Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Il-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Il-prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1069/2009 — regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsubin għall-konsum mill-bniedem

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u dik tal-annimal għall-prodotti sekondarji tal-annimali* u derivati minnhom*. Dawn huma mfasslin biex jipprevjenu u jnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-annimali u biex tiġi żgurata li l-katina tal-ikel u l-għalf tkun sigura.

PUNTI EWLENIN

  • Il-leġiżlazzjoni tapplika għal:
    • prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom li, bil-liġi, ma jistgħux jintużaw għall-konsum tal-bniedem,
    • prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jistgħu jintużaw għall-konsum tal-bniedem iżda li minflok jintużaw għal skopijiet oħra,
    • materja prima għall-manifattura ta' prodotti ta’ oriġini mill-annimali.
  • Il-produtturi taż-żewġ forom ta’ prodott għandhom jiżguraw li dawn ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni mill-bidu sat-tmiem tal-katina tal-manifattura.
  • Għandhom iżommu rekord tal-prodotti li jibagħtu, it-trasport jew dawk li jirċievu, flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa.
  • Għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali bil-prodotti u bil-bini li jużaw matul il-katina tal-manifattura. Tal-aħħar għandhom jissodisfaw ċerti standards ta’ iġjene u jeħtieġu approvazzjoni formali.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jimplimentaw kontrolli uffiċjali biex jiżguraw li l-produtturi jiġbru, jidentifikaw u jittrasportaw prodotti sekondarji tal-annimali mingħajr dewmien u jittrattawhom, jużawhom jew jiddisponu minnhom skont ir-regoli.
  • Prodotti derivati, bħall-kosmetiċi, apparat mediku u mediċini veterinarji, li jikkonformaw ma' biċċiet oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ meta jilħqu t-tmiem tal-katina tal-manifattura.
  • Prodotti sekondarji mill-annimali huma ggradati fi 3 kategoriji skont il-livell ta' riskju għas-saħħa li joħolqu għall-pubbliku jew l-annimali. Dawn jiddeterminaw kif għandhom jintremew jew jiġu rkuprati.
  • Jeżistu restrizzjonijiet fuq l-użu taż-żewġ forom ta’ prodotti. Pereżempju, dawn ma jistgħux jintużaw għall-għalf tal-annimali jew ta' ħut imrobbija li jkunu tal-istess speċi .
  • Importazzjonijiet taż-żewġ prodotti għandhom jissodisfaw l-istandards tal-UE.
  • Teżisti projbizzjoni fuq l-esportazzjoni taż-żewġ prodotti għall-inċinerazzjoni jew għal-landfill, jew lejn pajjiżi li mhumiex membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku għall-użu f’bijogass jew għall-impjant tal-kompost.

Fl-2013, il-leġiżlazzjoni ġiet emendata biex tagħti lil Mayotte, bħala reġjun ultraperiferiku tal-UE, sal-1 ta' Jannar 2021 biex tikkonforma mar-regoli tagħha.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mill-4 ta' Marzu 2011.

SFOND

Regoli tal-UE fuq prodotti mill-annimali (ABPs) fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

TERMINI EWLENIN

* Prodotti sekondarji mill-Annimali: iġsma sħaħa jew partijiet mill-annimali li mhumiex intenzjonati għall-konsum mill-bniedem.

* Prodotti derivati: oġġetti miksubin mill-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji mill-annimali.

ATT

Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1–33)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 26.01.2016

Top