Help Print this page 
Title and reference
Is-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-UE

Summaries of EU legislation: direct access to the main summaries page.
Multilingual display
Text

Is-sistema ta' kontroll tas-sajd tal-UE

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1224/2009 — sistema ta' kontroll tas-sajd tal-UE

SOMMARJU

L-effikaċja tal-politika komuni dwar is-sajd tal-UE tiddependi fuq li l-pajjiżi tal-UE jiżguraw li r-regoli tagħha jiġu segwiti fil-prattika.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi sistema għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar minn awtoritajiet nazzjonali tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd (PKS).

PUNTI EWLENIN

L-objettivi ewlenin tas-sistema ta' kontroll huma li:

tiżgura li jinqabdu biss il-kwantitajiet permessi ta' ħut;

tiġbor id-dejta meħtieġa għall-ġestjoni tal-opportunitajiet ta' sajd;

tiċċara r-rwoli tal-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea;

tiżgura li r-regoli huma applikati għas-sajjieda kollha bl-istess mod, u bl-istess sanzjonijiet madwar l-UE kollha;

tiżgura li l-prodotti tas-sajd ikunu jistgħu jiġu ntraċċati lura u ċċekkjati tul il-katina tal-provvista, mix-xibka sal-platt.

Din tapplika għal:

l-attivitajiet tas-sajd kollha fl-ilmijiet tal-UE,

l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE u taċ-ċittadini tal-UE f'ilmijiet tal-UE u mhux tal-UE,

l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd,

sajd rikreattiv li jinvolvi stokkijiet sensittivi,

u t-traċċabilità ta' prodotti tal-akkwakultura.

Kontroll u monitoraġġ

Il-pajjiż tal-UE għandu jwettaq spezzjonijiet tul il-katina ta' produzzjoni kollha b'mod partikolari matul:

il-ħatt,

l-ipproċessar,

it-trasport,

il-kummerċjalizzazzjoni.

Il-ġbir ta' dejta juża teknoloġiji ġodda bħal:

logbooks elettroniċi,

sistema sistematika ta' peżar tal-qabda,

sistema biex tintraċċa prodotti tas-sajd mill-bastiment għall-bejjiegħ bl-imnut.

Setgħat ta' spezzjoni

Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli esklussivament għall-kontroll u għall-infurzar tal-PKS. Madankollu, il-Kummissjoni tista' twettaq l-ispezzjonijiet indipendenti tagħha stess, inkluż li tieħu sehem fi spezzjonijiet nazzjonali, biex tiċċekkja jekk l-awtoritajiet nazzjonali humiex qegħdin jimplimentaw ir-regoli b'mod korrett.

Sanzjoniijet

Sanzjoniijet jistgħu jiġu imposti, fuq il-bażi tal-valur tal-qabda ssekwestrata, meta tkun twettqet offiża serja. Hemm sistema ta' punti ta' penali għad-detenturi ta' permessi tas-sajd li inizjalment twassal għal sospensjoni u fl-aħħar mill-aħħar għall-irtirar tal-permess għal bosta offiżi serji.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiffaċċjaw ukoll sanzjonijiet talli ma jkunux infurzaw ir-regoli tal-PKS b'mod korrett inkluż:

l-irtirar tal-għajnuna mill-Fond tal-UE għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,

l-għeluq ta' pixkerija sakemm is-sitwazzjoni tkun issolviet,

tnaqqis fil-kwoti (fil-każ ta' sajd eċċessiv).

Jekk pajjiż tal-UE ma jiħux azzjoni adegwata biex isolvi l-problema, il-Kummissjoni tista' teħodhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Ġbir ta' dejta

Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa jkollhom bażi ta' dejta sikura tal-informazzjoni kollha miġbura fit-twettiq tar-responsabilitajiet tagħhom skont ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' taċċessa l-bażi ta' dejta direttament minn kwalunkwe post. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu wkoll sit elettroniku uffiċjali tad-dejta li huma jiġbru, magħmula minn partijiet sikuri u partijiet aċċessibbli mill-pubbliku.

Ir-Regolament jistabbilixxi wkoll sistema ta' assistenza reċiproka u ta' skambju ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE.

Koordinazzjoni

Biex tħeġġeġ kollaborazzjoni aktar mill-qrib u l-iskambju tal-aqwa prattika, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd torganizza kampanji ta' kontroll konġunt li jinvolvu spetturi minn pajjiżi differenti tal-UE.

Għal aktar informazzjoni ara:

ATT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1224/2009

1.1.2010

ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1–50

Rettifika

ĠU L 149, 16.6.2015, p. 23

Atti li jemendaw

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 1385/2013

1.1.2014

ĠU L 354, 28.12.2013, p. 86–89

Regolament (UE) Nru 508/2014

1.1.2014

ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1–66

Regolament (UE) 2015/812

1.6.2015

ĠU L 133, 29.5.2015, p. 1–20

L-emendi u t-tibdil suċċessiv għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 08.10.2015

Top