Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2008/71/KE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tiżgura t-traċċabilità * tal-ħnieżer billi teħtieġ li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) jimplimentaw sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni uniformi.

PUNTI EWLENIN

  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jimplimentaw sistema biex ikunu jistgħu jidentifikaw gruppi ta’ ħnieżer sabiex l-oriġini u ċ-ċaqliq tagħhom bejn l-azjendi jkunu jistgħu jiġu ntraċċati.
  • Id-direttiva ma tapplikax għal ħnieżer selvaġġi u tista’ tingħata deroga għal azjendi li jżommu ħanżir wieħed għall-użu tagħhom stess, dment li l-annimal jissodisfa d-dispożizzjonijiet veterinarji, fiżiċi u amministrattivi tad-Direttiva 90/425/KEE.
  • Is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni teħtieġ:
    • lametta tal-widna jew tattoo li jidentifikaw il-grupp ta’ ħnieżer sabiex tiġi stabbilita l-azjenda tat-twelid u kwalunkwe azjenda sussegwenti, applikata kemm jista’ jkun malajr, u qabel ma l-annimali jitilqu mill-azjenda tat-twelid tagħhom;
    • reġistruf’kull azjenda ta’ ħnieżer u taċ-ċaqliq tagħhom, li għandu jinżamm għal mill-inqas tliet snin;
    • bażi ta’ data ċentralizzata fuq kompjuter nazzjonali li jkun fiha azjendi ta’ ħnieżer, l-identifikazzjonijiet ta’ gruppi ta’ ħnieżer u ċ-ċaqliq tagħhom.
  • Kwalunkwe informazzjoni relatata maċ-ċaqliq tal-ħnieżer mhux akkumpanjati b’ċertifikat jew b’dokument meħtieġa mil-leġiżlazzjoni veterinarja jew żooteknika għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet fuq talba, għal perjodu minimu li għad irid jiġi deċiż.
  • Annimali mibgħuta minn pajjiż mhux tal-UE għall-qatla fl-UE mhux bilfors jeħtieġu jiġu identifikati taħt din id-direttiva jekk jgħaddu mill-kontrolli veterinarji tal-UE fuq importazzjonijiet ħajjin u mbagħad jinqatlu fi żmien 30 jum.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom japplikaw pieni għall-ksur tad-direttiva.
  • Id-direttiva ser tiġi revokata u sostitwita bir-Regolament (UE) 2016/429 b’effett mill-20 ta’ April 2021.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din il-verżjoni kkodifikata (Direttiva 2008/71/KE) hija att ġdid li fih l-att oriġinali (Direttiva 92/102/KEE) u l-emendi sussegwenti tiegħu. Ilha tapplika mit-28 ta’ Awwissu 2008. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporaw id-Direttiva 92/102/KEE fil-liġi nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru 1993.

* TERMINI EWLENIN

Traċċabilità: l-abbiltà li kwalunkwe ikel, għalf, annimal li jipproduċi l-ikel jew sustanza li tkun se tintuża għall-konsum jiġu ntraċċati fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31-36)

ATTI RELATATI

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, pp. 1-208)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, pp. 29-41)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 90/425/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 05.10.2016

Top