EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-mobbiltà urbana fl-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni (COM(2009) 490 final ) — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Tipproponi diversi azzjonijiet prattiċi fuq terminu ta' żmien qasir għal medju biex tiżgura li t-trasport urban fl-Unjoni Ewropea (UE) jkun ambjentalment sostenibbli, kompetittiv u jissodisfa l-bżonnijiet tas-soċjetà.
  • Il-miżuri, miġburin taħt sitt temi, kellhom jittieħdu gradwalment bejn l-2009 u l-2012 mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali.

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni tipproponi;

  • Promozzjoni ta' politiki integrati: il-ġestjoni tat-trasport urban għandha tkun relatata ma’ politiki oħrajn bħall-protezzjoni ambjentali, l-ippjanar tal-użu tal-art u l-akkomodazzjoni.
  • Enfasi fuq iċ-ċittadini: il-pubbliku għandu jgawdi minn affidabilità, informazzjoni, sigurtà u aċċess faċli għall-forom kollha ta’ trasport urban.
  • Trasport urban aktar ekoloġiku: l-UE sejra tkompli tappoġġa l-iżvilupp ta’, u swieq għal, teknoloġiji ġodda ta' vetturi li ma jniġġsux u ta' fjuwils alternattivi.
  • Tisħiħ tal-finanzjament: waqt li ħafna mill-investiment huwa pprovdut minn awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea sejra tgħinhom jesploraw opportunitajiet għall-finanzjament tal-UE.
  • Skambju ta' esperjenza u għarfien: il-Kummissjoni sejra tgħin lil dawk kollha involuti fit-trasport urban biex jagħmlu l-aħjar użu mill-esperjenza attwali u sejra tappoġġja l-iskambju ta' informazzjoni.
  • Titjib tal-mobbiltà urbana: il-Kummissjoni sejra tgħin lill-awtoritajiet lokali biex jottimizzaw l-effiċjenza tal-loġistiċi urbani tagħhom u biex jiżviluppaw sistemi intelliġenti ta’ trasport.

Id-Direttiva 2009/33/KE teħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti u oħrajn iqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali tal-vetturi tat-triq meta jixtruhom.

SFOND

  • Il-gvernijiet tal-UE laqgħu l-pjan ta’ azzjoni fl-24 ta’ Ġunju 2010. Huma nnotaw l-isfida u l-opportunità li huwa jippreżenta biex “itejjeb is-sostenibilitià u s-sikurezza tal-mobilità fiż-żoni urbani u metropolitani waqt li jżommuh bi prezz raġonevoli għall-pubbliku ġenerali”.
  • Dettalji tar-riċerka ffinanzjata mill-UE fil-mobilità urbana tista’ tinstab fuq il-portal tal-web Eltis.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana (COM(2009) 490 final, 30.9.2009)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi tat-trasport fit-triq li ma jniġġsux u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, pp. 5–12)

l-aħħar aġġornament 22.09.2016

Top