EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0184

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal- 25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

OJ L 57, 27.2.2014, p. 7–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 13/03/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/184/oj

27.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 57/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 184/2014

tal-25 ta’ Frar 2014

li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 74(4) tiegħu,

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (2) u b'mod partikolari għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tiegħu

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi dawn kollha jittrattaw aspetti meħtieġa għat-tħejjija tal-programmi operazzjonali taħt l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u sabiex tiġi ffaċilitata ħarsa komprensiva u aċċess kompatt għalihom mir-residenti kollha tal-Unjoni, hemm il-bżonn li jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji ta' intervent għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea f'dan l-att ta' implimentazzjoni hekk kif il-proċedura fir-rigward tal-konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit permezz tal-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa l-istess għad-dispożizzjonijiet l-oħra koperti b'dan l-att ta' implimentazzjoni, billi l-kategoriji ta' intervent għall-mira ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi huma soġġetti għal proċedura differenti.

(2)

Skont l-Artikolu 74(4) ta’ Regolament (UE) Nru 1303/2013 l-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni se jitwettqu permezz ta’ sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li s-sistema elettronika għall-iskambju tad-dejta għandha tikkonforma magħhom.

(3)

Il-modalitajiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jitqiesu distinti minn dawk stabbiliti għall-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u awtoritajiet rilevanti skont l-Artikolu 122(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u li huma soġġetti għal att ta’ implimentazzjoni differenti. Sabiex tiġi garantita kwalità mtejba ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali, użu mtejjeb tas-sistema u simplifikazzjoni, jeħtieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti bażiċi għall-forma u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi skambjata.

(4)

Jeħtieġ li jiġu speċifikati prinċipji, kif ukoll regoli applikabbli għat-tħaddim tas-sistema fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-parti responsabbli biex ittella’ d-dokumenti u jsiru xi aġġornamenti fuqhom.

(5)

Sabiex jiġi garantit tnaqqis fil-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni waqt li jiġi żgurat l-iskambju elettroniku effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti karatteristiċi tekniċi għas-sistema.

(6)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkodifikaw u jittrasferixxu d-dejta b’żewġ modi differenti li għandhom jiġu speċifikati. Jeħtieġ ukoll li jiġu pprovvduti regoli fil-każ ta’ force majeure li xxekkel l-użu ta’ sistema elettronika għall-iskambju ta’ dejta, biex jiġi żgurat li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jkunu jistgħu ikomplu bl-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ mezzi alternattivi.

(7)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-informazzjoni permezz tas-sistema elettronika għall-iskambju ta’ dejta jitwettaq b'mod sigur li jiżgura d-disponibbiltà, l-integrità, l-awtentiċità, il-kunfidenzjalità u n-nonripudju ta’ informazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar is-sigurtà.

(8)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. B'hekk dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u prinċipji. Dwar dejta personali pproċessata mill-Istati Membri, tapplika id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-moviment liberu ta’ tali dejta, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(9)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji ta’ intervent komuni għal programmi taħt l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea li jippermetti lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni konsistenti dwar l-użu pprogrammat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), kif ukoll informazzjoni dwar l-allokazzjoni u n-nefqa tal-FEŻR skont il-kategorija u n-numru ta’ operazzjonijiet tul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ programm. Dan sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tinforma l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u ċ-ċittadini tal-Unjoni b’mod xieraq dwar l-użu tal-FEŻR.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 150(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, hekk kif il-Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit mill-Artikolu 150(1) ta’ dak ir-Regolament ta opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-Fondi ESI

SISTEMA ELETTRONIKA TA’ SKAMBJU TA' DEJTA

(Awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 74(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Artikolu 1

It-twaqqif ta’ sistema ta’ skambju elettroniku ta’ dejta

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta għall-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-kontenut ta’ sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta

1.   Is-sistema elettronika ta' skambju tad-dejta (minn hawn 'il quddiem “SFC2014”) se jkollha mill-inqas informazzjoni speċifikata skont il-mudelli, il-formati u l-formoli stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-att ġuridiku tal-Unjoni futur li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju għall-politika dwar l-affarijiet marittimi u s-sajd għall-perjodu ta' programmar 2014-2020 (ir-“Regolament FEMS”).

2.   L-informazzjoni mogħtija fil-formoli elettroniċi integrati f’SFC2014 (minn hawn ’il quddiem “dejta strutturata”) ma jistgħux jiġu mibdula għal dejta mhux strutturata, inkluż l-użu ta’ hyperlinks jew tipi oħra ta’ dejta bħal dejta mhux strutturata bħal tehmiż ta’ dokumenti jew immaġnijiet. Fejn Stat Membru jittrażmetti l-istess informazzjoni f’forma ta’ dejta strutturata u dejta mhux strutturata, id-dejta strutturata se tintuża fil-każ ta’ inkonsistenzi.

Artikolu 3

L-operat tal-SFC2014

1.   Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet magħżula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u l-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 kif ukoll il-korpi li l-kompiti ta' dawk l-awtoritajiet ġew delegati lilhom se jidħlu fl-SFC2014, l-informazzjoni għat-trażmissjoni li huma responsabbli għalihom, u kull aġġornament fuqhom.

2.   Kull trażmissjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni se tiġi vverifikata u sottomessa minn persuna oħra għajr il-persuna li daħħlet id-dejta għal dik it-trażmissjoni. Din is-separazzjoni ta' kompiti se tkun appoġġata mill-SFC2014 jew permezz tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru li jkunu konnessi awtomatikament mal-SFC2014.

3.   L-Istati Membri se jinnominaw, fil-livell nazzjonali jew reġjonali jew fit-tnejn, persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni ta’ drittijiet ta’ aċċess għall-SFC2014 li se jwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jidentifikaw lill-utenti li jitolbu aċċess, filwaqt li jiżguraw li dawk l-utenti huma impjegati mill-organizzazzjoni;

(b)

jinfurmaw lill-utenti dwar l-obbligi tagħhom biex tinżamm is-sigurtà tas-sistema;

(c)

jivverifikaw l-intitolament tal-utenti għal-livell ta' privileġġ meħtieġ skont ix-xogħlijiet tagħhom u l-pożizzjoni ġerarkika tagħhom.

(d)

jitolbu t-terminazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess meta dawk id-drittijiet ta’ aċċess ma jkunux għadhom meħtieġa jew iġġustifikati;

(e)

jirrappurtaw minnufih avvenimenti suspettużi li jistgħu jippreġudikaw is-sigurtà tas-sistema;

(f)

jassiguraw l-eżattezza kontinwa tad-dejta tal-identifikazzjoni tal-utent billi jirrappurtaw kwalunkwe tibdil;

(g)

jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tad-dejta u l-kunfidenzjalità kummerċjali skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni;

(h)

jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew utenti tal-SFC2014 milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità personali tagħhom milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija f’punti (a) sa (g).

4.   L-iskambji tad-dejta u t-tranżazzjonijiet se jkollhom fuqhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jirrikonoxxu l-effikaċja u l-ammissibilità ġuridika tal-firma elettronika użata fl-SFC2014 bħala evidenza fi proċedimenti ġuridiċi.

Informazzjoni pproċessata permezz tal-SFC2014 se tirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza tad-dejta personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) id-Direttiva 1995/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 4

Il-karatteristiċi tal-SFC2014

Sabiex jiġi żgurat skambju elettroniku effiċjenti u effettiv ta’ informazzjoni, l-SFC2014 għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

forom interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema fuq il-bażi tad-dejta diġà rreġistrata fis-sistema qabel;

(b)

kalkoli awtomatiċi, fejn dawn inaqqsu l-isforz tal-utenti biex jikkodifikaw;

(c)

kontrolli integrati awtomatiċi li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-dejta trażmessa u l-konsistenza ta’ din id-dejta mar-regoli applikabbli;

(d)

avviżi maħluqa mis-sistema SFC2014 li jwissu lill-utent li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu;

(e)

monitoraġġ onlajn tal-istatus tat-trattament ta’ informazzjoni mdaħħla fis-sistema;

(f)

id-disponibbiltà ta’ dejta storika rigward l-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm operazzjonali.

Artikolu 5

It-trażmissjoni tad-dejta permezz tal-SFC2014

1.   L-SFC2014 se tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Kummissjoni jew direttament permezz ta’ interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri applikazzjoni fuq l-Internet) jew permezz ta’ interfaċċa teknika bl-użu ta’ protokolli definiti minn qabel (jiġifieri servizzi tal-internet) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta’ dejta bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Istati Membriu u l-SFC2014.

2.   Id-dejta tat-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi versa se titqies bħala d-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.

3.   F’każ ta’ force majeure, funzjonament ħażin tal-SFC2014 jew nuqqas ta’ konnessjoni mal-SFC2014 għal aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol fl-aħħar ġimgħa qabel iż-żmien regolatorju għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni jew fil-perjodu mit-23 sal-31 ta’ Diċembru, jew ħamest ijiem tax-xogħol fi żminijiet oħra, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jista' jsir f'forma stampata bl-użu ta’ mudelli, formati u l-formoli msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament.

Meta sistema elettronika ta’ skambju ma tibqax ma taħdimx, il-konnessjoni ma’ dik is-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid jew tieqaf il-force majeure, il-parti kkonċernata għandha ddaħħal mingħajr dewmien l-informazzjoni li tkun intbagħtet diġà f’forma stampata wkoll fl-SFC2014.

4.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, id-dejta ttimbrata se titqies bħala d-dejta tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat.

Artikolu 6

Is-sigurtà tad-dejta trażmessa permezz tal-SFC2014

1.   Il-Kummissjoni se tistabbilixxi politika ta' sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-politika ta’ sigurtà tal-IT”) għall-SFC2014 applikabbli għall-persunal li jagħmel użu mill-SFC2014 skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 (11) u r-regoli implimentattivi tagħha. Il-Kummissjoni se tinnomina persuna jew persuni responsabbli biex jiddefinixxu, jżommu u jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-politika ta’ sigurtà għall-SFC2014.

2.   L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha għajr il-Kummissjoni, li rċevew drittijiet ta’ aċċess għall-SFC2014, se jħarsu l-miżuri tal-politika ta’ sigurtà tal-IT li huma implimentati fil-portal tal-SFC2014 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2014 mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta’ dejta, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni se jimplimentaw u jiżguraw l-effikaċja tal-miżuri ta’ sigurtà adottati sabiex jipproteġu d-dejta li tkun maħżuna u mibgħuta permezz tal-SFC2014.

4.   L-Istati Membri se jadottaw politika ta’ sigurtà nazzjonali jew reġjonali li tkopri aċċess għall-SFC2014 u d-dħul awtomatiku tad-dejta fih, sabiex jiżguraw sett minimu ta’ rekwiżiti ta’ sigurtà. Din il-politika ta’ sigurtà tal-IT lokali, nazzjonali jew reġjonali tista' tirreferi għal dokumenti oħra ta’ sigurtà. Kull Stat Membru se jiżgura li l-politika ta’ sigurtà tal-IT tapplika għall-awtoritajiet kollha li jagħmlu użu mill-SFC2014.

5.   Dawn il-politiki tas-sigurtà nazzjonali, reġjonali jew lokali se jinkludu:

(a)

l-aspetti ta’ sigurtà tal-IT tal-ħidma magħmula mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament, f’każ ta’ applikazzjoni ta’ użu dirett;

(b)

f’każ ta’ sistemi tal-kompjuter nazzjonali, reġjonali jew lokali konnessi mal-SFC2014, permezz ta' interfaċċa teknika msemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, miżuri ta’ sigurtà għal dawk is-sistemi li jippermetti li jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-SFC2014.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, se jiġu koperti dawn l-aspetti kif meħtieġ:

(a)

is-sigurtà fiżika;

(b)

il-midja tad-dejta u l-kontroll tal-aċċess;

(c)

il-kontroll tal-ħażna;

(d)

l-aċċess u l-kontroll tal-password;

(e)

il-monitoraġġ;

(f)

l-interkonnessjoni mal-SFC2014;

(g)

l-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(h)

il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel l-impjieg, matul l-impjeg u wara l-impjieg;

(i)

il-ġestjoni tal-inċidenti.

6.   Dawn il-politiki tas-sigurtà nazzjonali, reġjonali jew lokali se jkunu bbażati fuq valutazzjoni ta’ riskju u l-miżuri deskritti għandhom ikunu proporzjonali mar-riskji identifikati.

7.   Id-dokumenti li jistabbilixxu li l-politika tas-sigurtà tal-IT nazzjonali, reġjonali jew lokali se jkunu disponibbli għall-Kummissjoni kull meta jintalbu.

8.   L-Istati Membri se jagħżlu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, persuna jew persuni responsabbli biex iżommu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-politika tas-sigurtà tal-IT nazzjonali, reġjonali jew lokali. Dik il-persuna jew dawn il-persuni se jaġixxi/u bħala punt ta’ kuntatt mal-persuna jew persuni maħtura mill-Kummissjoni u msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.

9.   Kemm il-politika tas-sigurtà tal-IT tal-SFC u dik nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti se tiġi aġġornata f'każ ta' bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta’ theddid ġdid jew żviluppi oħra rilevanti. Fi kwalunkwe każ, huma se jiġu riveduti fuq bażi annwali biex ikun żgurat li dawn ikomplu jipprovdu rispons xieraq.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet li jimplimentaw ir-regolament (UE) Nru 1299/2013

IN-NOMENKLATURA TA’ KATEGORIJI TA’ INTERVENT

(Awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013)

Artikolu 7

Il-Kategoriji ta’ intervent għall-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

In-nomenklatura għall-kategoriji ta’ intervent imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 8

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  Id-Direttiva Nru 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar qafas tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(8)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi), (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(9)  Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11)

(10)  Id-Direttiva 1995/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali dejta, (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 tas-16 ta’ Awissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.


ANNESS

Nomenklatura għall-kategoriji ta' intervent għall-Fond Ewropew għall-IŜvilupp Reājonali taħt l-objettiv ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea

TABELLA 1:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI FIL-QASAM TA' INTERVENT

1.   IL-QASAM TA' INTERVENT

I.   Investiment produttiv:

001

Investiment produttiv ġeneriku fl-intrapriżi –żgħar u medji (“SMEs”)

002

Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni f’intraprizi kbar

003

Investiment produttiv f’intrapriżi kbar marbuta ma' ekonomija b’konsum baxx ta’ karbonju

004

Investiment produttiv marbut mal-kooperazzjoni bejn intrapriżi kbar u l-SMEs għall-iżvilupp ta' prodotti u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (“ICT”), il-kummerċ elettroniku u t-tkabbir fid-domanda għall-ICT.

II.   Infrastruttura li tipprovdi servizzi bażiċi u investiment relatat:

 

Infrastruttura tal-enerġija

005

Elettriku (il-ħażna u t-trażmissjoni)

006

Elettriku (TEN-E il-ħażna u t-trażmissjoni)

007

Gass naturali

008

Gass naturali (TEN-E)

009

Enerġija rinovabbli: ir-riħ

010

Enerġija rinovabbli: ix-xemx

011

Enerġija rinovabbli: il-bijomassa

012

Enerġija rinnovabbli oħra (inkluża enerġija idroelettrika, ġeotermali u dik tal-baħar) u l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli (inkluż il-ħażna, elettriku għall-fjuwil u l-infrastruttura għall-idroġenu rinovabbli)

013

Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-infrastruttura pubblika, proġetti ta’ dimostrazzjoni u miżuri ta’ appoġġ

014

Rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk ezistenti tal-housing, proġetti ta’ dimostrazzjoni u miżuri ta’ appoġġ

015

Sistemi Intelliġenti ta' Distribuzzjoni ta' Enerġija b’livell ta’ vultaġġ baxx u medju (inklużi grids intelliġenti u sistemi tal-ICT)

016

Koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja u tisħin distrettwali

 

Infrastruttura ambjentali

017

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku, (inkluż il-minimizzazzjoni, l-issortjar, il-miżuri ta’ riċiklaġġ)

018

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku, (inkluż it-trattament mekkaniku bijoloġiku, it-trattament termali, l-inċinerazzjoni u l-miżuri dwar il-miżbli)

019

Il-ġestjoni ta' skart kummerċjali, industrijali jew perikoluż

020

Il-provvista tal-ilma għall-konsum mill-bniedem (l-estrazzjoni, it-trattament, il-ħażna u l-infrastruttura għad-distribuzzjoni)

021

Il-ġestjoni tal-ilma u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xorb (inkluż il-ġestjoni ta’ baċiri tax-xmajjar, il-provvista tal-ilma, miżuri speċifiċi ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, kejl skont id-distrett u l-konsumatur, sistemi ta’ tariffi u t-tnaqqis fit-tnixxija)

022

It-trattament ta’ dranaġġ

023

Miżuri ambjentali mmirati biex jitnaqqsu u/jew jiġu evitati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (inkluż it-trattament u l-ħażna ta’ gass tal-metanu u l-ikkompostjar)

 

L-infrastruttura tat-trasport

024

Il-ferroviji (TEN-T Ewlieni)

025

Il-ferroviji (TEN-T Komprensiv)

026

Ferroviji Oħra

027

Linji tal-ferrovija mobbli

028

Awtostradi u toroq TEN-T — Netwerk Ewlieni (binja ġdida)

029

Awtostradi u toroq TEN-T — Netwerk Komprensiv (binja ġdida)

030

Rabtiet tat-toroq sekondarji man-netwerk tat-toroq u nodi TEN-T (binja ġdida)

031

Toroq nazzjonali u reġjonali oħra (binja ġdida)

032

Toroq ta’ aċċess lokali (binja ġdida)

033

Toroq TEN-T mibnija mill-ġdid jew imtejba

034

Toroq oħra mibnija mill-ġdid jew imtejba (awtostrada, nazzjonali, reġjonali jew lokali)

035

Trasport multimodali (TEN-T)

036

Trasport multimodali

037

Ajruporti (TEN-T) (1)

038

Ajruporti oħra (1)

039

Portijiet tal-baħar (TEN-T)

040

Portijiet oħra tal-baħar

041

Passaġġi interni fuq l-ilma u portijiet (TEN-T)

042

Il-passaġġi interni fuq l-ilma u portijiet (reġjonali u lokali)

 

Trasport sostenibbli

043

L-infrastruttura u l-promozzjoni tat-trasport urban nadif (inkluż tagħmir u vetturi ferrovjarji)

044

Sistemi intelliġenti tat-trasport (inkluż l-introduzzjoni tal-ġestjoni tad-domanda, sistemi ta’ nollijiet, monitoraġġ ta' kontroll tal-IT u sistemi ta’ informazzjoni)

 

L-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT)

045

ICT: Netwerk Backhaul/Ewlieni

046

ICT: Netwerk broadband b'veloċità għolja (loop lokali/ta' aċċess; >/= 30 Mbps)

047

ICT: Netwerk broadband b'veloċità għolja ħafna (loop lokali/ta' aċċess; >/= 100 Mbps)

048

ICT: Tipi oħra ta’ infrastruttura tal-ICT/riżorsi/tagħmir ta' kompjuters ta' skala kbira (inkluż infrastruttura elettronika, ċentri tad-dejta u sensuri; ukoll meta inkorporati f’infrastruttura oħra bħal faċilitajiet għar-riċerka, infrastruttura ambjentali u soċjali)

III.   Infrastruttura soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni u investiment relatat

049

Infrastruttura tal-edukazzjoni għall-edukazzjoni terzjarja

050

Infrastruttura tal-edukazzjoni għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u tagħlim tal-adulti

051

Infrastruttura tal-edukazzjoni għall-edukazzjoni skolastika (edukazzjoni primarja u sekondarja ġenerali)

052

Infrastruttura għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal

053

Infrastruttura tas-Saħħa

054

Infrastruttura tal-housing

055

Infrastruttura soċjali oħra li tikkontribwixxi għal żvilupp reġjonali u lokali

IV.   L-iżvilupp tal-potenzjal endoġenu:

 

Riċerka u żvilupp u innovazzjoni

056

Investiment fl-infrastruttura, il-kapaċitajiet u t-tagħmir f’SMEs marbuta direttament ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni

057

Investiment fl-infrastruttura, il-kapaċitajiet u t-tagħmir f’kumpaniji kbar marbuta direttament ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni

058

Infrastruttura għar-riċerka u l-innovazzjoni (pubblika)

059

Infrastruttura għar-riċerka u l-innovazzjoni (privata, inklużi parks tax-xjenza)

060

L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri pubbliċi ta’ riċerka u ċentri ta’ kompetenza inkluż in-netwerking

061

L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri privati ta’ riċerka inkluż in-netwerking

062

It-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-intrapriżi ta' benefiċċju primarjament għall-SMEs

063

L-appoġġ tar-raggruppamenti u netwerks kummerċjali primarjament ta' benefiċċju għall-SMEs

064

Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni fl-SMEs (inklużi skemi ta’ kupuni, il-proċess, id-disinn, l-innovazzjoni soċjali u tas-servizz)

065

L-infrastruttura ta’ riċerka u innovazzjoni, il-proċessi, it-trasferiment ta’ teknoloġija u kooperazzjoni f’intrapriżi li jiffokaw fuq ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżistenza għat-tibdil fil-klima

 

Żvilupp tan-negozju

066

Servizzi ta’ appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta’ SMEs (inkluż il-ġestjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u servizzi ta’ disinn)

067

L-iżvilupp tan-negozju tal-SMEs, appoġġ għall-intraprenditorija u għall-inkubazzjoni (inkluż l-appoġġ għal spin offs u spin outs)

068

L-effiċjenza tal-enerġija u proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u miżuri ta’ appoġġ

069

L-appoġġ għal proċessi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi fl-SMEs

070

Il-promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija f’impriżi kbar

071

Żvilupp u promozzjoni ta’ intrapriżi speċjalizzati fil-provvediment ta' servizzi li jikkontribwixxu għal ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżistenza għat-tibdil fil-klima (inkluż appoġġ għal servizzi bħal dawn)

072

L-infrastruttura tan-negozju għall-SMEs (inklużi parks industrijali u siti)

073

L-appoġġ għall-intrapriżi soċjali (SMEs)

074

L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi ta' turiżmu kummerċjali fl-SMEs

075

L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ servizzi ta' turiżmu kummerċjali fl-SMEs jew għalihom.

076

L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ assi kulturali u kreattivi fl-SMEs

077

L-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ servizzi kulturali u kreattivi fl-SMEs jew għalihom.

 

It-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICT) — l-istimulazzjoni tad-domanda, l-applikazzjonijiet u s-servizzi

078

Servizzi u applikazzjonijiet elettroniċi tal-gvern (inkluż l-akkwist elettroniku, il-miżuri tal-ICT li jappoġġjaw ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, il-miżuri b'rabta maċ-ċibersigurtà, il-fiduċja u l-privatezza, il-Ġustizzja elettronika u d-Demokrazija elettronika)

079

L-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku (inkluż dejta miftuħa tal-Kultura elettronika, il-libreriji diġitali, il-Kontenut elettroniku u t-Turiżmu elettroniku)

080

L-Inklużjoni elettronika, l-Aċċessibilità elettronika, is-servizzi u applikazzjonijiet b'rabta mat-Tagħlim elettroniku u l-Edukazzjoni elettronika, il-litteriżmu diġitali

081

Soluzzjonijiet tal-ICT li jindirizzaw l-isfida tat-tixjiħ f'saħħtu attiv u s-servizzi u l-applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika (inkluż il-Kura elettronika u l-għajxien megħjun kuntestwalment)

082

Is-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-ICT għall-SMEs (inkluż il-Kummerċ elettroniku, in-Negozju elettroniku u l-proċessi ta’ negozji f’netwerk, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u negozji tal-ICT li għadhom jibdew)

 

Ambjent

083

Miżuri b'rabta mal-kwalità tal-arja

084

Il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC)

085

Il-protezzjoni u t-titjib tal-bijodiversità, il-ħarsien tan-natura u l-infrastruttura ekoloġika

086

Il-protezzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli ta’ siti ta’ Natura 2000

087

Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima eż. l-erożjoni, in-nirien, l-għargħar, il-maltempati u n-nixfa, inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u sistemi u infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri.

088

Prevenzjoni tar-riskju u ġestjoni ta’ riskji naturali mhux marbuta mal-klima (jiġifieri terremoti) u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem (pereżempju inċidenti teknoloġiċi), inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri.

089

Rijabilitazzjoni ta’ siti industrijali u art ikkontaminata

090

Rotot għar-roti u għall-mixi

091

L-iżvilupp u l-promozzjoni tal-potenzjal tat-turiżmu ta’ żoni naturali

092

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi ta’ turiżmu pubbliku

093

L-iżvilupp u l-promozzjoni tas-servizzi tat-turiżmu pubbliku

094

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi pubbliċi tal-kultura u l-wirt

095

L-iżvilupp u l-promozzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-kultura u l-wirt

 

Oħrajn

096

Il-kapaċità istituzzjonali tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-FEŻR jew azzjonijiet li jappoġġjaw il-kapaċità istituzzjonali tal-inizjattivi FSE

097

Inizjattivi ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-Komunità f’żoni urbani u rurali

098

Ir-reġjuni ultraperiferiċi: kumpens għal kwalunkwe spejjeż addizzjonali minħabba nuqqas kbir ta’ aċċessibbiltà u frammentazzjoni territorjali

099

Ir-reġjuni ultraperiferiċi: azzjoni speċifika indirizzata biex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba fatturi relatati mad-daqs tas-suq

100

Ir-reġjuni ultraperiferiċi: sostenn biex jikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi u d-diffikultajiet fl-għoti tal-għajnuna

101

L-iffinanzjar transversali skont il-FEŻR (appoġġ għal azzjonijiet tat-tip FSE meħtieġa għall-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-parti FEŻR tal-operazzjoni u li jkunu direttament marbuta miegħu)

V.   Il-promozzjoni għall-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u appoġġ lill-mobilità tal-forza tax-xogħol:

102

L-aċċess għall-impjiegi għal dawk li qed ifittxu xogħol u għan-nies inattivi, inklużi nies li ilhom qiegħda u 'l bogħod mis-suq tax-xogħol, ukoll permezz ta’ inizjattivi għall-impjiegi lokali u appoġġ għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol

103

L-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol ta’ żgħażagħ, b’mod partikolari dawk li m’għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, inklużi iż-żgħażagħ f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u ż-żgħażagħ minn komunitajiet marġinalizzati, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

104

Ix-xogħol indipendenti, l-imprenditorija u l-ħolqien ta’ negozju inklużi l-intrapriżi innovativi mikro, żgħar u medji

105

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha, inkluż fl-aċċess għall-impjiegi, il-progress fil-karriera, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja privata u l-promozzjoni ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali

106

Adattament ta’ ħaddiema, impriżi u intraprendituri għall-bidla:

107

Xjuħija attiva u b'saħħitha:

108

Il-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol, bħal servizzi ta’ impjiegi pubbliċi u privati, u t-titjib tat-tqabbil tal-ħtiġijiet mas-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' azzjonijiet li jtejbu l-mobilità transnazzjonali tax-xogħol kif ukoll permezz ta’ skemi ta’ mobilità u kooperazzjoni aħjar bejn l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati rilevanti

VI.   Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni:

109

Inklużjoni attiva, inkluż bil-għan li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva, u li titjieb l-impjegabilità

110

L-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Roma

111

Il-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs

112

It-tisħiħ tal-aċċess għal servizzi bi prezz li jista’ jintlaħaq, sostenibbli u ta’ kwalità għolja, inkluż il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali

113

Il-promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali u l-integrazzjoni vokazzjonali fl-intrapriżi soċjali u l-ekonomija soċjali u solidali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-impjiegi

114

Strateġiji lokali għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

VII.   L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u tagħlim tul il-ħajja:

115

It-tnaqqis u l-evitar tat-tluq bikri mill-iskola u l-promozzjoni ta’ aċċess ugwali għall-edukazzjoni ta’ kwalità tajba fil-bidu tat-tfulija, l-edukazzjoni primarja u sekondarja inklużi mogħdijiet ta' tagħlim formali, mhux formali u informali għall-integrazzjoni mill-ġdid fl-edukazzjoni u t-taħriġ

116

It-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni terzjarja u l-edukazzjoni ekwivalenti u l-effiċjenza tagħha, u l-aċċess għaliha, bil-għan li jiżdiedu l-livelli ta’ parteċipazzjoni u ta’ kisba, speċjalment għal gruppi żvantaġġati

117

It-titjib fl-aċċess ugwali għat-tagħlim tul il-ħajja għall-gruppi tal-etajiet kollha f’kuntesti formali, mhux formali u informali, it-titjib tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol, u l-promozzjoni ta’ mogħdijiet ta’ tagħlim flessibbli inkluż permezz ta’ gwida għall-għażla tal-karriera u l-validazzjoni ta’ kompetenzi miksuba

118

It-tijib tar-rilevanza tas-suq tax-xogħol mas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol, u t-tisħiħ ta’ sistemi ta’ taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi għal antiċipazzjoni tal-ħiliet, l-adattament tal-kurrikula u l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, inklużi s-sistemi ta’ tagħlim doppju u skemi ta’ apprendistat

VIII.   It-tisħiħ fil-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti:

119

L-investiment f’kapaċità istituzzjonali, kif ukoll l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubblika u s-servizzi pubbliċi fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali bil-għan li jkun hemm riformi, regolamentazzjoni aħjar u governanza tajba

120

Il-bini tal-kapaċità għall-partijiet interessati kollha fil-mod ta' kif iwasslu l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-impjiegi u l-politiki soċjali, inkluż permezz ta’ patti settorjali u territorjali għall-mobilizzazzjoni tar-riforma fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali

IX.   L-assistenza teknika:

121

It-tħejjija, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-ispezzjoni

122

L-evalwazzjoni u l-istudji;

123

L-informazzjoni u l-komunikazzjoni


TABELLA 2:   IL-KODIĊIJIET GĦALL-FORMA TAD-DIMENSJONI TAL-FINANZI

2.   IL-FORMA TAL-FINANZI

01

Għotja li ma titħallasx lura

02

Għotja li titħallas lura

03

Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: kapital tar-riskju u ekwità jew l-ekwivalenti tagħhom

04

Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: self jew l-ekwivalenti tagħha

05

Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: garanzija jew l-ekwivalenti tagħha

06

Appoġġ permezz ta' strumenti finanzjarji: sussidju fir-rata tal-interessi, sussidju fil-miżata tal-garanzija, appoġġ tekniku jew l-ekwivalenti tagħhom

07

Premju


TABELLA 3:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TERRITORJALI

3.   IT-TIP TA' TERRITORJU

01

Żoni Urbani kbar (b’densità għolja ta’ popolazzjoni > 50 000 popolazzjoni)

02

Żoni Urbani żgħar (b’densità medja ta’ popolazzjoni > 5 000 popolazzjoni)

03

Żoni rurali (b’popolazzjoni żgħira)

04

Iż-żona ta’ kooperazzjoni makroreġjonali

05

Il-kooperazzjoni fost iż-żoni ta’ programm nazzjonali jew reġjonali fil-kuntest nazzjonali

06

Il-kooperazzjoni transnazzjonali FSE

07

Mhux applikabbli


TABELLA 4:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TERRITORJALI TAL-MEKKANIŻMI EŻEKUTTIVI

4.   IL-MEKKANŻMI EŻEKUTTIVI TERRITORJALI

01

Investiment Territorjali Integrat — Urban

02

Approċċi integrati oħrajn lejn l-iżvilupp urban sostenibbli

03

Investiment Territorjali Integrat — Oħrajn

04

Approċċi integrati oħrajn lejn l-iżvilupp rurali sostenibbli

05

Approċċi integrati oħrajn lejn l-iżvilupp urban/rurali sostenibbli

06

Inizjattivi għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità

07

Mhux applikabbli


TABELLA 5:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-OBJETTIV TEMATIKU

5.   OBJETTIV TEMATIKU (FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni)

01

It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni

02

It-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom

03

it-titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju

04

L-appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-oqsma kollha

05

Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji

06

Il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi

07

Il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin

08

Il-promozzjoni ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità u l-appoġġ għall-mobilità fil-forza tax-xogħol

09

Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni

10

L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja

11

It-tisħiħ fil-kapaċitajiet istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti

12

Mhux applikabbli (Assistenza teknika biss)


TABELLA 6:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-ATTIVITÀ EKONOMIKA

6.   L-ATTIVITÀ EKONOMIKA

01

L-agrikoltura u l-foresterija;

02

Is-sajd u l-akkwakultura

03

Il-manifattura ta’ prodotti tal-ikel u tax-xorb

04

Il-manifattura tat-tessuti u tal-prodotti tat-tessuti

05

Il-manifattura ta’ tagħmir għat-trasport

06

Il-manifattura ta’ kompjuters, prodotti elettroniċi u ottiċi

07

Industriji oħra ta' manifattura mhux speċifikati

08

Il-kostruzzjoni

09

It-tћaffir fil-minjieri u t-tħaffir fil-barrieri (inkluż għal materjali li jipproduċu l-enerġija)

10

L-elettriku, il-gass, l-ilma sħun u l-arja kkundizzjonata

11

Il-provvista tal-ilma, id-dranaġġ, l-immaniġġjar tal-iskart u attivitajiet ta’ rimedju

12

It-trasport u l-ħżin

13

Attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż it-telekomunikazzjoni, attivitajiet ta’ servizz tal-informatika, l-ipprogrammar tal-kompjuters, konsulenza u attivitajiet relatati

14

Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut

15

It-turiżmu, attivitajiet b'rabta ma' servizzi ta’ akkomodazzjoni u tal-ikel

16

Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

17

Attivitajiet ta' negozju, kiri, u tal-proprjeta' immobbli

18

L-amministrazzjoni pubblika

19

L-Edukazzjoni

20

Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem

21

Attiviatjiet marbuta ma' xogħol soċjali, servizzi tal-komunità, servizzi soċjali u personali

22

Attivitajiet marbuta mal-ambjent u mat-tibdil fil-klima

23

Arti, divertiment, l-industriji kreattivi u rikreazzjoni

24

Servizzi oħra mhux speċifikati


TABELLA 7:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-POST

7.   IL-POST (2)

Il-Kodiċi

Il-Post

 

Il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn tinstab/qed titwettaq l-operazzjoni, kif stabbilit fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)


(1)  Ristrett għal investimenti marbuta mal-protezzjoni ambjentali u akkumpanjat minn investimenti meħtieġa sabiex jimmitigaw jew inaqqsu l-impatt ħażin tiegħu fuq l-ambjent.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).


Top