Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni

Il-passiġġieri, inklużi dawk b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa, li jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni, igawdu mill-istess drittijiet kull fejn jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea (UE). Dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt għal informazzjoni jew kumpens fil-każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni, jikkomplementaw drittijiet simili għal passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bil-karozzi tal-linja u l-kowċis.

ATT

Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

SOMMARJU

Il-passiġġieri, inklużi dawk b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa, li jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni, igawdu mill-istess drittijiet kull fejn jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea (UE). Dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt għal informazzjoni jew kumpens fil-każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni, jikkomplementaw drittijiet simili għal passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru, bil-ferrovija, bil-karozzi tal-linja u l-kowċis.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi d-drittijiet tal-passiġġieri kollha, inklużi l-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, meta jivvjaġġaw bil-baħar jew permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni fi ħdan l-UE.

PUNTI EWLENIN

Dawn id-drittijiet japplikaw għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-UE fuq vapuretti u bastimenti tal-kruċiera fuq il-baħar, xmajjar, għadajjar u kanali.

Dawn jinkludu:

rimborż jew bidla fir-rotta f'sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjoni jew ta' dewmien fit-tluq ta' iktar minn 90 minuta;

assistenza xierqa eż. ikliet, xorb u, meta meħtieġ, akkomodazzjoni sa tlett iljieli, f'sitwazzjonijiet ta' kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq ta' iktar minn 90 minuta;

kumpens ta' bejn 25 % u 50 % tal-prezz tal-biljett, f'sitwazzjonijiet ta' dewmien fil-wasla jew kanċellazzjoni ta' vjaġġi;

trattament nondiskriminatorju u assistenza speċifika mingħajr ħlas għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa kemm fit-terminali tal-portijiet u abbord il-vapuri, kif ukoll kumpens finanzjarju għat-telf jew ħsara lit-tagħmir ta' mobbiltà tagħhom;

informazzjoni xierqa dwar l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-passiġġieri kollha qabel u waqt il-vjaġġ, kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tagħhom fit-terminali u abbord il-vapuri;

l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti mit-trasportaturi u l-operaturi tat-terminali;

l-istabbiliment ta' korpi nazzjonali indipendenti biex jissaħħu d-drittijiet iggarantiti taħt ir-Regolament, inkluża l-applikazzjoni ta' penali fejn xieraq.

Mill-31 ta' Diċembru2012, ir-Regolament 392/2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar ikopri wkoll lill-passiġġieri fil-każ ta' telf jew ħsara li tirriżulta minn aċċident.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mit-18 ta' Diċembru 2012.

SFOND

Websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-passiġġieri - trasport bil-baħar

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1177/2010

6.1.2011

-

ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1-16

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċidenti (ĠU L 131, 28.5.2015, p. 24-46).

L-aħħar aġġornament: 20.08.2015

Top