EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regoli ta’ Proċedura tal-Kummissjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Il-Kummissjoni Ewropea — regoli ta’ proċedura

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA?

L-Artikolu 249 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jipprovdi li l-Kummissjoni Ewropea tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha sabiex tiżgura li kemm hi u kemm id-dipartimenti tagħha joperaw.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regoli ta’ Proċedura fihom dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-Kummissjoni (Kapitolu I), ir-rwol tad-dipartimenti u l-mod kif jaħdmu flimkien (Kapitolu II) u dispożizzjonijiet dwar sostituzzjoni u kontinwità tan-negozju (Kapitolu III).

Organizzazzjoni tal-Kummissjoni

  • KolleġġjalitàIl-Kummissjoni hija korp kolleġġjali. Hija taġixxi b’mod kollettiv. Il-Membri tal-Kummissjoni għandhom vuċi ugwali fit-teħid tad-deċiżjonijiet u għandhom responsabbiltà kollettiva għad-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni.
  • President tal-KummissjoniIl-President tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni. Il-president jirrappreżenta lill-Kummissjoni, jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tagħha u jassenja responsabbiltajiet (portafolli) lill-Membri tal-Kummissjoni. Ir-responsabbiltajiet jistgħu jinbidlu matul il-mandat ta’ 5 snin tal-Kummissjoni. Is-segretarju ġenerali tal-Kummissjoni jassisti lill-president biex jikseb l-għanijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.
  • Il-president jaħtar il-viċi-presidenti kollha ħlief ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u jista’ wkoll iwaqqaf gruppi ta’ Kummissarji b’mandati speċjali.

4 tipi ta’ proċeduri interni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet

  • Proċedura orali: il-Kummissjoni tieħu deċiżjonijiet — l-aktar ta’ importanza politika jew ekonomika kbira — matul il-laqgħat ordinarji jew straordinarji tagħha.
  • Proċedura bil-miktub: id-deċiżjonijiet jiġu adottati meta l-Membri tal-Kummissjoni ma jesprimu l-ebda riżerva jew jitolbu bidliet għal abbozz ta’ att li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom f’terminu predeterminat.
  • Proċedura ta’ awtorizzazzjoni: il-Kummissjoni tawtorizza lil Kummissarju wieħed jew aktarbiex jieħdu miżuri ta’ ġestjoni jew amministrattivi f’isimha.
  • Proċedura ta’ delega: il-Kummissjoni tiddelega s-setgħa li jiġu adottati ċerti miżuri ta’ ġestjoni jew amministrattivi f’isimha lid-diretturi ġenerali jew lill-kapijiet tas-servizz.

Dipartimenti tal-Kummissjoni

  • Id-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u d-dipartimenti ekwivalenti jħejju u jimplimentaw il-kompiti tal-Kummissjoni. Huma jpoġġu l-prijoritajiet tal-politika tal-Kummissjoni u l-linji gwida politiċi tal-president tal-Kummissjoni f’azzjoni. Fil-prinċipju, id-direttorati ġenerali u d-dipartimenti ekwivalenti huma suddiviżi f’direttorati li huma stess huma suddiviżi f’unitajiet.
  • Il-kooperazzjoni mill-qrib u koordinazzjoni effiċjenti bejn id-Direttorati Ġenerali u d-dipartimenti ekwivalenti huma essenzjali biex tiġi żgurata l-effettività tal-azzjoni tal-Kummissjoni. Id-dipartiment responsabbli biex iħejji inizjattiva tal-Kummissjoni jikkonsulta mad-dipartimenti l-oħra kkonċernati mill-inizjattiva prevista.

DOKUMENT EWLIENI

Regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni (ĠU L 308, 8.12.2000, pp. 26-34)

Emendi suċċessivi għar-regoli ta’ proċedura ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III: Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 17 (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 25-26)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Sitta — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Taqsima 4 — Il-Kummissjoni — l-Artikolu 248 (ex Artikolu 217(2) TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 157)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Sitta: Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I: Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet — Taqsima 4: Il-Kummissjoni — l-Artikolu 249 (ex-Artikolu 218(2) u 212 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 157

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Sitta: Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I: Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet — Taqsima 4 — Il-Kummissjoni — l-Artikolu 250 (ex - Artikolu 219 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 157)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2013/272/UE tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar in-numru ta’ membri tal-Kummissjoni Ewropea (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 98)

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/300 of 29 ta’ Frar 2016 li jiddetermina l-emolumenti ta’ persuni f’karigi pubbliċi għolja tal-UE (ĠU L 58, 4.3.2016, pp. 1-12)

l-aħħar aġġornament 03.06.2020

Top