EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Is-sħubija man-Nazzjonijiet Uniti: assistenza għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2001) 231 final) — Il-ħolqien ta’ sħubija effettiva man-Nazzjonijiet Uniti fl-oqsma tal-Iżvilupp u l-Affarijiet Umanitarji

X’INHU L-GĦAN TAL-KOMUNIKAZZJONI?

PUNTI EWLENIN

  • Is-sħubija bejn l-UE u n-NU hija bbażata fuq l-għan kondiviż li jintlaħqu l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli fil-kriżijiet madwar id-dinja u li tittaffa s-sofferenza tagħhom.
  • Filwaqt li l-proġetti tal-għajnuna umanitarja u ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp imwettqa min-NU huma kkoordinati direttament mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea (DĠ Protezzjoni Ċivili u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej u DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp — EuropeAid) rispettivament, il-EuropeAid huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet bejn in-NU u l- Kummissjoni Ewropea.
  • Il-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv FAFA), li ġie rivedut l-aħħar fl-2014, jistabbilixxi r-regoli legali applikabbli għall-ftehimiet kollha bejn l-UE u l-aġenziji tan-NU. L-UE u n-NU jistgħu jadattaw l-approċċ tagħhom għall-kooperazzjoni permezz ta’:
    • tfassil ta’ strumenti ta’ programmar pluriennali tal-politika esterna Ewropea għal kull pajjiż ;
    • il-ħolqien ta’ Regolament Finanzjarju ġdid tal-UE, biex jippermetti aktar flessibbiltà f’termini tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet tan-NU;
    • ir-riforma tal-FAFA bejn l-UE u n-NU għal dak li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja, il-kontroll u l-verifika ta’ programmi u proġetti tan-NU;
    • żieda fir-rappreżentazzjoni u d-difiża tal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE fi ħdan l-UE permezz tal-governanza multilaterali.
  • Din il-komunikazzjoni tistabbilixxi żewġ prinċipji ewlenin għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NU;
    • il-qsim tax-xogħol bejn l-UE, l-aġenziji tan-NU u s-sħab tagħhom skont il-kompetenzi tagħhom; u
    • l-immirar ta’ attivitajiet ta’ żvilupp fuq it-tnaqqis tal-faqar.
  • Il-komunikazzjoni tissuġġerixxi wkoll li l-UE tappoġġa l-organizzazzjonijiet sħab tan-NU li jikkorrispondu għall-prijoritajiet ta’ politika tal-UE, filwaqt li tikkoordina l-finanzjament pluriennali minn donaturi differenti u tiġġieled kontra l-frodi.

SFOND

L-UE (meta jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi tal-UE) tikkontribwixxi l-akbar proporzjon ta’ finanzjament għall-baġit tan-NU. Flimkien, l-UE u n-NU iwettqu azzjonijiet konġunti f’livell globali. Il-kooperazzjoni tagħhom testendi għall-maġġoranza tal-oqsma koperti mill-politika esterna tal-UE u għall-oqsma kollha koperti mill-Karta tan-NU (paċi, sigurtà, drittijiet tal-bniedem, affarijiet ekonomiċi u soċjali, żvilupp, għajnuna umanitarja u politika kummerċjali).

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — Il-bini ta’ sħubija effettiva man-Nazzjonijiet Uniti fl-oqsma tal-Iżvilupp u l-Affarijiet Umanitarji (COM(2001) 231 final, 2.5.2001)

l-aħħar aġġornament 06.12.2016

Top