Help Print this page 
Title and reference
Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ)

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jappoġġa azzjonijiet f'pajjiżi jew territorji fil-fażi tal-iżvilupp biex jippromwovi żvilupp ekonomiku, soċjali u uman, kif ukoll il-kooperazzjoni reġjonali.

ATT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ mill-1 ta' Jannar 2014 sad-dħul fis-seħħ tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

SOMMARJU

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) huwa l-istrument ewlieni tal-għajnuna Komunitarja għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-IstatiAfrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) kif ukoll fil-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (OCTs). It-Trattat ta’ Ruma tal-1957 kien ipprovda għall-ħolqien tiegħu sabiex jagħti għajnuna teknika u finanzjarja, inizjalment lill-pajjiżi Afrikani li magħhom ċerti Stati Membri kellhom rabtiet storiċi.

Għalkemm wara talba tal-Parlament Ewropew, ġie rriżervat titolu għall-Fond fil-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) mill-1993, il-FEŻ għadu ma jagħmilx parti mill-baġit tal-UE ġenerali. Huwa ffinanzjat mill-Istati Membri, soġġett għar-regoli finanzjarji tiegħu stess u amministrat minn kumitat speċifiku. L-għajnuna li tingħata lill-pajjiżi AKP u lill-OCTs ser tkompli tiġi ffinanzjata permezz tal-FEŻ għall-perjodu 2014-2020.

Kull FEŻ huwa konkluż għal perjodu ta’ diversi snin. Mill-konklużjoni tal-ewwel konvenzjoni ta’ sħubija fl-1964, iċ-ċikli tal-FEŻ ġeneralment segwew dawk tal-ftehimiet/konvenzjonijiet ta’ sħubija.

  • L-1 FEŻ:1959-1964
  • It-2 FEŻ: 1964-1970 (Konvenzjoni ta’ Yaoundé I)
  • It-3 FEŻ: 1970-1975 (Konvenzjoni ta’ Yaoundé II)
  • Ir-4 FEŻ: 1975-1980 (Konvenzjoni ta’ Lomé I)
  • Il-5 FEŻ: 1980-1985 (Konvenzjoni ta’ Lomé II)
  • Is-6 FEŻ: 1985-1990 (Konvenzjoni ta’ Lomé III)
  • Is-7 FEŻ: 1990-1995 (Konvenzjoni ta’ Lomé IV)
  • It-8 FEŻ: 1995-2000 (Konvenzjoni ta’ Lomé IV u r-reviżjoni IV tagħha)
  • Id-9 FEŻ: 2000-2007 (Ftehim ta’ Cotonou)
  • L-10 FEŻ: 2008-2013 (Ftehim ta’ Cotonou rivedut)
  • Il-11-il FEŻ: 2014-2020 (Ftehim ta' Cotonou rivedut)

L-istrumenti Stabex u Sysmin li kellhom l-għan li jgħinu lis-settur agrikolu u dak tal-minjieri tneħħew permezz tal-ftehim il-ġdid ta’ sħubija ffirmat f’Cotonou f’Ġunju tal-2000. Dan il-ftehim issemplifika wkoll il-FEŻ u daħħal sistema ta’ programmazzjoni kontinwa (rolling programming) li toffri aktar flessibbiltà u li tagħti aktar responsabbiltà lill-Istati AKP.

Id-9 FEŻ ġie allokat is-somma ta’ €13.5 biljun għall-perjodu ta’ bejn l-2000 u l-2007. Barra minn hekk, il-bilanċi mhux minfuqa tal-FEŻ preċedenti jammontaw għal €9.9 biljun.

Id-Deċiżjoni Nru 6/2005 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE, tat-22 ta’ Novembru 2005, talloka €482 miljun mis-somma kundizzjonali ta’ biljun euro lid-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Dan l-ammont ġie allokat kif ġej: €352 miljun għall-appoġġ għall-iżvilupp fit-tul, €48 miljun għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali u €82 miljun għall-faċilità tal-investiment. Barra minn hekk, porzjon ieħor ta’ €250 miljun għall-Faċilità AKP-UE għall-Ilma ġie stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 7/2005 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE.

L-għajnuna għall-iżvilupp ipprovduta mill-FEŻ tagħmel parti minn qafas Ewropew usa’. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-fondi tal-baġit ġenerali tal-Komunità jistgħu jintużaw għal ċerti tipi ta' għajnuna. Barra minn hekk, filwaqt li jamministra parti mir-riżorsi tal-FEŻ (is-self u l-kapital ta’ riskju), il--Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) ser jikkontribwixxi total ta' €1.7 biljun mir-riżorsi proprji għall-perjodu kopert mid-disa’ FEŻ.

L-10 Feż kopra l-perijodu ta’ bejn l-2008 u l-2013 u pprovda baġit ta’ €22.682 miljun. Minn dan l-ammont, €21.966 miljun kienu allokati għall-Istati AKP, €286 miljun għall-OCT u €430 miljun għall-Kummissjoni bħala nefqa ta’ appoġġ marbuta mal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-FEŻ. L-ammont allokat għall-AKP huwa maqsum b’dan il-mod: €17.766 miljun għall-programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali, €2.700 miljun għall-kooperazzjoni intra-AKP u interreġjonali u €1.500 miljun għall-Faċilitajiet tal-Investiment. Parti akbar mill-baġit hija ddedikata għall-programmi reġjonali, biex b’hekk tenfasizza l-importanza li għandha l-integrazzjoni ekonomika reġjonali għall-iżvilupp nazzjonali u lokali li għalih isservi bħala qafas bażiku. Il-ħolqien ta’ ammonti ta’ inċentivi għal kull pajjiż kien innovazzjoni tal-10 FEŻ.

L-Istati Membri għandhom il-ftehimiet bilaterali tagħhom u jimplimentaw l-inizjattivi tagħhom stess mal-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp, li mhumiex iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp jew minn fondi Komunitarji oħrajn.

Il-11-il FEŻ se jiġi implimentat bejn l-2014 u l-2020: dan jammonta għal €30.5 biljun u €2.6 biljun addizzjonali ser isiru disponibbli mill-Bank Ewropew tal-Investiment fl-għamla ta' self mir-riżorsi tiegħu stess.

F'Ġunju 2013, il-pajjiżi tal-UE laħqu ftehim intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ, inkluż it-tqassim tal-kontribuzzjonijiet rivedut bejniethom; dan il-ftehim intern għad irid jiġi ratifikat. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/759/UE tistabbilixxi l-miżuri ta' tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-FEŻ sad-dħul fis-seħħ il-11-il FEŻ.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Regolament (KE) Nru 215/2008

20.3.2008

-

ĠU L 78 tad-19.3.2008, pp. 1-34

Deċiżjoni 2013/759/UE

1.1.2014

-

ĠU L335, tal-14.12.2013, pp. 48-49

L-aħħar aġġornament: 29.04.2014

Top