Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-forza tax-xogħol tal-UE fil-qasam tal-kura tas-saħħa

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-forza tax-xogħol tal-UE fil-qasam tal-kura tas-saħħa

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Green Paper tal-Kummissjoni (KUMM(2008) 725 finali) dwar il-forza tax-xogħol tal-UE għas-saħħa

Pjan ta’ Azzjoni (SWD(2012) 93 final) għall-forza tax-xogħol tas-saħħa tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAL-PJAN TA’ AZZJONI?

  • Dan għandu l-għan li jassisti lill-pajjiżi tal-UE sabiex jindirizzaw l-isfidi ewlenin fis-settur tas-saħħa u jistabbilixxi azzjonijiet biex jittejbu l-kooperazzjoni Ewropea u l-iskambju tal-aħjar prassi.
  • Il-Pjan ta’ Azzjoni jirrifletti l-prijoritajiet identifikati mill-ministri tas-saħħa tal-UE f’Diċembru 2010 u jibni fuq il-feedback mill-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar il-Green Paper dwar il-forza tax-xogħol Ewropea għas-saħħa fl-2008.

PUNTI EWLENIN

Green Paper

Il-Green Paper eżaminat l-isfidi li qed tiffaċċja l-UE fir-rigward tal-forza tax-xogħol tas-saħħa tagħha. Hija pproponiet diversi modi biex dak li jkun jimxi ’l quddiem, inkluż:

  • it-tisħiħ tal-kapaċità għall-monitoraġġ, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard;
  • it-titjib tal-prassi tajba dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema tas-saħħa;
  • il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-prinċipji tar-reklutaġġ ta’ persunal minn pajjiżi mhux tal-UE;
  • il-ġbir ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-ħaddiema tas-saħħa;
  • il-garanzija tat-taħriġ għal dawn il-ħaddiema fl-użu ta’ teknoloġija ġdida, fost ħiliet oħrajn;
  • iktar inkoraġġiment lill-imprendituri biex jidħlu fis-settur tas-saħħa.

Pjan ta’ Azzjoni

Il-Pjan ta’ Azzjoni identifika ħames sfidi ewlenin interrelatati għall-forza tax-xogħol tas-saħħa tal-UE, li jirriżultaw minn popolazzjoni li qed tixjiħ:

  • iż-żieda fid-domanda għall-ħaddiema;
  • il-ħtieġa għal trattamenti ġodda u metodi ġodda kif tingħata l-kura;
  • it-tnaqqis fin-numru ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa;
  • diffikultajiet fir-reklutaġġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-persunal tas-saħħa;
  • tnaqqis fil-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa li qed jaggrava.

Biex tindirizza dawn l-isfidi, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin:

  • It-titjib fl-ippjanar u t-tbassir tal-forza tax-xogħol tas-saħħa
    • azzjoni konġunta tal-UE fuq tliet snin dwar it-tbassir tal-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol tas-saħħa biex isir ippjanar effettiv fl-UE, li kellha titnieda sal-aħħar tal-2012;
    • studju mwettaq dwar l-istruttura u l-kapaċitajiet ta’ taħriġ fl-UE.
  • L-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet futuri, u t-titjib tal-iżvilupp professjonali kontinwu u t-tagħlim tul il-ħajja
    • l-introduzzjoni ta’ alleanza tal-ħiliet settorjali għall-kura tas-saħħa, biex jiġu żviluppati korsijiet ta’ taħriġ ġodda speċifiċi għas-settur u tipi ġodda ta’ tagħlim u taħriġ vokazzjonali;
    • aktar promozzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE (eż. Erasmus +) li jipprovdu appoġġ għall-edukazzjoni u t-taħriġ transkonfinali, anki għal studenti tal-mediċina u ħaddiema fil-kura tas-saħħa.
  • Ir-reklutaġġ u t-taħriġ mill-ġdid ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa
    • l-ippjanar tal-forza tax-xogħol għandu jqis kif l-ambjent tax-xogħol jinfluwenza r-reklutaġġ, iż-żamma, il-mobbiltà u l-prestazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll ir-riżultati tas-saħħa u l-kwalità tal-kura għall-pazjenti;
    • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jadattaw il-prassi fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol sabiex itejbu l-opportunitajiet għal ħaddiema akbar fl-età.
  • Reklutaġġ etiku ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Green Paper dwar il-Forza tax-Xogħol Ewropea għas-Saħħa (KUMM(2008) 725 finali, 10.12.2008)

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni għal Forza tax-Xogħol tas-Saħħa tal-UE li Jakkumpanja d-dokument — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi (SWD(2012) 93 final, 18.4.2012)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi (COM(2012) 173 final, 18.4.2012)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg b’livell għoli ta’ kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”) (COM(2014) 287 final, 22.5.2014)

l-aħħar aġġornament 09.01.2017

Top