This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012L0035
Directive 2012/35/EU of the European Parliament and of the Council of 21 November 2012 amending Directive 2008/106/EC on the minimum level of training of seafarers Text with EEA relevance
Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2012/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 14.12.2012, p. 78–105
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 16/07/2022; Imħassar b' 32022L0993
14.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/78 |
DIRETTIVA 2012/35/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Novembru 2012
li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz ta’ att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara huwa rregolat mill-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara 1978 (“il-Konvenzjoni STCW”), li daħlet fis-seħħ fl-1984 u li ġiet emendata b’mod sinifikanti fl-1995. |
(2) |
Il-Konvenzjoni STCW ġiet inkorporata fil-liġi tal-Unjoni għall-ewwel darba bid-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara (3). Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ġew adattati aktar tard għall-emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni STCW, u ġie stabbilit mekkaniżmu komuni tal-Unjoni għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara f’pajjiżi terzi. Permezz ta’ riformulazzjoni, dawk ir-regoli jinsabu fid-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(3) |
Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW li saret f’Manila fl-2010 introduċiet emendi sinifikanti għall-Konvenzjoni STCW (“L-emendi ta’ Manila”), jiġifieri dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti għaċ-ċertifikati, fil-qasam tal-istandards mediċi, fil-kwistjoni tat-taħriġ dwar is-sigurtà, inkluż il-piraterija u s-serq bl-armi, u fir-rigward tat-taħriġ fi kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija. L-emendi ta’ Manila introduċew ukoll rekwiżiti għal baħħara awtorizzati u stabbilixxew profili professjonali ġodda, bħal uffiċjali elettrotekniċi. |
(4) |
L-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Konvenzjoni STCW u ħadd minnhom ma oġġezzjona għall-emendi ta’ Manila taħt il-proċedura prevista għal dak l-effett. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jallinjaw ir-regoli nazzjonali tagħhom mal-emendi ta’ Manila. Għandu jiġi evitat konflitt bejn l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri u l-impenji tagħhom lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba n-natura globali tat-trasport marittimu, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għandhom jinżammu konformi mar-regoli internazzjonali. Diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE għandhom, għaldaqstant, jiġu emendati sussegwentement sabiex jirriflettu l-emendi ta’ Manila. |
(5) |
It-taħriġ imtejjeb għall-baħħara għandu jkopri taħriġ teoretiku u prattiku adatt sabiex jiġi żgurat li l-baħħara jkunu kwalifikati biex jissodisfaw standards ta’ sigurtà u ta’ sikurezza u jkunu kapaċi jirrispondu għal perikli u emerġenzi. |
(6) |
Għandhom jiġu żviluppati u implimentati standards tal-kwalità u sistemi ta’ standards tal-kwalità filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (5) u miżuri relatati adottati mill-Istati Membri. |
(7) |
Is-sħab soċjali qablu dwar is-sigħat minimi ta’ mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva 1999/63/KE (6) bil-ħsieb tal-implimentazzjoni ta’ dak il-ftehim. Dik id-Direttiva tippermetti wkoll il-possibilità li jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-baħħara. Madankollu, l-possibilità ta’ awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet għandha tiġi limitata f’termini ta’ tul massimu, frekwenza u ambitu. L-emendi ta’ Manila kienu mmirati, fost affarijiet oħrajn, biex jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bil-ħsieb li tiġi evitata l-għeja. L-emendi ta’ Manila għandhom jiġu inkorporati fid-Direttiva 2008/106/KE b’mod li jiżgura koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/13/KE (7). |
(8) |
Filwaqt li tirrikonoxxi ulterjorment l-importanza tal-istabbiliment ta’ rekwiżiti minimi li jirregolaw il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-baħħara kollha, id-Direttiva 2009/13/KE ser tieħu effett kif speċifikat fiha meta tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006. |
(9) |
Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara ta’ pajjiżi terzi. Ir-rikonoxximent jingħata mill-Kummissjoni skont proċedura li biha l-Kummissjoni tiġi assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (“l-Aġenzija”), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta’ dik il-proċedura tissuġġerixxi li għandha tinbidel, jiġifieri fir-rigward tal-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Minħabba li r-rikonoxximent jeħtieġ li ssir spezzjoni li titwettaq mill-Aġenzija, li trid tiġi ppjanata u mwettqa, u, fil-maġġoranza tal-każijiet, tinvolvi aġġustamenti sinifikanti għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW mill-pajjiż terz ikkonċernat, il-proċess sħiħ ma jistax jitlesta fi tliet xhur. Abbażi tal-esperjenza, perijodu ta’ żmien aktar realistiku f’dan ir-rigward jidher li huwa 18-il xahar. L-iskadenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għanda għalhekk tiġi mibdula kif xieraq, filwaqt li l-possibbiltà għall-Istat Membru li qed jagħmel it-talba li jirrikonoxxi provviżorjament is-sistema STCW tal-pajjiż terz għandha tinżamm sabiex tinżamm il-flessibbiltà. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (10) mhumiex applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont id-Direttiva 2008/106/KE. |
(10) |
L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara fl-Unjoni mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur iżjed diffiċli. Data dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Skont il-Konvenzjoni STCW il-Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tal-validazzjonijiet mill-ġdid rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom. L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinkiseb informazzjoni kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Unjoni u esklussivament bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat it-tfassil tal-politika mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara. Dik l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata għall-finijiet ta’ analiżi statistika biss, u ma għandhiex tintuża għal finijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika. Dik l-informazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u, għalhekk, dispożizzjoni għal dan il-għan għandha tiġi introdotta fid-Direttiva 2008/106/KE. |
(11) |
Ir-riżultati tal-analiżi ta’ informazzjoni bħal din għandhom jintużaw biex jiġu antiċipati xejriet fis-suq tax-xogħol bil-ħsieb li jittejbu l-għażliet tal-baħħara fir-rigward tal-ippjanar tal-karrieri u li jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali disponibbli. Tali riżultati għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
(12) |
Sabiex tinġabar data dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni tagħha u mat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V tad-Direttiva 2008/106/KE. L-użu ta’ tali atti ddelegati għandu jkun limitat għal dawk il-każijiet fejn emendi għall-Konvenzjoni STCW u l-Kodiċi jkunu jeħtieġu bidliet għal dak l-Anness. Barra minn hekk, tali atti ddelegati ma għandhomx jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzar ta’ data imsemmija f’dak l-Anness. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni, matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, tikkonsulta b’mod adatt, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(13) |
Is-settur marittimu tal-Unjoni għandu kompetenza esperta marittima ta’ kwalità għolja li tgħin biex tiżgura l-kompetittività tiegħu. Il-kwalità tat-taħriġ għall-baħħara hija importanti għall-kompetittività tas-settur u biex jiġu mħajjra ċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-professjonijiet marittimi. |
(14) |
Sabiex jinżammu l-istandards ta’ kwalità fir-rigward tat-taħriġ għall-baħħara, għandhom jittejbu l-miżuri biex jiġu evitati prattiki frodulenti assoċjati ma’ ċertifikati ta’ kompetenza u ta’ profiċjenza. |
(15) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/106/KE, ingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fil-qasam tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Għall-istess raġuni għandhom jiġi konferiti wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tad-data statistika dwar il-baħħara li għandha tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11). |
(16) |
Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta ta’ data tal-istatistika msemmija fl-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE u għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar ir-rikonoxximent u l-irtirar tar-rikonoxximent tas-sistemi tal-STCW ta’ pajjiżi terzi. |
(17) |
L-emendi ta’ Manila daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012, filwaqt li jistgħu jiġu applikati arranġamenti transitorji sal-1 ta’ Jannar 2017. Sabiex tkun possibbli transizzjoni mingħajr xkiel għar-regoli l-ġodda, din id-Direttiva għandha tistipula l-istess arranġamenti transizzjonali kif stabbilit fl-emendi ta’ Manila. |
(18) |
Fid-89 laqgħa tiegħu, il-Kumitat tas-Sigurtà Marittima tal-IMO innota l-ħtieġa għal xi kjarifiki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-emendi ta’ Manila, b’kont meħud tal-arranġament transizzjonali stabbiliti fihomu r-Riżoluzzjoni 4 tal-Konferenza STCW li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tinkiseb konformità sħiħa sal-1 ta’ Jannar 2017. Tali kjarifiki ġew provduti minn STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17 (Ċirkolarijiet tal-IMO). B’mod partikolari, STCW.7/Circ.16 tiddikjara li l-validità ta’ kwalunkwe ċertifikat validat mill-ġdid ma għandhiex tiġi estiża lil hinn minn Jannar 2017 fil-każ ta’ baħħara li jkollhom ċertifikati maħruġin skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li bdiet tapplika minnufih qabel l-1 ta’ Jannar 2012, u li għadhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-emendi ta’ Manila, u fil-każ ta’ baħħara li bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ approvat jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013. |
(19) |
Għandu jiġi evitat aktar dewmien fl-inkorporar tal-emendi ta’ Manila fil-liġi tal-Unjoni, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-baħħara mill-Unjoni kif ukoll biex tinżamm is-sikurezza abbord il-bastimenti permezz ta’ taħriġ aġġornat. |
(20) |
Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni uniformi tal-emendi ta’ Manila fi ħdan l-Unjoni, huwa rakkomandabbli li, waqt it-trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-gwida li tinsab fiċ-ċirkolarijiet tal-IMO STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17. |
(21) |
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-allinjament tar-regoli attwali tal-Unjoni ma’ regoli internazzjonali dwar it-taħħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(22) |
Id-Direttiva 2008/106/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2008/106/KE
Id-Direttiva 2008/106/KE hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 jkunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fil-punti (36) u (37) tal-Artikolu 1, u/jew evidenza dokumentata kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 1.” |
(3) |
L-Artikolu 4 huwa mħassar. |
(4) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5a Informazzjoni lill-Kummissjoni Għall-iskopijiet ta’ analiżi statistika biss u esklussivament għall-użu mill-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-informazzjoni indikata fl-Anness V għal din id-Direttiva dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza u dwar approvazzjonijiet li jaffermaw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza. Għall-istess skopijiet, jistgħu ukoll jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ċertifikati ta’ profiċjenza maħruġa lil ratings skont il-Kaptoli II, III, u VII għall-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”. |
(6) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu u jinfurzaw il-miżuri adatti biex jipprevjenu l-frodi u prattiki illegali oħra li jinvolvu ċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa, u għandhom jipprevedu pieni li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.”. |
8. |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Standards mediċi 1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW, filwaqt li jittieħed kont, kif adatt, tat-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW. 2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawk responsabbli għall-valutazzjoni tal-idoneità medika tal-baħħara huma professjonisti mediċi rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru għall-fini ta’ eżamijiet mediċi tal-baħħara, skont it-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW. 3. Kull baħħar li għandu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza maħruġ skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li qed iservi fuq il-baħar għandu jkollu wkoll ċertifikat mediku validu maħruġ skont dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW. 4. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom:
5. Iċ-ċertifikati mediċi għandhom jibqgħu validi għal perijodu massimu ta’ sentejn sakemm il-baħħar ma jkunx taħt it-18-il sena, f’liema każ il-perijodu massimu ta’ validità għandu jkun ta’ sena. 6. Jekk il-perijodu ta’ validità ta’ ċertifikat mediku jiskadi matul vjaġġ, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW. 7. F’każijiet urġenti Stat Membru jista’ jippermetti li baħħar jaħdem mingħajr ċertifikat mediku validu. F’tali każijiet, għandu japplika ir-Regolament I/9 tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW.”. |
(11) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fl-Artikolu 13, jitħassar il-paragrafu 2. |
(13) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Idoneità għall-Qadi tad-Dmirijiet 1. Għall-fini tal-prevenzjoni tal-għeja, l-Istati Membri għandhom:
2. L-Istati Membri għandhom, għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż ta’ droga u alkoħol, jiżguraw li huma stabbiliti miżuri adegwati skont id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. 3. L-Istati Membri għandhom iqisu l-periklu li jiġi mill-għeja tal-baħħara, speċjalment ta’ dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu l-operazzjoni sikura u sigura tal-bastiment. 4. Il-persuni kollha li huma assenjati d-dmir ta’ uffiċjal inkarigat mill-għassa jew bħala rating li jifforma parti mill-għassa, u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, prevenzjoni ta’ tniġġis u sigurtà, għandhom jingħataw perijodu ta’ mistrieħ ta’ mhux inqas minn:
5. Is-sigħat ta’ mistrieħ jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn żewġ perijodi, li wieħed minnhom irid ikun mill-inqas 6 sigħat fit-tul, u l-intervalli bejn perjiodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu aktar minn 14-il siegħa. 6. Ir-rekwiżiti għall-perijodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew f’kondizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta’ salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perijodi ta’ mistrieħ u ma jwasslux għall-għeja. 7. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-iskedi tal-għassa jitpoġġew f’post li huwa aċċessibbli faċilment. L-iskedi għandhom ikunu stabbiliti f’format standard bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol tal-bastimenti u bl-Ingliż. 8. Meta baħħar ikun disponibbli għax-xogħol, bħal meta spazju b’makkinarju jkun mingħajr għassa, il-baħħar għandu jkollu perijodu ta’ mistrieħ ta’ kumpens adegwat jekk il-perijodu normali ta’ mistrieħ jiġi mfixkel mill-fatt li jiġi msejjaħ għax-xogħol. 9. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li jinżammu rekords ta’ sigħat ta’ mistrieħ ta’ kuljum tal-baħħara f’format standardizzat, bil-lingwa jew lingwi tax-xogħol u bl-Ingliż, biex tkun tista’ tiġi mmonitorjata u vverifikata l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Il-baħħara għandhom jirċievu kopja tar-rekords li jirrigwardaw lilhom, li għandhom ikunu approvati mill-kaptan, jew minn persuna awtorizzata mill-kaptan, u mill-baħħara. 10. Minkejja r-regoli stipulati fil-paragrafi 3 sa 9, il-kaptan ta’ bastiment għandu jkun intitolat li jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa għas-sikurezza immedjata tal-bastiment, persuni abbord jew merkanzija, jew għall-fini li tingħata assistenza lil bastimenti jew persuni oħra li jkunu f’diffikultà fuq il-baħar. Għaldaqstant, il-kaptan jista’ jissospendi l-iskeda ta’ sigħat ta’ mistrieħ u jitlob lil baħħar iwettaq kwalunkwe siegħa ta’ xogħol meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal. Hekk kif ikun prattikabbli wara li s-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal, il-kaptan għandu jiżgura li kwalunkwe baħħar li jkun wettaq xogħol matul perijodu skedat ta’ mistrieħ ikun ipprovdut b’perijodu ta’ mistrieħ adegwat. 11. B’kont meħud tal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u f’konformità mad-Direttiva 1999/63/KE l-Istati Membri jistgħu, permezz ta’ liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali biex l-awtorità kompetenti, tawtorizza jew tirreġistra ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-sigħat meħtieġa ta’ mistrieħ fil-punt (b) tal-paragrafu 4 u fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu sakemm dak il-perijodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ 7 ijiem u bir-rispett tal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13 ta’ dan l-Artikolu. Eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom, sakemm ikun possibbli, jsegwu l-istandards stabbiliti iżda jistgħu jieħdu kont ta’ perijodi ta’ mistrieħ aktar frekwenti jew itwal, jew li jagħtu leave b’kumpens lil baħħara tal-għassa jew baħħara li jaħdmu abbord bastimenti fuq vjaġġi qosra. Sa fejn hu possibbli, l-eċċezzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-gwida rigward il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. M’għandhomx ikunu permessi eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. 12. L-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 11 għall-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa previst fil-punt (b) tal-paragrafu 4 ma għandhomx ikunu permessi għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi. L-intervalli bejn żewġ perijodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas minn darbtejn it-tul tal-eċċezzjoni. 13. Fil-qafas ta’ eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmijin fil-paragrafu 11, is-sigħat minimi ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 4 jistgħu jinqasmu f’mhux iktar minn tliet perijodi ta’ mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun mill-inqas 6 sigħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perijodi l-oħra ma għandhom ikunu ta’ tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perijodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perijodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perijodu ta’ 7 ijiem.. 14. Għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż tal-alkoħol, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu ta’ mhux aktar minn 0,05 % ta’ livell ta’ alkoħol fid-demm (BAC) jew 0,25 mg/l ta’ alkoħol fin-nifs jew kwantità ta’ alkoħol li twassal għal tali konċentrazzjoni ta’ alkoħol għall-kaptani, l-uffiċjali u baħħara oħra waqt it-twettiq ta’ dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u li jirrigwardaw l-ambjent tal-baħar.” |
(15) |
Fl-Artikolu 17(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(16) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Id-deċiżjoni dwar l-irtirar tar-rikonoxximent għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2). L-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentaw id-deċiżjoni.”. |
(18) |
Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Irrispettivament mill-bandiera li jtajjar, bl-eċċezzjoni ta’ dawk it-tipi ta’ bastimenti msemmija fl-Artikolu 2, kull bastiment, waqt li jkun fil-portijiet ta’ Stat Membru, għandu jkun soġġett għall-kontroll tal-Istat tal-port minn uffiċjali debitament awtorizzati minn dak l-Istat Membru sabiex jivverifikaw li l-baħħara kollha li jagħtu s-servizz tagħhom abbord li jkunu meħtieġa li jkollhom ċertifikat ta’ kompetenza u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata skont il-Konvenzjoni STCW, jkollhom tali ċertifikat ta’ kompetenza jew dispensa valida u/jew ċertifikat ta’ profiċjenza u/jew evidenza dokumentata.”. |
(19) |
Fl-Artikolu 23(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(20) |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(21) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 25a Informazzjoni għall-finijiet ta’ statistika 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni elenkata fl-Anness V lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ analiżi statistika biss. Informazzjoni bħal din ma għandhiex tintuża għal finijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika, u hija esklussivament għall-użu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għat-tfassil ta’ politika. 2. Dik l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni rreġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. L-Istati Membri għandhom iżommu d-drittijiet tal-proprjetà kollha għall-informazzjoni fil-format tagħha ta’ data mhux ipproċessata. Statistika pproċessata mfassla abbażi ta’ informazzjoni bħal din għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont id-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-protezzjoni tal-informazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. 3. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri għandhom janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni personali kif indikat fl-Anness V permezz ta’ software pprovdut jew aċċettat mill-Kummissjoni qabel ma jibagħtuha lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għamdha tuża biss din l-informazzjoni anonimizzata. 4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analizzar u t-tixrid ta’ tali informazzjoni jkunu mfasslin f’tali mod li tkun possibbli analiżi bbażata fuq statistika. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati rigward ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta tad-data tal-istatistika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).”. |
(22) |
L-Artikolu 27 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 27 Emenda Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 27a, li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta’ kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri kemm-il darba tali atti jkunu limitati li jqisu l-emendi għall-Konvenzjoni u l-Kodiċi STCW u jirrispettaw is-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-data. Atti ddelegati bħal dawn ma għandhomx ibiddlu d-dispożizzjonijiet tal-anonimizzazzjoni tad-data kif meħtieġa mill-Artikolu 25a (3).”. |
(23) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 27a L-eżerċizzju tad-delega 1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-3 ta’ Jannar 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Lulju 2017. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b’mod taċitu għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delegazjoni ta’ setgħa li jirriferi għaliha l-Artikolu 27 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”. |
(24) |
L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 28 Proċedura ta’ Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzji mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (**). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
(25) |
L-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29 Pieni L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta’ pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 3, 5, 7, 9 sa 15, 17, 18, 19, 22, 23, 24 u l-Anness I, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.”. |
(26) |
L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 30 Dispożizzjonijiet transizzjonali Fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li jkunu bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm approvat ta’ edukazzjoni u taħriġ jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri jistgħu jkomplu joħorġu, jirrikonoxxu u japprovaw, sal-1 ta’ Jannar 2017, ċertifikati ta’ kompetenza skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel it-3 ta’ Jannar 2013. Sal-1 ta’ Jannar 2017, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jġeddu u jivvalidaw mill-ġdid ċertifikati ta’ kompetenza u approvazzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel it-3 ta’ Jannar 2013”. |
(27) |
L-Artikolu 33 huwa mħassar. |
(28) |
Dan il-punt ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija. |
(29) |
L-Annessi huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/106/KE, kif emendat mill-punt 26 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Lulju 2014, u, fir-rigward tal-punt 5 tal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva sal-4 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw tali dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, il-21 ta’ Novembru 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 69.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2012.
(3) ĠU L 319, 12.12.1994, p. 28.
(4) ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) (ĠU L 167, 2.7.1999, p. 33).
(7) Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).
(9) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.
(10) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(11) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
ANNESS I
“ANNESS I
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ TAL-KONVENZJONI STCW, IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 3
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. |
Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-Anness huma supplimentati bid-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu fil-Parti A tal-Kodiċi STCW bl-eċċezzjoni tal-Kapitolu VIII, ir-Regolament VIII/2. |
2. |
Kwalunkwe referenza għal rekwiżit f’Regolament jikkostitwixxi wkoll referenza għat-Taqsima korrispondenti tal-Parti A tal-Kodiċi STCWIl-Parti A tal-Kodiċi STCW fiha standards ta’ kompetenza meħtieġa li għandhom juru l-kandidati għall-ħruġ, u l-validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikati ta’ kompetenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW. Sabiex tiġi ċċarata l-konnessjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni alternattivi tal-Kapitolu VII u d-dispożizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tal-Kapitoli II, III u IV, il-ħiliet speċifikati fl-istandards ta’ kompetenza huma miġbura kif adatt taħt is-seba’ funzjonijiet li ġejjin:
fil-livelli ta’ responsabbiltà li ġejjin:
Il-funzjonijiet u l-livelli ta’ responsabbiltà huma identifikati skont is-sottotitoli fit-tabelli tal-istandards ta’ kompetenza speċifikati fil-Kapitoli II, III u IV tal-Parti A tal-Kodiċi STCW. |
KAPITOLU II
DIPARTIMENT TAL-KAPTAN U TAL-GVERTA
Regolament II/1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment li jbaħħar ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament II/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kaptani u chief mates fuq bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed
1. |
Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 3 000 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull kaptan u chief mate fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
4. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament II/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni u ta’ kaptani fuq bastimenti ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għal bastimenti ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed. |
2. |
Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross mhux impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza għas-servizz bħala kaptan fuq bastimenti ta’ bejn 500 u 3 000 tunnellaġġ gross. |
Uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni
3. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
4. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross fuq vjaġġi qrib il-kosta għandu:
|
Kaptan
5. |
Kull kaptan li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
6. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni bħala kaptan fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ inqas minn 500 tunnellaġġ gross impenjat fi vjaġġi qrib il-kosta għandu:
|
Eżenzjonijiet
7. |
L-Amministrazzjoni, jekk tqis li d-daqs ta’ bastiment u l-kondizzjonijiet tal-vjaġġ tiegħu huma tali li jagħmlu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u tat-Taqsima A-II/3 tal-Kodiċi STCW mhux raġonevoli jew imprattikabbli, tista’ sa dak il-punt teżenta lill-kaptan u lill-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment jew klassi ta’ bastimenti bħal dawn minn uħud mir-rekwiżiti, bil-konsiderazzjoni tas-sigurtà tal-bastimenti kollha li jistgħu jkunu qed joperaw fl-istess ilmijiet. |
Regolament II/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings li jifformaw parti mill-għassa tan-navigazzjoni
1. |
Kull rating li jifforma parti mill-għassa tan-navigazzjoni fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed, minbarra baħħara ordinarji taħt taħriġ u baħħara ordinarji li d-dmirijiet tagħhom matul l-għassa ma jkunux tas-sengħa, għandhom jiġu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tan-navigazzjoni u jinvolvu t-twettiq ta’ dmirijiet imwettqa taħt is-superviżjoni diretta tal-kaptan, tal-uffiċjal inkarigat mill-għassa tan-navigazzjoni jew rating kwalifikat. |
Regolament II/5
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings bħala uffiċjali awtorizzati tal-gverta
1. |
Kull baħħar awtorizzat tal-gverta li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir ta’ 500 tunnellaġġ gross jew iżjed għandu jkun debitament ċertifikat. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jqabbel l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ minn Baħrin Awtorizzati għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-II/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa, jekk hemm, li dan il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
4. |
Sal-1 ta’ Jannar 2017, Stat Membru li huwa wkoll parti għall-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Baħħara Awtorizzati, 1946 (Nru 74) jista’ jkompli jġedded u jivvalida mill-ġdid ċertifikati u approvazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni msemmija hawn fuq. |
5. |
Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-gverta għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ tad-direttiva attwali. |
KAPITOLU III
DIPARTIMENT TAL-MAGNI
Regolament III/1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inkarigati mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew inġiniera maħtura biex jaħdmu f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ
1. |
Kull uffiċjal inkarigat mill-għassa tal-inġinerija f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew uffiċjal inġinier maħtur biex jaħdem f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaħħ fuq bastiment tat-tbaħħir li jaħdem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament III/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed
1. |
Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal tat-tieni grad inġinier fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
Regolament III/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjali inġiniera prinċipali u uffiċjali inġiniera tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma minn makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 kW u 3 000 kW
1. |
Kull uffiċjal inġinier prinċipali u uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ bejn 750 u3 000 kW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull uffiċjal inġinier li huwa kkwalifikat biex iservi bħala uffiċjal inġinier tat-tieni grad fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 3 000 kW jew iżjed, jista’ jservi bħala uffiċjal inġinier prinċipali fuq bastimenti mħaddma b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ inqas minn 3 000 kW, sakemm iċ-ċertifikat ikun approvat għal dan. |
Regolament III/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings li jifformaw parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżula biex iwettqu dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ
1. |
Kull rating li jifforma parti mill-għassa ta’ kamra tal-magni jew hu magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed, minbarra baħħara ordinarji taħt taħriġ u baħħara ordinarji li d-dmirijiet tagħhom mhumiex tas-sengħa, għandhom ikunu debitament iċċertifikati biex iwettqu tali dmirijiet. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Is-servizz tat-tbaħħir, it-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa mill-punti 2.2.1 u 2.2.2 għandhom ikunu assoċjati mal-funzjonijiet tal-għassa tal-kamra tal-magni u jinvolvu t-twettiq tad-dmirijiet taħt is-superviżjoni diretta ta’ uffiċjal inġinier kwalifikat jew rating kwalifikat. |
Regolament III/5
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ ratings bħala ratings awtorizzati f’kamra tal-magni mgħammra b’ekwipaġġ jew magħżul biex iwettaq dmirijiet f’kamra tal-magni perjodikament mhux mgħammra b’ekwipaġġ
1. |
Kull baħħar awtorizzat tal-magni fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mir-ratings fid-dipartiment tal-magni għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/5 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa, jekk hemm, li dan il-persunal jinħtieġ jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
4. |
Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti fid-dipartiment tal-magni għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Regolament III/6
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ uffiċjal elettrotekniku
1. |
Kull uffiċjal elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed, għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mill-uffiċjali elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa li jeħtieġ dan il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
4. |
Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti abbord bastiment għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u jilħqu l-istandard tal-kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/6 tal-Kodiċi STCW. |
5. |
Minkejja r-rekwiżiti msemmija hawn fuq tal-Paragrafi 1 sa 4, persuna kwalifikata kif adatt tista’ titqies minn Stat Membru bħala kapaċi li twettaq ċerti funzjonijiet tat-Taqsima A-III/6. |
Regolament III/7
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ rating elettrotekniku
1. |
Kull rating elettrotekniku li jservi fuq bastiment tat-tbaħħir imħaddem b’makkinarju tal-propulsjoni ewlieni b’qawwa tal-propulsjoni ta’ 750 kW jew iżjed għandu jkun debitament iċċertifikat. |
2. |
Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu:
|
3. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards ta’ kompetenza li kien jeħtieġ mir-ratings elettrotekniċi għaċ-ċertifikati maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2012 ma’ dawk speċifikati għaċ-ċertifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-ħtieġa, jekk hemm, li dan il-persunal jaġġorna l-kwalifiki tiegħu. |
4. |
Il-baħħara jistgħu jitqiesu mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament jekk dawn ikunu servew f’kapaċità rilevanti abbord bastiment għal perijodu ta’ mhux inqas minn 12-il xahar fl-aħħar 60 xahar li jippreċedu d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u jilħqu l-istandard tal-kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-III/7 tal-Kodiċi STCW. |
5. |
Minkejja r-rekwiżiti msemmija hawn fuq tal-Paragrafi 1 sa 4, persuna kwalifikata kif adatt tista’ titqies minn Stat Membru bħala kapaċi li twettaq ċertu funzjonijiet tat-Taqsima A-III/7. |
KAPITOLU IV
KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U OPERATURI TAR-RADJU
Nota ta’ spjegazzjoni
Id-dispożizzjonijiet obbligatorji relatati mal-għassa tar-radju huma stabbiliti fir-Regolamenti dwar ir-Radju u f’SOLAS 74, kif emendata. Id-dispożizzjonijiet għall-manutenzjoni tar-radju huma stabbiliti f’SOLAS 74, kif emendata, u l-linji gwida adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
Regolament IV/1
Applikazzjoni
1. |
Minbarra kif previst fil-punt 2, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu japplikaw għall-operaturi tar-radju fuq bastimenti li joperaw fis-Sistema Globali ta’ Salvataġġ u Sikurezza Marittima (GMDSS) kif preskritt mis-SOLAS 74, kif emendata. |
2. |
L-operaturi tar-radju fuq bastimenti li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV ta’ SOLAS 74 mhumiex meħtieġa jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu. L-operaturi tar-radju fuq dawn il-bastimenti, madankollu, huma meħtieġa jikkonformaw mar-Regolamenti dwar ir-Radju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati adatti kif preskritt mir-Regolamenti dwar ir-Radju jinħarġu jew jiġu rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali operaturi tar-radju. |
Regolament IV/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ operaturi tar-radju tal-GMDSS
1. |
Kull persuna responsabbli għal jew li twettaq dmirijiet tar-radju fuq bastiment meħtieġ li jipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat adatt relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Istat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Radju. |
2. |
Barra minn hekk, kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kompetenza skont dan ir-regolament għas-servizz fuq bastiment li hu meħtieġ minn SOLAS 74, kif emendata, li jkollu installazzjoni tar-radju għandu:
|
KAPITOLU V
REKWIŻITI TA’ TAĦRIĠ SPEĊJALI GĦAL PERSUNAL FUQ ĊERTI TIPI TA’ BASTIMENTI
Regolament V/1-1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u ratings fuq tankers taż-żejt u tal-kimika
1. |
L-uffiċjali u r-ratings assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers taż-żejt jew tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika. |
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt u tal-kimika għandu jkun lesta taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun lesta:
|
3. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-transitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers taż-żejt għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt. |
4. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers taż-żejt għandu:
|
5. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-transitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-kimika għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika. |
6. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-kimika għandu:
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat ta’ profiċjenza jinħareġ lill-baħħara, li huma kwalifikati skont il-paragrafi 2, 4 jew 6 kif adatt, jew li ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza eżistenti jkun debitament approvat. |
Regolament V/1-2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali u ratings fuq tankers tal-gass likwifikat
1. |
Uffiċjali u ratings assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi relatati mal-merkanzija jew mat-tagħmir tal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat. |
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ bażiku għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu jkun lesta taħriġ bażiku skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandu jkun lesta:
|
3. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna li għandha responsabbiltà immedjata għat-tagħbija, il-ħatt, il-kura fit-transitu, il-ġestjoni tal-merkanzija, it-tindif tat-tank jew operazzjonijiet oħra relatati mal-merkanzija fuq tankers tal-gass likwifikat għandhom ikollhom ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat. |
4. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ taħriġ avvanzat għal operazzjonijiet tal-merkanzija tat-tankers tal-gass likwifikat għandu:
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat ta’ profiċjenza jinħareġ lill-baħħara, li huma kkwalifikati skont il-paragrafi 2 jew 4 kif xieraq, jew li ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza eżistenti jkun debitament approvat. |
Regolament V/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-kwalifiki ta’ kaptani, uffiċjali, ratings u persunal ieħor fuq bastimenti tal-passiġġieri
1. |
Dan ir-Regolament japplika għall-kaptani, l-uffiċjali, ir-ratings u persunal ieħor li jservu abbord bastimenti tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti lill-persunal li jservi fuq bastimenti tal-passiġġieri impenjati fi vjaġġi domestiċi. |
2. |
Qabel ma jiġu assenjati d-dmirijiet abbord il-bastimenti tal-passiġġieri, il-baħħara jridu jkunu lestew it-taħriġ meħtieġ mill-Paragrafi 4 sa 7 hawn taħt skont il-kapaċitajiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. |
3. |
Il-baħħara li huma meħtieġa jkunu mħarrġa skont il-Paragrafi 4, 6 u 7 għandhom, f’intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin, iwettqu taħriġ ta’ aġġornament jew ikunu meħtieġa jipprovdu evidenza li jkunu kisbu l-istandard meħtieġ ta’ kompetenza fil-ħames snin preċedenti. |
4. |
Il-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor innominati fuq listi tal-uffiċjali li jissejjaħ biex jassisti l-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza abbord bastimenti tal-passiġġieri għandhom ikunu lestew taħriġ fl-immaniġġar tal-folla kif speċifikat fil-paragrafu 1 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW. |
5. |
Il-persunal li jipprovdi servizz dirett lill-passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri abbord bastimenti tal-passiġġieri jridu jkunu lestew taħriġ tas-sikurezza speċifikat fil-paragrafu 2 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW. |
6. |
Il-kaptani, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna nnominata fuq listi tal-uffiċjali bir-responsabbiltà għas-sigurtà tal-passiġġieri f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza abbord bastimenti tal-passiġġieri jridu jkunu lestew taħriġ approvat fil-maniġġar ta’ kriżijiet u l-imġiba tal-bnedmin kif speċifikat fil-paragrafu 3 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW. |
7. |
Il-kaptani, iċ-chief mates, l-uffiċjali inġiniera prinċipali, l-uffiċjali inġiniera tat-tieni grad u kwalunkwe persuna mogħtija r-responsabbiltà immedjata għall-imbark u l-iżbark tal-passiġġieri, it-tagħbija, il-ħatt jew l-irbit tal-merkanzija, jew l-għeluq tal-ftuħ tal-buq abbord bastimenti tal-passiġġieri ro-ro jridu jkunu lestew taħriġ approvat fis-sikurezza tal-passiġġieri, fis-sikurezza tal-merkanzija u fl-integrità tal-buq kif speċifikat fil-paragrafu 4 tat-Taqsima A-V/2 tal-Kodiċi STCW. |
8. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evidenza dokumentarja tat-taħriġ li jkun ġie kompletat tinħareġ għal kull persuna li tinsab li hija kkwalifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament. |
KAPITOLU VI
EMERĠENZA, SIKUREZZA OKKUPAZZJONALI, SIGURTÀ, KURA MEDIKA U SOPRAVIVENZA
Regolament VI/1
Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-familjarizzazzjoni mas-sikurezza, it-taħriġ u l-istruzzjoni bażiċi għall-baħħara kollha
1. |
Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni u taħriġ jew istruzzjoni bażika skont it-Taqsima A-VI/1 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard adatt ta’ kompetenza speċifikat fiha. |
2. |
Meta t-taħriġ bażiku mhuwiex inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda l-kors ta’ taħriġ bażiku. |
Regolament VI/2
Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza fid-dgħajjes ta’ sopravivenza, dgħajjes tas-salvataġġ u dgħajjes veloċi tas-salvataġġ
1. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ minbarra dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:
|
2. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza fid-dgħajjes veloċi tas-salvataġġ għandu:
|
Regolament VI/3
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat
1. |
Il-baħħara maħtura biex jikkontrollaw l-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar għandhom ikunu lestew b’suċċess taħriġ avvanzat fit-tekniki għat-tifi tan-nar b’enfasi partikolari fuq l-organizzazzjoni, it-tattiki u l-kmand skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/3 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fihom. |
2. |
Fejn it-taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat mhuwiex inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fit-tifi tan-nar avvanzat. |
Regolament VI/4
Rekwiżiti minimi obbligatorji relatati mal-ewwel għajnuna medika u l-kura medika
1. |
Il-baħħara maħtura biex jipprovdu l-ewwel għajnuna medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fl-ewwel għajnuna medika speċifikat fil-paragrafi 1, 2 u 3 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW. |
2. |
Il-baħħara maħtura biex ikunu responsabbli għall-kura medika abbord bastiment għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza fil-kura medika abbord il-bastimenti speċifikat fil-paragrafi 4, 5 u 6 tat-Taqsima A-VI/4 tal-Kodiċi STCW. |
3. |
Meta t-taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjonijiet għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-ewwel għajnuna medika jew fil-kura medika. |
Regolament VI/5
Rekwiżiti minimi obbligatorji għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ profiċjenza għall-uffiċjali tas-sigurtà ta’ bastiment
1. |
Kull kandidat għal ċertifikat ta’ profiċjenza bħala uffiċjal tas-sigurtà ta’ bastiment għandu:
|
2. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna li tinstab li hija kwalifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament tingħata ċertifikat ta’ profiċjenza. |
Regolament VI/6
Rekwiżiti minimi obbligatorji għat-taħriġ u l-istruzzjoni relatati mas-sigurtà għall-baħħara kollha
1. |
Il-baħħara għandhom jirċievu familjarizzazzjoni relatata mas-sigurtà u taħriġ jew struzzjoni fl-għarfien dwar is-sigurtà skont il-paragrafi 1 sa 4 tat-Taqsima A-VI/6 tal-Kodiċi STCW u għandhom jissodisfaw l-istandard adatt ta’ kompetenza speċifikat fiha. |
2. |
Meta l-għarfien dwar is-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifikazzjoni għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ fl-għarfien dwar is-sigurtà. |
3. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna t-taħriġ jew l-istruzzjoni relatati mas-sigurtà li jeħtieġ mill-baħħara li għandhom jew li jistgħu jiddokumentaw kwalifiki qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ma’ dawk speċifikati fil-paragrafu 4 tat-Taqsima A-VI/6 tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-bżonn li jeħtieġ lil dawn il-baħħara jaġġornaw il-kwalifiki tagħhom. |
Baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà
4. |
Il-baħħara bi dmirijiet magħżula tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard ta’ kompetenza speċifikat fil-paragrafi 6 sa 8 tat-Taqsima A-VI/6 tal-Kodiċi STCW. |
5. |
Meta t-taħriġ fi dmirijiet magħżula tas-sigurtà ma jkunx inkluż fil-kwalifiki għaċ-ċertifikat li jrid jinħareġ, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ profiċjenza li jindika li d-detentur attenda kors ta’ taħriġ għal dmirijiet tas-sigurtà magħżula. |
6. |
Kull Stat Membru għandu jipparaguna l-istandards tat-taħriġ fis-sigurtà meħtieġa mill-baħħara mad-dmirijiet magħżula tas-sigurtà li għandhom jew li jistgħu jiddokumentaw kwalifiki qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ma’ dawk speċifikati fil-paragrafu 8 tat-Taqsima A-VI/6, tal-Kodiċi STCW, u għandu jiddetermina l-bżonn li jeħtieġ lil dawn il-baħħara jaġġornaw il-kwalifiki tagħhom. |
KAPITOLU VII
ĊERTIFIKAZZJONI ALTERNATTIVA
Regolament VII/1
Ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi
1. |
Minkejja r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fil-Kapitoli II u III ta’ dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li joħorġu jew jawtorizzaw il-ħruġ ta’ ċertifikati minbarra dawk imsemmija fir-regolamenti ta’ dawk il-kapitoli, sakemm:
|
2. |
L-ebda ċertifikat ma għandu jinħareġ taħt dan il-Kapitolu sakemm l-Istat Membru ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni meħtieġa mill-Konvenzjoni STCW lill-Kummissjoni. |
Regolament VII/2
Ċertifikazzjoni tal-baħħara
Kull baħħar li jwettaq kwalunkwe funzjoni jew grupp ta’ funzjonijiet speċifikati fit-tabelli A-II/1, A-II/2, A-II/3, A-II/4 jew A-II/5 tal-Kapitolu II jew fit-tabelli A-III/1, A-III/2, A-III/3, jew A-III/4 jew A-III/5 tal-Kapitolu III jew A-IV/2 tal-Kapitolu IV tal-Kodiċi STCW għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza jew ċertifikat ta’ profiċjenza, kif applikabbli.
Regolament VII/3
Prinċipji li jirregolaw il-kwistjoni ta’ ċertifikati alternattivi
1. |
Stat Membru li jagħżel li joħroġ jew jawtorizza l-ħruġ ta’ ċertifikati alternattivi għandu jiżgura li jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin:
|
2. |
Il-prinċipju ta’ interkambjabbiltà fil-punt 1 għandu jiżgura li:
|
3. |
Meta jinħareġ kwalunkwe ċertifikat skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-prinċipji li ġejjin:
|
4. |
Il-prinċipji fil-punti 1 u 2 għandhom jiżguraw li tinżamm il-kompetenza kemm tal-uffiċjali tal-gverta kif ukoll tal-uffiċjali inġiniera.’ |
ANNESS II
Il-Punt 3 tal-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. |
Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà u bl-involviment possibbli ta’ kwalunkwe Stat Membru konċernat, ikkonfermat, permezz ta’ evalwazzjoni ta’ dik il-Parti, li tista’ tinkludi spezzjoni tal-faċilitajiet u l-proċeduri, li hemm konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW fir-rigward tal-istandards tal-kompetenza, tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni u l-istandards tal-kwalità.”. |
ANNESS III
“ANNESS V
TIP TA’ INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI GĦAL FINIJIET STATISTIĊI
1. |
Meta ssir referenza għal dan l-Anness, l-informazzjoni li ġejja speċifikata fil-paragrafu 9 tat-Taqsima A-I/2 tal-Kodiċi STCW għaċ-ċertifikati kollha ta’ kompetenza jew l-approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom, l-approvazzjonijiet kollha li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra, għandha tingħata u fejn indikat b’(*) din l-għotja għandha tkun f’forma anonimizzata kif meħtieġ mill-Artikolu 25a (3): Ċertifikati ta’ kompetenza (CoC)/Approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom (EaI):
Approvazzjonijiet li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra (EaR):
|
2. |
L-Istati Membri jistgħu jagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar iċ-ċertifikati ta’ profiċjenza (CoP) maħruġa lil ratings skont il-Kapitoli II, III u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħal:
|