Help Print this page 

Summaries of EU Legislation

Title and reference
Linji gwida tal-UE dwar it-tortura u trattament ieħor krudili

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Languages and formats available
Multilingual display
Text

Linji gwida tal-UE dwar it-tortura u trattament ieħor krudili

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Linji gwida għall-politika tal-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAWN IL-LINJI GWIDA?

Dawn joħolqu għodda operattiva biex tintuża mill-UE f’kuntatti ma’ pajjiżi mhux fl-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (eż. Is-swat meta persuna tinżamm fil-kustodja).

PUNTI EWLENIN

L-UE tiġġieled it-tortura u t-trattament ħażin permezz tal-appoġġ ta’ strumenti internazzjonali (eż. Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, eċċ.), u permezz ta’ miżuri fi ħdan il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tagħha, bħar-regolazzjoni tal-kummerċ fi strumenti li jintużaw għat-tortura.

L-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE jikkonsistu minn dan li ġej:

  • l-istabbiliment ta' djalogi politiċi ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet reġjonali. Il-linji gwida dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jistabbilixxu kundizzjonijiet u prinċipji ċari f’dan il-qasam;
  • it-teħid ta' inizjattivi politiċi (démarches) u l-ħruġ ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi li jħeġġu lil pajjiżi relevanti mhux tal-UE jieħdu miżura kontra t-tortura u trattament ħażin ieħor;
  • il-promozzjoni tal-kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili f’kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, partikolarment dawk li jaqgħu taħt il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija (2015-2019) li jappoġġa NGOs fil-ġlieda kontra t-tortura;
  • rwoli ta’ osservazzjoni għar-rappreżentanti tal-ambaxxati tal-UE fi proċessi fejn ikun hemm il-biża’ li l-konvenut kien soġġett għat-tortura jew trattament ħażin.

Skont dawn il-linji gwida, l-UE tħeġġeġ lil pajjiżi mhux tal-UE jieħdu l-miżuri li ġejjin:

  • jimpedixxu, jipprojbixxu u jikkundannaw it-tortura u t-trattament ħażin;
  • jaderixxu ma’ u jimplimentaw normi u proċeduri internazzjonali (eż. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura);
  • joħolqu salvagwardji u proċeduri relatati ma’ postijiet ta’ detenzjoni;
  • jipprovdu riabilitazzjoni u ripatrijazzjoni għall-vittmi;
  • jistabbilixxu garanziji domestiċi legali;
  • jiġġieldu l-impunità;
  • jistabbilixxu gruppi li jeħtieġu attenzjoni speċjali (eż. refuġjati, persuni li qed ifittxu l-ażil, jew priġunieri);
  • jippermettu mekkaniżmi li jissorveljaw id-detenzjoni;
  • jistabbilixxu istituzzjonijiet nazzjonali għall-prevenzjoni tat-tortura;
  • isaħħu s-sistema tal-ġustizzja;
  • jipprovdu taħriġ effettiv għall-persunal militari, tas-saħħa u tal-infurzar tal-liġi dwar kif jittrattaw it-tortura u t-trattament ħażin;
  • jipprevjenu kwalunkwe forma ta’ intimidazzjoni u rappreżalja;
  • jagħmlu awtopsji.

SFOND

Ir-rispett għad-drittjiet tal-bniedem huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin hija parti neċessarja minn dan ix-xogħol, minkejja l-eżistenza ta’ għadd ta’ strumenti internazzjonali li jipprojbixxu dan it-tip ta’ ksur serju tad-dinjità tal-bniedem.

L-azzjonijiet tal-UE, li huma appoġġati bis-sħiħ mill-pajjiżi kollha tagħha, għandhom l-għan li jipprevjenu u jeliminaw it-tortura u t-trattament ħażin u li jiġġieldu l-impunità ta’ dawk li huma responsabbli. Din il-ħidma tikkomplementa l-azzjoni tal-UE biex tiġġieled il-piena tal-mewt.

ATT

Linji Gwida għall-Politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra — Aġġornament tal-Linji Gwida 6129/1/12 REV1, 20 ta’ Marzu 2012

l-aħħar aġġornament 08.03.2016

Top