Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE – li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

L-SEAE jaqa’ taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà . Huwa jgħin lir-Rappreżentant Għoli fl-eżekuzzjoni tal-mandat tagħhom, fir-rigward ta’:

L-SEAE jassisti wkoll lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE, sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna Ewropea.

Fl-aħħar nett, l-SEAE jappoġġa lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ programmi u strumenti finanzjarji relatati mal-azzjoni esterna tal-UE.

Amministrazzjoni ċentrali

Il-kwartieri ġenerali tal-SEAE huwa fi Brussell. Huwa ġestit mis-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv li jopera taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

L-amministrazzjoni ċentrali tal-SEAE hija organizzata f’direttorati ġenerali li jindirizzaw:

Netwerk ta’ delegazzjonijiet

L-SEAE huwa wkoll magħmul mid-delegazzjonijiet għall-pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali differenti. Kull waħda minnhom hija mmexxija minn Kap tad-Delegazzjoni, taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli tal-SEAE. Il-Kap tad-Delegazzjoni jirrappreżenta lill-UE fil-pajjiż ikkonċernat.

Id-delegazzjonijiet jikkooperaw u jaqsmu informazzjoni mas-servizzi diplomatiċi tal-pajjiżi tal-UE.

Is-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv tal-SEAE huwa responsabbli għall-evalwazzjoni finanzjarja u amministrattiva ta’ kull delegazzjoni.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Ilha tapplika mis-26 ta’ Lulju 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30–40)

l-aħħar aġġornament 28.06.2016

Top