Help Print this page 
Title and reference
Regoli u standards tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Regoli u standards tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri

SOMMARJU TA':

Direttiva 2009/45/KE: ir-regoli u l-istandards tas-sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Hija tintroduċi standards tas-sikurezza uniformi għall-ħajja u l-proprjetà tal-persuni fuq il-vapuri tal-passiġġieri, iżda wkoll fuq inġenji tal-baħar ta’ veloċità għolja, bħal hydrofoils, li jintużaw fi vjaġġi domestiċi fl-ibħra tal-UE, jiġifieri bejn portijiet tal-istess pajjiż tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tapplika għall-bastimenti tal-passiġġieri magħmula mill-azzar jew minn materjal ekwivalenti u għall-inġenji tal-baħar ta’ veloċità għolja intiżi għall-passiġġieri.

Il-bastimenti tal-passiġġieri huma maqsumin f’erba’ kategoriji (A, B, Ċ, D) skont iż-żoni marittimi fejn joperaw.

Il-pajjiżi tal-UE jippubblikaw il-lista taż-żoni tal-baħar u l-klassijiet tal-bastimenti kkonċernati, inkluż kwalunkwe perjodu ristrett, f’database disponibbli għall-pubbliku.

Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi rekwiżiti tekniċi dettaljati dwar il-miżuri tas-sikurezza li għandhom jirrispettaw il-bastimenti, bħal

bastimenti tal-gwerra,

vapuri tal-injam primittivi,

vapuri tal-passiġġieri storiċi oriġinali jew replika tagħhom,

jottijiet li jġorru inqas minn 12-il passiġġier jew

bastimenti li jintużaw esklussivament fil-portijiet.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jirrikjedu rekwiżiti ta’ sikurezza addizzjonali jekk huma jqisu li dawn huma mistħoqqa miċ-ċirkostanzi lokali speċifiċi.

Kull bastiment tal-passiġġieri rreġistrat f’pajjiż tal-UE jiġi spezzjonat qabel ma jitqiegħed fis-servizz u minn dakinhar ’il quddiem mill-inqas darba fis-sena.

Il-bastimenti tal-passiġġieri kollha li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza jingħataw Ċertifikat ta’ Sigurtà annwali għall-Vapuri tal-Passiġġieri.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw penali li jkunu “effettivi, proporzjonati u dissważivi” għal kwalunkwe ksur tal-istandards tas-sikurezza.

Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal diversi tipi ta’ bastimenti bħal

bastimenti tal-gwerra,

vapuri tal-injam primittivi,

vapuri tal-passiġġieri storiċi oriġinali jew replika tagħhom,

jottijiet li jġorru inqas minn 12-il passiġġier jew

bastimenti li jintużaw esklussivament fil-portijiet.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2009.

SFOND

Il-bastimenti użati għal vjaġġi domestiċi fl-ibħra tal-UE għandhom jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza bażiċi sabiex jipproteġu l-ħajja tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tagħhom. Dawn issaħħu b’mod konsiderevoli minn mindu l-lanċa Estonia għerqet fil-baħar Baltiku fl-1994.

Id-Direttiva 2009/45/KE hija l-aktar strument leġiżlattiv tal-UE estensiv fil-qasam tas-sikurezza tal-bastimenti tal-passiġġieri. Din hija kkumplimentata minn regoli tal-UE speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (roll-on/roll-off) u għall-inġenji tal-baħar ta’ veloċità għolja u r-reġistrazzjoni tal-persuni abbord.

ATT

Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid)

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva Nru 2009/45/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.

ATTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta’ Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35–39). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1–19). Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 16.11.2015

Top