Help Print this page 
Title and reference
Nibnu Ewropa diġitali aktar b’saħħitha u aktar sigura

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Nibnu Ewropa diġitali aktar b’saħħitha u aktar sigura

Bil-għan li testendi l-valuri tal-libertà u tad-demokrazija tal-Unjoni Ewropea (UE) u tagħti ċ-ċans lill-ekonomija diġitali tikber b’mod sikur, l-UE hija impenjata li tipprovdi l-aktar ambjent online sigur tad-dinja.

ATT

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija taċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju Miftuħ, Sikur u Sigur (JOIN(2013) 1 final tas-7.2.2013)

SOMMARJU

Bil-għan li testendi l-valuri tal-libertà u tad-demokrazija tal-Unjoni Ewropea (UE) u tagħti ċ-ċans lill-ekonomija diġitali tikber b’mod sikur, l-UE hija impenjata li tipprovdi l-aktar ambjent online sigur tad-dinja.

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA?

Hija tistabbilixxi l-istrateġija tas-sigurtà ċibernetika tal-UE, billi tipprevedi:

sħubiji ma’ organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ interess fis-settur privat u mhux governattivi,

azzjoni konkreta li tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet taċ-ċittadini.

Hija ġiet ippubblikata flimkien ma’ proposta għal direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

PUNTI EWLENIN

Il-politika dwar iċ-ċibersigurtà fl-UE u internazzjonalment għandha tiġi rregolata minn 5 prinċipji:

1.

il-prinċipji ewlenin tal-UE (li għandhom japplikaw b’mod ugwali fid-dinja fiżika u f’dik diġitali);

2.

il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, tal-libertà tal-espressjoni, tal-privatezza u tad-dejta personali;

3.

id-dritt tal-pubbliku ġenerali għal aċċess sikur għall-internet u għal fluss ta’ informazzjoni mingħajr restrizzjonijiet;

4.

governanza effikaċi u demokratika, inklużi s-setturi kollha tas-soċjetà;

5.

responsabbiltà konġunta għall-iżgurar tas-sigurtà.

L-istrateġija hija bbażata fuq 5 prijoritajiet:

l-iffaċilitar ta’ sistemi u oqsma li jiġġestixxu l-attakki jew il-fallimenti ċibernetiċi;

it-tnaqqis b’mod drastiku taċ-ċiberkriminalità;

l-iżvilupp ta’ politika għaċ-ċiberdifiża u kapaċitajiet relatati mal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK);

l-iżvilupp ta’ riżorsi teknoloġiċi u industrijali għaċ-ċibersigurtà;

l-istabbiliment ta’ politika koerenti għaċ-ċiberspazju internazzjonali għall-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni tal-valuri ewlenin tal-UE.

Fid-dawl tan-natura internazzjonali taċ-ċiberspazju, l-istrateġija titlob lill-korpi fil-livell nazzjonali u tal-UE sabiex jerfgħu r-responsabbiltà, jaħdmu flimkien u jikkollaboraw mal-industrija u mal-akkademja. Dawn il-korpi jinkludu l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE kompetenti għal:

Is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA/NIS),

L-Iskwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERT-EU/CERT),

L-istrateġija tinkludi wkoll involviment fi djalogu ma’ korpi internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa, in-NATO u n-Nazzjonijiet Uniti.

Għal aktar tagħrif, ara Iċ-Ċibersigurtà fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.

l-aħħar aġġornament 14.09.2015

Top