Help Print this page 
Title and reference
Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Istati Uniti

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Istati Uniti

Il-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Istati Uniti (US) u l-Unjoni Ewropea (UE) għandu l-għan li jinkoraġġixxi, jiżviluppa u jiffaċilita attivitajiet ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn iż-2 partijiet għall-Ftehim. B’mod partikolari, jippermetti li xjenzati tal-Istati Uniti u Ewropej jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp ta’ xulxin fuq bażi ta’ reċiproċità.

ATTI

98/591/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta' ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

2009/306/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2009 dwar l-estensjoni u l-modifikazzjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

2014/240/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' April 2014 li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.

SOMMARJU

Id-Deċiżjoni 2014/240/UE għandha l-għan li testendi b’5 snin oħra l-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Istati Uniti (US) li oriġinarjament kien iffirmat f'Washington fil-5 ta’ Diċembru 1997.

L-għan tiegħu huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-2 partijiet f'oqsma prijoritarji komuni li fihom iwettqu riċerka xjentifika u teknoloġika u attivitajiet ta’ żvilupp. L-oqsma ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni huma kif ġej:

  • l-ambjent (inkluż riċerka dwar il-klima),
  • il-bijomediċina u s-saħħa (inkluż l-AIDS, il-mard infettiv u l-abbuż mid-droga),
  • agrikoltura,
  • ix-xjenza tas-sajd,
  • ir-riċerka fl-inġinerija,
  • l-enerġija mhux nukleari,
  • ir-riżorsi naturali
  • ix-xjenzi tal-materjali (inkluż in-nanoteknoloġija) u l-metroloġija,
  • teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs),
  • telematika,
  • bioteknoloġija,
  • ix-xjenzi u t-teknoloġiji marini,
  • ir-riċerka dwar ix-xjenzi soċjali,
  • trasportazzjoni,
  • ir-riċerka dwar is-sigurtà
  • riċerka spazjali
  • il-politika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, l-immaniġġjar, it-taħriġ u l-mobbiltà tax-xjenzjati.

Azzjonijiet taħt il-Ftehim jindirizzaw l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni teknoloġika permezz ta’ kooperazzjoni ma’ u bejn l-intrapriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet mill-Istati Uniti u mill-pajjiżi tal-UE. Għandhom ukoll l-għan li jinkoraġġixxu t-taħriġ u l-mobilità tax-xjenzati, kif ukoll it-tixrid u l-ottimizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka, filwaqt li jkunu konformi mal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

Iż-2 partijiet jiffaċilitaw id-dħul fit-territorji tagħhom ta’ xjenzati u ta’ tagħmir li jintuża għall-attivitajiet koperti b’dan il-Ftehim. Il-koordinazzjoni ssir minn Grupp Konġunt Konsultattiv (JCG) li normalment jiltaqa' darba fis-sena. Dan il-grupp huwa magħmul minn għadd limitat u ugwali ta’ rappreżentanti minn kull parti. Jevalwa u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-mandat tiegħu jinkludi wkoll li jiġu determinati s-setturi fejn il-kooperazzjoni tista’ tiġi msaħħa u jiġu definiti prijoritajiet ta’ riċerka.

Kuntest

Il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ riċerka xjentifika u teknoloġika. Oriġinarjament dan ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997, għal perjodu inizjali ta’ 5 snin. Jista’ jiġi estiż bil-possibilità ta’ emendi għal perjodi addizzjonali ta’ 5 snin. Għal aktar informazzjoni, ara l-websajt tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni 98/591/KE

13.10.1998

-

ĠU L 284 tat-22.10.1998, p. 35-36.

Deċiżjoni 2009/306/KE

30.3.2009

-

ĠU L 90 tat-2.4.2009 , p. 20-21.

Deċiżjoni 2014/240/UE

14.4.2014

-

ĠU L 128 tat-30.4.2014, p. 43-44.

23.09.2014

Top