Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
It-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

It-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli komuni għat-trasport bla periklu u sikur ta’ oġġetti perikolużi fi ħdan u bejn il-pajjiżi tal-UE bit-triq, il-ferrovija jew fuq passaġġ tal-ilma intern. Din tkopri wkoll aspetti bħat-tagħbija u l-ħatt, it-trasferiment lejn jew minn mezz ieħor tat-trasport, kif ukoll il-waqfiet matul il-proċess tat-trasport. Hija testendi l-applikazzjoni tar-regoli internazzjonali għat-trasport nazzjonali tal-oġġetti perikolużi.

PUNTI EWLENIN

Esklużjonijiet

Id-direttiva ma tapplikax għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi:

permezz ta’ vetturi, vaguni jew bastimenti li jappartjenu lil jew huma taħt ir-responsabbiltà tal-forzi armati;

b’bastimenti tal-baħar f’żoni marittimi li jiffurmaw parti minn passaġġi tal-ilma interni;

b’laneċ li jaqsmu biss passaġġi tal-ilma interni jew port;

imwettaq fil-perimetru ta’ żona magħluqa.

Regoli nazzjonali

Għal raġunijiet oħrajn minbarra s-sikurezza waqt it-trasport (eż. protezzjoni ambjentali jew sigurtà nazzjonali), il-pajjiżi tal-UE għandhom id-dritt jirregolaw jew jeskludu t-trasport ta’ oġġetti perikolużi fi ħdan it-territorju tagħhom. Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll rekwiżiti ta’ sikurezza speċifiċi għat-trasport nazzjonali u internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi fi ħdan it-territorju tagħhom stess fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

it-trasport ta’ oġġetti perikolużi permezz ta’ vetturi, vaguni u bastimenti ta’ passaġġi tal-ilma interni mhux koperti minn din id-direttiva;

l-użu ta’ rotot preskritti, meta ġġustifikat, inkluż l-użu ta’ mezzi ta’ trasport preskritti;

regoli speċjali għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fuq ferroviji tal-passiġġieri.

Ftehimiet internazzjonali

It-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi huwa rregolat mill-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti perikolużi bit-Triq (ADR)*, il-Ftehim Ewropew dwar it-trasport internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq passaġġi tal-ilma interni (ADN)* u r-Regolamenti dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija (RID)*. Dawn ir-regoli internazzjonali jridu jiġu estiżi għat-trasport nazzjonali sabiex il-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti perikolużi jiġu ttrasportati jiġu armonizzati fl-UE u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq tat-trasport komuni tal-UE. It-testi ta’ dawn il-ftehimiet issir referenza għalihom fl-annessi tad-Direttiva.

L-ADR, l-RID u l-ADN fasslu lista ta’ oġġetti perikolużi, li tindika jekk it-trasport tagħhom huwiex ipprojbit jew le u li tiddefinixxi r-rekwiżiti għat-trasport tagħhom jekk dan huwa awtorizzat. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jitolbu derogi temporanji f'ċerti kundizzjonijiet.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mill-20 ta’ Ottubru 2008.

TERMINI EWLENIN

* ADR: il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq, konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957.

* ADN: il-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni, konkluż f’Ġinevra fis-26 ta’ Mejju 2000.

* RID: ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija, muri bħala l-Appendiċi C mal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF), konkluż f’Vilnius fit-3 ta’ Ġunju 1999.

SFOND

Paġna web dwar is-Sikurezza fit-Toroq

ATT

Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2008/68/KE

20.10.2008

30.6.2009

ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13-59

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2008/68/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

l-aħħar aġġornament 07.10.2015

Top