Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Addittivi tal-ikel sikuri għall-protezzjoni għolja tal-konsumatur

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Addittivi tal-ikel sikuri għall-protezzjoni għolja tal-konsumatur

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1333/2008 — addittivi tal-ikel

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jissostitwixxi l-leġiżlazzjoni tal-UE preċedenti billi jiġbor flimkien f’att legali wieħed it-tipi kollha ta’ addittivi tal-ikel*.

Dan jipprovdi listi ta’:

oġġetti approvati,

kundizzjonijiet dwar l-użu u t-tikkettar tagħhom.

Huwa jissimplifika l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Addittivi li l-UE tkun approvat biss jistgħu jinbiegħu u jintużaw fl-ikel skont il-kundizzjonijiet speċifikati.

Sabiex jidher fuq il-lista approvata tal-UE, addittiv tal-ikel ma jridx ikun ta’ riskju għas-saħħa jew iqarraq bil-konsumaturi. Irid jissodisfa ħtieġa raġonevoli li ma tkun tista’ tintlaħaq bl-ebda mod ieħor.

L-addittiv irid jipprovdi benefiċċji għall-konsumaturi. Dawn jinkludu:

il-preservazzjoni tal-kwalità nutrizzjonali tal-ikel,

jgħin fil-manifattura, l-ipproċessar, il-preparazzjoni, it-trattament, l-ippakkjar, it-trasport jew il-ħażna tiegħu,

jissodisfa bżonnijiet ta’ dieta speċjali.

Japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-addittivi għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa jew għall-għoti tal-kulur.

L-addittivi għandhom jintużaw fl-inqas livell meħtieġ biex jinkiseb l-effett mixtieq. dan il-livell għandu jqis il-konsum aċċettabbli ta’ kuljum u l-bżonnijiet ta’ gruppi speċjali ta’ konsumaturi.

Bħala regola, l-addittivi m’għandhomx jintużaw f’ikel mhux ipproċessat jew f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, ħlief fejn dan ikun speċifikament previst.

L-addittivi, kemm jekk għall-bejgħ lill-konsumatur finali u kemm jekk le, iridu jissodisfaw rekwiżiti ċari dwar l-ittikkettar, bħal pereżempju jipprovdu l-isem u/jew in-numru E (pereżempju, il-kulur sunset yellow huwa E 110).

Il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għas-sustnazi segwenti, sakemm ma jintużawx:

bħala għajnuniet għall-ipproċessar, jiġifieri sustanza użata apposta sabiex tiġi pproċessata materja prima,

sabiex iħarsu l-pjanti u prodotti mill-pjanti,

bħala nutrijenti miżjuda mal-ilma jew

għat-trattament tal-ilma.

SFOND

Il-biċċa l-kbira tal-evalwazzjonijiet tal-addittivi jmorru lura għat-tmeninijiet u d-disgħinijiet. Issa qed jerġgħu jiġu evalwati u l-proċess huwa mistenni li jitlesta sal-2020. Dan jista’ jwassal sabiex il-Kummissjoni Ewropea tipproponi bidliet għal kundizzjonijiet attwali tal-użu jew it-tneħħija ta’ xi wħud minnhom mil-lista approvata.

TERMINI EWLENIN

* Addittivi tal-ikel: sustanzi li jintużaw fl-ikel għal raġunijiet differenti, bħal biex jagħtu l-ħlewwa, jipprovdu l-kulur jew iżidu t-tul ta’ żmien qabel jiskadi l-ikel. L-użu tagħhom huwa soġġett għal regoli tal-UE biex jiġi żgurat livell għoli ta’ saħħa tal-bniedem u protezzjoni tal-konsumatur.

ATT

Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta’ l-ikel (ĠU L 354, (31.12.2008, p. 16–33)

L-emendi suċċessivi għall-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19–27)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1–295). Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.11.2015

Top