Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Ir-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Ir-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KEE) Nru 2616/85 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn l-UE u ċ-Ċina

Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn l-UE u ċ-Ċina

Aġenda Strateġika għall-Kooperazzjoni UE-Ċina 2020

Komunikazzjoni konġunta (JOIN(2016) 30 final) — Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċina

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN ID-DOKUMENTI?

Huma jistabbilixxu l-bażi għas-SħubijaStrateġika bejn l-UE u ċ-Ċina , li żviluppat minn kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika biex tinkludi kwistjonijiet ta’ affarijiet barranin u ta’ sigurtà, u tindirizza wkoll sfidi internazzjonali bħat-tibdil fil-klima u l-governanza ekonomika globali.

PUNTI EWLENIN

L-Aġenda Strateġika UE-Ċina 2020 hija d-dokument ta’ gwida għar-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet. Hija mqassma f’erba' kategoriji ewlenin:

  • Il-paċi u s-sigurtà : l-UE u ċ-Ċina jappoġġaw il-kooperazzjoni rinfurzata u d-djalogi msaħħa dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà internazzjonali u reġjonali b’implikazzjonijiet globali.
  • Il-prosperità : l-UE u ċ-Ċina jiffukaw fuq inizjattivi ewlenin bħal:
    • kummerċ u investimenti aktar miftuħ;
    • skambji ta’ informazzjoni industrijali;
    • kooperazzjoni fir-riċerka agrikola; u
    • kooperazzjoni ulterjuri fl-iżvilupp tat-trasport u l-infrastruttura.
  • L-iżvilupp sostenibbli: l-UE u ċ-Ċina jiffukaw fuq ir-responsabbiltà konġunta tagħhom biex javvanzaw l-iżvilupp globali permezz tal-kooperazzjoni f’dawn l-oqsma:
  • L-iskambji bejn in-nies: flimkien, l-UE u ċ-Ċina jirrappreżentaw iktar minn kwart tal-popolazzjoni dinjija, għalhekk l-espansjoni tal-kuntatti bejn il-persuni miż-żewġ naħat hija importanti biex jittejjeb il-fehim komuni. Għaldaqstant, hemm enfasi fuq il-kultura, l-edukazzjoni u d-djalogi fost iż-żgħażagħ. L-UE u ċ-Ċina jipparteċipaw f’aktar minn 60 djalogu regolari fuq oqsma ta’ politika barranija importanti, kif ukoll dwar suġġetti tekniċi bħall-politika industrijali, l-edukazzjoni, id-dwana, l-enerġija nukleari u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Approċċ ġdid

  • L-istrateġija u l-politika għall-impenn tal-UE maċ-Ċina matul il-ħames snin li ġejjin huma bbażati fuq:
  • Flimkien, dawn jiffokaw fuq:
    • l-istabbiliment ta’ vuċi b’saħħitha, ċara u unifikata għall-UE fl-approċċ tagħha lejn iċ-Ċina li jippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali;
    • l-għoti ta’ spinta lill-kummerċ u l-investiment billi jiġi konkluż ftehim komprensiv dwar l-investiment. Dan għandu joħloq kundizzjonijiet ekwi u jiftaħ opportunitajiet tas-suq kemm għall-UE kif ukoll għaċ-Ċina, u forsi jwassal, ladarba l-kundizzjonijiet ikunu tajbin, għal ambizzjonijiet kummerċjali usa’, bħal ftehim dwar il-kummerċ ħieles bħala perspettiva fit-tul. L-UE qed tistenna wkoll li tikkonkludi ftehim dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi bbażat fuq l-ogħla livell internazzjonali ta’ protezzjoni; u
    • iż-żieda fil-kooperazzjoni ta’ prinċipju, prattika u prammatika bejn il-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE u dik taċ-Ċina. Iż-żewġ naħat se jaħdmu aktar mill-qrib flimkien, kemm bilateralment kif ukoll f’organizzazzjonijiet multilaterali bħan-NU biex jindirizzaw kwistjonijiet globali bħall-migrazzjoni, l-għajnuna għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

SFOND

  • Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE (li kienet il-KEE) u ċ-Ċina ġew stabbiliti fl-1975. Minn dakinhar, is-sħubija evolviet biex tindirizza spettru wiesa’ ta’ sfidi globali li jvarjaw min-nonproliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa għas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Asja, sat-tisħin globali, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.
  • Bħala msieħba strateġiċi, qed tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċina fuq kwistjonijiet internazzjonali u reġjonali ewlenin, u ż-żewġ naħat jikkondividu r-responsabbiltà biex jippromwovu l-paċi, il-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli għall-benefiċċju ta’ kulħadd.
  • L-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali taċ-Ċina, filwaqt li ċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali għall-UE. Ir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bejn it-tnejn li huma hija sors importanti ta’ ġid, impjiegi, żvilupp u innovazzjoni għaż-żewġ naħat.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2616/85 tas-16 ta’ Settembru 1985 li jikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 250, 19.9.1985, p. 1)

Ftehim fuq il-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 250, 19.9.1985, p. 2–7)

Aġenda Strateġika għall-Kooperazzjoni UE-Ċina 2020

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina (JOIN(2016) 30 final, 22.6.2016)

L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċina — Konklużjonijiet tal-Kunsill, (Brussell, 18.7.2016)

l-aħħar aġġornament 20.03.2017

Top