Help Print this page 
Title and reference
L-aromatizzanti tal-ikel

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

L-aromatizzanti tal-ikel

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 dwar aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-użu sikur tal-aromatizzanti* fl-ikel.

Fl-anness jinkludi lista tas-sustanzi approvati.

Jistabbilixxi rekwiżiti tal-ittikkettjar li għandhom jiġu ttikkettjati.

PUNTI EWLENIN

L-aromatizzanti, fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika disponibbli, m’għandhomx joħolqu riskju tas-sigurtà lill-konsumaturi jew iqarrqu bihom.

L-UE adottat lista ta' aromatizzanti approvati fl-1 ta' Ottubru 2012. Dawn biss jistgħu jintużaw u jinbiegħu fl-UE. Din il-lista tiġi aġġornata perjodikament.

Ir-regolament jinkludi lista ta' sustanzi, bħall-aċidu ċjanidriku li ma jistax jiżdied mal-ikel.

Ġew stabbiliti livelli massimi għal ċerti sustanzi, bħall-estragol li jinsab b'mod naturali fl-aromatizzanti f'oġġetti varjati bħal xarbiet alkoħoliċi u mhux alkoħoliċi, chewing gum, sopop u ħut.

Aromatizzanti mibjugħin minn negozju għal negozju jew lill-pubbliku ġenerali għandhom jikkonformaw b'regoli tat-tikkettjar speċifiċi. Pereżempju, l-imballaġġ jew il-kontenitur tagħhom għandu jgħid “għall-ikel” jew “użu ristrett fl-ikel” .

It-terminu “naturali” biex jiddeskrivi aromatizzant jista' jintuża biss għal sustanzi li jidderivaw direttament mill-annimali jew mill-ħaxix.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tistaqsi lill-produtturi jew lill-utenti tal-aromatizzanti biex jinfurmawha dwar il-kwantitajiet li jużaw fi kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar.

Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għall-aromatizzanti b’togħma esklussivament ħelwa (eż. zokkor), mielħa (eż. melħ) jew morra, ikel nej jew taħlititet bħal ħwawar u/jew ħxejjex aromatiċi friski, imnixxfa jew iffriżati jew għal tejiet u infużjonijiet.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Daħal fis-seħħ fl-20 ta' Jannar 2009.

SFOND

Aromatizzanti (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel)

TERMINI EWLENIN

* Aromatizzanti: sustanzi użati biex itejbu jew jimmodifikaw ir-riħa u t-togħma tal-ikel. Regoli u standards komuni tal-UE jiżguraw li ma joħolqux theddida għas-saħħa tal-bniedem u jistgħu jiġu użati fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 34–50)

L-emendi suċċessivi u l-bidliet fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 26.11.2015

Top