EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0216

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2010 tal- 15 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 66, 16.3.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 16 Volume 003 P. 79 - 80

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/216/oj

16.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 216/2010

tal-15 ta’ Marzu 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-permessi ta’ residenza

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 (2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiżgura l-kompatibilità tad-dejta statistika mis-sorsi amministrattivi dwar permessi ta’ residenza fl-Istati Membri, u rapporti affidabbli li se jitfasslu fil-livell Komunitarju, id-definizzjoni ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi trid tkun l-istess fl-Istati Membri kollha.

(2)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 862/2007, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza kif previsti fl-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 huma stabbiliti fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.


ANNESS

Lista ta’ kategoriji għar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza

1.   Raġunijiet relatati ma’ formazzjoni ta’ familja u rijunifikazzjoni

1.1.   Tingħaqad ma’ ċittadin tal-UE bħala:

1.1.1.

Konjugi/Sieħeb jew Sieħba

1.1.2.

Tifel/Tifla (Minuri/Adulti)

1.1.3.

Membru ieħor tal-familja

1.2.   Tingħaqad ma’ ċittadin mhux tal-UE bħala:

1.2.1.

Konjugi/Sieħeb jew Sieħba

1.2.2.

Tifel/Tifla (Minuri/Adulti)

1.2.3.

Membru ieħor tal-familja

2.   Raġunijiet relatati mal-edukazzjoni u l-istudju

2.1.   Student/a (kif iddefinit fl-Artikolu 2.b tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (1))

2.2.   Raġunijiet oħra relatati mal-edukazzjoni

3.   Raġunijiet relatati ma’ attivitajiet renumerati

3.1.   Ħaddiem bl-ogħla ħiliet

3.2.   Riċerkatur (kif iddefinit fl-Artikolu 2.d tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (2))

3.3.   Ħaddiem staġjonali

3.4.   Attivitajiet renumerati oħra

4.   Raġunijiet oħrajn

4.1.   Status ta’ Protezzjoni internazzjonali

4.2.   Residenza biss

4.3.   Raġunijiet oħrajn


(1)  ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.

(2)  ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15.


Top