oħra fit-territorju tal-Istat Membru;
— 
dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà ta’ dokumenti tat-trasport skont l-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Kontroll;
— 
dispożizzjonijiet dwar il-verifika tad-dettalji tal-prodotti tas-sajd ittrasportati fir-rigward tad-dejta tan-notifika minn qabel ippreżentata, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Kontroll, mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd li qed iħott l-art il-prodotti tas-sajd;
— 
dispożizzjonijiet dwar l-integrità u d-dettalji tas-siġilli mpoġġija fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners użati biex jiġu ttrasportati prodotti tas-sajd bħal dawn skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament;
— 
dispożizzjonijiet biex isiru kontroverifiki tad-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tad-dejta tad-dokument tat-trasport mar-reġistri tal-użin fid-destinazzjoni fejn jintiżnu l-prodotti;
— 
l-użin ta’ kampjuni tal-prodotti tas-sajd, fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, fid-destinazzjoni fejn iseħħ l-użin, qabel l-ewwel tqegħid fis-suq. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu proporzjonati mal-livelli ta’ riskju vvalutati. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jinkorporaw l-użu ta’ kaxex standardizzati fil-proċeduri tal-użin tal-kampjuni.

6. Meta l-prodotti tas-sajd jinżammu f'kaxex standardizzati, għandhom jintiżnu għadd ta’ kaxex bħala kampjun fil-preżenza ta' uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. L-għadd ta' kaxex li jintiżnu bħala kampjun għandu jkun proporzjonat mal-livell ta’ riskju vvalutat. Preferibbilment, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu permezz ta’ tabelli għal-livelli ta’ riskju differenti, kif muri fl-eżempju t’hawn taħt:



Għadd ta' kaxex li nħattu l-art skont l-ispeċi

Għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu skont il-livell tar-riskju

Baxx ħafna

Baxx

Medju

Għoli

Għoli ħafna

0-25

1

1

1

1

2

25-50

1

2

3

4

5

50-100

1

3

4

5

6

100-200

2

4

5

6

7

Kull 100 kaxxa addizzjonali

1

1

2

3

4

7. Il-pjan ta’ kontroll għandu jinkludi miżuri biex ikun żgurat li l-użin tal-kampjuni jitwettaq.

8. Kwalunkwe analiżi tar-riskju, valutazzjoni tad-dejta, proċedura ta’ validazzjoni, proċedura ta’ verifika, jew dokumenti oħra li jappoġġaw l-istabbiliment tal-pjan ta’ kontroll u aktar emendi tiegħu għandhom ikunu ddokumentati u magħmula disponibbli għall-verifiki u għall-ispezzjoni.




ANNESS XXII

METODOLOĠIJA BIEX JIĠI STABBILIT IL-PROGRAMM TA’ KONTROLL KOMUNI MSEMMI FL-ARTIKOLU 61(2) TAR-REGOLAMENT TA’ KONTROLL

Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija biex l-Istati Membri jistabbilixxu l-programm ta' kontroll komuni li għandu jiġi applikat meta l-Istat Membru fejn jinħattu l-art il-prodotti tas-sajd jippermetti t-trasport tagħhom, qabel ma jintiżnu, lejn xerrejja rreġistrati, irkanti rreġistrati jew korpi jew persuni oħra responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta' Kontroll.

1. L-għan tal-programm ta’ kontroll komuni għandu jkun li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd meta l-Istati Membri fejn jinħattu l-art il-prodotti tas-sajd jippermettu t-trasport tagħhom, qabel ma jintiżnu, lejn xerrejja rreġistrati, irkanti rreġistrati jew korpi jew persuni oħra responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor.

2. Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) assoċjat mat-trasport tal-prodotti lejn Stat Membru ieħor qabel ma jintiżnu.

3. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-riskju fil-livelli li ġejjin: “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” u “għoli ħafna”.

4. Huma u jistabbilixxu l-livell tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji kollha rilevanti. Dawn għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
il-livelli tal-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
il-livelli ta’ ksur osservat qabel assoċjat mal-ħatt l-art ta’ prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
il-livelli magħrufa ta’ kontrolli tat-trasport fl-Istat Membru tal-ħatt l-art, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni;
— 
id-disponibbiltà tal-kwota għal dawk il-bastimenti tas-sajd li jħottu l-art prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
l-użu ta’ kaxex standardizzati mill-bastimenti li minnhom joriġinaw il-prodotti tas-sajd;

kif xieraq:

— 
il-varjazzjoni fil-livelli tal-prezzijiet tas-suq għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art;
— 
ir-riskju ta’ frodi fil-port/fil-lok/fir-reġjun;
— 
il-varjazzjonijiet fil-prezz tas-suq ta’ dawk il-prodotti tas-sajd li jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art;
— 
ir-riskju ta’ frodi f’port, f’lok ieħor jew f’reġjun fejn jinħattu l-art u/jew jintiżnu prodotti bħal dawn.

5. Il-programmi ta' kontroll komuni għandhom jinkludu, iżda ma għandhomx ikunu limitati għal:

— 
programm ta’ spezzjonijiet tal-prodotti tas-sajd meta dawn ikunu ttrasportati mill-postijiet tal-ħatt l-art għall-użin f'destinazzjonijiet oħra fit-territorju ta' Stat Membru ieħor;
— 
dispożizzjonijiet dwar id-disponibbiltà ta’ dokumenti tat-trasport skont l-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Kontroll;
— 
dispożizzjonijiet dwar il-verifika tad-dettalji tal-prodotti tas-sajd ittrasportati u li ġew ippreżentati, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Kontroll, mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd li qed iħott l-art il-prodotti tas-sajd;
— 
dispożizzjonijiet dwar l-integrità u d-dettalji tas-siġilli mpoġġija fuq il-vetturi jew fuq il-kontejners użati biex jiġu ttrasportati prodotti tas-sajd bħal dawn skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament;
— 
dispożizzjonijiet biex isiru kontroverifiki tad-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd u tad-dejta tad-dokument tat-trasport mar-reġistri tal-użin fid-destinazzjoni fejn jintiżnu l-prodotti;
— 
l-użin ta’ kampjuni tal-prodotti tas-sajd, fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, fid-destinazzjoni fejn iseħħ l-użin, qabel l-ewwel tqegħid fis-suq. Id-daqsijiet tal-kampjuni għandhom ikunu proporzjonati mal-livelli ta’ riskju vvalutati. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jinkorporaw l-użu ta’ kaxex standardizzati fil-proċeduri tal-użin tal-kampjuni.

6. Meta l-prodotti tas-sajd jinżammu f'kaxex standardizzati, għandhom jintiżnu għadd ta’ kaxex bħala kampjun fil-preżenza ta' uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. L-għadd ta' kaxex li jintiżnu bħala kampjun għandu jkun proporzjonat mal-livell ta’ riskju vvalutat. Preferibbilment, l-Istati Membri għandhom jindikaw l-għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu permezz ta’ tabelli għal-livelli ta’ riskju differenti, kif muri fl-eżempju t’hawn taħt:



Għadd ta' kaxex li nħattu l-art skont l-ispeċi

Għadd ta’ kaxex li għandhom jintiżnu skont il-livell tar-riskju

Baxx ħafna

Baxx

Medju

Għoli

Għoli ħafna

0-25

1

1

1

1

2

25-50

1

2

3

4

5

50-100

1

3

4

5

6

100-200

2

4

5

6

7

Kull 100 kaxxa addizzjonali

1

1

2

3

4

7. Il-programm ta’ kontroll komuni għandu jinkludi miżuri biex ikun żgurat li l-użin tal-kampjuni jitwettaq.

8. Kwalunkwe analiżi tar-riskju, valutazzjoni tad-dejta, proċedura ta’ validazzjoni, proċedura ta’ verifika, jew dokumenti oħra li jappoġġaw l-istabbiliment tal-programm ta’ kontroll komuni u aktar emendi tiegħu għandhom ikunu ddokumentati u magħmula disponibbli għall-verifiki u għall-ispezzjoni.

▼M1




ANNESS XXIII

LISTA TA' INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA BIEX JIMTLEW IR-RAPPORTI TA' SORVELJANZA DWAR L-ILMIĦ U D-DITEZZJONITA' BASTIMENTI TAS-SAJD

Informazzjoni ġenerali

1. Ir-referenza tar-rapport ta' sorveljanza

2. Id-data u l-ħin (UTC) tal-ilmiħ jew tad-ditezzjoni

3. L-Istat Membru minn fejn joriġina r-rapport u l-isem tal-awtorità unika

4. It-tip u l-identifikazzjoni tal-inġenju ta' sorveljanza

5. Il-pożizzjoni u l-lok tal-inġenju ta' sorveljanza waqt l-ilmiħ jew id-ditezzjoni

Dettalji dwar il-bastiment tas-sajd

6. Stat tal-Bandiera

7. L-isem

8. Il-port tar-reġistrazzjoni u n-numru estern tar-reġistrazzjoni

9. Il-kodiċi internazzjonali tar-radju

10. In-numru IMO (tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima)

11. Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità

12. Deskrizzjoni

13. Tip

14. Il-pożizzjoni u l-lok tal-bidu waqt l-ilmiħ jew id-ditezzjoni

15. Id-direzzjoni u l-veloċità tal-bidu waqt l-ilmiħ jew id-ditezzjoni

16. Attività

Informazzjoni oħra

17. Xi jfissru lmiħ jew ditezzjoni

18. Il-kuntatt mal-bastiment

19. Dettalji dwar il-komunikazzjoni mal-bastiment

20. Reġistrazzjoni tal-ilmiħ jew tad-ditezzjoni

21. Kummenti

22. Dokumenti mehmuża

23. L-uffiċjal li qed jirrapporta u firma

Struzzjonijiet biex jimtlew ir-rapporti ta' sorveljanza:

1. Ippreżenta informazzjoni li tkun kemm jista' jkun komprensiva

2. Il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) u l-lok fid-dettall (is-sezzjoni tal-ICES, is-subżona ġeografika tal-GFCM, is-subżona tan-NAFO, tan-NEAFC jew tas-CECAF, iż-żona, is-subżona u s-sezzjoni tal-FAO u fuq l-art, u l-port).

3. L-Istat tal-bandiera, isem il-bastiment, il-port tar-reġistrazzjoni, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju u n-numru IMO: iridu jinkisbu minn dak li qed jintlemaħ jew jiġi osservat mill-bastiment jew dwaru, jew inkella b'kuntatt bir-radju mal-bastimenti (jrid jitniżżel is-sors ta' din l-informazzjoni).

4. Deskrizzjoni tal-bastiment (jekk dan ikun osservat viżwalment); u marki distintivi tal-bastiment, kif applikabbli: għid jekk l-isem u l-port tar-reġistrazzjoni tal-bastiment kinux viżibbli jew le. Niżżel il-kuluri tal-buq u tas-sovrastruttura, l-għadd ta' arbli u l-pożizzjoni tal-briġġ u t-tul taċ-ċumnija, eċċ.

5. It-tip ta' bastiment u rkaptu milmuħ: eż. tas-sajd bil-konzijiet, bit-tkarkir, lanċa tal-irmonk, bastiment fabbrika, bastiment tat-trasport (il-klassifika statistika standard internazzjonali tal-FAO tal-bastimenti tas-sajd).

6. L-attività tal-bastiment milmuħ/osservat kif applikabbli: rapport għal kull attività jekk il-bastiment kienx qed jistad, ikala l-irkaptu tas-sajd, jerfa', jittrażborda, jittrasferixxi, jirmonka, fi tranżitu, jankra jew waqt xi attività oħra (li trid tiġi spjegata), inklużi d-data, il-ħin, il-pożizzjoni, id-direzzjoni u l-veloċità tal-bastiment għal kull attività.

7. L-lmiħ jew id-detezzjoni jfissru, kif applikabbli: dettalji dwar kif saru l-ilmiħ jew id-ditezzjoni, jekk hux b'mod viżwali, bil-VMS, bir-radar, bir-radju jew mod ieħor (li jrid jiġi spjegat).

8. Il-kuntatt mal-bastiment: semmi jekk sarx kuntatt (IVA/LE) u l-mezzi tal-komunikazzjoni (bir-radju jew mod ieħor li jrid jiġi speċifikat).

9. Dettalji dwar il-komunikazzjoni: agħti dettalji fil-qosor dwar il-komunikazzjoni fosthom tal-isem, in-nazzjonalità u l-pożizzjoni mogħtija mill-persuni kkuntattjati abbord il-bastiment milmuħ/osservat.

10. Reġistrazzjoni tal-ilmiħ jew tad-ditezzjoni: semmi jekk l-ilmiħ jew id-ditezzjoni sarux minn ritratt, vidjo, awdjo jew rapport miktub.

11. Kummenti: jekk għandek, żid kummenti oħrajn.

12. Dokumenti mehmużin jekk ikunu disponibbli, ehmeż xi ritratt jew ħażżeż skeċċ tal-bastiment (pinġi l-profil tal-bastiment, u uri strutturi distintivi, il-profil, l-arbli u marki oħrajn li jaf ikunu utli għall-identifikazzjoni).

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm struzzjonijiet fid-dettall dwar kif jimtlew ir-rapporti.

Ir-regoli għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' sorveljanza:

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' sorveljanza. Fuq dak is-sit web hemm ukoll id-dokumenti ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambju.

▼B




ANNESS XXIV

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN ELENKATA FIS-SOTTOPAĠNI SIGURI TAL-WEBSAJTS SIGURI

1. Il-lista tal-uffiċjali inkarigati mill-ispezzjonijiet (l-Artikolu 116(1)(a) tar-Regolament ta' Kontroll) li jkun fiha:

(a) 

l-ewwel isem;

(b) 

il-kunjom;

(c) 

il-grad;

(d) 

l-abbrevjazzjoni tal-isem tas-servizz li jagħmlu parti minnu;

(e) 

il-lista tas-servizzi li huma nkarigati mill-ispezzjonijiet tas-sajd jew li huma involuti fihom. Għal kull organizzazzjoni, il-lista għandha tinkludi:

— 
l-isem sħiħ tas-servizz,
— 
l-abbrevjazzjoni tal-isem,
— 
l-indirizz postali sħiħ,
— 
l-indirizz (jekk inhu differenti mill-indirizz postali),
— 
in-numru tat-telefown,
— 
in-numru tal-feks,
— 
l-indirizz tal-posta elettronika,
— 
il-URL tal-websajt.

2. Id-dejta mill-bażi tad-dejta tal-ispezzjonijiet u tas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Kontroll (l-Artikolu 116(1)(b) tar-Regolament ta' Kontroll):

(a) 

l-elementi kollha tad-dejta ddefiniti fl-Artikoli 92 u 118 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċessibbli;

(b) 

l-interfaċċja tal-websajt għandu jkollha funzjonalitajiet biex tiġi elenkata, organizzata, magħżula, mfittxija u mnissla statistika mir-rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza.

3. Id-dejta tal-VMS imsemmija fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament (l-Artikolu 116(1)(c) tar-Regolament ta’ Kontroll). L-elementi tad-dejta minimi aċċessibbli għal kull pożizzjoni tal-VMS għandhom ikunu:

(a) 

l-istat tal-bandiera;

(b) 

in-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni;

(c) 

il-kodiċi internazzjonali tar-radju (element fakultattiv);

(d) 

l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterna (element fakultattiv);

(e) 

isem il-bastiment tas-sajd (element fakultattiv);

(f) 

id-data;

(g) 

il-ħin;

(h) 

il-latitudni;

(i) 

il-lonġitudni;

(j) 

ir-rotta;

(k) 

il-veloċità;

(l) 

in-numru tal-vjaġġ (jekk inhu disponibbli);

(m) 

l-allarmi rilevanti;

(n) 

indikazzjoni dwar jekk il-pożizzjoni ntbagħtitx b'mod awtomatiku jew jekk iddaħħlitx manwalment fis-sistema.

L-interfaċċja tal-websajt għandu jkollha funzjonalitajiet biex titniżżel id-dejta jew biex din tintwera fuq mappa, magħżula skont il-bastiment tas-sajd, il-lista tal-bastimenti tas-sajd, it-tip ta’ bastiment tas-sajd, il-perjodu taż-żmien jew iż-żona ġeografika.

4. Id-dejta bil-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa u ġestiti skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament, b'indikazzjoni ċara tal-kundizzjonijiet stipulati u tal-informazzjoni dwar is-sospensjonijiet kollha u l-irtirar kollu (l-Artikolu 116(1)(d) tar-Regolament ta' Kontroll).

5. L-elementi kollha tad-dejta ddefiniti fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament, li jiddefinixxu l-elementi tal-liċenzji u tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, għandhom ikunu aċċessibbli.

Din id-dejta għandha tittieħed mir-reġistru tal-flotta tal-UE. L-interfaċċja għandu jkollha funzjonalitajiet biex jiġu elenkati, organizzati, magħżulin u mfittxija l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet.

6. Il-mod kif għandu jitkejjel il-perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa għall-kontroll tal-isforz tas-sajd (l-Artikolu 116(1)(e) tar-Regolament ta’ Kontroll):

Il-ħin li minnu jitkejjel il-perjodu kontinwu ta' ġurnata preżenti fiż-żona (fil-format ta’ ss:mm f'UTC).

7. Id-dejta dwar l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament ta' Kontroll (l-Artikolu 116(1)(f) tar-Regolament ta' Kontroll):

L-elementi kollha tad-dejta dwar ir-reġistri tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd għandhom ikunu aċċessibbli.

8. Il-programmi ta’ kontroll nazzjonali (l-Artikolu 116(1)(g) tar-Regolament ta' Kontroll). Iperlink għal kull programm ta’ kontroll nazzjonali, li jkun fiha r-referenza legali għall-pjan multiannwali applikabbli;

Id-definizzjoni tas-servizzi tal-internet (il-parametri u l-URL) li jippermettu t-teħid tad-dejta kollha mill-bażi tad-dejta elettronika għall-fini tal-verifika tal-kompletezza u tal-kwalità tad-dejta miġbura skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta’ Kontroll (l-Artikolu 116(1)(h) tar-Regolament ta’ Kontroll).




ANNESS XXV

L-INKARIGI TAL-OSSERVATURI TA’ KONTROLL

1. L-osservaturi ta’ kontroll għandhom jieħdu nota tal-attivitajiet kollha tas-sajd meta jkunu fuq il-bastiment tas-sajd, b’mod partikolari ta’ dan li ġej:

(a) 

Id-data, il-ħin u l-pożizzjonijiet ġeografiċi tal-bidu u t-tmiem ta' kull operazzjoni tas-sajd;

(b) 

L-osservazzjonijiet tal-fond fil-bidu tal-operazzjoni tas-sajd u fi tmiemha;

(c) 

It-tip ta’ rkaptu użat f’kull operazzjoni u d-dimensjonijiet tiegħu, inklużi d-daqsijiet tal-malji fejn hu applikabbli u l-aċċessorji użati;

(d) 

L-osservazzjonijiet tal-qabda stmata sabiex jiġu identifikati l-ispeċijiet fil-mira, il-qabdiet inċidentali u l-ħut skartat (mormi lura fil-baħar) għall-konformità mar-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabdiet u dwar ir-rimi lura fil-baħar;

(e) 

L-osservazzjonijiet tad-daqs tal-ispeċijiet differenti fil-qabda, b’referenza speċifika għall-kampjuni li huma iżgħar min-normal.

2. L-osservaturi ta’ kontroll għandhom jieħdu nota ta’ kull interferenza mas-sistema ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.

▼M1




ANNESS XXVI

IL-FORMAT TAR-RAPPORT TAL-OSSERVATUR TA' KONTROLL



DETTALJI TAL-OSSERVATUR

L-isem

 

Maħtur minn (l-awtorità kompetenti)

 

Imħaddem minn (l-awtorità li qed timpjegah)

 

Data tal-bidu

 

Data tat-tmiem

 



DETTALJI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD

Tip

 

Stat tal-bandiera

 

L-isem

 

Numru fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

 

Identifikatur estern

 

IRCS

 

Numru tal-IMO

 

Qawwa ta' propulsjoni tal-magna

 

Tul totali

 



RKAPTU LI JINĠARR ABBORD

1.

 

2.

 

3.

 



RKAPTU LI ĠIE OSSERVAT LI NTUŻA MATUL IL-VJAĠĠ

1.

 

2.

 

3.

 



DETTALJI TAL-OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD

Numru ta' referenza tal-operazzjoni tas-sajd (jekk inhu applikabbli)

 

Data

 

Tip ta' rkaptu użat

 

Dimensjonijiet

 

Daqs tal-malja

 

Aċċessorji mmuntati

 

Ħin tal-bidu tal-operazzjoni

Ħin ta' tmiem l-operazzjoni

 

Pożizzjoni fil-bidu tal-operazzjoni

 

Fond fil-bidu tal-operazzjoni

 

Fond fi tmiem l-operazzjoni

 

Pożizzjoni fi tmiem l-operazzjoni

 



IL-QABDIET

Speċi

Miżmuma

Mormija lura fil-baħar

Kwantitajiet stmati ta' kull speċi f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Kwantitajiet stmati tal-ispeċi fil-mira f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Kwantitajiet stmati tal-ispeċi fil-mira f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Qabda totali stmata, f'kilogrammi ekwivalenti għall-kilogrammi ta' piż ħaj

Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

Inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

 

 

 

OSSERVAZZJONIJIET TA' NUQQAS TA' KONFORMITÀ
SOMMARJU TA' TMIEM IL-VJAĠĠ TAS-SAJD

FIRMA TAL-OSSERVATUR

DATA




ANNESS XXVII

IR-RAPPORTI TAL-ISPEZZJONI

L-INFORMAZZJONI MINIMA MEĦTIEĠA BIEX JIMTLEW IR-RAPPORTI TA' SPEZZJONI

Struzzjonijiet biex jimtlew ir-rapporti ta' spezzjoni:

Ippreżenta informazzjoni li tkun kemm jista' jkun komprensiva L-informazzjoni trid tingħata kif applikabbli u disponibbli. Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm struzzjonijiet fid-dettall dwar kif jimtlew ir-rapporti.

Ir-regoli għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' spezzjoni:

Fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea hemm il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML tal-ispezzjonijiet, għall-iskambju elettroniku tar-rapporti ta' spezzjoni. Fuq dak is-sit web hemm ukoll id-dokumenti ta' implimentazzjoni li jridu jintużaw għall-iskambju.

MODULU 1: L-ISPEZZJONI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD FUQ IL-BAĦAR

1.  Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni ( *1 )

2.  L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni (*1) 

3. Il-bastiment tal-ispezzjoni (il-bandiera, l-isem u n-numru estern tar-reġistrazzjoni) (*1) 

4. Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*1) 

5. Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (*1) 

6. Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (*1) 

7. Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (*1) 

8. Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (*1) 

9. Il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) tal-bastiment tal-ispezzjoni (*1) 

10. Il-lok tal-bastiment tal-ispezzjoni (iż-żona tas-sajd dettaljata) (*1) 

11. L-ispettur responsabbli (*1) 

12. Nazzjonalità

13. L-ispettur nru 2 (*1) 

14. Nazzjonalità

15.  Id-dettalji tal-bastiment tas-sajd fil-mira (l-isem, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, il-bandiera) (*1) 

16. Il-pożizzjoni u l-lok tal-bastiment tas-sajd fil-mira, jekk din differenti minn bastiment tal-ispezzjoni (il-latitudni, il-lonġitudni, iż-żona tas-sajd dettaljata) (*1) 

17. It-tip ta' bastiment tas-sajd (*1) 

18. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*1) 

19. Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*1) 

20. In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (*1) 

21. In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (*1) 

22. Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*1) 

23. Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*1) 

24. Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*1) 

25. Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*1) 

26. Is-sejħa bir-radju qabel l-imbark

27. Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel l-ispezzjoni

28. Is-sellum tal-imbark (*1) 

29. Identifikazzjoni tal-ispetturi

30.  Ksur jew osservazzjonijiet (*1) 

31.  Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet (*1) 

32. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*1) 

33. Il-verifika tal-qawwa tal-propulsjoni tal-magna

34. Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (*1) 

35. Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (*1) 

36. Il-VMS operattiva (*1) 

37. Il-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod operattiv (*1) 

38. L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (*1) 

39. Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (*1) 

40. Ir-referenza tan-notifika minn qabel (*1) 

41. Il-fini tan-notifika (*1) 

42. Iċ-ċertifikat tal-istiva

43. Il-pjan tal-istivar

44. It-tabelli li juru kemm baqa' spazju biex jimtlew it-tankijiet imkessħin tal-ilma baħar

45. Iċ-ċertifikati għas-sistemi tal-użin abbord

46. Is-sħubija f'organizzazzjoni tal-produtturi

47. Id-dettalji tal-aħħar port ta' żjara (il-port, l-Istat u d-data) (*1) 

48.  Ksur jew osservazzjonijiet (*1) 

49.  L-ispezzjoni tal-qabda (*1) 

50. Dettalji dwar il-qabda abbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż ħaj inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*1) 

51. Il-marġni ta' tolleranza skont l-ispeċi (*1) 

52. Reġistrazzjoni separata tal-ħut taħt id-daqs minimu (*1) 

53. Stivar separat għall-istokkijiet demersali skont pjanijiet multiannwali (*1) 

54. Stivar separat għall-ħut taħt id-daqs minimu (*1) 

55. Il-kontroll tal-użin, l-għadd ta' kaxex/kontenituri, it-tabelli li juru kemm baqa' spazju jew it-teħid tal-kampjuni

56. Dettalji dwar ir-reġistrazzjoni tar-rimi (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet) (*1) 

57.  Ksur jew osservazzjonijiet (*1) 

58.  L-ispezzjoni tal-irkaptu (*1) 

59. Id-dettalji dwar l-irkaptu (it-tip) (*1) 

60. Id-dettalji dwar l-oġġetti li jitwaħħlu max-xibka jew dwar l-apparat (it-tip) (*1) 

61. Id-dettalji dwar il-qisien jew id-daqs tal-malja (*1) 

62. Id-dettalji dwar l-ispag (it-tip, il-ħxuna) (*1) 

63. L-immarkar tal-irkaptu

64.  Ksur jew osservazzjonijiet (*1) 

65.  Il-kummenti tal-ispetturi (*1) 

66.  Il-kummenti tal-kaptan (*1) 

67.  L-azzjonijiet meħuda (*1) 

68.  Il-firma tal-ispetturi (*1) 

69.  Firma tal-kaptan (*1) 

MODULU 2: L-ISPEZZJONI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD WAQT IT-TRAŻBORD

1.  In-numru ta referenza tar-rapport ta' spezzjoni ( *2 )

2.  L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni (*2) 

3. Il-bastiment tal-ispezzjoni (il-bandiera, l-isem u n-numru estern tar-reġistrazzjoni) (*2) 

4. Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*2) 

5. Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (*2) 

6. Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (*2) 

7. Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (*2) 

8. Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (*2) 

9. Il-pożizzjoni (il-latitudni u l-lonġitudni) tal-bastiment tal-ispezzjoni (*2) 

10. Il-lok tal-bastiment tal-ispezzjoni (iż-żona tas-sajd dettaljata) (*2) 

11. Il-lok tal-port ( *3 )

12. Il-port deżinjat (*2) 

13. L-ispettur responsabbli (*2) 

14. Nazzjonalità

15. L-ispettur nru 2 (*2) 

16. Nazzjonalità

17.  Id-dettalji tal-bastiment donatur (l-isem, in-numru estern ta' reġistrazzjoni, il-bandiera) (*2) 

18. Il-pożizzjoni u l-lok tal-bastiment (il-latitudni, il-lonġitudni, iż-żona tas-sajd dettaljata) (*2) 

19. It-tip ta' bastiment tas-sajd (*2) 

20. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*2) 

21. Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*2) 

22. In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) (*2) 

23. In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (*2) 

24. Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

25. Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

26. Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

27. Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

28. Il-konroll tal-VMS qabel l-imbark

29. Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel it-trażbord (*2) 

30.  Ksur jew osservazzjonijiet (*2) 

31.  Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet (*2) 

32. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*2) 

33. Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (*2) 

34. Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (*2) 

35. Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tat-trażbord (*2) 

36. Il-VMS operattiva

37. L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (*2) 

38. Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (*2) 

39. Ir-referenza tan-notifika minn qabel (*2) 

40. Il-fini tan-notifika minn qabel (inkluż ir-reġim IUU) (*2) 

41. Id-dettalji tal-aħħar port viżitat (il-port, l-Istat u d-data) (*3) 

42.  Ksur jew osservazzjonijiet (*2) 

43.  L-ispezzjoni tal-qabda (*2) 

44. Dettalji dwar l-qabda abbord qabel it-trażbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*2) 

45. Il-marġni ta' tolleranza skont l-ispeċi (*2) 

46. Dettalji dwar l-qabda trażbordata (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*2) 

47.  Ksur jew osservazzjonijiet (*2) 

48.  Id-dettalji tal-bastiment riċevitur (l-isem, in-numru estern ta' reġistrazzjoni, il-bandiera) (*2) 

49. Il-pożizzjoni u l-lok tal-bastiment (il-latitudni, il-lonġitudni, iż-żona tas-sajd dettaljata) (*2) 

50. It-tip ta' bastiment tas-sajd (*2) 

51. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*2) 

52. Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (IRCS) (*2) 

53. In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) (*2) 

54. In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (*2) 

55. Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

56. Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

57. Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

58. Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*2) 

59. Il-konroll tal-VMS qabel l-imbark

60. Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel it-trażbord (*2) 

61.  Ksur jew osservazzjonijiet (*2) 

62.  Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet (*2) 

63. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*2) 

64. Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (*2) 

65. Il-VMS operattiva

66. L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (*2) 

67. Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (*2) 

68. Ir-referenza tan-notifika minn qabel (*2) 

69. Il-fini tan-notifika minn qabel (*2) 

70. Id-dettalji tal-aħħar port ta' żjara (il-port, l-Istat u d-data) (*3) 

71.  Ksur jew osservazzjonijiet (*2) 

72.  L-ispezzjoni tal-qabda (*2) 

73. Dettalji dwar l-qabda abbord qabel it-trażbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*2) 

74. Dettalji dwar l-qabda mwassla (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*2) 

75.  Ksur jew osservazzjonijiet (*2) 

76.  Il-kummenti tal-ispetturi (*2) 

77.  Il-kummenti tal-kaptan(i) (*2) 

78.  L-azzjoni(jiet) meħuda (*2) 

79.  Il-firma tal-ispetturi (*2) 

80.  Il-firma tal-kaptan(i) (*2) 

MODULU 3: L-ISPEZZJONI TAL-BASTIMENT TAS-SAJD FIL-PORT JEW WAQT ĦATT L-ART U QABEL L-EWWEL BEJGĦ

1.  Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni ( *4 )

2.  L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni (*4)  ( *5 )

3. Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (*4)  (*5) 

4. Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (*4)  (*5) 

5. Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (*4)  (*5) 

6. Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (*4)  (*5) 

7. Il-lok tal-port (*4)  (*5) 

8. Il-port magħżul (*4)  (*5) 

9. L-ispettur responsabbli (*4) 

10. Nazzjonalità

11. L-ispettur nru 2 (*4)  (*5) 

12. Nazzjonalità

13.  Id-dettalji tal-bastiment tas-sajd fil-mira (l-isem, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, il-bandiera) (*4)  (*5) 

14. It-tip ta' bastiment tas-sajd (*4)  (*5) 

15. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*4)  (*5) 

16. Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (*4)  (*5) 

17. In-numru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (*4)  (*5) 

18. In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità (*4) 

19. Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*4)  (*5) 

20. Id-dettalji tas-sid benefiċjarju (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*4)  (*5) 

21. Id-dettalji tal-kerrej (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*4) 

22. Id-dettalji tal-aġent (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*4) 

23. Id-dettalji tal-kaptan (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*4) 

24. Il-kontroll tal-VMS qabel il-wasla l-art (*4)  (*5) 

25. Il-ġurnal tas-sajd mimli qabel il-wasla

26. Identifikazzjoni tal-ispetturi

27.  Ksur jew osservazzjonijiet (*4)  (*5) 

28.  Spezzjonijiet tad-dokumenti u tal-awtorizzazzjonijiet (*4)  (*5) 

29. L-ID taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (*4) 

30. Id-dettalji tal-liċenzji tas-sajd (*4)  (*5) 

31. Id-dettalji tal-awtorizzazzjoni tas-sajd (*4)  (*5) 

32. Dettalji dwar l-aċċess għall-port u l-awtorizzazzjoni għal ħatt l-art (*4)  (*5) 

33. L-għadd ta' ġurnali tas-sajd stampati (*4) 

34. Ir-referenza tal-ġurnal tas-sajd elettroniku (*4) 

35. Ir-referenza tan-notifika minn qabel (*4)  (*5) 

36. Il-fini tan-notifika minn qabel (inkluż ir-reġim IUU) (*4)  (*5) 

37. Iċ-ċertifikat tal-istiva

38. Il-pjan tal-istivar

39. It-tabelli li juru kemm baqa' spazju biex jimtlew it-tankijiet imkessħin tal-ilma baħar

40. Iċ-ċertifikati għas-sistemi tal-użin abbord

41. Is-sħubija f'organizzazzjoni tal-produtturi

42. Id-dettalji tal-aħħar port ta' żjara (il-port, l-Istat u d-data) (*4)  (*5) 

43.  Ksur jew osservazzjonijiet (*4)  (*5) 

44.  L-ispezzjoni tal-qabda (*4)  (*5) 

45. Dettalji dwar l-qabda abbord (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*4)  (*5) 

46. Il-marġni ta' tolleranza skont l-ispeċi (*4) 

47. Reġistrazzjoni separata tal-ħut taħt id-daqs minimu (*4) 

48. Dettalji dwar l-qabda żbarkata (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*4)  (*5) 

49. Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni (*4) 

50. Tikkettar

51. Il-kontroll tal-użin, l-għadd ta' kaxex/kontenituri jew il-kontrolli tat-teħid tal-kampjuni waqt ir-rilaxx

52. Il-kontrolli tal-istiva wara r-rilaxx

53. L-użin tal-qabda malli tinħatt l-art

54.  Ksur jew osservazzjonijiet (*4)  (*5) 

55.  Dettalji dwar it-trażbord għal qabdiet li jaslu minn bastimenti tas-sajd oħrajn (*4)  (*5) 

56. Id-dettalji tal-bastiment tas-sajd donatur (l-isem, in-numru estern tar-reġistrazzjoni, is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju, in-numru IMO, in-numru CFR, il-bandiera) (*4)  (*5) 

57. Id-dettalji tad-dikjarazzjoni tat-trażbord (*4)  (*5) 

58. Dettalji dwar l-qabda trażbordata (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid) (*4)  (*5) 

59. Dokumentazzjoni oħra dwar il-qbid (iċ-ċertifikati tal-qbid) (*4)  (*5) 

60.  Ksur jew osservazzjonijiet (*4)  (*5) 

61.  L-ispezzjoni tal-irkaptu (*4)  (*5) 

62. Id-dettalji dwar l-irkaptu (it-tip) (*4)  (*5) 

63. Id-dettalji dwar l-oġġetti li jitwaħħlu max-xibka jew dwar l-apparat (it-tip) (*4)  (*5) 

64. Id-dettalji dwar il-qisien jew id-daqs tal-malja (*4)  (*5) 

65. Id-dettalji dwar l-ispag (it-tip, il-ħxuna) (*4)  (*5) 

66. L-immarkar tal-irkaptu

67.  Ksur jew osservazzjonijiet (*4)  (*5) 

68.  L-istatus tal-bastiment tas-sajd f'żoni tal-RFMO fejn twettqu l-attivitajiet tas-sajd jew l-attivitajiet relatati mas-sajd (inkluża xi lista ta' bastimenti tas-sajd IUU) (*4)  (*5) 

69.  Il-kummenti tal-ispetturi (*4) 

70.  Il-kummenti tal-kaptani (*4)  (*5) 

71.  L-azzjoni(jiet) meħuda (*4) 

72.  Il-firma tal-ispetturi (*4)  (*5) 

73.  Il-firma tal-kaptani (*4)  (*5) 

MODULU 4: L-ISPEZZJONI TAS-SUQ/TAL-ISTABBILIMENT

1.  Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni ( *6 )

2.  L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni (*6) 

3. Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (*6) 

4. Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (*6) 

5. Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (*6) 

6. Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (*6) 

7. Il-lok tal-port (*6) 

8. L-ispettur responsabbli (*6) 

9. Nazzjonalità

10. L-ispettur nru 2 (*6) 

11. Nazzjonalità

12. Identifikazzjoni tal-ispetturi

13.  Dettalji dwar l-ispezzjoni tas-suq jew tal-istabbiliment (l-isem u l-indirizz) (*6) 

14. Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*6) 

15. Id-dettalji tar-rappreżentant tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*6) 

16.  Dettalji dwar il-prodotti tas-sajd spezzjonati (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet f'ekwivalenti ta' piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, iż-żona tal-qbid, identifikazzjoni tal-bastimenti tal-oriġini) (*6) 

17. Dettalji dwar ix-xerrej reġistrat, iċ-ċentru tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*6) 

18. Id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni (*6) 

19. It-tikkettar għat-traċċabbiltà (*6) 

20. L-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni (*6) 

21. Kategoriji tad-daqs

22. Kategoriji ta' freskezza

23. Il-prodotti tas-sajd spezzjonati li huma soġġetti għal mekkaniżmu tal-ħżin

24. Il-prodott tas-sajd miżuna qabel il-bejgħ

25. Is-sistemi tal-użin kalibrati u siġillati

26.  Ksur jew osservazzjonijiet (*6) 

27.  L-ispezzjoni ta' dokumenti relatati mal-prodotti tas-sajd spezzjonati (*6) 

28. Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art

29. Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tal-bdil tal-idejn

30. Id-dettalji tad-dokumenti tat-trasport

31. Id-dettalji tal-fatturati tal-fornitur u tan-noti tal-bejgħ

32. Id-dettalji taċ-ċertifikat tal-qbid IUU

33. Id-dettalji tal-importatur (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz)

34.  Ksur jew osservazzjonijiet (*6) 

35.  Il-kummenti tal-ispetturi (*6) 

36.  Il-kummenti tal-operatur (*6) 

37.  L-azzjoni(jiet) meħuda (*6) 

38.  Il-firma tal-ispetturi (*6) 

39.  Il-firma tal-operatur (*6) 

MODULU 5: L-ISPEZZJONI TAL-VETTURA TAT-TRASPORT

1.  Ir-referenza tar-rapport ta' spezzjoni ( *7 )

2.  L-Istat Membru u l-awtorità tal-ispezzjoni (*)

3. Id-data fil-bidu tal-ispezzjoni (bidu) (*)

4. Il-ħin fil-bidu tal-ispezzjoni (bidu) (*)

5. Id-data fi tmiem l-ispezzjoni (tmiem) (*)

6. Il-ħin fi tmiem l-ispezzjoni (tmiem) (*)

7. Il-lok tal-ispezzjoni (l-indirizz) (*)

8. L-ispettur responsabbli (*)

9. Nazzjonalità

10. L-ispettur nru 2 (*)

11. Nazzjonalità

12. Identifikazzjoni tal-ispetturi

13.  Id-dettalji tal-vettura fil-mira (it-tip u n-nazzjonalità) (*)

14. L-identifikazzjoni tat-trekter (in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni) (*)

15. L-identifikazzjoni tat-trejler (in-numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni) (*)

16. Id-dettalji tas-sid (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

17. Id-dettalji tas-sewwieq (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

18.  L-ispezzjoni ta' dokumenti relatati mal-prodotti tas-sajd (*)

19.  Il-prodotti tas-sajd miżuna qabel it-trasport (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet fil-piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, il-preżentazzjoni, iż-żona tal-qbid, l-identifikazzjoni tal-bastimenti tal-oriġini) (*)

20. Id-destinazzjoni tal-vettura (*)

21. Id-dettalji tad-dokumenti tat-trasport

22. It-trażmissjoni elettronika tad-dokument tat-trasport lill-Istat Membru tal-bandiera

23. Il-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini mehmuż mad-dokument tat-trasport

24. It-trażmissjoni elettronika tal-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini lill-Istat Membru tal-bandiera

25. Dokument ta' qbid ieħor mehmuż mad-dokument tat-trasport (iċ-ċertifikat tal-qbid)

26. Id-dokument tat-trasport li qabel il-wasla jasal għand l-Istat Membru ta' ħatt l-art jew tal-kummerċjalizzazzjoni

27. Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art

28. Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment

29. Kontroverifika tat-trasferiment mad-dikjarazzjoni ta' ħatt l-art

30. Dettalji dwar in-nota tal-bejgħ jew fatturati

31. It-tikkettar għat-traċċabbiltà

32. L-użin tal-kaxex/kontenituri bħala kampjun

33. Is-sistemi tal-użin ikkalibrati u ssiġillati

34. Ir-reġistri tal-użin

35. Il-vettura jew il-kontejner issiġillat

36. Id-dettalji tas-siġill li tniżżlu fuq id-dokumenti tat-trasport

37. L-awtorità ta' spezzjoni li waħħlet is-siġilli (*)

38. Il-kondiżżjoni tas-siġilli (*)

39.  Ksur jew osservazzjonijiet (*)

40.  Il-prodotti tas-sajd trasportati qabel miżuna (l-ispeċijiet, il-kwantitajiet fil-piż tal-prodott inkluż għall-ħut taħt id-daqs minimu, il-preżentazzjoni, iż-żona tal-qbid, l-identifikazzjoni tal-bastimenti tal-oriġini) (*)

41. Id-destinazzjoni tal-vettura (*)

42. Id-dettalji tad-dokumenti tat-trasport

43. It-trażmissjoni elettronika tad-dokument tat-trasport lill-Istat Membru tal-bandiera

44. Il-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini mehmuż mad-dokument tat-trasport

45. It-trażmissjoni elettronika tal-ġurnal tas-sajd tal-bastiment tal-oriġini lill-Istat Membru tal-bandiera

46. Id-dokument tat-trasport li qabel il-wasla jasal għand l-Istat Membru ta' ħatt l-art jew tal-kummerċjalizzazzjoni

47. Id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet ta' ħatt l-art

48. L-użin tal-prodotti tas-sajd osservat mal-wasla fid-destinazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru

49. Dettalji dwar ix-xerrej reġistrat, iċ-ċentru tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd (l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz) (*)

50. Il-vettura jew il-kontejner issiġillat

51. Id-dettalji tas-siġill li tniżżlu fuq id-dokumenti tat-trasport

52. L-awtorità ta' spezzjoni li waħħlet is-siġilli (*)

53. L-istatus tas-siġilli (*)

54.  Ksur jew osservazzjonijiet (*)

55.  Il-kummenti tal-ispetturi (*)

56.  Il-kummenti tat-trasportatur (*)

57.  L-azzjoni(jiet) meħuda (*)

58.  Il-firma tal-ispetturi (*)

59.  Il-firma tat-trasportatur (*)

▼B




ANNESS XXVIII

L-IMMARKAR TAL-MEZZI TAL-ISPEZZJONI TAS-SAJD

image

Blue = Blu

Yellow = Isfar

FJAMMA JEW SIMBOLU TAL-ISPEZZJONI

Il-bastimenti kollha użati għall-ispezzjoni u l-infurzar tal-kontroll tas-sajd għandu jkollhom il-fjamma jew is-simbolu tal-ispezzjoni murija/muri fuq il-ġnub tal-unità użata b’tali mod li din tkun/dan ikun jidher b’mod ċar. Il-bastimenti li jwettqu dawn id-dmirijiet għandhom itajru l-fjamma tal-ispezzjoni b’mod li din tkun tidher b’mod ċar il-ħin kollu.

Jistgħu jitwaħħlu wkoll il-kliem “SPEZZJONI TAS-SAJD” mal-ġnub tal-unitajiet.




ANNESS XXIX

IL-KOSTRUZZJONI U L-UŻU TAS-SLIELEM TAL-IMBARK

1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw għall-aċċess sikur u konvenjenti għall-bastimenti tas-sajd li għalihom wieħed irid jitla’ 1.5 metri jew aktar.

2. Għandu jkun ipprovdut sellum tal-imbark li għandu jkun effiċjenti biex l-ispetturi jkunu jistgħu jimbarkaw u jiżbarkaw b’mod sikur fuq il-baħar. Is-sellum tal-imbark għandu jinżamm nadif u fi stat tajjeb.

3. Is-sellum għandu jitqiegħed f'pożizzjoni u jkun marbut b’tali mod li:

(a) 

ma jkunx fid-direzzjoni ta’ xi emissjonijiet li jista’ jkun hemm mill-bastiment tas-sajd;

(b) 

ma jkunx fid-direzzjoni tal-ħbula l-aktar irqaq u, safejn ikun possibbli, jkun għal nofs il-bastiment tas-sajd;

(c) 

kull skaluna tkun tistrieħ b'mod sod mal-ġenb tal-bastiment tas-sajd.

4. L-iskaluni tas-sellum tal-imbark għandhom:

(a) 

ikunu magħmulin mill-injam iebes jew minn materjal ieħor li jkollu l-istess karatteristiċi, u jkunu magħmulin minn biċċa waħda mingħajr għoqod; l-erba' skaluni ta' isfel nett jistgħu jkunu magħmulin minn lastiku li jkun b’saħħtu u iebes biżżejjed, jew minn xi materjal ieħor adattat li jkollu l-istess karatteristiċi;

(b) 

ikollhom wiċċ effiċjenti li ma jiżloqx;

(c) 

ikollhom tul ta' mhux anqas minn 480 mm, wisa’ ta’ mhux anqas minn 115-il mm, u ħxuna ta’ mhux anqas minn 23 mm, minbarra kwalunkwe apparat jew raded kontra ż-żliq;

(d) 

ikollhom spazju ugwali bejniethom b’mod li ma jkunux anqas minn 300 mm jew aktar minn 380 mm 'l bogħod minn xulxin;

(e) 

ikunu marbutin b'tali mod li jibqgħu dejjem orizzontali.

5. L-ebda sellum tal-imbark ma għandu jkollu iktar minn żewġ skaluni mibdulin li jkunu mwaħħlin sewwa f'posthom b'metodu differenti minn dak użat fil-kostruzzjoni oriġinali tas-sellum u l-iskaluni kollha li jkunu marbutin b’dan il-mod għandhom jinbidlu, malajr kemm jista’ jkun safejn hu raġonevolment prattikabbli, bi skaluni mwaħħlin sewwa f’posthom bil-metodu użat fil-kostruzzjoni oriġinali tas-sellum.

Meta xi skaluna mibdula tintrabat mal-ħbula tal-ġnub tas-sellum tal-imbark permezz ta' raded fil-ġenb tal-iskaluna, dawn ir-raded għandhom ikunu fil-ġnub l-aktar twal tal-iskaluni.

6. Il-ħbula tal-ġnub tas-sellum għandhom ikunu magħmulin minn żewġt iħbula ta’ Manilla mhux mgħottija jew żewġt iħbula simili b’ċirkonferenza ta' mhux inqas minn 60 mm fuq kull naħa; kull ħabel ma għandux jitgħatta b'xi materjal ieħor u għandu jkun kontinwu, mingħajr ġonot 'l isfel mill-iskaluna ta' fuq; żewġt iħbula prinċipali, marbutin sewwa mal-bastiment tas-sajd u b’ċirkonferenza ta' mhux anqas minn 65 mm, u ħabel tas-sigurtà għandhom jinżammu fil-qrib lesti biex jintużaw f'każ ta' bżonn.

7. Faxex tal-injam magħmulin minn injam iebes jew minn materjal ieħor li jkollu l-istess karatteristiċi, li jkunu f'biċċa waħda mingħajr għoqod u jkunu twal bejn 1.8 u 2 m, għandhom jiġu pprovduti b’ċertu distanza bejniethom, b’mod li s-sellum tal-imbark ma jitgħawwiġx. L-iktar faxxa tal-injam baxxa għandha tkun mal-ħames skaluna mill-qiegħ tas-sellum u d-distanza bejn kull faxxa tal-injam u dik ta' warajha ma għandhiex tkun ta’ iktar minn disa’ skaluni.

8. Għandhom jiġu pprovduti mezzi li jiżguraw passaġġ konvenjenti u sikur għall-ispetturi li jkunu qed jimbarkaw jew jiżbarkaw mill-bastiment bejn il-parti ta’ fuq nett tas-sellum tal-imbark jew ta' xi skala tal-passiġġieri oħra jew minn fuq tagħmir ieħor ipprovdut u l-gverta tal-vapur. - Meta dan il-passaġġ ikun permezz ta' fetħa fil-poġġaman ta' fuq gverta ta' vapur jew fil-murata tal-bastiment, għandhom jiġu pprovduti mżamma adegwati.

9. Meta dak il-passaġġ ikun permezz ta' sellum tal-murata, dak is-sellum għandu jkun marbut b'mod sigur mal-poġġaman tal-murata jew mal-pjattaforma u għandhom jitwaħħlu żewġ puntali sabiex wieħed iqabbad idejh magħhom fil-punt tal-imbark jew tal-iżbark mill-bastiment, li ma jkunux anqas minn 0.70 m u aktar minn 0.80 m 'l bogħod minn xulxin. Kull puntal għandu jitwaħħal b'mod riġidu mal-istruttura tal-bastiment fil-bażi tagħha jew viċin tagħha, kif ukoll f'punt aktar għoli, għandu jkollu dijametru ta’ mill-anqas 40 mm u għandu jestendi għal mill-anqas 1.20 m 'l fuq mill-quċċata tal-murata.

10. Għandu jiġu pprovdut id-dawl bil-lejl sabiex kemm is-sellum tal-imbark fuq il-ġenb kif ukoll il-pożizzjoni fejn l-ispettur jimbarka l-bastiment tas-sajd ikunu mdawla b'mod adegwat. Baga tas-salvataġġ mgħammra b'dawl li jixgħel waħdu għandha tinżamm fil-qrib lesta għall-użu. Għandha tinżamm siegla għall-ġbid fil-qrib lesta biex tintuża jekk ikun hemm bżonn.

11. Għandhom jiġu pprovduti mezzi sabiex is-sellum tal-imbark ikun jista' jintuża fuq kull naħa tal-bastiment tas-sajd. L-ispettur inkarigat jista' jindika ma' liema naħa jixtieq li jitqiegħed is-sellum tal-imbark.

12. Uffiċjal inkarigat fuq il-bastiment tas-sajd għandu jissorvelja t-tqegħid tas-sellum f’postu u l-imbark u l-iżbark ta' spettur.

13. Meta, fuq kwalunkwe bastiment tas-sajd, karatteristiċi tal-kostruzzjoni bħar-“rubbing bands” (faxex ta’ materjal reżistenti mwaħħla mal-buq biex ma jkunx hemm ħsara) ma jkunux jippermettu l-implimentazzjoni ta' xi waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom isiru arranġamenti speċjali sabiex ikun żgurat li l-ispetturi jkunu jistgħu jimbarkaw u jiżbarkaw mingħajr periklu.




▼M1

ANNESS XXX

IL-PUNTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW GĦALL-KSUR SERJU



Ebda.

Ksur serju

Punti

1.

L-obbligi ta' reġistrazzjoni u rappurtar tad-dejta dwar il-qabda jew tad-dejta marbuta mal-qabda, inkluża d-dejta li għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti abbażi ta' satellita, ma ġewx issodisfati

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

3.

2.

L-użu ta' rkaptu li huwa pprojbit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew li mhux konformi magħha

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

4.

3.

Il-falsifikazzjoni jew il-ħabi tal-marki, tal-identità jew tar-reġistrazzjoni

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

4.

Il-ħabi, it-tbagħbis jew ir-rimi ta' evidenza marbuta ma' investigazzjoni

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

5.

Ittella' abbord, ġie trażbordat jew inħatt l-art ħut taħt id-daqs minimu, bi ksur tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ jew ma ġewx issodisfati l-obbligi ta' ħatt l-art tal-ħut taħt id-daqs minimu

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

6.

It-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd b'mod li mhuwiex konsistenti mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni ta' dik l-organizzazzjoni jew bi ksur tagħhom

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(k) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

5.

7.

Is-sajd mingħajr liċenzja, awtorizzazzjoni jew permess validu maħruġ mill-Istat tal-bandiera jew mill-Istat kostali rilevanti

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

8.

Is-sajd f'żona magħluqa jew meta l-istaġun ikun magħluq, kemm mingħajr ma tkun inkisbet kwota, kif ukoll wara li tinkiseb, jew is-sajd f'fond iktar milli permess

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

6.

9.

Is-sajd dirett għal stokk li huwa suġġett għal moratorju jew li għalih is-sajd huwa pprojbit

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

10.

It-tfixkil tax-xogħol tal-uffiċjali fil-qadi ta' dmirijiethom waqt l-ispezzjoni għall-konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni applikabbli jew tax-xogħol tal-osservaturi fil-qadi ta' dmirijiethom li josservaw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni applikabbli

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

11.

It-trażbord għal fuq bastimenti tas-sajd li jkunu ġew identifikati bħala bastimenti li wettqu sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, b'mod partikolari dawk inklużi fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni jew fil-lista ta' bastimenti IUU ta' xi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tas-sajd konġunti magħhom jew l-għoti ta' appoġġ jew ta' provvisti mill-ġdid lilhom

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

12.

L-użu ta' bastiment tas-sajd mingħajr nazzjonalità li b'hekk huwa bastiment mingħajr stat skont il-liġi internazzjonali

(L-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta' Kontroll flimkien mal-Artikolu 42(1)(a) u mal-Artikolu 3(1)(l) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008)

7.

▼M1 —————

▼B




ANNESS XXXII



DEJTA ADDIZZJONALI GĦALL-FINI TAS-SISTEMA TA’ VALIDAZZJONI

 

Element tad-dejta

Kodiċi

Kontenut

Obbligatorju (C)/Fakultattiv (O)

1.

Regoli tal-kummerċ

BUS

Ir-regoli tal-kummerċ li jiddefinixxu liema validazzjonijiet huma eżegwiti fis-sistema ta’ validazzjoni

 

2.

Identifikazzjoni tar-regola tal-kummerċ

BR

Kodiċi uniku għal kull tip ta’ ċċekkjar, validazzjoni, kontroll, eċċ.

C

3.

Sett tad-dejta primarju

D1

Jindika liema sett tad-dejta qed jiġi vvalidat

C

4.

Sett tad-dejta sekondarju

D2

Jindika ma’ liema sett(ijiet) tad-dejta qed jiġi vvalidat is-sett tad-dejta primarju

C

5.

Referenza għal-leġiżlazzjoni tal-UE

LE

Referenza għal liema Regolament u Artikoli japplikaw

C

6.

Rekwiżit legali

RQ

Sommarju qasir ta’ x’inhu r-rekwiżit legali

C

7.

Speċifikazzjoni tal-validazzjoni

VS

Speċifikazzjoni dettaljata ta’ x’qed jiġi vvalidat

C

8.

Inkonsistenzi tal-validazzjoni

INC

Inkonsistenzi nnutati bħala riżultat tal-proċeduri ta’ validazzjoni

 

9.

Numru ta' reġistrazzjoni tal-inkonsistenza

RN

Identifikatur uniku jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-inkonsistenza

C

10.

Identifikazzjoni tar-regola tal-kummerċ

BR

Kodiċi uniku għal kull tip ta’ ċċekkjar, validazzjoni, kontroll, eċċ.

C

11.

Numru ta' reġistru tar-reġistru vvalidat

RV

Identifikatur uniku jew numru tar-reġistru tar-reġistru vvalidat mis-sett tad-dejta primarju

C

12.

Tip ta’ inkonsistenza

IY

It-tip ta' inkonsistenza nnutata

C

13.

Valur tal-inkonsistenza

IV

Il-valur/id-differenza/id-daqs tal-inkonsistenza nnutata (jekk inhu rilevanti)

CIF

14.

Valur oriġinali

OR

Il-valur oriġinali qabel il-korrezzjoni

C

15.

Segwitu

FU

Spjegazzjoni għala d-dejta hija inkonsistenti u s-segwitu tagħha

O

16.

Riżultati tas-segwitu

FR

Il-valur ikkoreġut ta' din l-inkonsistenza

CIF

17.

Tlestija tas-segwitu

FX

Indikazzjoni dwar jekk is-segwitu tlestiex jew jekk għadux għaddej

CIF

18.

Data tat-tlestija tas-segwitu

FD

Id-data li fiha l-kwistjoni tissolva b'mod sħiħ jew li fiha jsir magħruf ir-riżultat tal-proċedura tal-ksur

CIF

19.

Proċedura ta’ ksur

IP

Ir-referenza għall-proċedura ta’ ksur jew għall-azzjoni legali relatata meħuda mill-awtoritajiet, jekk inhu applikabbli

CIF

20.

Informazzjoni dwar il-validazzjoni

VAL

L-informazzjoni dwar il-validazzjoni dwar element u regola tal-kummerċ partikolari, li għandha tintuża bħala sottoelement tal-element ivvalidat.

 

21.

Id-data tal-validazzjoni

VD

Id-data tal-validazzjoni

C

22.

Referenza għall-inkonsistenza

RI

Identifikatur uniku jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-inkonsistenza

CIF

23.

Dejta tal-VMS

VMS

Id-dejta dwar il-pożizzjoni li tkun ġejja mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti

 

24.

Pajjiż tar-reġistrazzjoni

FS

L-Istat tal-bandiera tar-reġistrazzjoni tal-bastiment. Il-kodiċi tal-pajjiż alfa-3 tal-ISO

C

25.

Numru tal-bastiment fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (CFR)

IR

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A hija ittra kapitali li tirrappreżenta l-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni fl-UE u X hija ittra jew numru

C

26.

Kodiċi internazzjonali tar-radju

RC

Kodiċi internazzjonali tar-radju, jekk is-CFR ma jkunx aġġornat jew ma jeżistix

CIF

27.

Isem il-bastiment

NA

L-isem tal-bastiment

O

28.

Numru tal-vjaġġ

TN

In-numru tas-serje tal-vjaġġ tas-sajd

C

29.

Numru tar-reġistrazzjoni

RN

In-numru uniku sekwenzjali tar-reġistrazzjoni mogħti lil kull reġistrazzjoni

C

30.

Id-data u l-ħin

DT

Id-data u l-ħin tal-komunikazzjoni

C

31.

Sottodikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Il-pożizzjoni fejn il-ħut intrema lura fil-baħar (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

C

32.

Veloċità

SP

Il-veloċità tal-bastiment f’mili tal-baħar (nn,n)

C

33.

Rotta

CO

Ir-rotta tal-bastiment fi gradi (minn 0 sa 360 grad)

C

34.

Id-data u l-ħin li rċeviet l-awtorità

DR

Id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni mal-awtorità

C

35.

Manwali

MA

Jindika jekk id-dejta waslitx b'mod elettroniku jew iddaħħlitx b'mod manwali (IVA/LE)

C

36.

Data u Ħin tal-annotazzjoni manwali tad-dejta

DM

Id-data u l-ħin tal-annotazzjoni manwali tad-dejta fil-bażi tad-dejta, fil-każ li d-dejta tkun iddaħħlet manwalment

CIF




ANNESS XXXIII

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN ELENKATA FIS-SOTTOPAĠNI PUBBLIĊI TAL-WEBSAJTS LI HUMA AĊĊESSIBBLI PUBBLIKAMENT

1. L-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd (l-Artikolu 115(a) tar-Regolament ta' Kontroll):

(a) 

l-isem tal-awtorità;

(b) 

l-indirizz postali sħiħ;

(c) 

l-indirizz (jekk inhu differenti mill-indirizz postali);

(d) 

in-numru tat-telefown;

(e) 

in-numru tal-feks;

(g) 

l-indirizz tal-posta elettronika;

(h) 

il-URL tal-websajt.

2. Il-lista tal-portijiet magħżula għall-fini tat-trażbord (l-Artikolu 115(b) tar-Regolament ta' Kontroll), li jkun fiha:

(a) 

l-isem tal-port;

(b) 

il-kodiċi tal-port skont is-sistema LOCODE tan-NU;

(c) 

il-koordinati u l-lok tal-port;

(d) 

is-sigħat ta’ ħidma;

(e) 

l-indirizz jew id-deskrizzjoni tal-postijiet tat-trażbord.

3. Il-lista tal-portijiet magħżula ddefiniti fi pjan multiannwali (l-Artikolu 115(c) tar-Regolament ta' Kontroll), li jkun fiha:

(a) 

l-isem tal-port;

(b) 

il-kodiċi tal-port skont is-sistema LOCODE tan-NU;

(c) 

il-koordinati u l-lok tal-port;

(d) 

is-sigħat ta’ ħidma;

(e) 

l-indirizz jew id-deskrizzjoni tal-postijiet tal-ħatt l-art jew tat-trażbord;

(f) 

il-kundizzjonijiet assoċjati mar-reġistrazzjoni u mar-rappurtar tal-kwantitajiet tal-ispeċijiet li jaqgħu taħt il-pjan multiannwali, għal kull ħatt l-art.

4. L-għeluq, f’ħin reali, mill-Istati Membri (l-Artikolu 115(d) tar-Regolament ta' Kontroll):

(a) 

ir-referenza legali nazzjonali għad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-għeluq f’ħin reali;

(b) 

lista tal-koordinati li jiddefinixxu l-profili tal-għeluq;

(c) 

id-data u l-ħin tal-bidu;

(d) 

id-data u l-ħin tat-tmiem;

(e) 

il-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona matul l-għeluq;

(f) 

il-mappa li tindika d-delimitazzjoni tal-għeluq.

5. Id-dettalji tal-punt ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni jew għall-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd, tan-notifiki minn qabel, tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord, tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, tan-noti tal-bejgħ, tad-dikjarazzjonijiet tal-akkwist u tad-dokumenti tat-trasport (l-Artikolu 115(e) tar-Regolament ta' Kontroll):

(a) 

l-isem tal-punt ta’ kuntatt;

(b) 

l-indirizz postali sħiħ;

(c) 

l-indirizz;

(d) 

in-numru tat-telefown;

(e) 

in-numru tal-feks;

(f) 

l-indirizz tal-posta elettronika;

(g) 

il-URL tal-websajt (jekk inhi applikabbli).

6. L-għeluq, f’ħin reali, mill-Kummissjoni (l-Artikolu 115(f) tar-Regolament ta' Kontroll):

(a) 

il-lista tal-koordinati li jiddefinixxu l-profili tal-għeluq fl-ilmijiet tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

id-data u l-ħin tal-bidu;

(c) 

id-data u l-ħin tat-tmiem;

(d) 

il-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona matul l-għeluq;

(e) 

il-mappa li tindika d-delimitazzjoni tal-għeluq.

7. Id-deċiżjoni li jingħalaq is-sajd (l-Artikolu 115(g) tar-Regolament ta’ Kontroll):

(a) 

ir-referenza legali nazzjonali;

(b) 

l-istokk jew il-grupp ta' stokkijiet ikkonċernat(i) suġġett(i) għal kwota li qed titqies li ġiet eżawrita jew l-isforz tas-sajd massimu permess li qed jitqies li ntlaħaq;

(c) 

il-kodiċi taż-żona tas-sajd;

(d) 

id-data tal-bidu;

(e) 

it-tip ta’ sajd jew ta’ rkaptu (fejn ikun xieraq).




ANNESS XXXIV

FORMOLA STANDARD GĦALL-ISKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI FUQ TALBA SKONT L-ARTIKOLU 158 TA’ DAN IR-REGOLAMENT

image

image




ANNESS XXXV

FORMOLA STANDARD GĦAT-TALBA GĦAL NOTIFIKA AMMINISTRATTIVA SKONT L-ARTIKOLU 161(2) TA’ DAN IR-REGOLAMENT

image




ANNESS XXXVI

FORMOLA STANDARD GĦAT-TWEĠIBA GĦAL NOTIFIKA AMMINISTRATTIVA SKONT L-ARTIKOLU 161(3) TA’ DAN IR-REGOLAMENT

image




ANNESS XXXVII

IL-LISTA TAL-INFORMAZZJONI MINIMA LI GĦANDHA TKUN IL-BAŻI TAR-RAPPORT FUQ 5 SNIN DWAR L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT TA' KONTROLL

1.    PRINĊIPJI ĠENERALI

SOMMARJU

L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament ta’ Kontroll

2.    IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U GĦAR-RIŻORSI

SOMMARJU

2.1    L-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-LIĊENZJI TAS-SAJD:

— 
L-għadd ta’ liċenzji tas-sajd li nħarġu
— 
L-għadd ta’ liċenzji tas-sajd li ġew sospiżi b’mod temporanju
— 
L-għadd ta’ liċenzji tas-sajd li ġew irtirati b’mod permanenti
— 
L-għadd ta’ ksur osservat b’rabta mal-liċenzji tas-sajd

2.2    L-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD:

— 
L-iskemi nazzjonali speċifiċi nnotifikati lill-Kummissjoni
— 
L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd li nħarġu
— 
L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd li ġew sospiżi
— 
L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd li ġew irtirati b’mod permanenti
— 
L-għadd ta’ ksur osservat b’rabta mal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

2.3    L-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-IMMARKAR TAL-IRKAPTU TAS-SAJD:

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

2.4    L-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Kontroll

IS-SISTEMI TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD

— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ <12-il metru u >15-il metru li għandhom VMS operazzjonali stallata abbord
— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ 15 il-metru jew aktar li għandhom VMS operazzjonali stallata abbord
— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd awżiljarji li għandhom VMS operazzjonali abbord
— 
L-għadd ta' bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 15-il metru li huma eżenti mill-VMS
— 
L-għadd ta’ ksur osservat fuq ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ b’rabta mal-VMS
— 
Id-dettalji tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-FMC

2.5    L-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Kontroll

IS-SISTEMA TA’ IDENTIFIKAZZJONI AWTOMATIKA (AIS)

— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd mgħammra b’AIS
— 
L-għadd ta’ FMCs li għandhom il-kapaċità tal-AIS

2.6    L-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Kontroll

IS-SISTEMI TAL-OSSERVAZZJONI TAL-BASTIMENTI (VDS)

— 
L-għadd ta’ FMCs li għandhom il-kapaċità tal-VDS

2.7    L-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Kontroll

IT-TEKNOLOĠIJI ĠODDA

— 
Il-proġetti pilota implimentati

3.    IL-KONTROLL TAS-SAJD

SOMMARJU

IL-KONTROLL TAL-UŻU TAL-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

3.1    L-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MILI U L-PREŻENTAZZJONI TAL-ĠURNALI TA’ ABBORD TAS-SAJD U TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-ĦATT L-ART

— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li jużaw ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’format elettroniku
— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li jużaw ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’format ta’ fuq il-karta
— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn għaxar (10) metri li jużaw ġurnal ta’ abbord tas-sajd f’format ta’ fuq il-karta
— 
L-għadd ta’ ksur osservat b’rabta mal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd u mad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art tal-bastimenti tas-sajd

3.2    L-Artikoli 16 u 25 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-BASTIMENTI TAS-SAJD LI MHUMIEX SUĠĠETTI GĦAR-REKWIŻITI TAL-ĠURNAL TA' ABBORD TAS-SAJD U TAD-DIKJARAZZJONI TAL-ĦATT L-ART TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD

— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li huma suġġetti għall-pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni
— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li huma suġġetti għall-monitoraġġ permezz tan-noti tal-bejgħ
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

3.3    L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Kontroll

IN-NOTIFIKA MINN QABEL

— 
L-għadd ta’ messaġġi ta’ notifika minn qabel li rċieva l-FMC
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

3.4    L-Artikolu 18 tar-Regolament ta’ Kontroll

IN-NOTIFIKA MINN QABEL TAL-ĦATT L-ART FI STAT MEMBRU IEĦOR

— 
L-għadd ta’ messaġġi ta’ notifika minn qabel li rċieva l-FMC ta’ stat kostali
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

3.5    L-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-OPERAZZJONIJIET TA’ TRAŻBORD F’PORTIJIET JEW F’POSTIJIET OĦRA

— 
L-għadd ta’ trażbordi approvati minn kull Stat Membru
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

3.6    L-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-OPERAZZJONIJIET TA’ TRAŻBORD F’PORTIJIET JEW F’POSTIJIET OĦRA

— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd eżenti

3.7    L-Artikolu 26 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MONITORAĠĠ TAL-ISFORZ TAS-SAJD

— 
L-għadd ta’ ksur osservat li jinvolvi rapporti dwar l-isforz tas-sajd
— 
L-għadd ta’ bastimenti esklużi minn reġimi tal-isforz tas-sajd skont iż-żoni
— 
L-għadd ta' ksur osservat fejn l-irkaptu ma ġiex innotifikat

3.8    L-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament ta’ Kontroll

IR-REĠISTRAZZJONI TAL-QABDIET U TAL-ISFORZ TAS-SAJD

— 
L-implimentazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Kontroll
— 
Id-dettalji tan-notifiki dwar l-għeluq tas-sajd magħmula kull sena

3.9    L-Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-GĦELUQ TAS-SAJD

— 
L-implimentazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament ta’ Kontroll

4.    IL-KONTROLL TAL-ĠESTJONI TAL-FLOTTA

4.1    L-Artikolu 38 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-KAPAĊITÀ TAS-SAJD

— 
Il-konformità mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament ta’ Kontroll
— 
L-għadd ta' verifiki dwar il-qawwa tal-magna skont l-Artikolu 41
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

4.2    L-Artikolu 42 tar-Regolament ta’ Kontroll

IT-TRAŻBORD FIL-PORT

— 
L-għadd ta' trażbordi ta' speċijiet pelaġiċi approvati

4.3    L-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-PORTIJIET MAGĦŻULA

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

4.4    L-Artikolu 44 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-ISTIVAR SEPARAT TA’ QABDIET TA’ ĦUT TAL-QIEGĦ LI HUWA SUĠĠETT GĦAL PJANIJIET MULTIANNWALI

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

4.5    L-Artikolu 46 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-PROGRAMMI TA’ KONTROLL NAZZJONALI

— 
Id-dettalji tal-programmi definiti mill-Istati Membri
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

5.    IL-KONTROLL TAL-MIŻURI TEKNIĊI

SOMMARJU

5.1    L-Artikolu 47 tar-Regolament ta’ Kontroll

— 
L-għadd ta’ ksur osservat b’rabta mal-istivar tal-irkaptu

5.2    L-Artikolu 48 tar-Regolament ta’ Kontroll

IS-SEJBA U L-IRFIGĦ TAL-IRKAPTU MITLUF

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

5.3    L-Artikolu 49 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-KOMPOŻIZZJONI TAL-QABDA

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

6.    IL-KONTROLL TA’ ŻONI TAS-SAJD RISTRETTI

SOMMARJU

6.1    L-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Kontroll

— 
L-għadd ta’ ksur osservat li sar minn ►M1  bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ◄ u ta’ pajjiżi terzi

7.    L-GĦELUQ TAS-SAJD F'ĦIN REALI

SOMMARJU

7.1    L-Artikolu 53 tar-Regolament ta’ Kontroll

— 
Id-dettalji tal-għeluq tas-sajd li nbeda f'ħin reali
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

8.    IL-KONTROLL TAS-SAJD TA’ RIKREAZZJONI

SOMMARJU

8.1    L-Artikolu 55 tar-Regolament ta’ Kontroll

— 
L-għadd ta’ ksur osservat ta' tqegħid fis-suq illegali

9.    IL-KONTROLL TAT-TQEGĦID FIS-SUQ

SOMMARJU

9.1    L-Artikolu 56 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-PRINĊIPJI GĦALL-KONTROLL TAT-TQEGĦID FIS-SUQ

— 
Id-dettalji tal-istat ta’ implimentazzjoni

9.2    L-Artikolu 57 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-ISTANDARDS KOMUNI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

9.3    L-Artikolu 58 tar-Regolament ta’ Kontroll

IT-TRAĊĊABBILTÀ

— 
L-istat ta’ implimentazzjoni
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

9.4    L-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-EWWEL BEJGĦ

— 
L-għadd ta’ xerrejja rreġistrati, irkanti rreġistrati jew korpi jew persuni oħra responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

9.5    L-Artikolu 60 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-UŻIN

— 
L-għadd ta’ pjanijiet għat-teħid tal-kampjuni għall-użin mal-ħatt l-art
— 
L-għadd ta’ bastimenti tas-sajd li għandhom permess jiżnu l-ħut meta jkunu fuq il-baħar
— 
L-għadd ta’ ksur

9.6    L-Artikolu 61 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-UŻIN WARA T-TRASPORT

— 
L-għadd ta’ pjanijiet ta’ kontroll biex isir l-użin wara t-trasport
— 
L-għadd ta’ Programmi ta’ Kontroll Komuni ma' Stati Membri oħra biex il-prodotti jiġu ttrasportati qabel jintiżnu
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

9.7    L-Artikolu 62 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MILI U L-PREŻENTAZZJONI TAN-NOTI TAL-BEJGĦ

— 
L-għadd ta’ noti tal-bejgħ elettroniċi li ġew ippreżentati hawn fuq
— 
L-għadd ta’ eżenzjonijiet mogħtija mir-rekwiżiti tan-noti tal-bejgħ
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

9.8    L-Artikolu 66 tar-Regolament ta’ Kontroll

ID-DIKJARAZZJONIJIET TAL-AKKWIST

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

9.9    L-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MILI U L-PREŻENTAZZJONI TAD-DOKUMENTI TAT-TRASPORT

— 
L-istat ta’ implimentazzjoni
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

10.    L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI U L-PREZZ U L-INTERVENT

SOMMARJU

10.1    L-Artikolu 69 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MONITORAĠĠ TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

— 
L-għadd ta’ kontrolli mwettqa
— 
L-għadd ta’ ksur osservat fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

10.2    L-Artikolu 70 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MONITORAĠĠ TAL-PREZZIJIET U TAL-ARRANĠAMENTI TAL-INTERVENT

— 
L-għadd ta’ kontrolli mwettqa fuq il-prezzijiet u l-interventi
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

11.    IS-SORVELJANZA

SOMMARJU

11.1    L-Artikolu 71 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-ILMIĦ U L-OSSERVAZZJONIJIET FUQ IL-BAĦAR

— 
L-għadd ta’ rapporti li nħolqu
— 
L-għadd ta’ rapporti li waslu
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

11.2    L-Artikolu 73 tar-Regolament ta’ Kontroll

L-OSSERVATURI TA’ KONTROLL

— 
L-għadd ta’ skemi tal-osservaturi ta’ kontroll li ġew implimentati
— 
L-għadd ta’ rapporti tal-osservaturi ta’ kontroll li waslu
— 
L-għadd ta’ ksur irrappurtat

12.    L-ISPEZZJONI U L-INFURZAR

SOMMARJU

12.1    L-Artikoli 74 u 76 tar-Regolament ta’ Kontroll

IT-TWETTIQ TAL-ISPEZZJONIJIET

— 
L-għadd ta’ spetturi tas-sajd impjegati full-time jew part-time
— 
Il-persentaġġ tal-ħin tax-xogħol tal-ispetturi tas-sajd impjegati full-time jew part-time li huma jiddedikaw għall-kontroll u l-ispezzjoni tas-sajd
— 
L-għadd ta' spezzjonijiet skont it-tip imwettqa mill-ispetturi impjegati full-time u l-għadd ta’ spezzjonijiet skont it-tip imwettqa minn mill-ispetturi impjegati part-time
— 
L-għadd ta' ksur osservat mill-ispetturi mpjegati full-time u l-għadd ta’ ksur osservat mill-ispetturi impjegati part-time

12.2    IR-RIŻORSI TAL-ISPEZZJONI: IL-BASTIMENTI

— 
L-għadd ta’ bastimenti ddedikati għall-ispezzjonijiet ikkofinanzjati mill-UE u l-għadd totali ta’ jiem tal-għassa kull sena fuq il-baħar
— 
L-għadd ta’ bastimenti ddedikati għall-ispezzjonijiet li mhumiex ikkofinanzjati mill-UE u l-għadd totali ta’ jiem tal-għassa kull sena fuq il-baħar
— 
Il-persentaġġ tal-ħin operazzjonali totali ddedikat għall-kontroll tas-sajd mill-bastimenti ddedikati għall-ispezzjonijiet ikkofinanzjati mill-UE
— 
Il-persentaġġ tal-ħin operazzjonali totali ddedikat għall-kontroll tas-sajd mill-bastimenti ddedikati għall-ispezzjonijiet li mhumiex ikkofinanzjati mill-UE
— 
Il-persentaġġ tal-ħin operazzjonali totali ddedikat għall-kontroll tas-sajd mill-bastimenti kollha ddedikati għall-ispezzjonijiet
— 
Il-persentaġġ tal-ħin operazzjonali totali ddedikat għall-kontroll tas-sajd mill-bastimenti ddedikati għall-ispezzjonijiet ikkofinanzjati mill-UE
— 
L-għadd ta’ bastimenti li mhumiex iddedikati għall-ispezzjonijiet u l-għadd totali ta’ jiem tal-għassa kull sena fuq il-baħar
— 
Il-persentaġġ tal-ħin iddedikat għall-kontroll tas-sajd
— 
L-għadd totali ta’ jiem fuq il-baħar tal-bastimenti kollha

12.3    L-ATTIVITÀ TAL-ISPEZZJONIJIET: FUQ IL-BAĦAR

— 
L-għadd ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd kollha ta' kull Stat Membru
— 
L-għadd ta’ ksur osservat fuq il-baħar skont l-Istat Membru
— 
L-għadd ta’ spezzjonijiet fuq il-baħar fuq bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi (indika l-pajjiż terz)
— 
L-għadd ta’ ksur osservat li sar minn bastimenti tas-sajd awżiljarji

12.4    IR-RIŻORSI TAL-ISPEZZJONI: L-INĠENJI TAL-AJRU TA’ SORVELJANZA

— 
L-għadd ta’ inġenji tal-ajru ta' sorveljanza ddedikati għall-kontroll tas-sajd u s-sigħat totali ta’ kontroll u sorveljanza tas-sajd
— 
Il-persentaġġ ta' sigħat operazzjonali ddedikati għall-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

12.5    IS-SEGWITU TAL-ISPEZZJONIJIET U TAL-KSUR OSSERVAT

— 
L-għadd ta’ dħul ta’ rapporti ta’ sorveljanza fil-bażi tad-dejta tal-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd
— 
L-għadd ta’ dħul ta’ rapporti tal-ispezzjoni fil-bażi tad-dejta tal-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd
— 
L-għadd ta’ okkażjonijiet li fihom ingħataw punti ta’ penalità
— 
L-għadd ta’ proċedimenti li ġew ittrasferiti lejn Stat Membru ieħor
— 
L-għadd ta’ ksur osservat mill-ispetturi tal-Komunità li sar fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri

12.6    L-Artikolu 75 tar-Regolament ta’ Kontroll

ID-DMIRIJIET TAL-OPERATUR

— 
L-għadd ta’ ksur osservat

12.7    L-Artikolu 79

L-ISPETTURI TAL-UNJONI

— 
L-għadd ta’ Pjanijiet ta’ Tħaddim Konġunt (JDP) fil-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri
— 
L-għadd ta’ ksur osservat waqt il-JDPs

12.8    L-Artikoli 80, 81, 82, 83 u 84 tar-Regolament ta' Kontroll

L-ISPEZZJONIJIET TA’ BASTIMENTI TAS-SAJD BARRA L-ILMIJIET TAL-ISTAT MEMBRU LI QED IWETTAQ L-ISPEZZJONI

— 
L-għadd ta' spezzjonijiet
— 
L-għadd ta’ ksur osservat

12.9    L-Artikoli 85 u 86 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-PROĊEDIMENTI TA’ KSUR OSSERVAT WAQT L-ISPEZZJONIJIET

— 
L-għadd ta' spezzjonijiet
— 
L-għadd ta’ ksur
— 
L-għadd ta’ proċedimenti li ġew trasferiti lejn l-istat tal-bandiera
— 
L-għadd ta’ spezzjonijiet minn spetturi tal-Unjoni

13.    L-INFURZAR

SOMMARJU

L-Artikoli 89, 90 u 91 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-MIŻURI GĦALL-IŻGURAR TAL-KONFORMITÀ

— 
L-istat ta’ implimentazzjoni

13.1    L-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ Kontroll

IS-SISTEMA TAL-PUNTI TA' PENALITÀ

— 
L-għadd ta’ ksur serju osservat
— 
L-għadd ta’ okkażjonijiet li fihom ingħataw punti lid-detentur tal-liċenzja
— 
L-istat ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ punti għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd

13.2    L-Artikolu 93 tar-Regolament ta’ Kontroll

IR-REĠISTRI NAZZJONALI TAL-KSUR

— 
L-istat ta’ implimentazzjoni

14.    IL-PROGRAMMI TA’ KONTROLL

14.1    L-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-PROGRAMMI TA’ KONTROLL KOMUNI

— 
L-għadd ta’ Programmi ta’ kontroll komuni li ġew implimentati

14.2    L-Artikolu 95 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-PROGRAMMI SPEĊIFIĊI TA' KONTROLL U SPEZZJONI

— 
L-għadd ta’ programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni li ġew implimentati

15.    ID-DEJTA U L-INFORMAZZJONI

L-ANALIŻI U L-VERIFIKA TAD-DEJTA

15.1    L-Artikoli 109 sa 116 tar-Regolament ta’ Kontroll

— 
Sommarju tal-istat ta’ implimentazzjoni

16.    L-IMPLIMENTAZZJONI

16.1    L-Artikoli 117 u 118 tar-Regolament ta’ Kontroll

IL-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA U REĊIPROKA



( 1 ) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)

( 2 ) ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1

( 3 ) ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

( 4 ) ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.

( 5 ) ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).

( 7 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

( 8 ) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

( 9 ) Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

( 10 ) Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1)

( 11 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3)

( 12 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

( 13 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

( 14 ) Din l-informazzjoni għandha tiġi indikata fuq il-liċenzja tas-sajd biss fil-mument meta l-bastiment jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

( 15 ) Skont ir-Regolament (KE) Nru 26/2004.

( 16 ) Għall-bastimenti li għandhom isem.

( 17 ) Skont ir-Regolament (KE) Nru 26/2004 għall-bastimenti li jeħtieġ li jkollhom IRCS.

( 18 ) Skont ir-Regolament (KE) Nru 2930/86.

( 19 ) Skont ir-Regolament (KE) Nru 2930/86. Din l-informazzjoni għandha tiġi indikata fuq il-liċenzja tas-sajd biss fil-mument meta l-bastiment jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 26/2004.

( 20 ) Skont il-Klassifika Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd (l-ISSCFCG).

( 21 ) Skont ir-Regolament (KE) Nru 26/2004.

( 22 ) Għall-bastimenti li għandhom isem.

( 23 ) Il-bastimenti li jibqgħu fiż-żona tal-isforz u li ma jkunux, fuq kull naħa, iżjed minn 5 mili nawtiċi 'l barra mil-linja li tifred iż-żewġ żoni tal-isforz għandhom jirreġistraw l-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom matul perjodu ta' 24 siegħa.

( 24 ) ĠU L 41, 16.2.2010, p. 8.

( *1 ) Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

( *2 ) Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

( *3 ) Informazzjoni addizzjonali għall-ispezzjoni tal-kontroll tal-istat tal-port.

( *4 ) Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

( *5 ) Informazzjoni addizzjonali għall-ispezzjoni tal-kontroll tal-istat tal-port.

( *6 ) Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament

( *7 ) Informazzjoni obbligatorja li trid tinġabar jew tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta skont l-Artikolu 118 ta' dan ir-Regolament