27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Frar 2010

li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(2010/125/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 255(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Jannar 2010,

Billi:

(1)

Għandu jiġi stabbilit kumitat, skont l-Artikolu 255(1) tat-Trattat, sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati li jaqdu d-dmirijiet ta’ Imħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (minn hawn il-quddiem “il-kumitat”).

(2)

Dan il-kumitat għandu jinkludi seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta' qrati supremi nazzjonali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew.

(3)

Għandu jkun hemm kompożizzjoni ekwilibrata tal-kumitat, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-bażi ġeografika tiegħu u fir-rigward tar-rappreżentazzjoni tas-sistemi legali tal-Istati Membri.

(4)

Għandu għalhekk, jipproċedi għall-ħatra tal-membri tal-kumitat, u tal-President tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ erba’ snin li għandu jibda mill-1 ta' Marzu 2010:

 

Is-Sur Jean-Marc SAUVÉ, President

 

Is-Sur Peter JANN

 

Lord MANCE

 

Is-Sur Torben MELCHIOR

 

Is-Sur Péter PACZOLAY

 

Is-Sinjura Ana PALACIO VALLELERSUNDI

 

Is-Sinjura Virpi TIILI

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PÉREZ RUBALCABA