EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011L0089

Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 326, 8.12.2011, p. 113–141 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 007 P. 212 - 240

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/89/oj

8.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/113


DIRETTIVA 2011/89/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2011

li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (3) tagħti lill-awtoritajiet kompetenti fis-settur finanzjarju setgħat u strumenti supplimentari għas-superviżjoni ta’ gruppi komposti minn bosta entitajiet regolati, li huma attivi f’setturi differenti tas-swieq finanzjarji. Tali gruppi (konglomerati finanzjarji) huma esposti għal riskji (riskji tal-grupp) li jinkludu: ir-riskju ta’ kontaġju, fejn ir-riskji huma mifruxa minn tarf ta’ grupp għal ieħor; il-konċentrazzjoni tar-riskju, fejn l-istess tip ta’ riskju jimmaterjalizza f’partijiet varji tal-grupp fl-istess ħin; il-kumplessità tal-ġestjoni ta’ bosta entitajiet legali differenti; kunflitti ta’ interess potenzjali; u l-isfida tal-allokazzjoni ta’ kapital regolatorju lill-entitajiet regolati li jagħmlu parti mill-konglomerat finanzjarju, u b’hekk jiġi evitat l-użu multiplu tal-kapital. Il-konglomerati finanzjarji, għalhekk, għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni supplimentari fuq bażi individwali, ikkonsolidata jew fuq bażi ta’ grupp, mingħajr ma jiġi dupplikat jew effettwat il-grupp, u irrispettivament mill-istruttura legali tal-grupp.

(2)

Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-għanijiet tad-Direttiva 2002/87/KE fuq naħa waħda, u d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE (4) u 92/49/KEE (5), u d-Direttivi 98/78/KE (6), 2002/83/KE (7), 2004/39/KE (8), 2005/68/KE (9), 2006/48/KE (10), 2006/49/KE (11), 2009/65/KE (12), 2009/138/KE (13) u 2011/61/UE (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra, sabiex tippermetti s-supervizjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni u tal-banek, inkluż fejn ikunu jiffurmaw parti minn strutturata’ holding finanzjarja mħallta.

(3)

Huwa neċessarju li l-konglomerati finanzjarji jiġu identifikati fl-Unjoni kollha skont kemm ikunu esposti għar-riskji tal-grupp, abbażi ta’ linji gwida komuni li għandhom jiġu maħruġa mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (EBA), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) (AEAPX) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) (AETS) f’konformita’ mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“il-Kumitat Konġunt”). Huwa importanti wkoll li r-rekwiżiti fir-rigward tar-rinunzja tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari jiġu applikati b’mod ibbażat fuq ir-riskju skont dawn il-linji gwida. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-konglomerati finanzjarji akbar, li joperaw internazzjonalment.

(4)

Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati finanzjarji kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ tali gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-ambitu nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati finanzjarji li joperaw internazzjonalment bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat finanzjarju. Il-kulleġġ tal-awtoritajiet rilevanti kompetenti ta’ konglomerat finanzjarju għandu jirrifletti n-natura supplimentari ta -Direttiva 2002/87/KE, u bħala tali m’għandux jidduplikahom jew jissostitwixihom iżda pjuttost iżid il-valur għall-attivitajiet ta’ kulleġġi eżistenti relevanti għas-sottogrupp bankarju u s-sottogrupp tal-assigurazzjoni f’dawk il-konglomerati finanzjarji. Kulleġġ għal konglomerat finanzjarju għandu biss ikun ikkostitwit fejn la kulleġġ settorjali bankarju u lanqas ta’ assigurazzjoni ma jkun stabbilit.

(5)

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni regolatorja xierqa, huwa neċessarju li l-istruttura legali u l-istruttura ta’ governanza u ta’ organizzazzjoni, inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti tal-banek, l-impriżi ta’ assigurazzjoni u l-konglomerati finanzjarji b’attivitajiet transkonfinali, jiġu mmonitorjati mill-ABE, l-AEAPX, l-AETS (flimkien imsejħa “l-ASE”) u l-Kumitat Konġunt, kif inhu xieraq, u li tkun magħmula disponibbli informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

(6)

Sabiex tiġi żgurata superviżjoni supplementari effettiva tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari fejn l-uffiċċju prinċipali ta’ waħda mis-sussidjarji jinsab f’pajjiż terz, l-impriżi li għalihom din id-Direttiva tapplika għandhom jinkludu kwalunkwe impriża, partikolarment istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni.

(7)

Is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati finanzjarji kbar, kumplessi, li joperaw internazzjonalment, teħtieġ koordinazzjoni madwar l-Unjoni kollha, sabiex tikkontribwixxi għall-istabilità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jaqblu dwar l-approċċi superviżorji li għandhom jiġu applikati għal dawk il-konglomerati finanzjarji. L-ESAs għandhom joħorġu, skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, permezz tal-Kumitat Konġunt linji gwida komuni għal dawn l-approċċi superviżorji komuni, u b’hekk jiżguraw qafas prudenzjali komprenżiv tal-għodda u s-setgħat superviżorji disponibbli fid-direttivi bankarji, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtajiet u tal-kongolmerazzjonijiet finanzjarji. Il-linji gwida li huma previsti fid-Direttiva 2002/87/KE għandhom jirriflettu n-natura supplimentari tas-superviżjoni skont din id-Direttiva, u jikkumplimentaw is-superviżjoni speċifika għas-settur kif previst fid-Direttivi 73/239/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE, 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE.

(8)

Hemm bżonn ġenwin li jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji potenzjali tal-grupp, li jiffaċċja l-konglomerat finanzjarju u li joħorġu minn parteċipazzjonijiet f’kumpanniji oħra. Għal dawk il-każijiet fejn is-setgħat superviżorji speċifiċi previsti mid-Direttiva 2002/87/KE jidhru li mhumiex suffiċjenti, il-komunità superviżorja għandha tiżviluppa metodi alternattivi sabiex tindirizza u tikkunsidra b’mod xieraq dawn ir-riskji, preferibbilment permezz ta’ ħidma mwettqa mill-ESAs permezz tal-Kumitat Konġunt. Jekk il-parteċipazzjoni tkun l-uniku element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, is-superviżuri għandhom ikunu permessi jivvalutaw jekk il-grupp huwiex espost għal riskji tal-grupp u jekk ikun xieraq jeżentaw il-ħtieġa għas-superviżjoni supplimentari.

(9)

Fir-rigward ta’ ċerti strutturi tal-grupp, is-superviżuri tħallew bla setgħat fil-kriżi attwali peress li l-kombinazzjoni tad-direttivi ġegħlithom jagħżlu bejn is-superviżjoni speċifika skont is-settur jew is-superviżjoni supplimentari. Filwaqt li għandu jsir rieżami tad-Direttiva 2002/87/KE fil-kuntest tax-xogħol tal-G20 fuq il-konglomerati finanzjarji, is-setgħat superviżorji meħtieġa għandhom jiġu pprovduti mill-aktar fis.

(10)

Huwa xieraq li tiġi żgurata konsistenza bejn l-għanijiet tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttiva 98/78/KE. Id-Direttiva 98/78/KE, għalhekk, għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta. Sabiex tkun żgurta superviżjoni koerenti f’waqtha, id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata, minkejja l-applikazzjoni imminenti tad-Direttiva 2009/138/KE, li għandha tiġi emendata għall-istess skop.

(11)

Filwaqt li l-ittestjar tal-istress għandu jsir regolarment għas-sottogruppi tal-qasam bankarju u tal-assigurazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, huwa r-rwol tal-koordinatur maħtur f’konformita’ mad-Direttiva 2002/87/KE li jiddeċiedi l-adegwatezza u l-paramenti u meta għandu jsir it-test tal-istress għal konglomerat finanzjarju individwali b’mod ġenerali. Għal testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha, imwettqa mill-ESAs f’kuntest speċifiku għas-settur, ir-rwol tal-Kumitat Konġunt għandu jkun li jiżgura li tali testijiet tal-istress isiru b’mod konsistenti tul is-setturi. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom ikunu kapaċi jiżviluppaw parametri supplementari għat-testijiet tal-istress mal-Unjoni kollha, u jkopru r-riskji tal-grupp speċifiċi li tipikament jimmaterjalizzaw f’konglomerati finanzjarji u għandhom ikunu jistgħu jippubblikaw ir-riżultati ta’ dawk it-testijiet fejn il-leġislazzjoni settorjali tippermetti dan. L-esperjenza minn testijiet tal-istress preċedenti madwar l-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata. Pereżempju, it-testijiet tal-istress għandhom iqisu l-likwidità u r-riskji ta’ solvenza tal-konglomerati finanzjarji.

(12)

Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa sistema koerenti u konklużiva ta’ superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Ir-rieżami sħiħ li se jsir tad-Direttiva 2002/87/KE għandu jkopri l-entitajiet mhux regolati, partikolarment l-istrumenti bi skop preċiż, u għandu jiżviluppa applikazzjoni bbażata fuq ir-riskju ta’ konċessjonijiet disponibbli għas-superviżuri fid-determinazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, filwaqt li l-użu ta’ tali konċessjonijiet jiġi limitat. Wara li jkun ikkunsidra d-Direttiva settorjali, ir-rieżami għandu jikkunsidra wkoll konglomerati finanzjarji sistemikament relevanti, li l-kobor, l-interkonnettività jew il-kumplessità tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli. Tali konglomerazzjonijiet għandhom jiġu identifikati b’analoġija mal-istandards dejjem jevolvu tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibilità li tipproponi azzjoni regolatorja f’dan il-qasam.

(13)

Huwa xieraq li tiġi żgurata konsistenza bejn l-għanijiet tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttiva 2006/48/KE. Id-Direttiva 2006/48/KE, għalhekk, għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta.

(14)

Id-disponibbiltà rrestawrata tas-setgħat fil-livell tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta timplika li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE jew 2009/138/KE japplikaw f’dan il-livell simultanjament. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu jew ekwivalenti, speċjalment fir-rigward tal-elementi kwalitattivi tal-proċess tal-eżami superviżorju. Pereżempju, rekwiżiti adatti u identiċi għall-ġestjoni tal-kumpanniji holding huma koperti mid-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE. Sabiex tiġi evitata s-sovrapożizzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tas-superviżjoni fl-ogħla livell, is-superviżuri għandhom ikunu kapaċi japplikaw dispożizzjoni partikolari darba biss, waqt li jikkonformaw mad-dispożizzjoni identiċi fid-direttivi l-oħra kollha applikabbli. Fejn id-dispożizzjonijiet ma jkunux ifformulati b’mod identiku, għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti, jekk ikunu simili fis-sustanza, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju. Fil-valutazzjoni tal-ekwivalenza, is-superviżuri għandhom jiċċekkjaw, fi ħdan il-kulleġġi, jekk, fir-rigward ta’ kull direttiva applikabbli, l-ambitu huwiex kopert u l-objettivi humiex miksuba, mingħajr ma jitbaxxew l-istandards ta’ superviżjoni. Għandu jkun possibbli li l-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza jevolvu pass pass mat-tibdil fl-oqfsa u l-prattiki ta’ superviżjoni. Il-valutazzjonijiet tal-ekwivalenza, għalhekk, għandhom ikunu suġġetti għal proċess miftuħ u li jevolvi. Dak il-proċess għandu jippermetti soluzzjonijiet każ b’każ sabiex il-karatteristiċi relevanti ta’ grupp partikolari jiġu kkunsidrati. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fi ħdan qafas superviżorju għal grupp wieħed partikolari u biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fost il-konglomerati finanzjarji kollha fl-Unjoni, hija meħtieġa kooperazzjoni superviżorja xierqa. Għal dak il-għan, l-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida bil-għan li jkun hemm il-konverġenza tal-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza u jaħdmu sabiex jinħarġu standards tekniċi vinkolanti.

(15)

Sabiex tittejjeb is-superviżjoni supplementari ta ‘entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandhom ikunu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ adattazzjonijiet tekniċi li għandhom isiru fid-Direttiva 2002/87/KE rigward id-definizzjonijiet, l-allinjament tat-terminoloġija u l-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-imsemmija Direttiva. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, fil-waqt u adegwata ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(16)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerat finanzjarju, ma jistgħax jinkisebu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan.

(17)

Id-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE għalhekk għandhom jiġu emendati,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 98/78/KE

Id-Direttiva 98/78/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

‘kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż li mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż li mhux membru, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, li tinkludi mill-anqas impriża waħda tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(m)

‘kumpannija holding finanzjarja mħallta’ tfisser kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;”.

(2)

L-Artikolu 2(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Kull impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li l-impriża prinċipali tagħha tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta, assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża ta’ riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru għandha tkun soġġetta għal superviżjoni supplimentari bil-mod preskritt fl-Artikolu 5(2), u l-Artikoli 6, 8 u 10.”.

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Livell ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta

1.   Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta hija suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, kif ukoll tad-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli biex teżerċita superviżjoni tista’ tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, li tapplika biss id-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta.

2.   Fejn kumpannija holding finanzjarja mħallta hija soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti kemm skont din id-Direttiva kif ukoll skont id-Direttiva 2006/48/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli biex teżerċita s-superviżjoni supplimentari tista’ tiddeċiedi, bi ftehim mas-superviżur ta’ konsolidazzjoni fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, sabiex tapplika biss id-dispożizzjoni tad-direttiva relatata mas-settur l-aktar sinifikattiv kif determinat f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.

3.   L-awtorità kompetenti responsabbli biex teżerċita superviżjoni supplementari għandha tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) (‘ABE’), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) (‘AEAPX’) dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 2. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Komitat Konġunt), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

(*)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12."

(**)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48."

(***)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(4)

L-Artikolu 3(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari skont l-Artikolu 2 ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol superviżorju fir-rigward ta’ impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, ta’ kumpanniji holding finanzjarja mħallta jew ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta meqjusa individwalment.”.

(5)

L-Artikolu 4(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, kumpannija holding finanzjarja mħallta jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jistgħu jilħqu ftehim fuq min minnhom għandu jkun responsabbli sabiex jeżerċita s-superviżjoni supplimentari.”.

(6)

L-Artikolu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, kumpanniji holding finanzjarji mħallta, kumpanniji tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru u kumpanniji tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru

1.   Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-metodu ta’ superviżjoni supplementari jiġi applikat bi qbil mal-Anness II. Il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi relatati kollha tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazjoni minn pajjiż mhux membru.

2.   Jekk, fuq il-bażi tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li s-solvenza ta’ impriża sussidjarja tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta, tal-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew tal-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru hija, jew tista’ tkun, fil-periklu, huma għandhom jieħdu miżuri xierqa fil-livell ta’ dik l-impriża ta’ assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni.”.

(7)

L-Annessi I u II għandhom jiġu emendati skont l-Anness I għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/87/KE

Id-Direttiva 2002/87/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikoli 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE (****), l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE (*****), l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE (******), l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE (*******), l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE (********), l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE Solvenza (*********) jew l-Artikoli 6 sa 11 tad-Direttiva 2011/61/UE (**********), u li huma parti minn konglomerat finanzjarju.

Din id-Direttiva temenda wkoll ir-regoli settorjali rilevanti li japplikaw għall-entitajiet regolati minn dawn id-Direttivi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)

‘istituzzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni tal-kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(2)

‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1), (2) jew (3) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(3)

‘kumpannija tal-investiment’ tfisser kumpannija tal-investiment skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (***********) jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab f’pajjiż terz u li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2004/39/KE kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

(4)

‘entità regolata’ tfisser istituzzjoni tal-kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassikurazzjoni, ditta ta’ investiment, kumpannija tal-immaniġġjar tal-assi jew maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi;

(5)

‘kumpannija li timmaniġja l-assi’ tfisser kumpannija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew impriża li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju tagħha kien reġistrat fl-Unjoni;

(5a)

‘maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi’ tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b),(l) u (ab) tad-Direttiva 2011/61/KE jew impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku l-uffiċċju reġistrat tagħha kien fl-Unjoni;

(6)

‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(4), (5) jew (6) tad-Direttiva 2009/138/KE jew strument b’għan speċjali skont it-tifsira tal-Artikolu 13(26) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(7)

‘regoli settorjali’ tfisser leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali tal-entitajiet regolati, b’mod partikolari fid-Direttivi 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/138/KE;

(8)

‘settur finanzjarju’ tfisser settur kompost minn waħda jew aktar mill-entitajiet li ġejjin:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) jew (21) tad-Direttiva 2006/48/KE (minn hawn ‘il quddiem imsemmija ‘is-settur bankarju’);

(b)

impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 13(1), (2), (4) jew (5) jew tal-Artikolu 212(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE (minn hawn ‘il quddiem imsemmija ‘is-settur tal-assigurazzjoni’);

(c)

ditta tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE (flimkien msejħa ‘is-settur tas-servizzi tal-investiment’);

(9)

‘impriża prinċipali’ tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 1 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (************) jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, teżerċita effettivament influwenza dominanti fuq impriża oħra;

(10)

‘impriża sussidjarja’ tfisser impriża sussidjarja kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE jew kwalunkwe impriża li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, impriża prinċipali effettivament teżerċita fuqha influwenza dominanti jew is-sussidjarji kollha ta’ tali impriżi sussidjarji;

(11)

‘parteċipazzjoni’ tfisser parteċipazzjoni skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (*************), jew il-proprjetà diretta jew indiretta ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(12)

‘grupp’ tfisser grupp ta’ impriżi li jikkonsisti minn impriża prinċipali, is-sussidjarji tagħha u l-entitajiet li fihom l-impriża prinċipali jew is-sussidjarji tagħha jkollhom parteċipazzjoni, jew impriżi marbuta flimkien permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, u jinkludi kwalunkwe sottogrupp tiegħu;

(12a)

‘kontroll’ tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u impriża sussidjarja, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwelunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;

(13)

‘rabtiet mill-qrib’ tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma marbuta permezz ta’ kontroll jew parteċipazzjoni, jew sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar naturali jew ġuridiċi huma permanentement marbuta mal-istess persuna, permezz ta’ relazzjoni ta’ kontroll;

(14)

‘konglomerat finanzjarju’ tfisser grupp jew sottogrupp, fejn entità regolata tkun tmexxi l-grupp jew sottogrupp, jew fejn tal-anqas waħda mis-sussidjarji f’dak il-grupp jew sottogrupp tkun entità regolata, u li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn ikun hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:

(i)

dik l-entità tkun impriża prinċipali ta’ entità fis-settur finanzjarju, entità li jkollha parteċipazzjoni f’entità fis-settur finanzjarju, jew entità marbuta ma’ entità fis-settur finanzjarju permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE,

(ii)

mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment, u

(iii)

l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva; jew

(b)

fejn ma jkunx hemm entità regolata li tmexxi l-grupp jew sottogrupp:

(i)

l-attivitajiet tal-grupp jew sottogrupp iseħħu prinċipalment fis-settur finanzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva,

(ii)

mill-anqas waħda mill-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp tkun fis-settur tal-assigurazzjoni u mill-anqas waħda tkun fis-settur bankarju jew dak tas-servizzi tal-investiment, u

(iii)

l-attivitajiet konsolidati jew aggregati tal-entitajiet fil-grupp jew sottogrupp fis-settur tal-assigurazzjoni u tal-entitajiet fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment ikunu t-tnejn sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) jew (3) ta’ din id-Direttiva;

(15)

‘kumpannija holding finanzjarja mħallta’ tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Unjoni, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju;

(16)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li għandhom is-setgħa bil-liġi jew regolamentazzjoni sabiex jissorveljaw istituzzjonijiet tal-kreditu, jew impriżi tal-assigurazzjoni, jew impriżi tar-riassigurazzjoni, jew ditti tal-investiment, kumpanniji tal-immaniġġar tal-assi jew maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi sew fuq bażi individwali jew ta’ grupp;

(17)

‘awtoritajiet rilevanti kompetenti’ tfisser:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-superviżjoni settorjali tal-grupp kollu ta’ kwalunkwe entità regolata f’konglomerat finanzjarju, b’mod partikolari tal-impriża prinċipali finali ta’ settur;

(b)

il-koordinatur maħtur skont l-Artikolu 10 jekk differenti mill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a);

(c)

fejn xieraq, awtoritajiet kompetenti oħra konċernati rilevanti għall-opinjoni tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

(18)

‘tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp’ tfisser it-tranżazzjonijiet kollha li bihom entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju jiddependu direttament jew indirettament fuq impriżi oħra fi ħdan l-istess grupp jew fuq kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika marbuta mal-impriżi fi ħdan dak il-grupp permezz ta’ rabtiet mill-qrib, għat-twettiq ta’ obbligu, sew jekk kuntrattwali kif ukoll jekk le, u kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk le;

(19)

‘konċentrazzjoni tar-riskju’ tfisser l-esponimenti kollha għal riskji b’potenzjal ta’ telf li jkun kbir biżżejjed biex jhedded is-solvenza jew il-pożizzjoni finanzjarja b’mod ġenerali tal-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju; tali esponimenti jistgħu jiġu kkawżati minn riskju tal-kontroparti/riskju tal-kreditu, riskju tal-investiment, riskju tal-assigurazzjoni, riskju tas-suq, riskji oħra, jew b’kombinazzjoni jew interazzjoni ta’ dawn ir-riskji.

Sakemm jidħol fis-seħħ kull standard tekniku regolatorju adottat f’konformita’ mal-Artikolu 21a(1)(b), l-opinjoni msemmija fil-punt (17)(c) għandha, b’mod partikolari, tieħu kont tas-sehem mis-suq tal-entitajiet regolati tal-konglomerat finanzjarju fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari jekk teċċedi l-5 %, u l-importanza fil-konglomerat finanzjarju ta’ kwalunkwe entità regolata stabbilita fi Stat Membru ieħor.

(****)  Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1)."

(*****)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1)."

(******)  Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1)."

(*******)  Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1)."

(********)  Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32)."

(*********)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)."

(**********)  Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1)."

(***********)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201."

(************)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1."

(*************)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.”."

(2)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Għall-għanjijet tal-istabbiliment dwar jekk l-attivitajiet ta’ grupp iseħħux prinċipalment fis-settur finanzjarju, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(b)(i), il-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju regolat u mhux regolat fil-grupp mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp kollu kemm hu m’għandux jeċċedi l-40 %.

2.   Għall-għanijiet tal-istabbiliment dwar jekk attivitajiet f’setturi finanzjarji differenti humiex sinjifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew 14(b)(iii), għal kull settur finanzjarju il-medja tal-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ ta’ dak is-settur finanzjarju mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp u l-proporzjon tal- ħtiġiet tas-solvibilità tal-istess settur finanzjarju mal-ħtiġiet totali tas-solvibilitàtal-entitajiet tas-settur finanzjarju fil-grupp m’għandux jeċċedi l-10 %.

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, l-iżgħar settur finanzjarju fil-konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-iżgħar medja u l-aktar settur finanzjarju importanti f’konglomerat finanzjarju huwa s-settur bl-ogħla medja. Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-medja u għall-kejl tal-iżgħar u l-aktar settur finanzjarju importanti, is-settur bankarju u s-settur tas-servizzi ta’ investiment għandhom jitqiesu flimkien.

Il-kumpanniji li jimmaniġjaw l-assi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp; jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.

Il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp. Jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju.

3.   L-attivitajiet transsettorjali għandhom ukoll jiġu preżunti li huma sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew (14)(b)(iii) jekk it-total tal-karta tal-bilanċ tal-iżgħar settur finanzjarju fil-grupp jaqbeż EUR 6 biljun.

Jekk il-grupp ma jilħaqx il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati jew, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti

3a.   Jekk il-grupp jilħaq il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, iżda l-iżgħar settur ma jaqbiżx EUR 6 biljun, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu jiddeċiedu bi ftehim komuni li ma jqisux il-grupp bħala konglomerat finanzjarju. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 8, jew 9, jekk ikunu tal-opinjoni li l-inklużjoni tal-grupp fl-ambitu ta’ din id-Direttiva jew l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx meħtieġa jew ma tkunx xierqa jew inkella tiżgwida fir-rigward tal-għanijiet tas-superviżjoni supplimentari.

Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u, bl-eċċezzjoni ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, għandhom jiġu magħmula pubbliċi mill-awtoritajiet kompetenti.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jeskludu entità meta jikkalkolaw il-proporzjonijiet, fil-każi msemmija fl-Artikolu 6(5), sakemm l-entità ma tkunx iċċaqalqet minn Stat Membru għal pajjiż terz jew sakemm ma jkunx hemm evidenza li l-entità bidlet is-sit tagħha biex tevita r-regolamentazzjoni.”;

(ii)

huwa miżjud il-punt li ġej:

“(c)

jeskludu parteċipazzjoni waħda jew aktar fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjonijiet huma determinanti għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, u huma kollettivament ta’ interess negliġibbli fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni supplimentari.”;

(c)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b’parametru wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawk il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi totali mmaniġġati.”;

(d)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“8.   L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**************) (‘…’), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***************) (‘AEAPX’) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****************) (“AETS”) (flimkien imsejħa “l-ASE”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASE (“Kumitat Konġunt”), joħroġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

9.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi annwali, jerġgħu jivvalutaw il-konċessjonijiet tal-applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari u għandhom jirrieżaminaw l-indikaturi kwantitattivi stabbiliti f’dan l-Artikolu u valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju applikati għall-gruppi finanzjarji.

(**************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12."

(***************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48."

(****************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Għal dak il-għan:

awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib,

jekk awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li entità regolata awtorizzata minn dik l-awtorità kompetenti tkun membru ta’ grupp li jista’ jkun konglomerat finanzjarju, li ma kienx diġà identifikat skont din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti kkonċernati u lill-Kumitat Konġunt.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-kordinatur għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-Kumitat Konġunt.”;

(c)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt lista tal-konglomerati finanzjarji definiti skont l-Artikolu 2(14). Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink fuq kull waħda mill-websajts tal-ASE.

L-isem ta’ kull entità regolata msemmija fl-Artikolu 1, li hija parti minn konglomerat finanzjarju, għandha tiddaħħal f’lista li l-Kumitat Konġunt għandu jippubblika u jżomm aġġornata fuq il-websajt tiegħu.”.

(4)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni;”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Kull entità regolata li mhix suġġetta għal superviżjoni supplementari skont il-paragrafu 2, li l-impriża prinċipali tagħha hija entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz, għandha tkun suġġetta għal superviżjoni supplementari fil-livell tal-konglomerat finanzjarju sal-limitu u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18.”;

(c)

fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex tiġi applikata superviżjoni supplementari bħal dik, tal-anqas waħda mill-entitajiet għandha tkun entità regolata kif imsemmija fl-Artikolu 1 u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(14)(a)(ii) jew 14(b)(ii) u l-Artikolu 2(14)(a)(iii) jew (14)(b)(iii) għandhom ikunu mħarsa. L-awtoritajiet relevanti kompetenti għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, waqt li jagħtu kont tal-objettivi tas-superviżjoni supplementari kif provdut f’din id-Direttiva.”.

(5)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Għall-għanijiet tal-kalkolazzjoni tal-ħtiġiet ta’ adegwatezza tal-kapital imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplementari f’konformita’ mal-Anness I:

(a)

istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari;

(b)

impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew impriża holding tal-assigurazzjoni;

(c)

kumpannija tal-investiment;

(d)

kumpannija holding finanzjarja mħallta.

4.   Meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital supplimentari fir-rigward ta’ konglomerat finanzjarju bl-applikazzjoni tal-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontabilità) imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ solvenza tal-entitajiet fil-grupp għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tar-regoli settorjali korrispondenti għall-forma u l-livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 221 tad-Direttiva 2009/138/KE.

Meta jiġi applikat il-metodu 2 (Tnaqqis u aggregazzjoni) imsemmi fl-Anness I, il-kalkolu għandu jikkunsidra l-proporzjon tal-kapital sottoskritt miżmum direttament jew indirettament mill-impriża prinċipali jew impriża li jkollha parteċipazzjoni f’entità oħra tal-grupp.”.

(6)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-leġislazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi, jew jadottaw miżuri oħra superviżorji li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ kull konċentrazzjoni ta’ riskju fil-livell ta’ konglomerat finanzjarju.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari tal-konċentrazzjoni tar-riskju kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikoli 106 sa 118 tad-Direttiva 2006/48/KE u tal-Artikolu 244 tad-Direttiva 2009/138/KE,. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.”.

(7)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni fil-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi, jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jiffissaw limiti kwantitattivi u rekwiżiti kwalitattivi, jew jieħdu miżuri oħra ta’ superviżjoni li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fil-qafas tal-grupp ta’ entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“5.   L-ESAs, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan l-istess grupp kif previst fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, il-linji gwida għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tal-għodod superviżorji, kif previst f’dan l-Artikolu tkun allineata mal-applikazzjoni tal-Artikolu 245 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.”.

(8)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fl-impriżi kollha, inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-superviżjoni supplementari bis-saħħa tal-Artikolu 5, hemm mekkaniżmi interni ta’ kontroll adegwati għall-produzzjoni ta’ kull data u informazzjoni li jistgħu jkunu relevanti għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu mill-entitajiet regolati, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, li jipprovdu regolarment lill-awtorità kompetenti tagħhom dettalji dwar l-istruttura legali u l-goveranza u l-istruttura organizzattiva tagħhom inklużi l-entitajiet regolati kollha, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet regolati jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-konglomerat finanzjarju, fuq bażi annwali, jew kompletament jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali u l-governanza u l-istruttura organizzattiva tagħhom.”;

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-ABE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpanniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva.”.

(9)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9b

Ittestjar ta’ stress

1.   L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-koordinatur jiżgura l-ittestjar tal-isrtess xieraq u regolari tal-konglomerati finanzjarji. Huma għandhom jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti rilevanti biex jikkooperaw totalment mal-koordinatur.

2.   Għall-finijiet tal-ittestjar tal-istess fuq skala tal-Unjoni, l-ASEjistgħu, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mal- Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (*****************), jiżviluppaw parametric supplementary li jaqbdu r-riskji speċifiċi assoċjati mal-konglomerati finanzjarji, skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-kordinatur għandu jikkomunika r-riżultati tal-ittestjar lill-Kumitat Konġunt.

(*****************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.”."

(10)

L-Artikolu 10(2)(b) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (ii), l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)

fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawk l-entitajiet tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata awtorizzata f’dak l-Istat Membru.”;

(b)

il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iii)

fejn mill-anqas żewġ entitajiet regolati li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta li tamminsitra u ebda waħda minn dawn l-entitajiet ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta’ koordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;”.

(11)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu delegati kompetenzi speċifiċi superviżorji u responsabbiltajiet kif hemm provdut fl-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-preżenza ta’ koordinatur fdat b’kompiti speċifiċi li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju ma għandhiex teffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorali.”;

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-kooperazzjoni meħtieġa skont din it-Taqsima u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 12 u, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-koordinament u l-kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorja rilevanti ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq, għandha titwettaq permezz tal-kulleġġi stabbiliti skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE.

L-arranġamenti ta’ koordinament imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu riflessi b’mod separat fl-arranġamenti eżistenti ta’ koordinament bil-miktub skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248 tad-Direttiva 2009/138/KE. Il-koordinatur, bħala President ta’ kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE jew l-Artikolu 248(2) tad-Direttiva 2009/138/KE, għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti oħra jipparteċipaw f’laqgħa jew fi kwalunkwe attività ta’ dan il-kulleġġ.”.

(12)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-identifikazzjoni tal-istruttura legali tal-grupp u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva, inklużi l-entitajiet regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha li jappartjenu għall-konglomerat finanzjarju, id-detenturi ta’ holdings kwantifikanti fil-livell prinċipali aħħari, kif ukoll fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;”.

(13)

Fl-Artikolu 12a, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-koordinaturi għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4) u fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1). Il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni rigward l-istrutturi legali, l-istrutturi ta’ governanza u organizzattivi ta’ konglomerati finanzjarji.”.

(14)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12b

Linji gwida komuni

1.   L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw linji gwida komuni dwar kif għandhom jitwettqu mill-awtorità kompententi l-valutazzjonijiet tal-konglomerati finanzjarji bbażati fuq ir-riskju. Dawk il-linji gwida għandhom, partikolarment, jiggarantixxu li l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskji jinkludu l-istrumenti xierqa sabiex jivvalutaw ir-riskji tal-gruppi maħluqa għall-konglomerati finanzjarji.

2.   L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati għall-iżvilupp tal-prattiki superviżorji li jippermettu superviżjoni supplementari tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jikkomplementaw b’mod xieraq is-superviżjoni tal-gruppi skont id-Direttivi 98/78/KE u 2009/138/KE jew, kif xieraq, is-superviżjoni konsolidata skont id-Direttiva 2006/48/KE. Dawk il-linji gwida għandhom jippermettu r-riskji rilevanti kollha li jiġu inkorporati fis-superviżjoni, filwaqt li jiġu eliminati s-sovrapożizzjonijiet superviżorji u prudenzjali potenzjali.”.

(15)

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Impriżi prinċipali f’pajjiż terz”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw metodi oħra li jassiguraw superviżjoni supplementari adattata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju. Dawk iil-metodi għandhom jiġi miftiehma mill-koordinatur, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompententi rilevanti l-oħra. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw din id-Direttiva għall-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju mmexxi minn dik il-kumpannija li tamministra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li dawk il-metodi jiksbu l-għan tas-superviżjoni supplementary skont din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw dan lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti u lill-Kummissjoni.”.

(16)

L-Artikolu 19 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi

L-Artikolu 39(1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikolu 10a tad-Direttiva 98/78/KE u l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2009/138/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz jew aktar fir-rigward tal-mezzi tal-eżerċizzju tas-superviżjoni supplementari tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju.”.

(17)

It-titolu tal-Kapitolu III huwa ssostitwit b’dan li ġej:

 

“ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI”.

(18)

L-Artikolu 20 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Setgħat konferiti lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 21c, dwar l-adattamenti tekniċi li għandhom isiru lid-Direttiva fl-oqsma li ġejjin:

(a)

formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fi swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

l-allinjament ta’ terminoloġija u l-inkwadrament ta’ definizzjonijiet f’din d-Direttiva skont atti sussegwenti tal-Unjoni dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati;

(c)

definizzjoni aktar preċiża tal-metodi ta’ kalkolu stipulati fl-Anness I sabiex jingħata kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u teknika ta’ prudenza;

Dawk il-miżuri ma għandhomx jinkludu s-suġġett tas-setgħa delegate u konferita lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti elenkati fl-Artikolu 21a.”.

(19)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafi 2, 3 u 5 jitħassru.

(20)

L-Artikolu 21a huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

L-Artikolu 6(2) sabiex jiġi garantitit format uniformi (bl-istruzzjonijiet) għal, u tiġi determinata il-frekwenza ta’, u fejn ikun il-każ, id-dati għar-rapportar.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Bil-għan li tiġi garantita l-applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 2, 7 u 8 u l-Anness II, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji biex jistabbilixxu formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u jikkoordinaw id-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8 u l-Anness II.

Il-Kumitat Konġunt għandu jippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards teknikċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2015.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta’ kwalunkwe standard tekniku regolatorju skont il-paragrafu 2(a), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu format uniformi għal, u għandhom jiddeterminaw il-frekwenza ta’, u d-dati għar-rapportar tal-kalkoli msemmija f’dan l-Artikolu.”.

(21)

L-Artikoli li ġejjin jiddaħħlu fil-Kapitolu III:

“Artikolu 21b

Linji Gwida Komuni

L-ABE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12b u l-Artikolu 21(4) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

Artikolu 21c

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mid-9 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegate sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun prorogata b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm ma l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu t-tali proroga mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm lid-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Hija tiddekorri mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jesprimu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”.

(22)

Fl-Artikolu 30, l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b’li ġej:

“Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni ta’ kumpanniji li jimmaniġġaw assi:

(a)

fl-ambitu ta ‘superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fl-ambitu tas-superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;

(b)

fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, u

(c)

fil-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2).”.

(23)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 30a

Maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi

1.   Sakemm ikun hemm aktar koordinament ta’ regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-inklużjoni ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi:

(a)

fl-ambitu ta’ superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, jew fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni fi grupp ta’ assigurazzjoni;

(b)

fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fl-ambitu ta’ superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva; u

(c)

fl-ambitu tal-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 3(2).

2.   Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur tal-assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta’ investiment) il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata u jew supplementari msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-regoli settorjali fir-rigward tal-forma u l-portata tal-inklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Għall-finijiet ta’ superviżjoni supplementari msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, il-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandu jiġi ttrattat bħala parti ta’ dak is-settur li fih ikun ġie inkluż permezz tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

F’każ li l-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jkun parti minn konglomerat finanzjarju, ir-riferimenti għall-entitajiet regolati, u għall-awtoritajiet kompetenti u rilevanti għandhom għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jinftehmu bħala komprensivi, rispettivament, tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ gruppi kif msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.”.

(24)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness II għal din id-Direttiva.

Artikolu 3

Emendi fid-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE hija emendata kif ġej:

(1)

il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 39 u l-Artikoli 124 sa 143 għandhom japplikaw għall-kumpanniji holding finanzjarja jew il-kumpanniji holding finanzjarja mħallta, u għall-kumpanniji holding b’attività mħallta li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.”

(2)

L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punti (14) sa (17) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(14)

‘istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li għandha istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li għandha parteċipazzjoni f’tali istituzzjoni, u li mhix fiha nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;

(15)

‘kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpannija holding finanzjarja li mhix fiha nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;

(15a)

‘kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru’ tfisser kumpannija holding finanzjarja mħallta li mhix fiha nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;

(16)

‘istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru li mhix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(17)

‘kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE’ tfisser kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li mhix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta oħra stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;

(17a)

‘kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE’ tfisser kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru li mhix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta oħra stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(19a)

‘kumpannija holding finanzjarja mħallta’ tfisser kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;”;

(c)

il-punt (48) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(48)

‘superviżur tal-konsolidazzjoni’ tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali fl-UE u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpanniji holding finanzjarji prinċipali fl-UE jew kumpanniji holding finanzjarji fl-UE.”;

(3)

L-Artikolu 14 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Kull awtorizzazzjoni għandha tkun notifikata lill-ABE. L-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li lilha tkun ingħatat l-awtorizzazzoni għandha tiddaħħal f’lista li l–ABE għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq il-websajt tagħha. L-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-ABE bl-informazzjoni kollha dwar il-grupp bankarju skont l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 73(3), partikolarment fir-rigward tal-istruttura ġuridika u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva tal-grupp.”.

(4)

L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti f’pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom, kemm jekk huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpanniji holding finanzjarji jew kumpanniji holding finanzjarji mħallta, għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma kapaċi jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, abbażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji konsolidati tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-kumpanniji holding finanzjarji jew tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jinsabu fl-Unjoni u li għandhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti f’pajjiż terz, jew li għandhom parteċipazzjoni f’tali istituzzjonijiet;”.

(5)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 69 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla prevista mill-paragrafu 1 meta l-impriża prinċipali hija kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni ta’ kreditu, sakemm tkun suġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u b’mod partikolari għall-istandards stabbiliti fl-Artikolu 71(1).”.

(6)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 71 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 68, 69 u 70, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija holding finanzjarja fi Stat Membru għandhom jikkonformaw, safejn u bil-mod preskritt fl-Artikolu 133, mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75, 120, 123 u t-Taqsima 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Fejn aktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda hija kkontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni ta’ kreditu li s-superviżjoni fuq bażi konsolidata tagħha tapplika f’konformità mal-Artikoli 125 u 126.”.

(7)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 72 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew minn kumpannija holding prinċipali mħallta fl-UE għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpannija holding finanzjarja jew dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Is-sussidjarji sinifikanti ta’ kumpanniji holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpanniji holding finanzjarja prinċipali mħaltta fl-UE għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 5, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.”.

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 72a

1.   Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta hija suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti fl-ambitu ta’ din id-Direttiva kif ukoll tad-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superiżur tal-konsolidazzjoni tista’ tiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji, li tapplika għal dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta dikid-dispożizzjoni biss tad-Direttiva 2002/87/KE li hija rilevanti.

2.   Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta hija suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti kemm f’din id-Direttiva kif ukoll fl-ambitu tad-Direttiva 2009/138/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is- superiżur tal-konsolidazzjoni tista’ tiddeċiedi, bi ftehim komuni mas-supervizur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, li tapplika għal dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, dik id-dispożizzjoni biss tad-Direttiva relatata mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif determinat mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KEkumpannija.

3.   Is-superviżur tal-konsolidazzjoni għandu jinforma lill-ABE u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******************) (‘AEAPX’) tad-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******************) (“AETS”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (“il-Kumitat Komġunt”), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-linji gwida.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(******************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48."

(*******************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(9)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 73 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sussidjarji japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 120 u 123 u t-Taqsima 5 ta’ din id-Direttiva fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew l-impriża prinċipali tagħhom fejn dik l-impriża finanzjarja hija kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpannija tal-immaniġġar tal-assi kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja stabbilita f’pajjiż terz, jew għandhom parteċipazzjoni f’tali impriża.”.

(10)

Fl-Artikolu 80(7), il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-kontroparti hija istituzzjoni jew kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpannija tal-immaniġġar tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adegwati;”.

(11)

L-Artikolu 84 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Meta istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE u s-sussidjarji tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE u s-sussidjarji tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE u s-sussidjarji tagħha jużaw l-Approċċ IRB fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti minimi fil-Parti 4 tal-Anness VII, jintlaħqu mill-kumpannija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien.”;

(b)

il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   Meta l-Approċċ IRB ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE u s-sussidjarji tagħha, jew mill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE u s-sussidjarji tagħha, jew il-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE u s-sussidjarji tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet ġuridiċi differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132.”.

(12)

Fl-Artikolu 89(1), il-punt (e) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(e)

għall-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għal kontroparti li hija l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha sakemm il-kontroparti hija istituzzjoni jew kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpannija tal-immaniġġar tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti adegwati prudenzjali jew impriża marbuta b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u għall-iskoperturi bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 80(8);”.

(13)

Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikoli 105 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“3.   Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu fl-UE u s-sussidjarji tagħha jew mis-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet ġuridiċi differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi elenkati fil-Parti 3 tal-Anness X.

4.   Fejn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu fl-UE u s-sussidjarji tagħha jew is-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE jużaw Approċċ ta’ Kejl Avanzat fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-kriterji ta’ kwalifika stipulati fil-Parti 3 tal-Anness X,jintlaħqu mill-kumpannija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien.”.

(14)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 122a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE, jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta, jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha, bħala oriġinatur jew sponsor, tittitolizza skoperturi minn diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sodisfatt abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew tal-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE relatata. Dan il-paragrafu għandu japplika biss fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati impenjaw ruħhom li jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 u jipprovdu fil-waqt, lill-oriġinatur jew l-isponsor u, lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 7 kumpannijakumpannija.”.

(15)

Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 125 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fejn il-kumpannija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkun kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-awtoritajiet kompetenti li awtorizzaw dik l-istituzzjoni ta’ kreditu skont l-Artikolu 6 għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi konsolidata.”.

(16)

L-Artikolu 126 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 126

1.   Meta istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpannija prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew l-istess kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpannija holding finanzjarja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Meta l-kumpanniji prinċipali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu iżjed minn kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni ta’ kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

2.   Meta iżjed minn istituzzjoni tal-kreditu waħda awtorizzata fl-Unjoni Ewropea jkollhom bħala l-kumpannija prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding finanzjarja jew l-istess kumpannija holding finanzjarja mħallta u l-ebda waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tal-kreditu ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpannija holding finanzjarja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, li għandha titqies, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, bħala l-istituzzjoni tal-kreditu kontrollata minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew minn kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE.

3.   F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu bi ftehim komuni jirrinunzjaw il-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, filwaqt li jqisu l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti sabiex teżerċita superviżjoni fuq bażi konsolidata. Qabel ma jaqblu dwar eżenzjoni ta’ dan it-tip, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali fl-UE, lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE, lill-kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, jew lill-istituzzjoni tal-kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, kif ikun xieraq, l-opportunità li tagħti l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE bi kwalunkwe eżenzjoni skont il-paragrafu 3.”.

(17)

L-Artikolu 127 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja, fejn ikun xieraq, sabiex jinkludu l-kumpanniji holding finanzjarja jew il-kumpanniji holding finanzjarja mħallta fis-superviżjoni konsolidata. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135, il-konsolidament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija holding finanzjarja jew tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma rikjesti jiżvolġu rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpannija holding finanzjarja jew tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta fuq bażi individwali.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 137. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-verifika tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu.”.

(18)

L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1), il-parti ta’ introduzzjoni hi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   Minbarra l-obbligi previsti f’din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata ta’ istituzzjonijiet prinċipali tal-kreditu fl-UE u istituzzjonijiet tal-kreditu kontrollati minn kumpanniji holding finanzjarji prinċipali fl-UE jew kumpanniji holding finanzjarji prinċipali mħallta fl-UE, għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:”;

(b)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fl-Artikoli 84(1), 87(9) u 105 u fl-Anness III, il-Parti 6, rispettivament, ippreżentati minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu fl-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, f’konsultazzjoni sħiħa, sabiex jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu jew le l-permess mitlub u sabiex jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li għandu jkun suġġett għalihom tali permess.”;

(c)

fil-paragrafu 3:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   Is-superviżur għall-konsolidament u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-livell konsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell ta’ fondi proprji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2) għal kull entità fil-grupp bankarju u fuq bażi konsolidata.”,

(ii)

il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u tal-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE fuq bażi individwali jew fuq bażi subkonsolidata wara li jitqiesu debitament il-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżur għall-konsolidament. Jekk, fit-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipposponu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li tieħu l-ABE f’konformità mal-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jintemm il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tintlaħaq deċiżjoni konġunta.”,

(iii)

id-disa’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja mħallta prinċipali fl-UE tagħmel talba bil-miktub u bir-raġunijiet kollha lis-superviżur għall-konsolidament biex jaġġorna d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2). Fil-każ tal-aħħar, l-aġġornament jista’ jiġi indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superiżur għall-konsolidament u l-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba.”.

(19)

Fl-Artikolu 131a(2), is-sitt subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Dawn li ġeejin jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a;

(c)

banek ċentrali kif adatt; u

(d)

awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn adatt u suġġett għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li huma ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għall-Artikoli 44 sa 52.”.

(20)

L-Artikolu 132(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali fl-UE u tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpanniji prinċipali holding finanzjarji fl-UE jew minn kumpanniji prinċipali holding finanzjarji mħallta fl-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorveljaw is-sussidjarji ta’ dawn il-kumpanniji prinċipali. Biex tiġi determinata l-estensjoni ta’ informazzjoni relevanti, għandha titqies l-importanza ta’ dawn is-sussidjarji fis-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.”

(b)

fis-sitt subparagrafu, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-identifikazzjoni tal-istruttura legali u l-istruttura tal-governanza u organizzattiva tal-grupp, inklużi l-entitajiet regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha li jappartjenu għall-grupp, tal-impriżi prinċipali, f’konformità mal-Artikolu 12(3), l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 73(3), kif ukoll identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;”.

(21)

L-Artikolu 135 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 135

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom biżżejjed esperjenza biex iwettqu dawk id-dmirijiet.”.

(22)

Fl-Artikolu 139(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta’ kumpanniji holding finanzjarji, ta’ kumpanniji holding finanzjarji mħallta, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ impriżi ta’ servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma rikjesti jiżvolġu rwol ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi li jinnegozjaw għal rashom.”.

(23)

L-Artikolu 140 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpannija holding finanzjarja, kumpannija holding finanzjarja mħallta jew kumpannija holding b’attività mħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li jkunu kumpanniji tal-assigurazzjoni jew impriżi oħra li jipprovdu servizzi ta’ investiment suġġetti għal awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bil-kompitu pubbliku ta’ superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ta’ dawk l-intrapriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta’ investiment għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin b’kull informazzjoni li x’aktarx tkun tista’ tissemplifikalhom il-kompitu tagħhom u tiggarantixxi s-superviżjoni tal-attività u s-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-impriżi li jissorveljaw.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom jistabbilixxu listi tal-kumpanniji holding finanzjarji jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta msemmija fl-Artikolu 71(2). Dawn il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.”.

(24)

L-Artikoli 141 u 142 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 141

Fejn, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu jixtiequ f’każijiet speċifiċi jivverifikaw l-informazzjoni dwar istituzzjoni ta’ kreditu, kumpannija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari, kumpannija holding b’attività mħallta, kumpannija holding finanzjarja mħallta, sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 137 jew sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 127(3), li tinsab fi Stat Membru ieħor, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor sabiex titwettaq dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal din għandhom, fil-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifika huma stess, billi jħallu lill-awtoritajiet li għamlu t-talba jwettquha huma, jew billi jħallu awditur jew espert iwettaqha. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’tipparteċipa fil-verifika meta ma twettaqx il-verifika hija stess.

Artikolu 142

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu imposti penalitajiet u miżuri mmirati sabiex itemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur, fuq kumpanniji holding finanzjarja, kumpanniji holding finanzjarja mħallta u kumpanniji holding b’attività mħallta jew fuq il-maniġers effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ppromulgati sabiex jimplimentaw l-Artikoli 124 sa 141 u dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li dawk il-penalitajiet jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija holding finanzjarja jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta jew kumpannija holding b’attività mħallta ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru bħal dak fejn hemm l-uffiċċju prinċipali tagħha.”.

(25)

L-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta istituzzjoni tal-kreditu, li l-impriża prinċipali tagħha tkun istituzzjoni tal-kreditu jew kumpannija holding finanzjarja, jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż terz, ma tkunx suġġetta għas-superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tal-kreditu hix suġġetta għas-superviżjoni konsolidata minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li tkun ekwivalenti għal waħda regolata mill-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva.

Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata kieku kellu japplika l-paragrafu 3, fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fl-Unjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti.”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jirrikjedu l-istabbiliment ta’ kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni konsolidata għall-pożizzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta.”.

(26)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 146a

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiddivulgaw pubblikament, fil-livell tal-grupp bankarju, fuq bażi annwali, jew kompletament jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika u l-istrutturi ta’ governanza u organizzattiva tagħhom.”.

(27)

L-Anness X huwa emendat skont l-Anness III għal din id-Direttiva.

Artikolu 4

Emendi fid-Direttiva 2009/138/KE

Id-Direttiva 2009/138/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikoli 212(1), il-punti (f) u (g) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(f)

‘kumpannija holding tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża prinċipali li mhix kumpannija holding finanzjarja mħallta u li n-negozju prinċipali tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiżi terzi, fejn tal-anqas waħda minn tali impriżi sussidjarji tkun impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(g)

‘kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta’ tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, li tinkludi mill-anqas impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;

(h)

‘kumpannija holding finanzjarja mħallta’ tfisser kumpannija holding finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE.”.

(2)

Fl-Artikolu 213, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżjoni fil-livell tal-grupp tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, li jkunu impriża parteċipanti f’tal-anqas impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz individwali, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258;

(b)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258;

(c)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jew impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, f’konformità mal-Artikoli 260 sa 263;

(d)

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta, f’konformità mal-Artikolu 265.

3.   Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni tkun jew impriża relatata ta’, jew tkun fiha nnfisha entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li tkun suġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244 ta’ din id-Direttiva, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245 ta’ din id-Direttiva, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew ta’ dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta,.

4.   Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, japplika biss id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta.

5.   Fejn kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2006/48/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, bi ftehim mas-superviżur għall-konsolidament fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, japplika biss id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li għandha x’taqsam mal-aktar settur importanti kif stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.

6.   Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********************) (‘ABE’) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘AEAPX’) (*********************) dwar id-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 4 u 5. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (**********************) (“AETS”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

(********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12."

(*********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48."

(**********************)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.”."

(3)

L-Artikolu 214(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-eżerċizzju tas-superviżjoni tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 213 m’għandux jimplika li jeħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom rwol ta’ superviżjoni rigward l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, l-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni b’attività mħallta meħuda individwalment, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 257 safejn huma kkonċernati l-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta.”.

(4)

Fl-Artikolu 215, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b) hija fiha nfisha impriża sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra jew ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni oħra jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta oħra li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, l-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni.

2.   Fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, hija impriża sussidjarja ta’ impriża soġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx, is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża jew il-kumpanija prinċipali aħħarija.”.

(5)

L-Artikolu 216(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 213(2), ma għandhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 215, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mas-superviżur tal-grupp u dik l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni, li jpoġġu l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta fil-livell nazzjonali għas-superviżjoni tal-grupp.”.

(6)

L-Artikolu 219 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 219

Frekwenza tal-kalkolu

1.   Is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkoli msemmija fl-Artikolu 218(2) u (3) jitwettqu tal-inqas darba fis-sena, mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni, jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Id-data rilevanti għal u r-riżultati ta’ dak il-kalkolu għandhom jiġu ppreżentati lis-superviżur tal-grupp mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew, fejn l-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża fil-grupp identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp innifsu.

2.   L-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni u l-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandhom jimmonitorjaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp fuq bażi kontinwa. Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti fl-aħħar Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp irrappurtat, il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid mingħajr dewmien u rrappurtat lis-superviżur tal-grupp.

Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li turi li l-profil tar-riskju tal-grupp inbidel konsiderevolment mid-data li fih ġie rrappurtat l-aħħar ir-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp, is-superviżur tal-grupp jista’ jeħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp.”.

(7)

L-Artikolu 226 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 226

Il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni intermedjarji

1.   Meta tiġi kkalkulata s-solvenza tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għandha parteċipazzjoni f’impriża tal-assigurazzjoni relatata, f’impriża tar-riassigurazzjoni relatata, f’impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew f’impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, permezz ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, għandu jittieħed kont tas-sitwazzjoni ta’ tali kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Għall-iskop uniku ta’ dak il-kalkolu, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I, fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza.

2.   Fil-każijiet fejn kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja għandha dejn subordinat jew fondi proprji eliġibbli oħra soġġetti għal limitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98, dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala fondi proprji eliġibbli sal-ammonti kkalkulati bl-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 98 għall-fondi proprji eliġibbli totali pendenti fuq il-livell ta’ grupp kif imqabbla mal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza fuq il-livell ta’ grupp.

Kwalunkwe fond proprju eliġibbli ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja, li jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja f’konformità mal-Artikolu 90 jekk kien miżmum minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jista’ jiġi inkluż fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp biss safejn ikun ġie debitament awtorizzat mis-superviżur tal-grupp.”.

(8)

Fl-Artikolu 231(1), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat i-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-grupp konsolidat, kif ukoll il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew minn kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkooperaw biex tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk jagħtux dak il-permess jew le u biex jiġu determinati t-termini u l-kondizzjonijiet, jekk hemm, li għalihom huwa soġġett tali permess.”.

(9)

L-Artikolu 233(5) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-Artikolu 231 għandu japplika mutatis mutandis.”.

(10)

Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu III, it-titolu tas-Subtaqsima 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

 

“Superviżjoni tas-solvenza tal-grupp għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta”.

(11)

L-Artikolu 235 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 235

Solvenza tal-grupp ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta

1.   Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkolu tas-solvenza tal-grupp jitwettaq fil-livell tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta bl-applikazzjoni tal-Artikolu 220(2) sal-Artikolu 233.

2.   Għall-iskop ta’ dak il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I, fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza.”.

(12)

L-Artikolu 243 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 243

Sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni u ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta

L-Artikoli 236 sa 242 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta.”.

(13)

L-Artikolu 244(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw, fuq bażi regolari u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti fil-livell tal-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2).

L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp.

Il-konċentrazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.”.

(14)

L-Artikolu 245(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti fost il-grupp mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari, fosthom dawk imwettqa ma’ persuna fiżika b’rabtiet mill-qrib ma’ impriża fil-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2).

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li jsir ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti fost il-grupp minnufih malli dan ikun possibbli.

L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, mill-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp.

It-tranżazzjonijiet fi ħdan il-grupp għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.”.

(15)

Fl-Artikolu 246(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, lill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew lill-kumpannija holding finanzjarja mħallta biex, fil-livell tal-grupp, titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45. Il-valutazzjoni tar-riskju proporju u tas-solvenza mwettqa fuq il-livell tal-grupp għandha tkun suġġetta għal reviżjoni superviżorja b’konformita’ mal-Kapitolu III.

Meta l-kalkolu tas-solvenza fil-livell tal-grupp jitwettaq f’konformità mal-metodu 1, kif imsemmi fl-Artikolu 230, l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha tfiehem lis-superviżur tal-grupp id-differenza bejn l-ammont tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha relatati tal-grupp u tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat.

L-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-supeviżur tal-grupp, twettaq kwalunkwe valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45 fil-livell tal-grupp u fil-livell ta’ kwalunkwe sussidjarja fil-grupp fl-istess ħin, u tista’ tħejji dokument wieħed li jkopri l-valutazzjonijiet kollha.”.

(16)

Fl-Artikolu 247(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fejn grupp m’huwiex immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li ġejja:

(i)

fejn l-impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni,

(ii)

fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u waħda minn dawk l-impriżi tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata f’dak l-Istat Membru,

(iii)

fejn il-grupp huwa mmexxi minn aktar minn kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b’uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ,

(iv)

fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u l-ebda minn dawk l-impriżi ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, jew

(v)

fejn il-grupp huwa grupp mingħajr impriża prinċipali, jew fi kwalunkwe ċirkostanza mhux imsemmija fil-punti (i) sa (iv), l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.”.

(17)

Fl-Artikolu 249(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l- AEAPX bl-informazzjoni dwar il-grupp, f’konformità mal-Artikolu 19, l-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 254(2), b’mod partikulari fir-rigward tal-istruttura ġuridika u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp.”.

(18)

Fl-Artikolu 256, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51, 53, 54 u 55 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.   Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-superviżur tal-grupp, tipprovdi rapport wieħed dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tagħha li għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-informazzjoni fil-livell tal-grupp li trid tiġi żvelata f’konformità mal-paragrafu 1;

(b)

l-informazzjoni għal kwalunkwe waħda mis-sussidjarji fi ħdan il-grupp, liema informazzjoni trid tkun identifikabbli b’mod individwali u tiġi żvelata hija f’konformità mal-Artikoli 51, 53, 54 u 55.

Qabel jagħti kunsens f’konformità mal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta u jieħu kont b’mod debitu ta’ kwalunkwe fehma u riżerva tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.”.

(19)

L-Artikolu 257 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 257

Korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju ta’ kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u ta’ kumpanniji holding finanzjarji mħallta

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni kollha li effettivament imexxu l-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta huma kompetenti u xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

L-Artikolu 42 għandu japplika mutatis mutandis.”.

(20)

Fl-Artikolu 258, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ma jkunux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 218 sa 246 jew fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti iżda s-solvenza xorta waħda tista’ tiġi pperikolata, jew fejn tranżazzjonijiet fost il-grupp jew il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzoni, għandhom jiġu adottati l-miżuri neċessarji sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun minn:

(a)

is-superviżur tal-grupp fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta;

(b)

l-awtoritajiet superviżorji fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa.

Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpannija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta.

L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, li jinkludu s-superviżur tal-grupp, fejn ikun xieraq għandu jikkoordina l-miżuri tagħhom.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet fuq jew jadottaw il-miżuri relatati mal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li ddaħħlu fis-seħħ biex jiġi traspost dan it-Titolu, jew fir-rigward tal-persuna li tkun qiegħda effettivament tamministra dawk il-kumpanniji. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li tali sanzjonijiet jew miżuri jkunu effettivi, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta ma tkunx tinsab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju prinċipali tagħha.”.

(21)

L-Artikolu 262 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 262

Impriżi prinċipali reġistrati f’pajjiż terz: in-nuqqas ta’ ekwivalenza

1.   Fejn il-verifika mwettqa skont l-Artikolu 260 turi li jkun hemm nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kemm l-Artikoli 218 sa 258, bl-istess mod u bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 236 sa 243, jew wieħed mill-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-prinċipji ġenerali u l-metodi stabbiliti fl-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw fil-livell tal-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni, tal-kumpanniji holding finanzjarji mħallta, tal-impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew tal-impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.

Għall-fini uniku tal-kalkolu tas-solvenza tal-grupp, l-impriża prinċipali għandha tiġi trattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għall-istess kondizzjonijiet kif stabbilit fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I fir-rigward tal-fondi tagħha stess eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza u kwalukwe milli ġejjin:

(a)

Kapital Rekwiżit għas-Solvenzadeterminat f’konformità mal-prinċipji tal-Artikolu 226 meta tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta;

(b)

Kapital Rekwiżit għas-Solvenza determinat skont il-prinċipji tal-Artikolu 227, fejn tkun impriża tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni f’pajjiż terz.

2.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom biex japplikaw metodi oħra li jiżguraw superviżjoni xierqa tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp. Dawk il-metodi għandhom jiġu miftiehma mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati.

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbilitment ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni u japplikaw dan it-Titolu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp immexxi minn dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta.

Il-metodi magħżula għandhom jippermettu li jinkisbu l-objettivi tas-superviżjoni tal-grupp kif definit f’dan it-Titolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni.”.

(22)

Fl-Artikolu 263, l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Fejn l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 260 hija fiha nfisha sussidjarja ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-verifika prevista fl-Artikolu 260 biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija li hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu, madankollu, fin-nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, iwettqu verifika ġdida f’livell aktar baxx fejn teżisti impriża prinċipali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kemm jekk tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpannija holding finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.”.

Artikolu 5

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2002/87/KE sħiħa, inklużi l-atti delegati u implimentattivi adottati skont dan. Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2012, filwaqt li jiġi indirizzat, b’mod partikolari, l-ambitu ta’ dik id-Direttiva, inkluż jekk l-ambitu għandux jiġi estiż billi jiġi rivedut l-Artikolu 3, u l-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva għal entitajiet mhux irregolati, b’mod partikolari vetturi b’għanijiet speċifiċi. Ir-rapport għandu jkopri wkoll il-kriterji ta’ identifikazzjoni tal-konglomerati finanzjarji ta’ gruppi mhux finanzjarji usa’ li l-attivitajiet totali tagħhom fis-settur bankarju, is-settur tal-assigurazzjoni u s-settur tas-servizzi tal-investiment huma materjalment relevanti fis-suq intern għas-servizzi finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk l-ESA għandhomx, permezz ta’ Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida għall-valutazzjoni ta’ din ir-relevanza materjali.

Fl-istess kuntest, ir-rapport għandu jkopri b’mod sistematiku konglomerati finanzjarji relevanti, li l-kobor, l-interkonnettività jew il-kumplessità tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli, u li jridu jiġu identifikati b’analoġija mal-istandards li jevolvu tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. Barra minn hekk, dak ir-rapport għandu jirrevedi l-possibilità li jiġu introdotti testijiet tal-istress obbligatorji. Ir-rapport għandu jiġi segwit, jekk hu neċessarju, minn proposti leġislattivi xierqa.

Artikolu 6

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1, 2 u 3 ta’ din id-Direttiva sal-10 ta’ Ġunju 2013. Huma għandhom jibagħtu immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva mill-10 ta’ Ġunju 2013. Huma għandhom jibagħtu immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sat-22 ta’ Lulju 2013 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 2(23) ta’ din id-Direttiva kif ukoll mal-Artikolu 2(1), (2)(a) ta’ din id-Direttiva, safejn dawk id-dispożizzjonijiet jemendaw l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(4), (5a) u (16), l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE fir-rigward tal-maniġers alternattivi tal-fondi tal-investiment. Huma għandhom jibagħtu immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk il-miżuri u din id-Direttiva.

4.   Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri rreferuti f’dan il-paragrafu, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

5.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

W. SZCZUKA


(1)  ĠU C 62, 26.2.2011, p. 1.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2011.

(3)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(4)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta ħlief għal assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassikurazzjoni fi grupp tal-assigurazzjoni jew tar-riassikurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

(11)  Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

(12)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(13)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(15)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(16)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(17)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


ANNESS I

L-Annessi I u II għad-Direttiva 98/78/KE huma emendati kif ġej:

A.

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

F'Taqsima 2.1:

(a)

it-tieni inċiż tar-raba' paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

jekk l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni tkun impriża relatata ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni, u kemm il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta u l-impriża relatata tal-assigurazzjoni jew l-impriża relatata tar-riassigurazzjoni jiġu kkunsidrati fil-kalkolazzjoni mwettqa.”;

(b)

il-ħames paragrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw ukoll il-kalkolu tas-solvenza aġġustata ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni jekk din tkun impriża tal-assigurazzjoni relatata jew impriża tar-riassigurazzjoni relatata ta’ impriża oħra tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni oħra jew kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernat ikunu qablu li jagħtu l-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-aħħar.”.

(2)

Taqsima 2.2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“2.2.   Kumpanniji holding tal-assigurazzjoni intermedji u kumpanniji holding finanzjarji mħallta intermedji

Meta tiġi kkalkolata s-solvenza aġġustata ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ta’ impriża tar-riassigurazzjoni li jkollha parteċipazzjoni f'impriża relatata tal-assigurazzjoni, impriża relatata tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, permezz ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni intermedjarja jew tal-kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja. Għall-iskop waħdieni ta’ dan il-kalkolu, li għandu jsir skont l-prinċipji u l-metodi ġenerali deskritti f'dan l-Anness, il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni għandha tiġi meqjusa daqlikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għal rekwiżit ta’ solvenza żero u daqs li kieku kienet soġġetta għall-istess kondizzjonijiet li huma mwaqqfa fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 73/239/KEE, fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 2002/83/KE jew fl-Artikolu 36 tad-Direttiva 2005/68/KE rigward elementi eliġibbli għall-marġni tas-solvenza.”.

B.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“SUPERVIŻJONI SUPPLIMENTARI GĦAL IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA' KUMPANNIJA HOLDING TAL-ASSIGURAZZJONI, KUMPANNIJA HOLDING FINANZJARJA MĦALLTA, IMPRIŻA TAL-ASSIGURAZZJONI MINN PAJJIŻ MHUX MEMBRU JEW IMPRIŻA TAR-RIASSIGURAZZJONI MINN PAJJIŻ MHUX MEMBRU”.

(2)

Il-punt 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.

Fil-każ ta’ żewġ impriżi jew aktar tal-assigurazzjoni jew ta’ riassigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) li jkunu s-sussidjarji ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru u li jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-metodu deskritt f'dan l-Anness jiġi applikat b'mod konsistenti.”.

(3)

Fil-punt (2), it-tieni u t-tielet inċiżi u s-subparagrafu ta’ wara t-tielet inċiż huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“—

jekk dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u impriża oħra jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-istess Stat Membru jkollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, u l-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni tiġi kkunsidrata fil-kalkolu previst f'dan l-Anness imwettaq għal waħda minn dawn l-impriżi l-oħra,

jekk dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni u waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni l-oħra jew aktar jew impriżi tar-riassigurazzjoni awtorizzati fi Stat Membru ieħor ikollhom bħala l-impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, u jkun ġie konkluż ftehim skont l-Artikolu 4(2) li jagħti l-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari koperta b'dan l-Anness lill-awtorità superviżorja ta’ Stat Membru ieħor.

Meta kumpanniji holding tal-assigurazzjoni oħra, kumpanniji holding finanzjarji mħallta jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jkollhom parteċipazzjonijiet suċċessivi fl-impriża holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta jew fl-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli previsti f'dan l-Anness fil-livell biss tal-impriża prinċipali finali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tkun kumpannija b'partiċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpannija b'partiċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru.”.

(4)

Il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li kalkoli analogi ma’ dawk deskritti f'Anness I ikunu mwettqa fil-livell tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru.

L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti fl-Anness I fil-livell tal-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, kumpannija holding finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru.

Għall-iskop biss ta’ dak il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

rekwiżit żero ta’ solvenza meta tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta,

rekwiżit ta’ solvenza stabbilit skont il-prinċipji tas-sezzjoni 2.3 tal-Anness I, meta tkun impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru,

l-istess kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE fir-rigward tal-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ solvenza.”.


ANNESS II

Fl-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, taħt “II. Metodi Tekniċi tal-Kalkolu”, il-Metodu 3 u l-Metodu 4 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Metodu 3: ‘Metodu ta’ kombinazzjoni’

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu kombinazzjoni tal-metodu 1 u l-metodu 2.”.


ANNESS III

Fid-Direttiva 2006/48/KE, il-punt 30 tat-Taqsima 3 tal-Parti 3 tal-Anness X huwa sostitwit b’dan li ġej:

“30.

Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew mis-sussidjarji ta’ kumpannija holding finanzjarja prinċipali fl-UE jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali mħallta fl-UE, l-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi allokat il-kapital operazzjonali tar-riskju bejn l-entitajiet differenti tal-grupp.”.


Top